EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D0596

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/596 tat-8 ta’ April 2021 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE rigward l-istatus ħieles mill-bruċellożi tal-Kroazja b’rabta mal-merħliet bovini (notifikata bid-dokument C(2021) 2260) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2021/2260

OJ L 128, 14.4.2021, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R0620

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/596/oj

14.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/1


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/596

tat-8 ta’ April 2021

li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE rigward l-istatus ħieles mill-bruċellożi tal-Kroazja b’rabta mal-merħliet bovini

(notifikata bid-dokument C(2021) 2260)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffetwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-paragrafu 7 tal-Anness A.II. tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 64/432/KEE tapplika għall-kummerċ ta’ annimali bovini fl-Unjoni. Din tistipula l-kundizzjonijiet li skonthom Stat Membru jew reġjun tiegħu jista’ jiġi ddikjarat uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet ta’ annimali bovini.

(2)

L-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE (2) jipprevedi li l-Istati Membri mniżżla fil-Kapitolu 1 tal-Anness II tagħha huma ddikjarati uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet ta’ annimali bovini.

(3)

Il-Kroazja ppreżentat id-dokumentazzjoni li turi l-konformità tat-territorju kollu ta’ dak l-Istat Membru mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE lill-Kummissjoni, biex tiġi rikonoxxuta bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet bovini.

(4)

Wara l-evalwazzjoni ta’ dik id-dokumentazzjoni ta’ sostenn, jenħtieġ li l-Kroazja tiġi rikonoxxuta bħala ħielsa uffiċjalment mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet bovini u li tiġi elenkata kif xieraq fil-Kapitolu 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ April 2021.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta’ Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta’ uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi, bruċellożi u lewkożi bovina enzootika ta’ xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74).


ANNESS

Fil-Kapitolu 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE, tiddaħħal l-entrata li ġejja għall-Kroazja wara l-entrata ta’ Franza:

“HR

il-Kroazja”


Top