EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D1339

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1339 tal-11 ta’ Awwissu 2021 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2048 fir-rigward tal-istandard armonizzat għas-siti elettroniċi u l-applikazzjonijiet mobbli (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2021/5908

OJ L 289, 12.8.2021, p. 53–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/1339/oj

12.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/53


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1339

tal-11 ta’ Awwissu 2021

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2048 fir-rigward tal-istandard armonizzat għas-siti elettroniċi u l-applikazzjonijiet mobbli

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-kontenut ta’ siti elettroniċi u applikazzjonijiet mobbli li jkun konformi mal-istandards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi għalihom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun preżunt li jkun konformi mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom li huma stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Abbażi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2017) 2585, is-CEN, is-Cenelec u l-ETSI emendaw l-istandard armonizzat EN 301 549 v2.1.2 (2018-08), liema referenzi huma inklużi fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2048 (3). Dak irriżulta fl-adozzjoni tal-istandard Ewropew armonizzat emendat, EN 301 549 v.3.2.1 (2021-03).L-istandard Ewropew armonizzat EN 301 549 v3.2.1 (2021-03) jistabbilixxi, fost l-oħrajn, rekwiżiti tekniċi dwar l-aċċessibbiltà tas-siti web u l-applikazzjonijiet għall-apparati mobbli u jinkludi mmappjar tad-dispożizzjonijiet rilevanti mill-istandard għar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/2102.

(3)

L-istandard armonizzat EN 301 549 v3.2.1 (2021-03) jaġġorna, fost l-oħrajn, l-immappjar fit-tabelli A.1 u A.2 tal-Anness A u jipprovdi l-preżunzjoni tal-konformità mad-Direttiva (UE) 2016/2102. Fl-Anness E, l-istandard jinkludi wkoll gwida dwar l-użu tiegħu u fl-Anness F jipprovdi aktar informazzjoni dwar il-bidliet.

(4)

Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, mas-Cenelec u mal-ETSI, ivvalutat jekk id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-istandard Ewropew armonizzat EN 301 549 v3.2.1 (2021-03) imwassal mis-CEN, mis-Cenelec u mill-ETSI jikkonformawx mat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2017) 2585.

(5)

Ir-riżultat tal-valutazzjoni huwa li d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-istandard Ewropew armonizzat EN 301 549 v3.2.1 (2021-03) jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru, u li huma stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2017) 2585. Għalhekk, jixraq li r-referenza ta’ dak l-istandard tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(6)

Għaldaqstant, ir-referenzi tal-istandard armonizzat EN 301 549 v2.1.2 (2018-08) għandhom jiġu rtirati mill-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, peress li ġie emendat mill-istandard Ewropew armonizzat EN 301 549 v3.2.1 (2021-03).

(7)

Sabiex jingħata biżżejjed żmien għat-tħejjija tal-applikazzjoni tal-istandard armonizzat EN 301 549 V3.2.1 (2021-03), huwa meħtieġ li l-applikazzjoni tal-irtirar tal-istandard armonizzat EN 301 549 v2.1.2 (2018-08) tiġi differita.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2048 tiġi emendata skont dan.

(9)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2048 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punt (1) tal-Anness għandu japplika mit-12 ta’ Frar 2022.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Awwissu 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(2)  Id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2048 tal-20 ta’ Diċembru 2018 dwar l-istandards armonizzati għas-siti elettroniċi u l-applikazzjonijiet mobbli abbozzata b’appoġġ għad-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 327, 21.12.2018, p. 84).


ANNESS

It-tabella fl-Anness għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2018/2048 hija emendata kif ġej:

(1)

Titħassar ir-ringiela 1.

(2)

Tiddaħħal ir-ringiela 2 li ġejja:

Nru

Referenza tal-istandard

“2.

EN 301 549 V3.2.1 (2021-03)

Rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi tal-ICT”


Top