EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D1193

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1193 tad-19 ta’ Lulju 2021 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina u li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1340

ST/10482/2021/INIT

OJ L 258, 20.7.2021, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2023

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/1193/oj

20.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/46


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1193

tad-19 ta’ Lulju 2021

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina u li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1340

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-8 ta’ Awwissu 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1340 (1) li taħtar lis-Sur Johann SATTLER bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Bożnija-Ħerzegovina. Il-mandat tar-RSUE jiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2021.

(2)

Jenħtieġ li l-mandat tar-RSUE jiġi estiż għal perijodu ta’ 24 xahar u jenħtieġ li jiġi stabbilit ammont ta’ referenza finanzjarja ġdid għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2023.

(3)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-ksib tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif jinsabu fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Johann SATTLER bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Bożnija-Ħerzegovina huwa estiż sal-31 ta’ Awwissu 2023. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jiġi estiż jew terminat qabel, abbażi ta’ valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà u ta’ proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/1340 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 5(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2023 għandu jkun ta’ EUR 12 800 000.”;

(2)

fl-Artikolu 14, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Ir-RSUE għandu jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapporti ta’ progress regolari u rapport komprensiv finali dwar l-implementazzjoni tal-mandat sal-31 ta’ Mejju 2023.”.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. PODGORŠEK


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1340 tat-8 ta’ Awwissu 2019 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina (ĠU L 209, 9.8.2019, p. 10).


Top