EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R2041

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2041 tal-11 ta’ Diċembru 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/585 fir-rigward tal-għadd ta’ kampjuni li jridu jittieħdu u jiġu analizzati minn kull Stat Membru fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2020/8695

OJ L 420, 14.12.2020, p. 6–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/2041/oj

14.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 420/6


IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2041

tal-11 ta’ Diċembru 2020

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/585 fir-rigward tal-għadd ta’ kampjuni li jridu jittieħdu u jiġu analizzati minn kull Stat Membru fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 29(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2),

Billi:

(1)

Fl-Anness II tiegħu, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/585 (3) jistabbilixxi l-għadd ta’ kampjuni għal kull Stat Membru li jridu jittieħdu għall-finijiet tal-programm ta’ kontroll previst minn dak ir-Regolament sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi tal-pestiċidi u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għar-residwi tal-pestiċidi.

(2)

Mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u ma’ tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2020, huma meħtieġa adattamenti biex jiġi żgurat li l-programm jibqa’ rappreżentattiv tas-suq tal-Unjoni u li l-għadd kumplessiv ta’ kampjuni jibqa’ suffiċjenti biex jintlaħqu l-objettivi ta’ dak il-programm.

(3)

Fil-passat, ir-Renju Unit ikkontribwixxa b’ammont sinifikanti ta’ kampjuni, proporzjonat mad-daqs tal-popolazzjoni tiegħu. Minn issa ’l quddiem, jenħtieġ li l-għadd ta’ kampjuni li għandhom jinġabru mir-Renju Unit jiġi adattat fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq u skont id-daqs tal-popolazzjoni ta’ dak it-territorju.

(4)

Jenħtieġ li l-għadd ta’ kampjuni miġbura mill-Istati Membri wkoll jiġi adattat skont dan sabiex jinżamm għadd ġenerali suffiċjenti ta’ kampjuni fir-rigward tal-premessa 3 tar-Regolament (UE) 2020/585.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/585 jiġi emendat skont dan.

(6)

Biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi ta’ analiżi tagħhom, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika fl-1 ta’ Jannar 2021.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/585 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/585 tas-27 ta’ April 2020 dwar programm ikkoordinat ta’ kontroll pluriennali tal-Unjoni għall-2021, l-2022 u l-2023 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi fl-ikel u fuq l-ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali, u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 135, 29.4.2020, p. 1).


ANNESS

Fil-punt (5) tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/585, it-tabella hija sostitwita bit-tabella li ġejja:

BE

15

BG

15

CZ

15

DK

12

DE

106

EE

12

IE

12

EL

15

ES

55

FR

78

HR

12

IT

75

CY

12

LV

12

LT

12

LU

12

HU

15

MT

12

NL

20

AT

15

PL

51

PT

15

RO

22

SI

12

SK

12

FI

12

SE

15

Ir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq (1)

12

GĦADD TOTALI TA’ KAMPJUNI: 683


(1)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, dan ir-Regolament japplika għar-Renju Unit u fih, fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.


Top