EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R2034

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2034 tas-6 ta’ Ottubru 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskema komuni Ewropea għall-klassifikazzjoni tar-riskji (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2020/6763

OJ L 416, 11.12.2020, p. 1–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/2034/oj

11.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 416/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2034

tas-6 ta’ Ottubru 2020

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskema komuni Ewropea għall-klassifikazzjoni tar-riskji

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u mal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (“l-Aġenzija”) permezz tan-Netwerk ta’ Analisti tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, żviluppat metodoloġija għall-klassifikazzjoni tal-okkorrenzi f’termini ta’ riskju tas-sikurezza, billi qieset il-ħtieġa ta’ kompatibbiltà mal-iskemi eżistenti għall-klassifikazzjoni tar-riskji. L-iskema komuni Ewropea għall-klassifikazzjoni tar-riskji (“ERCS”) ġiet żviluppata sal-15 ta’ Mejju 2017 skont id-data mira stabbilita fl-Artikolu 7(5) tar-Regolament (UE) Nru 376/2014. Issa, jenħtieġ li l-ERCS tiġi stabbilita f’dan ir-Regolament.

(2)

Jenħtieġ li din tappoġġa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u lill-Aġenzija fil-valutazzjoni tagħhom tal-okkorrenzi, u jenħtieġ li l-għan ewlieni tagħha jkun li tidentifika u tikklassifika b’mod armonizzat il-livell ta’ riskju maħluq minn kull okkorrenza għas-sikurezza tal-avjazzjoni. Jenħtieġ li l-identifikazzjoni tal-eżitu tal-okkorrenza ma tkunx il-fini tagħha.

(3)

L-ERCS jenħtieġ li tippermetti wkoll l-identifikazzjoni ta’ azzjonijiet rapidi meħtieġa bi tweġiba għal okkorrenzi tas-sikurezza ta’ riskju għoli. Jenħtieġ li tippermetti wkoll l-identifikazzjoni ta’ oqsma ta’ riskju ewlenin mill-informazzjoni aggregata u l-identifikazzjoni u t-tqabbil tal-livelli ta’ riskju tagħhom.

(4)

L-ERCS jenħtieġ li tiffaċilita approċċ integrat u armonizzat għall-ġestjoni tar-riskju fis-sistema tal-avjazzjoni Ewropea kollha u għalhekk, li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u lill-Aġenzija jiffukaw fuq l-isforzi għat-titjib tas-sikurezza b’mod armonizzat bħala parti mill-Pjan Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni msemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(5)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 (3) li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni u imposti fl-Ajru Uniku Ewropew jistabbilixxi r-rata ta’ inkursjonijiet fuq ir-runway u r-rata ta’ ksur tas-separazzjoni minima fil-livell tal-Unjoni b’impatt ta’ sikurezza bħala l-indikaturi li jridu jiġu mmonitorjati fuq bażi annwali matul it-tielet perjodu ta’ referenza (RP3) li jkopri s-snin kalendarji mill-2020 sal-2024 inklużi. Dan ir-Regolament jenħtieġ jiġi applikat mill-1 ta’ Jannar 2021 biex l-użu tal-ERCS jiġi allinjat mal-bidu tat-tieni perjodu annwali ta’ monitoraġġ tal-RP3 u biex tiġi żgurata l-valutazzjoni armonizzata tal-okkorrenzi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-iskema komuni Ewropea għall-klassifikazzjoni tar-riskji (ERCS) għad-determinazzjoni tar-riskju tas-sikurezza ta’ okkorrenza.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“skema Ewropea għall-klassifikazzjoni tar-riskji” jew “ERCS” tfisser il-metodoloġija applikata għall-valutazzjoni tar-riskju maħluq mill-okkorrenza għall-avjazzjoni ċivili fil-forma ta’ punteġġ tar-riskju tas-sikurezza;

(2)

“matriċi tal-ERCS” tfisser grilja magħmula mill-varjabbli deskritti fl-Artikolu 3(3) li sservi għar-rappreżentazzjoni illustrattiva tal-punteġġ tar-riskju tas-sikurezza;

(3)

“punteġġ tar-riskju tas-sikurezza” tfisser ir-riżultat tal-klassifikazzjoni tar-riskju ta’ okkorrenza billi jiġu kkombinati l-valuri tal-varjabbli deskritti fl-Artikolu 3(3);

(4)

“żona ta’ riskju għoli” tfisser żona fejn impatt ta’ inġenju tal-ajru jikkawża ħafna korrimenti, li jirriżulta f’għadd kbir ta’ fatalitajiet, jew it-tnejn, minħabba n-natura tal-attivitajiet f’dik iż-żona, bħal impjanti nukleari jew impjanti kimiċi;

(5)

“żona popolata” tfisser żona b’bini raggruppat jew imferrex u b’popolazzjoni umana permanenti, bħal belt, insedjament, raħal jew villaġġ;

(6)

“korriment li jaffettwa l-ħajja tal-vittma fit-tul” tfisser korriment li jnaqqas il-kwalità tal-ħajja ta’ persuna fir-rigward ta’ mobbiltà mnaqqsa, jew fir-rigward ta’ kapaċità konjittiva jew fiżika mnaqqsa fil-ħajja ta’ kuljum.

Artikolu 3

L-iskema Ewropea komuni għall-klassifikazzjoni tar-riskji

1.   L-ERCS tinsab fl-Anness.

2.   L-ERCS għandha tindirizza r-riskju ta’ sigurtà ta’ okkorrenza u mhux l-eżitu proprju tagħha. Il-valutazzjoni ta’ kull okkorrenza għandha tiddetermina l-agħar eżitu probabbli tal-aċċident li l-okkorrenza setgħet wasslet għalih, u kemm l-okkorrenza kienet viċin li twassal għal dak l-eżitu tal-aċċident.

3.   L-ERCS għandha tkun ibbażata fuq il-matriċi tal-ERCS magħmula minn dawn iż-żewġ varjabbli li ġejjin:

(a)

is-severità: l-identifikazzjoni tal-agħar eżitu probabbli tal-aċċident li kien jirriżulta li kieku l-okkorrenza li tkun qed tiġi vvalutata eskalat f’aċċident;

(b)

il-probabbiltà: l-identifikazzjoni tal-probabbiltà li l-okkorrenza li tkun qed tiġi vvalutata teskala għall-agħar eżitu probabbli tal-aċċident imsemmi fil-punt (a).

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 tal-11 ta' Frar 2019 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni u imposti fl-Ajru Uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013 (ĠU L 56, 25.2.2019, p. 1).


ANNESS

L-iskema komuni Ewropea għall-klassifikazzjoni tar-riskji

L-ERCS għandha tikkonsisti miż-żewġ passi li ġejjin:

 

PASS 1: Determinazzjoni tal-valuri taż-żewġ varjabbli: severità u probabbiltà.

 

PASS 2: Punteġġ tar-riskju għas-sikurezza fi ħdan il-matriċi tal-ERCS, abbażi taż-żewġ valuri determinati tal-varjabbli.

PASS 1: DETERMINAZZJONI TAL-VALURI TAL-VARJABBLI

1.   Severità tal-eżitu potenzjali tal-aċċident

1.1.   Identifikazzjoni

L-identifikazzjoni tas-severità tal-eżitu potenzjali tal-aċċident għandha ssegwi ż-żewġ passi li ġejjin:

(a)

determinazzjoni tal-aktar tip probabbli ta’ aċċident li l-okkorrenza li tkun qed tiġi vvalutata setgħet eskalat għalih (l-hekk imsejjaħ qasam ta’ riskju ewlieni);

(b)

determinazzjoni tal-kategorija tat-telf potenzjali tal-ħajja abbażi tad-daqs tal-inġenju tal-ajru u l-prossimità ta’ żoni popolati jew ta’ riskju għoli.

L-oqsma ta’ riskju ewlenin huma:

a.

kolliżjoni fl-ajru: kolliżjoni bejn żewġ inġenji tal-ajru meta t-tnejn li huma jkunu fl-ajru; jew bejn inġenju tal-ajru u oġġetti oħra fl-ajru (esklużi għasafar u annimali selvaġġi);

b.

instabbiltà tal-inġenju tal-ajru: stat mhux mixtieq tal-inġenju tal-ajru kkaratterizzat minn diverġenzi mhux intenzjonati mill-parametri li normalment huma esperjenzati matul l-operazzjonijiet, li fl-aħħar mill-aħħar jaf jirriżulta f’impatt mhux ikkontrollat mal-art;

c.

kolliżjoni fuq ir-runway: kolliżjoni bejn inġenju tal-ajru u oġġett ieħor (inġenji tal-ajru oħra, vetturi, eċċ.), jew persuna, li sseħħ fuq runway ta’ ajrudrom jew f’erja oħra tal-inżul deżinjata minn qabel. Huma esklużi kolliżjonijiet ma’ għasafar jew annimali selvaġġi;

d.

ħruġ mir-runway: okkorrenza meta inġenju tal-ajru jitlaq mir-runway jew miż-żona ta’ moviment ta’ ajrudrom jew ta’ superfiċje tal-inżul ta’ kwalunkwe erja oħra tal-inżul deżinjata minn qabel, mingħajr ma jitla’ fl-ajru. Dan jinkludi nżul vertikali lejn l-art b’impatt għoli għal inġenji tal-ajru li jaħdmu bir-rotors jew inġenji tal-ajru u blalen tal-arja jew iġfna tal-ajru li jitilgħu u jinżlu f’direzzjoni vertikali;

e.

nar, duħħan u pressurizzazzjoni: okkorrenza li tinvolvi każijiet ta’ sitwazzjonijiet fejn ikun hemm nar, duħħan, dħaħen jew pressurizzazzjoni, li jistgħu jsiru inkompatibbli mal-ħajja tal-bniedem. Dan jinkludi okkorrenzi li jinvolvu nar, duħħan jew dħaħen li jaffettwaw kwalunkwe parti ta’ inġenju tal-ajru, waqt titjira jew fuq l-art, li ma jkunux jirriżultaw minn impatt jew minn atti malizzjużi;

f.

ħsara fuq l-art: ħsara lil inġenju tal-ajru kkawżata mit-tħaddim ta’ inġenji tal-ajru fuq l-art fi kwalunkwe erja oħra tal-art għajr runway jew erja oħra tal-inżul deżinjata minn qabel, kif ukoll ħsara kkawżata waqt il-manutenzjoni;

g.

kolliżjoni ma’ ostaklu waqt it-titjira: kolliżjoni bejn inġenju tal-ajru waqt titjira u ostakli li jisporġu mis-superfiċe tal-art. L-ostakli jinkludu bini għoli, siġar, kejbils tal-elettriku, wajers tat-telegrafu u antenni, kif ukoll oġġetti marbuta fiżikament;

h.

kolliżjoni mal-art: okkorrenza fejn inġenju tal-ajru waqt titjira jaħbat mal-art, mingħajr ma jkun hemm indikazzjoni li l-ekwipaġġ tat-titjira ma setax jikkontrolla l-inġenju tal-ajru. Dan jinkludi każijiet meta l-ekwipaġġ tat-titjira jkun affettwat minn illużjonijiet viżwali jew minn ambjent viżwali degradat;

i.

korrimenti oħra: okkorrenza fejn jiġġarrbu ġrieħi fatali jew mhux fatali li ma jkunu jistgħu jiġu attribwiti għal ebda qasam ta’ riskju ewlieni ieħor;

j.

sigurtà: att ta’ interferenza mhux skont il-liġi kontra l-avjazzjoni ċivili. Dan jinkludi l-okkorrenzi kollha ta’ inċidenti u ta’ ksur relatati mas-sorveljanza u l-protezzjoni, il-kontroll fuq l-aċċess, l-iskrinjar, l-implimentazzjoni ta’ kontrolli tas-sigurtà u kwalunkwe att ieħor maħsub biex jikkawża l-qerda malizzjuża jew intenzjonata u mhux provokata ta’ inġenji tal-ajru u ta’ proprjetà, li jipperikola l-avjazzjoni ċivili u l-faċilitajiet tagħha jew li jirriżulta fl-interferenza tagħhom mhux skont il-liġi. Dan jinkludi kemm avvenimenti ta’ sigurtà fiżika kif ukoll avvenimenti ta’ ċibersigurtà.

It-telf potenzjali tal-ħajja għandu jiġi kkategorizzat kif ġej:

(a)

aktar minn 100 fatalità possibbli — meta l-okkorrenza li tkun qed tiġi vvalutata tinvolvi mill-inqas kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

inġenju tal-ajru wieħed kbir iċċertifikat b’aktar minn 100 passiġġier potenzjali abbord;

inġenju tal-ajru ta’ daqs ekwivalenti, għall-merkanzija;

inġenju tal-ajru wieħed ta’ kwalunkwe tip f’żona b’popolazzjoni kbira jew f’żona ta’ riskju għoli, jew it-tnejn li huma;

kwalunkwe sitwazzjoni li tinvolvi kwalunkwe tip ta’ inġenju tal-ajru fejn hemm possibbiltà ta’ aktar minn 100 fatalità;

(b)

bejn 20 u 100 fatalità possibbli — meta l-okkorrenza li tkun qed tiġi vvalutata tinvolvi mill-inqas kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

inġenju tal-ajru wieħed iċċertifikat ta’ daqs medju b’bejn 20 u 100 passiġġier potenzjali abbord, jew ta’ daqs ekwivalenti għall-inġenji tal-ajru tal-merkanzija;

kwalunkwe sitwazzjoni fejn jistgħu jkunu possibbli bejn 20 sa 100 fatalità;

(c)

bejn 2 fatalitajiet u 19-il fatalità possibbli - meta l-okkorrenza li tkun qed tiġi vvalutata tinvolvi mill-inqas kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

inġenju tal-ajru wieħed żgħir iċċertifikat b’sa 19-il passiġġier potenzjali abbord;

daqs ekwivalenti għall-inġenji tal-ajru tal-merkanzija;

kwalunkwe sitwazzjoni fejn jistgħu jkunu possibbli bejn 2 fatalitajiet u 19-il fatalità;

(d)

fatalità waħda (1) possibbli — meta l-okkorrenza li tkun qed tiġi vvalutata tinvolvi mill-inqas kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

inġenju tal-ajru mhux ċertifikat wieħed, jiġifieri inġenju tal-ajru mhux soġġett għar-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea;

kwalunkwe sitwazzjoni fejn tista’ tkun possibbli fatalità waħda;

(e)

0 fatalitajiet possibbli — meta l-okkorrenza taħt valutazzjoni tinvolvi korrimenti personali biss, irrispettivament mill-għadd ta’ korrimenti minuri u serji, diment li ma jkunx hemm fatalitajiet.

1.2.   Determinazzjoni

Is-severità tal-aċċident għandha tirriżulta f’wieħed mill-punteġġi tas-severità li ġejjin:

“A” li jfisser li ma hemm ebda probabbiltà ta’ aċċident;

“E” li jfisser aċċident li jinvolvi korriment minuri u gravi (iżda li ma jaffettwax il-ħajja tal-vittma fit-tul) jew ħsara minuri tal-inġenju tal-ajru;

“I” li jfisser aċċident li jinvolvi fatalità waħda, korriment li jaffettwa l-ħajja tal-vittma fit-tul jew aċċident li fih tiġġarrab ħsara sostanzjali;

“M” li jfisser aċċident kbir b’ammont limitat ta’ fatalitajiet, korrimenti li jaffettwaw l-ħajja tal-vittmi fit-tul jew il-qerda tal-inġenju tal-ajru;

“S” li jfisser aċċident sinifikanti b’potenzjal ta’ fatalitajiet u korrimenti;

“X” li jfisser aċċident katastrofiku estrem bil-potenzjal ta’ għadd sinifikanti ta’ fatalitajiet.

Il-punteġġ tas-severità għandu jiġi kkalkulat billi jiġu kkombinati l-qasam ta’ riskju ewlieni u t-telf ta’ ħajja potenzjali kif stabbilit fit-tabella li ġejja:

QASAM TA’ RISKJU EWLIENI

KATEGORIJA

PUNTEĠĠ TAS-SEVERITÀ

Kolliżjoni fl-ajru

Aktar minn 100 fatalità possibbli

X

Bejn 20 u 100 fatalità possibbli

S

Bejn 2 fatalitajiet u 19-il fatalità possibbli

M

Fatalità waħda (1) possibbli

I

Instabbiltà tal-inġenju tal-ajru

Aktar minn 100 fatalità possibbli

X

Bejn 20 u 100 fatalità possibbli

S

Bejn 2 fatalitajiet u 19-il fatalità possibbli

M

Fatalità waħda (1) possibbli

I

Kolliżjoni fuq ir-runway

Aktar minn 100 fatalità possibbli

X

Bejn 20 u 100 fatalità possibbli

S

Bejn 2 fatalitajiet u 19-il fatalità possibbli

M

Fatalità waħda (1) possibbli

I

0 fatalitajiet possibbli

E

Ħruġ mir-runway

Bejn 20 u 100 fatalità possibbli

S

Bejn 2 fatalitajiet u 19-il fatalità possibbli

M

Fatalità waħda (1) possibbli

I

0 fatalitajiet possibbli

E

Nar, duħħan u pressurizzazzjoni

Aktar minn 100 fatalità possibbli

X

Bejn 20 u 100 fatalità possibbli

S

Bejn 2 fatalitajiet u 19-il fatalità possibbli

M

Fatalità waħda (1) possibbli

I

Ħsara fuq l-art

Bejn 2 fatalitajiet u 19-il fatalità possibbli

M

Fatalità waħda (1) possibbli

I

0 fatalitajiet possibbli

E

Kolliżjoni ma’ ostaklu waqt it-titjira

Aktar minn 100 fatalità possibbli

X

Bejn 20 u 100 fatalità possibbli

S

Bejn 2 fatalitajiet u 19-il fatalità possibbli

M

Fatalità waħda (1) possibbli

I

Kolliżjoni mal-art

Aktar minn 100 fatalità possibbli

X

Bejn 20 u 100 fatalità possibbli

S

Bejn 2 fatalitajiet u 19-il fatalità possibbli

M

Fatalità waħda (1) possibbli

I

Korrimenti oħra

Bejn 20 u 100 fatalità possibbli

S

Bejn 2 fatalitajiet u 19-il fatalità possibbli

M

Fatalità waħda (1) possibbli

I

0 fatalitajiet possibbli

E

Sigurtà

Aktar minn 100 fatalità possibbli

X

Bejn 20 u 100 fatalità possibbli

S

Bejn 2 fatalitajiet u 19-il fatalità possibbli

M

Fatalità waħda (1) possibbli

I

0 fatalitajiet possibbli

E

2.   Probabbiltà tal-eżitu potenzjali tal-aċċident

Il-probabbiltà tal-agħar eżitu probabbli tal-aċċident għandha tinkiseb bl-użu tal-mudell tal-ilqugħ tal-ERCS definit fit-Taqsima 2.1.

2.1.   Mudell tal-ilqugħ tal-ERCS

L-iskop tal-mudell tal-ilqugħ tal-ERCS huwa li tiġi vvalutata l-effettività (jiġifieri n-numru u s-saħħa) tal-ilqugħ fis-sistema tas-sikurezza, stabbilita fit-Tabella li tinsab fit-Taqsima 2.1.1, li jkun għad baqa’ bejn l-okkorrenza proprja u l-agħar eżitu probabbli tal-aċċident. Fl-aħħar mill-aħħar, il-mudell tal-ilqugħ tal-ERCS għandu jiddetermina kemm l-okkorrenza li tkun qed tiġi vvalutata kienet qrib l-aċċident potenzjali.

2.1.1.   Ilqugħ

Il-mudell tal-ilqugħ tal-ERCS jikkonsisti minn tmien ilqugħ, ordnati f’sekwenza loġika u ponderati skont it-tabella li ġejja:

Numru tal-ilqugħ

Ilqugħ

Ponderazzjoni tal-ilqugħ

1

“Disinn tal-inġenju tal-ajru, tat-tagħmir u tal-infrastruttura”, jinkludi l-manutenzjoni u l-korrezzjoni, l-appoġġ għall-operat, il-prevenzjoni ta’ problemi relatati ma’ fatturi tekniċi li jistgħu jwasslu għal aċċident.

5

2

“Ippjanar tattiku” jinkludi ppjanar organizzattiv u individwali qabel it-titjira jew attivitajiet operazzjonali oħra li jappoġġaw it-tnaqqis tal-kawżi tal-aċċidenti u tal-kontributuri tagħhom.

2

3

“Regolamenti, proċeduri, proċessi”, jinkludu regolamenti, proċeduri u proċessi effettivi, li jinftiehmu u li huma disponibbli li hemm konformità magħhom (bl-esklużjoni tal-użu ta’ proċeduri għall-ilqugħ ta’ rkupru).

3

4

“Għarfien tas-sitwazzjoni u azzjoni”, tinkludi viġilanza umana għal theddid operazzjonali li tiżgura l-identifikazzjoni ta’ perikli operazzjonali u azzjoni effettiva biex jiġi evitat aċċident.

2

5

“Operat u azzjoni tas-sistemi ta’ twissija” li jistgħu jipprevjenu aċċident u li huma adattati għall-iskop, li jaħdmu, li huma operattivi u li jkun hemm konformità magħhom.

3

6

“Irkupru tard minn sitwazzjoni ta’ aċċident potenzjali”

1

7

“Protezzjonijiet”, tfisser ilqugħ intanġibbli jew miżuri ta’ prekawzjoni li jtaffu l-livell tal-eżitu jew jipprevjenu l-okkorrenza milli teskala meta jseħħ avveniment

1

8

“Okkorrenza b’enerġija baxxa” għandha l-istess punteġġ bħal “Protezzjonijiet”, iżda għal oqsma ta’ riskju ewlenin b’enerġija baxxa biss (ħsara fuq l-art, ħruġ mir-runway, korrimenti).

“Mhux applikabbli” għall-oqsma ta’ riskju ewlenin l-oħra kollha.

1

2.1.2.   Effettività tal-ilqugħ

L-effettività ta’ kull ilqugħ għandha tiġi kklassifikata kif ġej:

“Twaqqaf” (“Stopped”) jekk l-ilqugħ jipprevjeni l-aċċident milli jseħħ;

“Għadu Preżenti Magħruf” (“Remaining Known”): jekk ikun magħruf jekk l-ilqugħ ikunx baqa’ preżenti bejn l-okkorrenza li tkun qed tiġi vvalutata u l-eżitu potenzjali tal-aċċident;

“Għadu Preżenti Assunt” (“Remaining Assumed”): jekk wieħed jassumi li l-ilqugħ ikun baqa’ preżenti bejn l-okkorrenza li tkun qed tiġi vvalutata u l-eżitu potenzjali tal-aċċident;

“Falla Magħruf” (“Failed Known”): jekk ikun magħruf li l-ilqugħ ikun falla;

“Falla Assunt” (“Failed Assumed”): jekk wieħed jassumi li l-ilqugħ ikun falla anke jekk ma jkunx hemm biżżejjed informazzjoni jew ma jkun hemm l-ebda informazzjoni biex dan jiġi determinat;

“Mhux Applikabbli” (“Not Applicable”): jekk l-ilqugħ ma jkunx rilevanti għall-okkorrenza li tkun qed tiġi vvalutata.

2.1.3.   Valutazzjoni tal-ilqugħ

L-ilqugħ għandhom jiġu vvalutati f’żewġ stadji:

Stadju 1: L-identifikazzjoni ta’ liema mill-ilqugħ definiti fit-tabella fit-taqsima 2.1.1 (1-8) waqqfu l-okkorrenza milli teskala għall-eżitu potenzjali tal-aċċident (imsejjaħ “ilqugħ tat-twaqqif”).

Stadju 2: L-identifikazzjoni tal-effettività tal-ilqugħ li jkun baqa’ preżenti, skont it-taqsima 2.1.2. L-ilqugħ li jkunu baqgħu preżenti huma l-ilqugħ elenkati fit-tabella fit-taqsima 2.1.1 li jinsabu bejn l-ilqugħ tat-twaqqif u l-eżitu potenzjali tal-aċċident. L-ilqugħ elenkati fit-tabella fit-taqsima 2.1.1 li jinsabu qabel l-ilqugħ tat-twaqqif ma għandhomx jitqiesu bħala li kkontribwew għall-prevenzjoni tal-eżitu tal-inċident, u konsegwentement dawk l-ilqugħ ma għandhomx jingħataw il-punteġġ “Twaqqaf” jew “Għadu Preżenti”.

2.2.   Kalkolu

Il-probabbiltà tal-eżitu potenzjali tal-aċċident hija l-valur numeriku li jirriżulta mill-istadji li ġejjin:

Stadju 1: Ammont totali tal-ponderazzjonijiet kollha tal-ilqugħ (1 sa 5) stabbilit fit-tabella fit-taqsima 2.1.1 tal-ilqugħ kollha vvalutati li ngħataw il-punteġġ “Twaqqaf”, “Għadu Preżenti Magħruf” (“Remaining Known”)” jew “Għadu Preżenti Assunt” (“Remaining Assumed”). L-ilqugħ b’punteġġ ta’ “Falla” u “Mhux Applikabbli” ma għandhomx jingħaddu fil-punteġġ finali, peress li dawk l-ilqugħ ma setgħux jipprevjenu l-aċċident. L-ammont totali tal-ponderazzjonijiet tal-ilqugħ li jirriżulta huwa valur numeriku ta’ bejn 0 u 18.

Stadju 2: L-ammont totali tal-ponderazzjonijiet tal-ilqugħ jikkorrispondi għal punteġġ tal-ilqugħ ta’ bejn 0 u 9 skont it-tabella li ġejja, li tkopri l-firxa sħiħa bejn l-ilqugħ b’saħħithom u dawk li jkunu baqgħu preżenti.

Ammont totali tal-ponderazzjonijiet tal-ilqugħ

Punteġġ korrispondenti tal-ilqugħ

0 Ma għad fadal l-ebda lqugħ. Seħħ l-agħar eżitu probabbli tal-aċċident.

0

1-2

1

3-4

2

5-6

3

7-8

4

9-10

5

11-12

6

13-14

7

15-16

8

17-18

9

PASS 2: PUNTEĠĠ TAR-RISKJU GĦAS-SIKUREZZA FI ĦDAN IL-MATRIĊI TAL-ERCS

Il-punteġġ tar-riskju tas-sikurezza huwa valur ta’ żewġ ċifri li l-ewwel ċifra tiegħu tikkorrispondi għall-valur alfabetiku li jirriżulta mill-kalkolu tas-severità tal-okkorrenza (punteġġ tas-severità A sa X), filwaqt li t-tieni ċifra tiegħu tirrappreżenta l-valur numeriku mill-kalkolu tal-punteġġ korrispondenti tal-okkorrenza (0 sa 9).

Il-punteġġ tar-riskju tas-sikurezza għandu jiddaħħal fil-matriċi tal-ERCS.

Għal kull punteġġ tar-riskju tas-sikurezza speċifikat hemm ukoll punteġġ ekwivalenti numeriku għall-finijiet ta’ aggregazzjoni u ta’ analiżi li huwa spjegat hawn taħt, taħt “Punteġġ numeriku ekwivalenti”.

Il-matriċi tal-ERCS tirrifletti l-punteġġ tar-riskju tas-sikurezza u ċ-ċifri numeriċi assoċjati ta’ okkorrenza, kif ġej:

Image 1

Minbarra l-punteġġ tar-riskju tas-sikurezza, u biex tiġi ffaċilitata d-determinazzjoni tal-urġenza tal-azzjoni rakkomandata li għandha tittieħed fir-rigward tal-okkorrenza, fil-matriċi tal-ERCS jistgħu jintużaw it-tliet kuluri li ġejjin:

Kulur

Punteġġ ERCS

Tifsira

AĦMAR

X0, X1, X2, S0, S1, S2, M0, M1, I0

Riskju għoli. Okkorrenzi bl-ogħla riskju.

ISFAR

X3, X4, S3, S4, M2, M3, I1, I2, E0, E1

Riskju elevat. Okkorrenzi b’riskju intermedju

AĦDAR

X5 sa X9, S5 sa S9, M4 sa M9, I3 sa I9, E2 sa E9.

Okkorrenzi b’riskju baxx

Il-valuri ta’ riskju aktar baxxi jintwerew fil-parti l-ħadra tal-matriċi. Dawn jipprovdu data għall-analiżi fil-fond dwar okkorrenzi relatati mas-sikurezza li, jew waħedhom jew flimkien ma’ avvenimenti oħrajn, jistgħu jżidu l-valuri ta’ riskju ta’ tali okkorrenzi.

Punteġġ numeriku ekwivalenti

Kull punteġġ ERCS jingħata valur numeriku korrispondenti tal-kobor tar-riskju biex jiffaċilita l-aggregazzjoni u l-analiżi numerika ta’ okkorrenzi multipli b’punteġġ ERCS:

Punteġġ ERCS

X9

X8

X7

X6

X5

X4

X3

X2

X1

X0

Valur numeriku korrispondenti

0,001

0,01

0,1

1

10

100

1000

10000

100000

1000000

Punteġġ ERCS

S9

S8

S7

S6

S5

S4

S3

S2

S1

S0

Valur numeriku korrispondenti

0,0005

0,005

0,05

0,5

5

50

500

5000

50000

500000

Punteġġ ERCS

M9

M8

M7

M6

M5

M4

M3

M2

M1

M0

Valur numeriku korrispondenti

0,0001

0,001

0,01

0,1

1

10

100

1000

10000

100000

Punteġġ ERCS

I9

I8

I7

I6

I5

I4

I3

I2

I1

I0

Valur numeriku korrispondenti

0,00001

0,0001

0,001

0,01

0,1

1

10

100

1000

10000

Punteġġ ERCS

E9

E8

E7

E6

E5

E4

E3

E2

E1

E0

Valur numeriku korrispondenti

0,000001

0,00001

0,0001

0,001

0,01

0,1

1

10

100

1000

Kemm il-kolonna 10 kif ukoll ir-ringiela A fil-matriċi juru l-valur 0 bħala l-valur numeriku korrispondenti.


Top