EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021D1201
Commission Implementing Decision (EU) 2021/1201 of 16 July 2021 amending Implementing Decision (EU) 2020/668 as regards harmonised standards on hearing protectors
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1201 tal-16 ta’ Lulju 2021 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/668 fir-rigward tal-istandards armonizzati dwar il-protetturi tas-smigħ
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1201 tal-16 ta’ Lulju 2021 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/668 fir-rigward tal-istandards armonizzati dwar il-protetturi tas-smigħ
C/2021/5324
OJ L 259, 21.7.2021, p. 8–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 10/05/2023; Impliċitament imħassar minn 32023D0941
21.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 259/8 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1201
tal-16 ta’ Lulju 2021
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/668 fir-rigward tal-istandards armonizzati dwar il-protetturi tas-smigħ
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tagħmir ta’ protezzjoni personali li jkun konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun preżunt konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom. |
(2) |
Permezz tal-ittra M/031, bit-titolu “Standardisation mandate to CEN/CENELEC concerning standards for personal protective equipment” (Mandat ta’ standardizzazzjoni indirizzat lis-CEN/CENELEC li jikkonċerna standards għal tagħmir ta’ protezzjoni personali), il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) biex jiġu żviluppati u abbozzati standards armonizzati b’appoġġ għad-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (3). |
(3) |
Abbażi tat-talba ta’ standardizzazzjoni M/031, is-CEN abbozza diversi standards ġodda u rreveda għadd ta’ standards armonizzati eżistenti. |
(4) |
Fid-19 ta’ Novembru 2020, it-talba ta’ standardizzazzjoni M/031 skadiet u ġiet sostitwita b’talba ġdida ta’ standardizzazzjoni kif stabbilit fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020) 7924 (4). |
(5) |
Billi r-Regolament (UE) 2016/425 japplika minflok ir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza applikabbli għat-tagħmir ta’ protezzjoni personali stabbiliti bid-Direttiva 89/686/KEE, l-abbozzi tal-istandards armonizzati żviluppati skont it-talba ta’ standardizzazzjoni M/031 huma koperti mit-talba ta’ standardizzazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020) 7924. Għaldaqstant, ir-referenzi tagħhom jenħtieġ li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk jista’ jiġi aċċettat b’mod eċċezzjonali li tali standards żviluppati u ppubblikati mis-CEN u mis-CENELEC matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni bejn it-talba ta’ standardizzazzjoni M/031 u t-talba ta’ standardizzazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020) 7924 ma fihomx referenza espliċita għat-talba ta’ standardizzazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020) 7924. |
(6) |
Abbażi tat-talba ta’ standardizzazzjoni M/031 u tat-talba ta’ standardizzazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020) 7924, is-CEN u s-CENELEC abbozzaw l-istandards armonizzati ġodda li ġejjin: EN 352-9:2020 dwar ir-rekwiżiti tas-sikurezza għall-earplugs b’input tal-awdjo relatat mas-sikurezza u EN 352-10:2020 dwar ir-rekwiżiti tas-sikurezza għall-earplugs tal-awdjo tad-divertiment b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425. |
(7) |
Abbażi tat-talba ta’ standardizzazzjoni M/031 u tat-talba ta’ standardizzazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020) 7924, is-CEN irreveda l-istandards armonizzati EN 352-1:2002, EN 352-2:2002, EN 352-3:2002, EN 352-4:2001, kif emendati b’EN 352-4:2001/A1:2005, EN 352-5:2002, kif emendat b’EN 352-5:2002/A1:2005, EN 352-6:2002, EN 352-7:2002 u EN 352-8:2008, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5). Dik ir-reviżjoni rriżultat fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati EN 352-1:2020 dwar ir-rekwiżiti ġenerali għall-earmuffs, EN 352-2:2020 dwar ir-rekwiżiti ġenerali għall-earplugs, EN 352-3:2020 dwar ir-rekwiżiti ġenerali għall-earmuffs imwaħħlin mal-apparati għall-protezzjoni tar-ras u/jew għall-protezzjoni tal-wiċċ, EN 352-4:2020 dwar ir-rekwiżiti tas-sikurezza għall-earmuffs dipendenti fuq il-livell, EN 352-5:2020 dwar ir-rekwiżiti tas-sikurezza għall-earmuffs għat-tnaqqis tal-istorbju attiv, EN 352-6:2020 dwar ir-rekwiżiti tas-sikurezza għall-earmuffs b’input tal-awdjo relatat mas-sikurezza, EN 352-7:2020 dwar ir-rekwiżiti tas-sikurezza għall-earplugs dipendenti fuq il-livell u EN 352-8:2020 dwar ir-rekwiżiti tas-sikurezza għall-earmuffs tal-awdjo tad-divertiment. |
(8) |
Il-Kummissjoni flimkien mas-CEN u mas-CENELEC ivvalutat jekk l-istandards armonizzati abbozzati u reveduti mis-CEN u mis-CENELEC jikkonformawx mat-talba ta’ standardizzazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020) 7924. |
(9) |
L-istandards armonizzati EN 352-4:2020, EN 352-5:2020, EN 352-6:2020, EN 352-7:2020, EN 352-8:2020, EN 352-9:2020 u EN 352-10:2020 jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/425. Għaldaqstant, jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards armonizzati jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(10) |
L-istandards armonizzati EN 352-1:2020, EN 352-2:2020 u EN 352-3:2020 ma fihomx ir-rekwiżit biex il-prodotti jkollhom tikkettar li jindika l-livell ta’ attenwazzjoni tal-istorbju pprovdut minnhom. Għalhekk, jenħtieġ li dawn l-istandards armonizzati jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjoni. |
(11) |
Jeħtieġ li r-referenzi tal-istandards armonizzati EN 352-1:2002, EN 352-2:2002, EN 352-3:2002, EN 352-4:2001, kif emendati b’EN 352-4:2001/A1:2005, EN 352-5:2002, kif emendat b’EN 352-5:2002/A1:2005, EN 352-6:2002, EN 352-7:2002 u EN 352-8:2008 jiġu rtirati mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, billi dawk l-istandards ġew reveduti. |
(12) |
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/668 (6) jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425, filwaqt li l-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/668 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 li ġew irtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mid-dati stabbiliti f’dak l-Anness. |
(13) |
L-istandards armonizzati EN 352-1:2020, EN 352-2:2020 u EN 352-3:2020 huma l-ewwel standards armonizzati abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 li se jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjoni. Jenħtieġ li jiżdied Anness ġdid mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/668, li jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjoni. |
(14) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/668 tiġi emendata skont dan. |
(15) |
Sabiex il-manifatturi jkollhom biżżejjed żmien biex iħejju għall-applikazzjoni tal-istandards reveduti, jeħtieġ li jiġi differit l-irtirar rispettiv tar-referenzi tal-istandards elenkati fl-Anness II. |
(16) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/668 hija emendata kif ġej:
(1) |
jiddaħħal l-Artikolu 2a li ġej: “Artikolu 2a Ir-referenzi tal-istandards armonizzati għat-tagħmir ta’ protezzjoni personali abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 u elenkati fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni huma b’dan ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjoni.”; |
(2) |
l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni; |
(3) |
l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni; |
(4) |
it-test stabbilit fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni jiżdied bħala l-Anness III. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-16 ta’ Lulju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
(2) Ir-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar tagħmir ta’ protezzjoni personali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 51).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-apparat personali protettiv (ĠU L 399, 30.12.1989, p. 18).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020) 7924 tad-19 ta’ Novembru 2020 dwar talba ta’ standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika rigward it-tagħmir protettiv personali b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(5) ĠU C 113, 27.3.2018, p. 41.
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/668 tat-18 ta’ Mejju 2020 dwar l-istandards armonizzati għat-tagħmir ta’ protezzjoni personali abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 156, 19.5.2020, p. 13).
ANNESS I
Fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/668 jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
Nru |
Referenza tal-istandard |
“32. |
EN 352-4:2020 Protetturi tas-smigħ — Rekwiżiti tas-sikurezza — Parti 4: Earmuffs dipendenti fuq il-livell |
33. |
EN 352-5:2020 Protetturi tas-smigħ — Rekwiżiti tas-sikurezza — Parti 5: Earmuffs għat-tnaqqis tal-istorbju attiv |
34. |
EN 352-6:2020 Protetturi tas-smigħ — Rekwiżiti tas-sikurezza — Parti 6: Earmuffs b’input tal-awdjo relatat mas-sikurezza |
35. |
EN 352-7:2020 Protetturi tas-smigħ — Rekwiżiti tas-sikurezza — Parti 7: Earplugs dipendenti fuq il-livell |
36. |
EN 352-8:2020 Protetturi tas-smigħ — Rekwiżiti tas-sikurezza — Parti 8: Earmuffs tal-awdjo tad-divertiment |
37. |
EN 352-9:2020 Protetturi tas-smigħ — Rekwiżiti tas-sikurezza — Parti 9: Earplugs b’input tal-awdjo relatat mas-sikurezza |
38. |
EN 352-10:2020 Protetturi tas-smigħ — Rekwiżiti tas-sikurezza — Parti 10: Earplugs tal-awdjo tad-divertiment” |
ANNESS II
Fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/668 jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
Nru |
Referenza tal-istandard |
Data tal-irtirar |
“22. |
EN 352-1:2002 Protetturi tas-smigħ — Rekwiżiti ġenerali — Parti 1: Earmuffs |
21 ta’ Jannar 2023 |
23. |
EN 352-2:2002 Protetturi tas-smigħ — Rekwiżiti ġenerali — Parti 2: Earplugs |
21 ta’ Jannar 2023 |
24. |
EN 352-3:2002 Protetturi tas-smigħ — Rekwiżiti ġenerali — Parti 3: Earmuffs imwaħħlin ma’ elmu tas-sikurezza industrijali |
21 ta’ Jannar 2023 |
25. |
EN 352-4:2001 Protetturi tas-smigħ — Rekwiżiti tas-sikurezza u ttestjar — Parti 4: Earmuffs dipendenti fuq il-livell EN 352-4:2001/A1:2005 |
21 ta’ Jannar 2023 |
26. |
EN 352-5:2002 Protetturi tas-smigħ — Rekwiżiti tas-sikurezza u ttestjar — Parti 5: Earmuffs għat-tnaqqis tal-istorbju attiv EN 352-5:2002/A1:2005 |
21 ta’ Jannar 2023 |
27. |
EN 352-6:2002 Protetturi tas-smigħ — Rekwiżiti tas-sikurezza u ttestjar — Parti 6: Earmuffs b’input tal-awdjo elettriku |
21 ta’ Jannar 2023 |
28. |
EN 352-7:2002 Protetturi tas-smigħ — Rekwiżiti tas-sikurezza u ttestjar — Parti 7: Earplugs dipendenti fuq il-livell |
21 ta’ Jannar 2023 |
29. |
EN 352-8:2008 Protetturi tas-smigħ — Rekwiżiti tas-sikurezza u ttestjar — Parti 8: Earmuffs tal-awdjo tad-divertiment |
21 ta’ Jannar 2023” |
ANNESS III
“ANNESS III
Nru |
Referenza tal-istandard |
1. |
EN 352-1:2020 Protetturi tas-smigħ — Rekwiżiti ġenerali — Parti 1: Earmuffs Avviż: Dan l-istandard ma jirrikjedix tikkettar li jindika l-livell ta’ attenwazzjoni tal-istorbju fuq il-prodott. Għalhekk, il-konformità ma’ dan l-istandard ma tagħtix preżunzjoni ta’ konformità mat-tieni paragrafu tal-punt 3.5. tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425. |
2. |
EN 352-2:2020 Protetturi tas-smigħ — Rekwiżiti ġenerali — Parti 2: Earplugs Avviż: Dan l-istandard ma jirrikjedix tikkettar li jindika l-livell ta’ attenwazzjoni tal-istorbju fuq il-prodott. Għalhekk, il-konformità ma’ dan l-istandard ma tagħtix preżunzjoni ta’ konformità mat-tieni paragrafu tal-punt 3.5. tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425. |
3. |
EN 352-3:2020 Protetturi tas-smigħ — Rekwiżiti ġenerali — Parti 3: Earmuffs imwaħħlin ma’ apparati tal-protezzjoni tar-ras u/jew tal-protezzjoni tal-wiċċ Avviż: Dan l-istandard ma jirrikjedix tikkettar li jindika l-livell ta’ attenwazzjoni tal-istorbju fuq il-prodott. Għalhekk, il-konformità ma’ dan l-istandard ma tagħtix preżunzjoni ta’ konformità mat-tieni paragrafu tal-punt 3.5. tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425. |