This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021D1940
Council Decision (EU) 2021/1940 of 9 November 2021 on the partial suspension of the application of the Agreement between the European Union and the Republic of Belarus on the facilitation of the issuance of visas
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1940 tad-9 ta’ Novembru 2021 dwar is-sospensjoni parzjali tal-applikazzjoni tal-Ftehimbejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Belarussjadwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1940 tad-9 ta’ Novembru 2021 dwar is-sospensjoni parzjali tal-applikazzjoni tal-Ftehimbejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Belarussjadwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi
ST/12825/2021/INIT
ĠU L 396, 10.11.2021, pp. 58–60
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
10.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 396/58 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1940
tad-9 ta’ Novembru 2021
dwar is-sospensjoni parzjali tal-applikazzjoni tal-Ftehimbejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Belarussjadwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2), il-punt (a), u l-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Belarussja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Belarussja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi (“il-Ftehim ta’ Faċilitazzjoni”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2020, b’mod parallel mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Belarussja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (2) (“il-Ftehim ta’ Riammissjoni”). |
|
(2) |
L-iskop tal-Ftehim ta’ Faċilitazzjoni hu li jiffaċilita, fuq il-bażi ta’ reċiproċità, il-ħruġ ta’ viżi għal soġġorn intenzjonat ta’ mhux aktar minn 90 jum f’kull perijodu ta’ 180 jum għaċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-Belarussja. Il-Ftehim ta’ Faċilitazzjoni jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kuntatti bejn il-persuni u l-kondiviżjoni tal-valuri, inklużi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji demokratiċi. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 14(5) tal-Ftehim ta’ Faċilitazzjoni, kull Parti tista’ tissospendi l-Ftehim kollu jew parti mill-Ftehim ta’ Faċilitazzjoni. Id-deċiżjoni dwar is-sospensjoni tiġi notifikata lill-Parti l-oħra mhux aktar tard minn 48 siegħa qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu. Il-Parti li tkun issospendiet l-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Faċilitazzjoni tgħarraf lill-Parti l-oħra immedjatament ladarba r-raġunijiet għas-sospensjoni ma jkunux japplikaw aktar. |
|
(4) |
B’reazzjoni għar-repressjoni brutali kontinwa kontra s-segmenti kollha tas-soċjetà fil-Belarussja, u b’mod partikolari l-ħtif ta’ titjira tal-passiġġieri fit-23 ta’ Mejju 2021, l-Unjoni pprojbixxiet lit-trasportaturi Belarussi milli jtiru fuq it-territorju tal-Unjoni u milli jaċċessaw l-ajruporti tal-Unjoni, u introduċiet ir-raba’ pakkett ta’ sanzjonijiet li jelenka persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi kif ukoll sanzjonijiet ekonomiċi mmirati permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (3) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK (4). |
|
(5) |
Bi tweġiba għal tali miżuri restrittivi, fit-28 ta’ Ġunju 2021 il-Belarussja rritaljat billi ħabbret is-sospensjoni tal-parteċipazzjoni tagħha fis-Sħubija tal-Lvant u s-sospensjoni tal-Ftehim ta’ Riammissjoni. Fit-8 ta’ Settembru 2021 ġiet ippreżentata lill-Parlament Belarussu abbozz ta’ liġi dwar is-sospensjoni tal-Ftehim ta’ Riammissjoni. |
|
(6) |
Fl-istess ħin, il-Litwanja u, aktar reċentement, il-Polonja u l-Latvja kienu qed jesperjenzaw żieda bla preċedent fil-flussi migratorji irregolari mill-Belarussja. Dik iż-żieda f’daqqa tissuġġerixxi li r-reġim Belarussu qed jinkoraġġixxi l-migrazzjoni irregolari għal finijiet politiċi, u b’mod partikolari r-ritaljazzjoni kontra l-Litwanja, il-Polonja u l-Latvja għall-pożizzjoni tagħhom dwar il-Belarussja. |
|
(7) |
L-azzjonijiet meħuda mill-Belarussja jiksru l-prinċipji fundamentali li fuqhom ġie konkluż il-Ftehim ta’ Faċilitazzjoni u jmorru kontra l-interessi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. B’mod partikolari, dawk l-azzjonijiet ma jurux rispett għad-drittijiet tal-bniedem jew għall-prinċipji demokratiċi, u jipprovokaw migrazzjoni irregolari mit-territorju tal-Belarussja lejn it-territorju tal-Unjoni. |
|
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Faċilitazzjoni li jikkonċernaw il-ħruġ ta’ viżi għal soġġorn qasir għal ċerti kategoriji ta’ applikanti, jiġifieri membri ta’ delegazzjonijiet uffiċjali tal-Belarussja, membri ta’ Gvernijiet u Parlamenti nazzjonali u reġjonali tal-Belarussja, u membri tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Belarussja u tal-Qorti Suprema tal-Belarussja, fl-eżerċizzju ta’ dmirijiethom tiġi sospiża. |
|
(9) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhix qed tieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (5); |
|
(10) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Belarussja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi (“Il-Ftehim ta’ Faċilitazzjoni”) hija sospiża:
|
(a) |
L-Artikolu 4(1), punt (a), fir-rigward ta’ kwalunkwe applikant tal-viża li huwa membru ta’ delegazzjoni uffiċjali Belarussa, inkluż membri permanenti ta’ tali delegazzjoni li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-Belarussja, għandu jipparteċipa f’laqgħat uffiċjali, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta’ skambju, kif ukoll f’avvenimenti li jsiru fit-territorju ta’ wieħed mill-Istati Membri minn organizzazzjonijiet intergovernattivi; |
|
(b) |
L-Artikolu 5(1), il-punti (a) u (b), fir-rigward ta’ kwalunkwe applikant tal-viża li, fil-qadi ta’ dmirijietu, huwa membru ta’ Gvern jew Parlament nazzjonali jew reġjonali tal-Belarussja, tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Belarussja jew tal-Qorti Suprema tal-Belarussja, kif ukoll kwalunkwe applikant tal-viża li huwa membru permanenti ta’ delegazzjoni uffiċjali Belarussa, li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-Belarussja, għandu jipparteċipa b’mod regolari f’laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta’ skambju, kif ukoll f’avvenimenti organizzati fit-territorju ta’ wieħed mill-Istati Membri minn organizzazzjonijiet intergovernattivi; |
|
(c) |
L-Artikolu 5(2), punt (a), fir-rigward ta’ kwalunkwe applikant tal-viża li huwa membru ta’ delegazzjoni uffiċjali tal-Belarussa li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-Belarussja, għandu jipparteċipa regolarment f’laqgħat uffiċjali, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta’ skambju, kif ukoll f’avvenimenti li jsiru fit-territorju tal-Istati Membri minn organizzazzjonijiet intergovernattivi; |
|
(d) |
L-Artikolu 6(3), il-punti (a) u (b), fir-rigward ta’ kwalunkwe applikant tal-viża li huwa membru ta’ Gvern jew Parlament nazzjonali jew reġjonali tal-Belarussja, tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Belarussja jew tal-Qorti Suprema tal-Belarussja, kif ukoll kwalunkwe applikant tal-viża li huwa membru ta’ delegazzjoni uffiċjali Belarussa, inkluż membri permanenti ta’ tali delegazzjoni, li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-Belarussja, għandu jipparteċipa f’laqgħat uffiċjali, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta’ skambju, kif ukoll f’avvenimenti organizzati fit-territorju ta’ wieħed mill-Istati Membri minn organizzazzjonijiet intergovernattivi. |
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill, f’isem l-Unjoni, għandu jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 14(5) tal-Ftehim ta’ Faċilitazzjoni mhux aktar tard minn 48 siegħa qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tieni jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. ŠIRCELJ
(2) (ĠU L 181, 9.6.2020, p. 3).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tiehu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).