Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D0490

Deċiżjoni (UE) 2021/490 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2021 dwar l-ammont totali ta’ tariffi superviżorji annwali għall-2020 (BĊE/2021/8)

ĠU L 101, 23.3.2021, pp. 107–109 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/490/oj

23.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/107


DEĊIŻJONI (UE) 2021/490 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-12 ta’ Marzu 2021

dwar l-ammont totali ta’ tariffi superviżorji annwali għall-2020 (BĊE/2021/8)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2019/2155 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/37) (2), li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1163/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/41) (3), il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ma jeħtieġx aktar ħlas bil-quddiem tat-tariffi superviżorji annwali, li jibda mill-perjodu tariffarju tal-2020. It-tariffi jiġu imposti biss wara t-tmiem tal-perjodu tariffarju rilevanti meta jkunu ġew iddeterminati l-ispejjeż annwali attwali.

(2)

Skont l-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) it-tariffi superviżorji annwali li għandhom jiġu imposti fuq l-entitajiet taħt superviżjoni huma kkalkulati fuq il-bażi tal-ispejjeż annwali tal-BĊE. L-ammont tal-ispejjeż annwali jiġi ddeterminat abbażi tal-ammont tan-nefqa annwali li jikkonsisti fi kwalunkwe spiża mġarrba mill-BĊE fil-perjodu tariffarju rilevanti li tkun relatata direttament jew indirettament mal-kompiti superviżorji tiegħu.

(3)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41),sabiex jiġu kkalkulati t-tariffi superviżorji annwali pagabbli fir-rigward ta’ entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni, u entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni, l-ispejjeż annwali għandhom jinqasmu fuq il-bażi tal-ispejjeż allokati għall-funzjonijiet rilevanti li jwettqu s-superviżjoni diretta tal-entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u tal-gruppi sinifikanti taħt superviżjoni u s-superviżjoni indiretta ta’ entitajiet inqas sinjifikanti taħt superviżjoni u ta’ gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni.

(4)

Skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41), ammonti tariffarji relatati mal-perijodi tariffarji preċedenti li ma kinux għall-ġbir, ħlasijiet ta’ imgħax riċevuti skont l-Artikolu 14 u ċerti ammonti oħra riċevuti jew rifużi skont l-Artikolu 7(3) ta’ dak ir-Regolament, jekk hemm, għandhom jittieħdu inkunsidrazzjoni wkoll meta jiġu ddeterminati l-ispejjeż annwali. Skont l-arranġamenti tranżitorji għall-perjodu tariffarju tal-2020 stabbiliti fl-Artikolu 17a tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41), kwalunkwe bilanċ pożittiv jew defiċit mill-perjodu tariffarju tal-2019, iddeterminat billi jitnaqqsu l-ispejjeż annwali attwali mġarrba fir-rigward ta’ dak il-perjodu tariffarju mill-ispejjeż annwali stmati imposti għal dak il-perjodu tariffarju, jitqiesu fid-determinazzjoni tal-ispejjeż annwali għall-perjodu tariffarju 2020.

(5)

Skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41), fi żmien erba’ xhur wara t-tmiem ta’ kull perjodu tariffarju, l-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali għal kull kategorija ta’ entitajiet taħt superviżjoni u gruppi taħt superviżjoni għal dak il-perjodu tariffarju għandu jiġi ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-BĊE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/17) (4) u r-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41).

Artikolu 2

L-ammont totali ta’ tariffi superviżorji annwali għall-2020

1.   L-ammont totali ta’ tariffi superviżorji annwali għall-2020 għandu jkun ta’ EUR 514 314 706, ikkalkulat kif jidher fl-Anness.

2.   Kull kategorija ta’ entitajiet taħt superviżjoni u gruppi taħt superviżjoni għandha tħallas l-ammont totali ta’ tariffi superviżorji annwali li ġej:

(a)

entitajiet sinjifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni: EUR 476 526 421;

(b)

entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni: EUR 37 788 285.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ħames jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-12 ta’ Marzu 2021.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)   ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.

(2)  Regolament (UE) 2019/2155 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Diċembru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1163/2014 dwar it-tariffi superviżorji (BĊE/2019/37) (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 70).

(3)  Regolament (UE) Nru 1163/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar it-tariffi superviżorji (BĊE/2014/41) (ĠU L 311, 31.10.2014, p. 23).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u mal-awtoritajiet nazzjonali ddenominati (Regolament Qafas dwar l-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1).


ANNESS

Kalkolu tal-ammont totali ta’ tariffi superviżorji annwali għall-2020

(EUR)

 

Entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni

Entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni

Total

Spejjeż annwali attwali għall-2020

499 068 832

36 199 368

535 268 200

Bilanċ pożittiv/Defiċit mill-2019

–23 076 537

1 082 290

–21 994 246

Ammonti meħudin inkunsiderazzjoni skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41)

 

 

 

Ammonti tariffarji relatati mal-perijodi tariffarji preċedenti li ma setgħux jinġabru

 

 

 

Ħlasijiet ta’ imgħax riċevuti skont l-Artikolu 14 tar-Regolament imsemmi iktar ’il fuq

–42 819

–22 829

–65 648

Ammonti riċevuti jew rifużi skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament imsemmi iktar ’il fuq

576 944

529 456

1 106 401

TOTAL

476 526 421

37 788 285

514 314 706

(Jista’ jkun li t-totali ma jaqblux minħabba t-tqarrib.)


Top