Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D0449

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/449 tat-12 ta’ Marzu 2021 li tħassar id-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu

    ST/6320/2021/INIT

    ĠU L 87, 15.3.2021, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 16/03/2021

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/449/oj

    15.3.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 87/46


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/449

    tat-12 ta’ Marzu 2021

    li tħassar id-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fil-21 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/172/PESK (1) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu.

    (2)

    Id-Deċiżjoni 2011/172/PESK tipprevedi l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi ta’ ċerti persuni li ġew identifikati bħala responsabbli għall-miżapproprjazzjoni ta’ fondi tal-Istat Eġizzjan, u ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom.

    (3)

    Wara rieżami tad-Deċiżjoni 2011/172/PESK imwettqa skont l-Artikolu 5 tagħha, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi fis-seħħ jitneħħew.

    (4)

    Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2011/172/PESK titħassar,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2011/172/PESK hija b’dan imħassra.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2021.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. P. ZACARIAS


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK tal-21 ta’ Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU L 76, 22.3.2011, p. 63).


    Top