EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R1784
Regulation (EU) 2020/1784 of the European Parliament and of the Council of 25 November 2020 on the service in the Member States of judicial and extrajudicial documents in civil or commercial matters (service of documents) (recast)
Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (riformulazzjoni)
Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (riformulazzjoni)
OJ L 405, 2.12.2020, p. 40–78
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
2.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 405/40 |
REGOLAMENT (UE) 2020/1784 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Novembru 2020
dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti)
(riformulazzjoni)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 81(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw l-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) ġie emendat qabel. Peress li għandhom isiru iżjed emendi sostanzjali, jenħtieġ li dak ir-Regolament jiġi rriformulat fl-interess taċ-ċarezza. |
(2) |
L-Unjoni Ewropea għandha l-objettiv li żżomm u tiżviluppa l-Unjoni bħala spazju ta’ libertà, sigurtà, u ġustizzja li fih il-moviment liberu tal-persuni huwa żgurat. Biex tistabbilixxi spazju bħal dan, l-Unjoni għandha tadotta, fost miżuri oħrajn, il-miżuri relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili li huma meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern. |
(3) |
Għall-finijiet tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern u l-iżvilupp ta’ spazju tal-ġustizzja ċivili fl-Unjoni, huwa neċessarju li jiġu mtejba u mħaffa aktar it-trażmissjoni u n-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji bejn l-Istati Membri f’materji ċivili u kummerċjali, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà u protezzjoni fit-trażmissjoni ta’ tali dokumenti, billi jiġu salvagwardjati d-drittijiet tad-destinatarji u protetti l-privatezza u d-data personali. Dan ir-Regolament jipprova jtejjeb l-effikaċja u l-ħeffa tal-proċeduri ġudizzjarji billi jissimplifikahom u jirrazzjonalizzahom fir-rigward tan-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji fl-Unjoni, filwaqt li fl-istess ħin jgħin biex jitnaqqsu d-dewmien u l-ispejjeż għall-individwi u n-negozji. L-għoti ta’ aktar ċertezza legali u proċeduri aktar simplifikati, razzjonalizzati u diġitalizzati, ser jinkoraġġixxi lill-individwi u lin-negozji biex jinvolvu ruħhom fi tranżazzjonijiet transfruntiera, u b’hekk tingħata spinta lill-kummerċ fl-Unjoni u, b’hekk lill-funzjonament tas-suq intern. |
(4) |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar in-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji fl-Istati Membri f’materji ċivili jew kummerċjali. Jenħtieġ li ma japplikax għan-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji oħra bħal dawk fiskali, doganali jew amministrattivi. |
(5) |
In-notifika transfruntiera jenħtieġ li tinftiehem bħala servizz minn Stat Membru lil Stat Membru ieħor. |
(6) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma japplikax għan-notifika ta’ dokumenti lir-rappreżentant awtorizzat ta’ parti fl-Istat Membru tal-forum, iżda jenħtieġ li japplika għan-notifika ta’ kwalunkwe dokument lil parti fi Stat Membru ieħor jekk tali notifika hija meħtieġa skont il-liġi tal-Istat Membru tal-forum, irrispettivament mill-fatt jekk id-dokument ġiex innotifikat lir-rappreżentant tal-parti. |
(7) |
Meta d-destinatarju ma jkollu ebda indirizz magħruf għan-notifika fl-Istat Membru tal-forum, iżda għandu indirizz magħruf wieħed jew aktar fi Stat Membru ieħor wieħed jew aktar, id-dokument jenħtieġ li jiġi trażmess lil tali Stat Membru ieħor għan-notifika skont dan ir-Regolament. Din is-sitwazzjoni jenħtieġ li ma titqiesx bħala notifika domestika fi ħdan l-Istat Membru tal-forum. B’mod partikolari, id-dokument jenħtieġ li ma jiġix innotifikat lid-destinatarju permezz ta’ metodu fittizju ta’ notifika, bħalma hija n-notifika permezz tat-tqegħid ta’ avviż fuq il-bord tal-avviżi tal-qorti jew billi d-dokument jiġi ddepożitat fil-fajl tal-qorti. |
(8) |
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, it-terminu ‘dokumenti extraġudizzjarji’ jenħtieġ li jinftiehem li jinkludi dokumenti li ġew imfassla jew iċċertifikati minn awtorità pubblika jew minn uffiċjal pubbliku, u dokumenti oħrajn li t-trażmissjoni formali tagħhom lil destinatarju li jirrisjedi fi Stat Membru ieħor tkun neċessarja għall-finijiet tal-eżerċizzju, il-prova jew is-salvagwardja ta’ dritt jew pretensjoni fil-liġi ċivili jew kummerċjali. Jenħtieġ li t-terminu ‘dokumenti extraġudizzjarji’ ma jinftehimx li jinkludi dokumenti maħruġa minn awtoritajiet amministrattivi għall-finijiet ta’ proċedimenti amministrattivi. |
(9) |
L-effiċjenza u l-ħeffa fi proċedimenti ġudizzjarji f’materji ċivili jirrikjedu li d-dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji jiġu trażmessi b’mod dirett u rapidu bejn il-korpi lokali maħturin mill-Istati Membri. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jaħtru aġenziji mittenti u aġenziji riċeventi separati jew li jaħtru aġenzija waħda jew aktar li twettaq iż-żewġ funzjonijiet għal perijodu ta’ ħames snin. Madankollu, jenħtieġ li jkun possibbli li dik il-ħatra tiġġedded kull ħames snin. |
(10) |
Sabiex tiġi żgurata t-trażmissjoni rapida ta’ dokumenti bejn l-Istati Membri għall-finijiet ta’ notifika hemmhekk, jenħtieġ li tintuża kwalunkwe teknoloġija tal-komunikazzjoni moderna adattata, dment li jiġu osservati ċerti kondizzjonijiet dwar l-integrità u l-affidabbiltà tad-dokumenti rċevuti. Għaldaqstant, bħala regola, il-komunikazzjoni u l-iskambju kollha ta’ dokumenti bejn l-aġenziji u l-korpi maħturin mill-Istati Membri jenħtieġ li jsiru permezz ta’ sistema tal-IT deċentralizzata sigura u affidabbli li tinkludi sistemi tal-IT nazzjonali li huma interkonnessi u teknikament interoperabbli, pereżempju, u mingħajr preġudizzju għal progress teknoloġiku ulterjuri, ibbażat fuq e-CODEX. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema tal-IT deċentralizzata għall-iskambji ta’ data skont dan ir-Regolament. In-natura deċentralizzata ta’ dik is-sistema tal-IT tkun tippermetti skambji ta’ data esklużivament bejn Stat Membru wieħed għal ieħor, mingħajr l-involviment tal-ebda istituzzjoni tal-Unjoni f’dawk l-iskambji. |
(11) |
Mingħajr preġudizzju għal progress teknoloġiku futur possibbli, is-sistema tal-IT deċentralizzata sigura u l-komponenti tagħha jenħtieġ li ma jinftehmux bħala li jikkostitwixxu neċessarjament servizz elettroniku kwalifikat ta’ konsenja rreġistrat kif definit mir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
(12) |
Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun responsabbli għall-ħolqien, il-manutenzjoni u l-iżvilupp futur ta’ software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza li l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw minflok sistema nazzjonali tal-IT, f’konformità mal-prinċipji ta’ protezzjoni tad-data mid-disinn u b’mod awtomatiku Il-Kummissjoni jenħtieġ li tfassal, tiżviluppa u twettaq il-manutenzjoni tas-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza f’konformità mar-rekwiżiti u l-prinċipji ta’ protezzjoni tad-data stipulati fir-Regolamenti (UE) 2018/1725 (5) u (UE) 2016/679 (6) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, b’mod partikolari l-prinċipji ta’ protezzjoni tad-data mid-disinn u b’mod awtomatiku. Is-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza jenħtieġ li jinkludi wkoll miżuri tekniċi xierqa u jippermetti l-miżuri organizzattivi neċessarji sabiex jiġi żgurat livell ta’ sigurtà u interoperabbiltà, li jkun xieraq għall-iskambju ta’ informazzjoni fil-kuntest tan-notifika ta’ dokumenti. |
(13) |
Fir-rigward tal-komponenti tas-sistema tal-IT deċentralizzata li huma taħt ir-responsabbiltà tal-Unjoni, l-entità ta’ ġestjoni jenħtieġ li jkollha biżżejjed riżorsi sabiex tiżgura l-funzjonament tajjeb ta’ dik is-sistema. |
(14) |
L-awtorità jew awtoritajiet kompetenti skont il-liġi nazzjonali jenħtieġ li jkunu responsabbli bħala kontrolluri skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2016/679 fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali li jwettqu skont dan ir-Regolament għat-trażmissjoni ta’ dokumenti bejn l-Istati Membri. |
(15) |
It-trażmissjoni permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata tista’ ssir impossibbli minħabba interruzzjoni fis-sistema. Mezzi oħra ta’ komunikazzjoni jistgħu jkunu aktar xierqa wkoll f’ċirkostanzi eċċezzjonali, li jistgħu jinkludu sitwazzjonijiet fejn il-konverżjoni ta’ dokumentazzjoni voluminuża għall-forma elettronika timponi piż amministrattiv sproporzjonat fuq l-aġenzija mittenti jew fejn id-dokument oriġinali jkun meħtieġ f’forma kartaċja biex tiġi vvalutata l-awtentiċità tiegħu. Fejn ma tintużax is-sistema tal-IT deċentralizzata, it-trażmissjoni jenħtieġ li titwettaq bl-aktar mezzi alternattivi xierqa. Tali mezzi alternattivi jkunu jinkludu, fost l-oħrajn, li t-trażmissjoni ssir kemm jista’ jkun malajr u b’mod sigur permezz ta’ mezzi elettroniċi siguri oħrajn jew bis-servizz postali. |
(16) |
Sabiex titjieb it-trażmissjoni elettronika transfruntiera tad-dokumenti permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata, tali dokumenti jenħtieġ li ma jiġux miċħuda l-effett legali u jenħtieġ li ma jitqisux inammissibbli bħala provi fil-proċedimenti unikament minħabba li huma f’forma elettronika. Madankollu, dak il-prinċipju jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni tal-effetti legali jew l-ammissibbiltà ta’ tali dokumenti bħala prova f’konformità mal-liġi nazzjonali. Jenħtieġ li jkun ukoll mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali rigward il-konverżjoni ta’ dokumenti. |
(17) |
Sabiex ikunu ffaċilitati t-trażmissjoni u n-notifika ta’ dokumenti bejn l-Istati Membri, jenħtieġ li jintużaw il-formoli li jidhru fl-Anness I. Id-dokument li għandu jiġi trażmess jenħtieġ li jkun akkumpanjat minn talba mfassla bl-użu tal-formola A fl-Anness I. Il-formola jenħtieġ li timtela bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru indirizzat jew, jekk dak l-Istat Membru jkollu diversi lingwi uffiċjali, bil-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post fejn ser titwettaq in-notifika, jew b’lingwa oħra li dak l-Istat Membru jkun indika bħala aċċettabbli għalih. Kull Stat Membru jenħtieġ li jindika l-lingwa jew il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni minbarra dik tiegħu li huwa jista’ jaċċetta. |
(18) |
L-aġenzija mittenti jenħtieġ li tintbagħtilha b’mod awtomatiku konferma tar-riċevuta permezz tal-formola D fl-Anness I, permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata jew b’mezzi oħra, malajr kemm jista’ jkun u f’kwalunkwe każ fi żmien sebat ijiem minn meta jiġi rċevut id-dokument. |
(19) |
Meta tirċievi ċ-ċertifikat ta’ nuqqas ta’ notifika ta’ dokumenti, huwa importanti li l-aġenzija mittenti tkun taf jekk l-awtoritajiet tal-Istat Membru indirizzat għamlux talbiet f’reġistri ta’ domiċilju jew f’bażijiet ta’ data oħra, fejn tali reġistri jew bażijiet ta’ data jeżistu, biex ifittxu indirizz ġdid għall-persuna li għandha tiġi nnotifikata. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jinformaw lill-Kummissjoni jekk l-awtoritajiet tagħhom jagħmlux talbiet bħal dawn fuq l-inizjattiva tagħhom stess f’każijiet fejn l-indirizz indikat fit-talba għan-notifika mhuwiex korrett. Madankollu, dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jimponix obbligu fuq l-awtoritajiet tal-Istati Membri li jagħmlu talbiet bħal dawn. |
(20) |
Fejn talba għan-notifika ma tkunx tista’ titwettaq abbażi tal-informazzjoni jew tad-dokumenti trażmessi, fejn ma tkunx taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, fejn in-nuqqas ta’ konformità mal-kondizzjonijiet formali jagħmel in-notifika impossibbli jew fejn intbagħtet lil aġenzija riċeventi li ma jkollhiex ġuriżdizzjoni territorjali, jenħtieġ li l-aġenzija riċeventi tieħu l-passi previsti f’dan ir-Regolament mingħajr dewmien li mhux ġustifikat, mhux raġonevoli u mhux neċessarju fid-dawl taċ-ċirkostanzi partikolari, inkluż il-mezzi ta’ komunikazzjoni għad-dispożizzjoni tal-aġenzija riċeventi. |
(21) |
Il-ħeffa fit-trażmissjoni teħtieġ li d-dokumenti jkunu nnotifikati wara ftit jiem mir-riċevuta tad-dokument. In-notifika ta’ dokumenti jenħtieġ li titwettaq malajr kemm jista’ jkun, u f’kull każ fi żmien xahar mill-wasla tagħhom għand l-aġenzija riċeventi. |
(22) |
L-aġenzija riċeventi jenħtieġ li tkompli tieħu l-passi kollha neċessarji biex tinnotifika d-dokument anke f’każijiet fejn ma kienx possibbli li twettaq in-notifika fi żmien xahar mill-wasla tad-dokument, pereżempju, għaliex il-konvenut ma jkunx id-dar billi jkun fuq vaganza, jew ikun fuq xogħol barra mill-uffiċċju. Madankollu, sabiex jiġi evitat li l-aġenzija riċeventi jkollha obbligu perpetwu li tieħu passi biex tinnotifika d-dokument, l-aġenzija mittenti jenħtieġ li tkun f’pożizzjoni li tispeċifika terminu ta’ żmien li warajh ma tkunx aktar neċessarja n-notifika, permezz tal-formola A fl-Anness I. |
(23) |
Sabiex jiġi żgurat li dan ir-Regolament ikun effettiv, iċ-ċirkostanzi li fihom ikun possibbli -r-rifjut tad-dokument li għandu jiġi nnotifikat jenħtieġ li jiġu limitati għal sitwazzjonijiet eċċezzjonali. |
(24) |
Fil-każijiet kollha fejn id-dokument li għandu jiġi nnotifikat ma jkunx bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post tan-notifika jenħtieġ li l-aġenzija riċeventi tinforma lid-destinatarju bil-miktub permezz tal-formola L fl-Anness I li d-destinatarju jista’ jirrifjuta li jaċċetta d-dokument li għandu jiġi nnotifikat jekk la ma jkun b’lingwa li d-destinatarju jifhem u lanqas bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post tan-notifika. Din ir-regola jenħtieġ li tapplika wkoll għal kwalunkwe notifika sussegwenti ladarba d-destinatarju jkun eżerċita d-dritt ta’ rifjut tiegħu. Id-dritt ta’ rifjut jenħtieġ li japplika wkoll fir-rigward ta’ notifiki permezz ta’ aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari, notifiki bis-servizzi postali, notifiki elettroniċi u notifiki diretti. Jenħtieġ li jkun possibbli li n-notifika tad-dokument irrifjutat tiġi rrimedjata permezz ta’ notifika ta’ traduzzjoni tad-dokument lid-destinatarju. |
(25) |
Jekk traduzzjoni tkun mehmuża mad-dokument li għandu jiġi nnotifikat, jenħtieġ li din tkun iċċertifikata jew inkella meqjusa adatta għal proċedimenti f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru ta’ oriġini. It-traduzzjoni jenħtieġ li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istat Membru fejn ser issir in-notifika. It-traduzzjoni ta’ dokumenti b’lingwa oħra bil-għan li tiġi żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament hija mingħajr preġudizzju għall-kapaċità li r-riċevitur jikkontesta l-korrettezza tat-traduzzjoni f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru tal-forum. |
(26) |
Jekk id-destinatarju jkun irrifjuta li jaċċetta d-dokument u l-qorti jew l-awtorità vestita bil-proċedimenti legali tiddeċiedi wara verifika li r-rifjut ma kienx ġustifikat, dik il-qorti jew l-awtorità jenħtieġ li tikkunsidra mod xieraq kif tinforma lid-destinatarju b’dik id-deċiżjoni f’konformità mal-liġi nazzjonali. Għall-finijiet li jiġi vverifikat jekk ir-rifjut kienx ġustifikat il-qorti jew l-awtorità jenħtieġ li tqis l-informazzjoni kollha rilevanti fil-fajl sabiex tiddetermina l- ħiliet lingwistiċi tad-destinatarju. Fejn rilevanti, meta tkun qed tivvaluta l-ħiliet lingwistiċi tad-destinatarju, il-qorti jew l-awtorità tista’ tqis elementi fattwali, pereżempju dokumenti li jkunu nkitbu mid-destinatarju bil-lingwa kkonċernata, jekk il-professjoni tad-destinatarju tinvolvix ħiliet lingwistiċi partikolari, jekk id-destinatarju huwiex ċittadin tal-Istat Membru tal-forum, jew jekk preċedentement id-destinatarju kienx għamel xi żmien jgħix f’dak l-Istat Membru għal perijodu estiż. |
(27) |
Minħabba d-differenzi bejn l-Istati Membri fir-rigward tar-regoli ta’ proċedura tagħhom, id-data effettiva tan-notifika tvarja minn Stat Membru għal ieħor. Fid-dawl ta’ dawn is-sitwazzjonijiet u diffikultajiet possibbli li jistgħu jinqalgħu, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevedi sistema skont liema l-liġi tal-Istat Membru indirizzat tiddetermina d-data tan-notifika. Madankollu, fejn, skont il-liġi ta’ Stat Membru, dokument għandu jkun innotifikat f’perijodu partikolari, id-data li trid titqies fir-rigward tal-applikant jenħtieġ li tkun dik stabbilita mil-liġi ta’ dak l-Istat Membru. Dik is-sistema ta’ data doppja teżisti biss f’għadd limitat ta’ Stati Membri. Jekk l-Istati Membri japplikaw dik is-sistema, huma jenħtieġ li jikkomunikaw dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni, li jenħtieġ li tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli elettronikament permezz tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-Materji Ċivili u Kummerċjali stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE (7) u fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika. |
(28) |
Sabiex ikun iffaċilitat l-aċċess għall-ġustizzja, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu ħlas fiss uniku għall-użu ta’ uffiċjal ġudizzjarju jew persuna kompetenti skont il-liġi tal-Istat Membru indirizzat. Dak il-ħlas jenħtieġ li jirrispetta l-prinċipji ta’ proporzjonalità u n-nondiskriminazzjoni. Il-ħtieġa ta’ ħlas fiss uniku jenħtieġ li ma tipprekludix il-possibbiltà li Stati Membri jiffissaw ħlasijiet differenti għal tipi differenti ta’ notifika sakemm jibqgħu jirrispettaw dawk il-prinċipji. |
(29) |
Kull Stat Membru jenħtieġ li jkun ħieles li jwettaq notifika tad-dokumenti bis-servizzi postali lill-persuni li joqogħdu fi Stat Membru ieħor direttament permezz ta’ ittra rreġistrata b’konferma tar-riċevuta tal-ittra għand id-destinatarju jew l-ekwivalenti. Jenħtieġ li jkun possibbli li jintuża servizz postali privat jew pubbliku għan-notifika ta’ dokumenti f’forom differenti ta’ ittri, inkluż fajls ta’ ittri. |
(30) |
Skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (8), notifika diretta bis-servizzi postali skont dan ir-Regolament jenħtieġ li titqies bħala li ġiet effettwata b’mod validu, anke jekk id-dokument ma jkunx ġie kkonsenjat lid-destinatarju personalment, meta tkun ġiet innotifikata fl-indirizz tad-dar tad-destinatarju lil persuna adulta li tkun tgħix fl-istess unità domestika tad-destinatarju jew li hija impjegata hemm mid-destinatarju u li għandha l-kapaċità u hija lesta li taċċetta d-dokument, għajr jekk il-liġi tal-Istat Membru tal-forum tippermetti biss in-notifika ta’ dak id-dokument lid-destinatarju personalment. |
(31) |
Effiċjenza u ħeffa fi proċedimenti ġudizzjarji transfruntiera jeħtieġu mezzi diretti, imħaffa u siguri għan-notifika ta’ dokumenti lil persuni fi Stati Membri oħra. Konsegwentement, jenħtieġ li jkun possibbli li ssir in-notifika tad-dokumenti direttament permezz ta’ mezzi elettroniċi lil destinatarju li għandu indirizz magħruf għal notifika fi Stat Membru ieħor. Il-kondizzjonijiet għall-użu ta’ dan it-tip ta’ servizz elettroniku dirett jenħtieġ li jkunu tali li jiżguraw li n-notifika elettronika titwettaq biss bil-mezzi elettroniċi li huma disponibbli skont il-liġi tal-Istat Membru tal-forum għan-notifika domestika tad-dokumenti u jenħtieġ li jiżguraw li jkun hemm salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tal-interessi tad-destinatarju, inkluż standards tekniċi għoljin u rekwiżit għal kunsens espliċitu mid-destinatarju. |
(32) |
Jenħtieġ li jkun possibbli li d-destinatarju jiġi nnotifikat b’mod elettroniku bl-użu ta’ servizzi elettroniċi kwalifikati ta’ konsenja rreġistrati skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, dment li d-destinatarju jkun ta l-kunsens espliċitu minn qabel biex jintużaw mezzi elettroniċi għall-fini tan-notifika ta’ dokumenti matul proċedimenti legali. F’każijiet bħal dawn, jista’ jingħata kunsens espliċitu għal proċedimenti speċifiċi jew bħala kunsens ġenerali għan-notifika ta’ dokumenti matul il-proċedimenti legali b’dawk il-mezzi ta’ notifika. Dak il-kunsens jista’ jingħata minn qabel ukoll fejn, skont il-liġi tal-Istat Membru tal-forum, id-dokumenti proċedurali jistgħu jiġu nnotifikati permezz ta’ sistema elettronika u d-destinatarju jkun ta l-kunsens tiegħu għall-użu ta’ dik is-sistema b’rabta man-notifika tad-dokumenti qabel ma jiġi nnotifikat kwalunkwe dokument lid-destinatarju permezz ta’ dik is-sistema. |
(33) |
Id-destinatarju jista’ jiġi nnotifikat elettronikament mingħajr l-użu ta’ servizzi elettroniċi kwalifikati ta’ konsenja rreġistrati skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, dment li d-destinatarju jkun ta minn qabel il-kunsens espliċitu lill-qorti jew lill-awtorità vestita bil-proċedimenti jew lill-parti responsabbli għan-notifika f’dawk il-proċedimenti biex tintbagħat posta elettronika lil indirizz tal-posta elettronika speċifikat matul dawk il-proċedimenti, dment li tiġi rċevuta prova tar-riċevuta tad-dokument mid-destinatarju. Id-destinatarju jenħtieġ li jikkonferma li rċieva d-dokument billi jiffirma u jibgħat konferma tar-riċevuta jew billi jibgħat messaġġ elettroniku mill-indirizz tal-posta elettronika pprovdut mid-destinatarju għan-notifika. Il-konferma tar-riċevuta tista’ wkoll tiġi ffirmata elettronikament. Sabiex tiġi ggarantita s-sigurtà tat-trażmissjoni, l-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw kondizzjonijiet addizzjonali li skont dawn huma ser jaċċettaw notifika elettronika permezz tal-posta elettronika fejn il-liġi tagħhom tistabbilixxi kondizzjonijiet aktar stretti fir-rigward tan-notifika permezz tal-posta elettronika jew fejn il-liġi tagħhom ma tippermettix tali notifika bil-posta elettronika. Tali kondizzjonijiet jistgħu jindirizzaw kwistjonijiet bħall-identifikazzjoni tal-mittent u r-riċevitur, l-integrità tad-dokumenti mibgħuta u l-protezzjoni tat-trażmissjoni kontra interferenza esterna. |
(34) |
Jenħtieġ li jkun possibbli għal kwalunkwe persuna b’interess fi proċedimenti ġudizzjarju partikolari li twettaq notifika tad-dokumenti permezz ta’ uffiċjali ġudizzjarji, uffiċjali jew persuni kompetenti oħra tal-Istat Membru li fih in-notifika qed tintalab, dment li tali notifika diretta hija permessa taħt il-liġi ta’ dak l-Istat Membru. |
(35) |
Fejn il-liġi nazzjonali u dan ir-Regolament jippermettu lill-qorti li tagħti sentenza anke jekk ma jkun wasal ebda ċertifikat ta’ notifika jew konsenja tad-dokument li jniedi l-proċedimenti, jew l-ekwivalenti tiegħu, jenħtieġ li jsir kull sforz raġonevoli biex iċ-ċertifikat jinkiseb permezz tal-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti tal-Istat Membru indirizzat qabel ma tingħata kwalunkwe sentenza, f’konformità ma’ kwalunkwe rekwiżit ieħor li jissalvagwardja l-interessi tal-konvenut. Għajr jekk ikun inkompatibbli mal-liġi nazzjonali, jenħtieġ li jsir kull sforz raġonevoli biex il-konvenut jiġi infurmat li nbdew proċedimenti fil-qorti permezz ta’ kwalunkwe mezz ta’ komunikazzjoni disponibbli, fosthom mezzi ta’ teknoloġija tal-komunikazzjoni moderna, li l-indirizz jew l-indirizz elettroniku tiegħu jkun magħruf mill-qorti vestita bil-proċedimenti. |
(36) |
Il-Kummissjoni jenħtieġ li tfassal manwal li jkun fih informazzjoni rilevanti għall-applikazzjoni adatta ta’ dan ir-Regolament. Il-manwal jenħtieġ li jkun disponibbli permezz tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-Materji Ċivili u Kummerċjali. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu l-almu tagħhom biex jiżguraw li l-informazzjoni fil-manwal tkun aġġornata u kompluta, speċjalment fir-rigward tad-dettalji ta’ kuntatt ta’ aġenziji riċeventi u mittenti. |
(37) |
Għall-ikkalkular tal-perijodi u l-limiti ta’ żmien previsti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li japplika r-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 (9). |
(38) |
Sabiex jiġu aġġornati l-formoli fl-Anness I għal dan ir-Regolament jew biex isir tibdil tekniku għal dak il-formoli, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emendi għal dak l-Annessi. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (10). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. |
(39) |
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). |
(40) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevali fuq id-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet jew l-arranġamenti bilaterali jew multilaterali, konklużi mill-Istati Membri li għandhom l-istess kamp ta’ applikazzjoni bħal dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-15 ta’ Novembru 1965 dwar in-Notifika barra l-Pajjiż ta’ Dokumenti Ġudizzjarji u Extraġudizzjarji fi Kwistjonijiet Ċivili jew Kummerċjali fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri li huma parti għalihom. Dan ir-Regolament ma jipprekludix lill-Istati Membri milli jżommu jew jikkonkludu ftehimiet jew arranġamenti biex jgħaġġlu jew jissimplifikaw it-trażmissjoni tad-dokumenti, dment li dawk il-ftehimiet jew arranġamenti jkunu kompatibbli ma’ dan ir-Regolament. |
(41) |
Id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni kollha involuti jenħtieġ li jiġu mħarsa u rrispettati b’mod sħiħ f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, u b’mod partikolari d-drittijiet għal aċċess ugwali għall-ġustizzja, għan-nondiskriminazzjoni u għall-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza. |
(42) |
L-informazzjoni trażmessa skont dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi protetta kif xieraq. Tali protezzjoni taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/679 u tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). Data personali li mhijiex rilevanti għat-trattament ta’ każ speċifiku jenħtieġ li titħassar minnufih. |
(43) |
F’konformità mal-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ arranġamenti ta’ monitoraġġ speċifiċi, sabiex tivvaluta l-effetti reali ta’ dan ir-Regolament u l-ħtieġa għal kwalunkwe azzjoni ulterjuri. Fejn l-Istati Membri jiġbru data dwar in-notifika ta’ dokumenti skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari informazzjoni dwar l-għadd ta’ talbiet trażmessi u talbiet rċevuti, l-għadd ta’ każijiet fejn it-trażmissjoni tkun saret permezz ta’ mezzi oħra għajr is-sistema tal-IT deċentralizzata, l-għadd ta’ ċertifikati ta’ nuqqas ta’ notifika ta’ dokumenti riċevuti u l-għadd ta’ notifiki ta’ rifjut għal raġunijiet ta’ lingwa li jirċievu l-aġenziji mittenti, jenħtieġ li jipprovdu lill-Kummissjoni b’tali data għal finijiet ta’ monitoraġġ. Is-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza żviluppat mill-Kummissjoni bħala sistema back-end jenħtieġ li jiġbor b’mod programmatiku d-data neċessarja għal finijiet ta’ monitoraġġ u tali data jenħtieġ li tkun trażmessa lill-Kummissjoni. Fejn l-Istati Membri jagħżlu li jużaw sistema nazzjonali tal-IT minflok is-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza żviluppat mill-Kummissjoni, dik is-sistema tista’ tiġi mgħammra biex tiġbor b’mod programmatiku dik id-data u, f’dak il-każ, dik id-data jenħtieġ li tiġi trażmessa lill-Kummissjoni. |
(44) |
Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba d-differenzi bejn ir-regoli nazzjonali li jirregolaw il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet, iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-applikabbiltà diretta u n-natura vinkolanti ta’ dan ir-Regolament, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. |
(45) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta opinjoni fit-13 ta’ Settembru 2019 (13). |
(46) |
Sabiex id-dispożizzjonijiet tiegħu jsiru aktar aċċessibbli u jinqraw aktar faċilment, ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 jenħtieġ li jitħassar u jiġi sostitwit b’dan ir-Regolament. |
(47) |
F’konformità mal-Artikolu 3 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
(48) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament japplika għan-notifika transfruntiera ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali. Dan ma japplikax, b’mod partikolari, għal materji fiskali, doganali jew amministrattivi jew għar-responsabbiltà ta’ Stat Membru għal atti jew ommissjonijiet fl-eżerċizzju tal-awtorità tal-Istat (acta iure imperii).
2. Bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 7, dan ir-Regolament ma japplikax meta l-indirizz tal-persuna li għandha tiġi nnotifikata b’dokument ma jkunx magħruf.
3. Dan ir-Regolament ma japplikax għan-notifika ta’ dokument fl-Istat Membru tal-forum lir-rappreżentant awtorizzat mill-parti li għandha tiġi nnotifikata, irrispettivament mill-post ta’ residenza ta’ dik il-persuna.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“Stat Membru tal-forum” tfisser l-Istat Membru li fih isiru l-proċedimenti ġudizzjarji; |
(2) |
“sistema tal-IT deċentralizzata” tfisser netwerk ta’ sistemi nazzjonali tal-IT u punti ta’ aċċess interoperabbli, li joperaw taħt ir-responsabbiltà u l-ġestjoni individwali ta’ kull Stat Membru, li jippermetti l-iskambju transfruntier sigur u affidabbli ta’ informazzjoni bejn is-sistemi tal-IT nazzjonali. |
Artikolu 3
Aġenziji mittenti u riċeventi
1. Kull Stat Membru għandu jaħtar lill-uffiċjali pubbliċi, l-awtoritajiet jew lil persuni oħra kompetenti biex jittrażmettu dokumenti ġudizzjarji jew extraġudizzjarji li jridu jkunu nnotifikati fi Stat Membru ieħor (“aġenziji mittenti”).
2. Kull Stat Membru għandu jaħtar lill-uffiċjali pubbliċi, l-awtoritajiet jew lil persuni oħra kompetenti biex jirċievu dokumenti ġudizzjarji jew extraġudizzjarji minn Stat Membru ieħor (“aġenziji riċeventi”).
3. L-Istati Membri jistgħu jaħtru aġenziji mittenti u aġenziji riċeventi separati jew jaħtru aġenzija waħda jew aktar li jwettqu ż-żewġ funzjonijiet. Stati Membri federali, Stati Membri li fihom japplikaw diversi sistemi legali u Stati Membri b’unitajiet territorjali awtonomi jistgħu jaħtru aktar minn aġenzija waħda bħal din. Il-ħatra għandha tkun għal perijodu ta’ ħames snin u tista’ tiġġedded għal perijodu ulterjuri ta’ ħames snin.
4. Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li ġejja:
(a) |
l-ismijiet u l-indirizzi tal-aġenziji riċeventi msemmija fil-paragrafi 2 u 3; |
(b) |
iż-żoni ġeografiċi li fihom dawk l-aġenziji riċeventi għandhom ġuriżdizzjoni; |
(c) |
il-mezzi li bihom dawk l-aġenziji riċeventi jkunu jistgħu jirċievu d-dokumenti fejn japplika l-Artikolu 5(4); u |
(d) |
il-lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formoli li jinsabu fl-Anness I. |
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’kull tibdil sussegwenti tal-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.
Artikolu 4
Korp ċentrali
Kull Stat Membru għandu jaħtar korp ċentrali li jkun responsabbli għal:
(a) |
il-forniment ta’ informazzjoni lill-aġenziji mittenti; |
(b) |
it-tiftix ta’ soluzzjonijiet għal kwalunkwe diffikultà li tista’ tinqala’ waqt it-trażmissjoni tad-dokumenti li jridu jkunu nnotifikati; |
(c) |
it-trażmissjoni, f’każijiet eċċezzjonali, ta’ talba għan-notifika lill-aġenzija riċeventi kompetenti fuq talba ta’ aġenzija mittenti. |
Stati Membri Federali, Stati Membri li fihom japplikaw diversi sistemi legali u Stati Membri b’unitajiet territorjali awtonomi jistgħu jaħtru aktar minn korp ċentrali wieħed.
Artikolu 5
Mezzi ta’ komunikazzjoni li għandhom jintużaw mill-aġenziji mittenti, mill-aġenziji riċeventi u mill-korpi ċentrali
1. Dokumenti li għandhom jiġu nnotifikati, talbiet, konfermi, riċevuti, ċertifikati u kull komunikazzjonijiet magħmula abbażi tal-formoli fl-Anness I bejn l-aġenziji mittenti u riċeventi, bejn dawk l-aġenziji u l-korpi ċentrali, jew bejn il-korpi ċentrali tal-Istati Membri differenti għandhom jiġu trażmessi permezz ta’ sistema tal-IT deċentralizzata, sigura u affidabbli. Dik is-sistema tal-IT deċentralizzata għandha tkun ibbażata fuq soluzzjoni interoperabbli bħal e-CODEX.
2. Il-qafas legali ġenerali għall-użu ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 għandu japplika għad-dokumenti li għandhom jiġu nnotifikati, għat-talbiet, għall-konfermi, għar-riċevuti, għaċ-ċertifikati u għal komunikazzjonijiet trażmessi permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata.
3. Fejn id-dokumenti li għandhom jiġu nnotifikati, it-talbiet, il-konfermi, ir-riċevuti, iċ-ċertifikati u komunikazzjonijiet oħrajn imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jeħtieġu jew ikollhom siġill jew firma miktuba bl-idejn, minflok jistgħu jintużaw siġilli elettroniċi kkwalifikati jew firem elettroniċi kkwalifikati, kif definit fir-Regolament (UE) Nru 910/2014.
4. Meta t-trażmissjoni f’konformità mal-paragrafu 1 ma tkunx possibbli minħabba interruzzjoni tas-sistema tal-IT deċentralizzata jew minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, it-trażmissjoni għandha ssir bl-aktar mezz alternattiv xieraq u rapidu, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu żgurati l-affidabbiltà u s-sigurtà.
Artikolu 6
Effetti legali ta’ dokumenti elettroniċi
Id-dokumenti li jiġu trażmessi permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata ma għandhomx jiġu miċħuda effett legali jew meqjusin inammissibbli bħala provi fil-proċedimenti unikament minħabba li huma f’forma elettronika.
Artikolu 7
Assistenza f’inkjesti dwar indirizzi
1. Meta l-indirizz tal-persuna li għandha tiġi nnotifikata b’dokument ġudizzjarju jew extraġudizzjarju fi Stat Membru ieħor ma jkunx magħruf, dak l-Istat Membru għandu jipprovdi assistenza biex jiġi ddeterminat l-indirizz b’mill-inqas wieħed mill-metodi li ġejjin:
(a) |
jipprovdi għall-awtoritajiet maħturin li lilhom l-aġenziji mittenti jkunu jistgħu jindirizzaw talbiet dwar id-determinazzjoni tal-indirizz tal-persuna li għandha tiġi nnotifikata; |
(b) |
iħalli lil persuni minn Stati Membri oħra jippreżentaw talbiet, inkluż b’mod elettroniku, għal informazzjoni dwar indirizzi ta’ persuni li għandhom jiġu nnotifikati direttament fir-reġistri dwar id-domiċilju jew f’bażijiet tad-data oħra pubblikament aċċessibbli permezz ta’ formola standard disponibbli fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika; jew |
(c) |
jipprovdi informazzjoni dettaljata, permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika, dwar kif għandhom jinstabu l-indirizzi tal-persuni nnotifikati. |
2. Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li ġejja, bil-ħsieb li ssir disponibbli permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika:
(a) |
il-mezzi ta’ assistenza li l-Istat Membru ser jipprovdi fit-territorju tiegħu skont il-paragrafu 1; |
(b) |
fejn applikabbli, l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1; |
(c) |
jekk l-awtoritajiet tal-Istat Membru indirizzat humiex ser jippreżentaw, fuq inizjattiva tagħhom stess, talbiet lir-reġistri dwar id-domiċilju jew lill-bażijiet tad-data oħra għal informazzjoni dwar l-indirizzi f’każijiet fejn l-indirizz indikat fit-talba għan-notifika ma jkunx korrett. |
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla sussegwenti fl-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.
KAPITOLU II
DOKUMENTI ĠUDIZZJARJI
TAQSIMA 1
Trażmissjoni u notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji
Artikolu 8
Trażmissjoni tad-dokumenti
1. Id-dokumenti ġudizzjarji għandhom jiġu trażmessi direttament u kemm jista’ jkun malajr bejn l-aġenziji mittenti u riċeventi.
2. Id-dokument li għandu jiġi trażmess għandu jkun akkumpanjat minn talba mfassla bl-użu tal-formola A fl-Anness I. Il-formola għandha timtela bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru indirizzat jew, jekk dak l-Istat Membru jkollu diversi lingwi uffiċjali, bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post fejn ikollha titwettaq in-notifika, jew b’lingwa oħra li dak l-Istat Membru jkun indika li jista’ jaċċetta.
Kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni minbarra dik tiegħu li fiha l-formola tista’ timtela.
3. Id-dokumenti li jiġu trażmessi skont dan ir-Regolament għandhom ikunu eżenti mir-rekwiżiti tal-legalizzazzjoni jew minn kwalunkwe formalità ekwivalenti.
4. Fejn l-aġenzija mittenti titlob li tintbagħtilha lura kopja tad-dokument li jkun intbagħat f’forma kartaċja f’konformità mal-Artikolu 5(4) flimkien maċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 14, hija għandha tibgħat żewġ kopji ta’ dak id-dokument.
Artikolu 9
Traduzzjoni ta’ dokumenti
1. L-aġenzija mittenti li liha l-applikant bagħtilha d-dokument għat-trażmissjoni għandha tavża lill-applikant li d-destinatarju jista’ jirrifjuta li jaċċetta d-dokument jekk dan ma jkunx miktub b’waħda mil-lingwi previsti fl-Artikolu 12(1).
2. L-applikant għandu jġarrab l-ispejjeż kollha tat-traduzzjoni qabel ma jintbagħat id-dokument, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti possibbli mill-qorti jew minn awtorità kompetenti dwar ir-responsabbiltà għal dawn l-ispejjeż.
Artikolu 10
Riċevuta tad-dokumenti għand l-aġenzija riċeventi
1. Mar-riċevuta tad-dokument, l-aġenzija riċeventi għandha awtomatikament tibgħat lill-aġenzija mittenti konferma tar-riċevuta kemm jista’ jkun malajr permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata jew, meta l-konferma tintbagħat b’mezzi oħra, kemm jista’ jkun malajr, u f’kull każ, fi żmien sebat ijiem mir-riċevuta, bl-użu tal-formola D fl-Anness I.
2. Meta t-talba għan-notifika ma tkunx tista’ tiġi sodisfatta abbażi tal-informazzjoni jew id-dokumenti li jkunu ntbagħtu, l-aġenzija riċeventi għandha tikkuntattja lill-aġenzija mittenti mingħajr dewmien żejjed sabiex tikseb l-informazzjoni jew id-dokumenti nieqsa, bl-użu tal-formola E fl-Anness I.
3. Fejn it-talba għan-notifika tkun b’mod ċar ’il barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jew fejn in-nuqqas ta’ konformità mal-kondizzjonijiet formali mitluba jagħmel in-notifika impossibbli, it-talba u d-dokumenti rikjesti għandhom jintbagħtu lura lill-aġenzija mittenti mal-wasla, mingħajr dewmien żejjed, flimkien ma’ avviż ta’ ritorn bl-użu tal-formola F fl-Anness I.
4. Fejn aġenzija riċeventi tirċievi dokument għal notifika li ma għandhiex ġuriżdizzjoni territorjali biex tinnotifikah, hija għandha tibgħat dak id-dokumenti mingħajr dewmien żejjed, flimkien mat-talba, lill-aġenzija riċeventi li jkollha ġuriżdizzjoni territorjali fl-Istat Membru indirizzat, jekk it-talba tikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(2). L-aġenzija riċeventi għandha tgħarraf lill-aġenzija mittenti dwar dan fl-istess ħin, bl-użu tal-formola G fl-Anness I. Malli l-aġenzija riċeventi li jkollha ġuriżdizzjoni territorjali fl-Istat Membru indirizzat tirċievi d-dokument u t-talba, dik l-aġenzija riċeventi għandha tibgħat konferma tar-riċevuta lill-aġenzija mittenti kemm jista’ jkun malajr u, f’kull każ, fi żmien sebat ijiem minn meta jaslu bl-użu tal-formola H fl-Anness I.
Artikolu 11
Notifika ta’ dokumenti
1. L-aġenzija riċeventi għandha tinnotifika d-dokument hi stess jew tqabbad lil min jinnotifikah f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru indirizzat jew permezz ta’ metodu partikolari mitlub mill-aġenzija mittenti, ħlief jekk dak il-metodu ma jkunx kompatibbli mal-liġi ta’ dak l-Istat Membru.
2. L-aġenzija riċeventi għandha tieħu l-passi kollha neċessarji biex twettaq in-notifika tad-dokument malajr kemm jista’ jkun, u f’kull każ, fi żmien xahar minn meta tirċievih. Jekk ma jkunx possibbli li n-notifika titwettaq fi żmien xahar mir-riċevuta tad-dokument, l-aġenzija riċeventi għandha:
(a) |
immedjatament tinforma lill-aġenzija mittenti permezz tal-formola K fl-Anness I jew, jekk l-aġenzija mittenti tkun talbet informazzjoni permezz tal-formola I fl-Anness I, permezz tal-formola J fl-Anness I; u |
(b) |
tkompli tieħu l-passi kollha neċessarji biex tinnotifika d-dokument, meta jkun jidher li ser ikun possibbli li titwettaq in-notifika f’perijodu ta’ żmien raġonevoli, sakemm l-aġenzija mittenti ma tindikax li n-notifika ma għandhiex neċessarja. |
Artikolu 12
Meta d-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta dokument
1. Id-destinatarju jista’ jirrifjuta li jaċċetta d-dokument li għandu jiġi notifikat jekk id-dokument ma jkunx miktub, jew ma jkunx akkumpanjat bi traduzzjoni:
(a) |
f’lingwa li jifhimha d-destinatarju; jew |
(b) |
fil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru indirizzat jew, jekk dak l-Istat Membru jkollu diversi lingwi uffiċjali, il-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post fejn ser issir in-notifika. |
2. L-aġenzija riċeventi għandha tinforma lid-destinatarju bid-dritt previst fil-paragrafu 1 fejn id-dokument ma jkunx miktub jew ma jkunx akkumpanjat bi traduzzjoni, f’lingwa msemmija fil-punt (b) ta’ dak il-paragrafu, billi tehmeż flimkien mad-dokument li għandu jiġi nnotifikat il-formola L fl-Anness I li għandha tkun ipprovduta:
(a) |
fil-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ta’ oriġini; u |
(b) |
f’lingwa msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1. |
Jekk ikun hemm indikazzjoni li d-destinatarju jifhem lingwa uffiċjali ta’ Stat Membru ieħor, il-formola L fl-Anness I għandha tkun ipprovduta ukoll b’dik il-lingwa.
Fejn Stat Membru jittraduċi l-formola L fl-Anness I b’lingwa ta’ pajjiż terz, huwa għandu jikkomunika dik it-traduzzjoni lill-Kummissjoni bil-ħsieb li din issir disponibbli fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.
3. Id-destinatarju jista’ jirrifjuta li jaċċetta d-dokument jew fil-mument li ssir in-notifika jew fi żmien ġimagħtejn mill-mument li ssir in-notifika permezz ta’ dikjarazzjoni bil-miktub ta’ rifjut ta’ aċċettazzjoni. Għal dak il-għan, id-destinatarju jista’ jibgħat lura lill-aġenzija riċeventi l-formola L fl-Anness I jew dikjarazzjoni bil-miktub li tiddikjara li d-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta d-dokument minħabba l-lingwa li fiha ġiet innotifikat.
4. Fejn l-aġenzija riċeventi tkun infurmata li d-destinatarju qed jirrifjuta li jaċċetta d-dokument skont il-paragrafi 1, 2 u 3, hija għandha tavża immedjatament lill-aġenzija mittenti permezz taċ-ċertifikat ta’ notifika jew ta’ nuqqas ta’ notifika, bl-użu tal-formola K fl-Anness I, u tibgħat lura t-talba u, fejn disponibbli, kull dokument li tintalab traduzzjoni tiegħu.
5. In-notifika ta’ dokument irrifjutat tista’ tiġi rimedjata permezz tan-notifika lid-destinatarju, f’konformità ma’ dan ir-Regolament, ta’ dak id-dokument flimkien ma’ traduzzjoni b’lingwa prevista fil-paragrafu 1. F’dak il-każ, id-data tan-notifika tad-dokument għandha tkun id-data li fiha d-dokument u t-traduzzjoni tiegħu jkunu ġew innotifikati f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru indirizzat. Madankollu, fejn, il-liġi ta’ Stat Membru tirrikjedi li dokument jiġi nnotifikat f’perijodu ta’ żmien partikolari, id-data li trid titqies fir-rigward tal-applikant għandha tkun id-data tan-notifika tad-dokument oriġinali, ddeterminata f’konformità mal-Artikolu 13(2).
6. Il-paragrafi 1 sa 5 japplikaw ukoll għall-mezzi l-oħra tat-trażmissjoni u n-notifika tad-dokumenti ġudizzjarji previsti fit-Taqsima 2.
7. Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, l-aġenti diplomatiċi jew l-uffiċjali konsulari f’każijiet fejn in-notifika issir f’konformità mal-Artikolu 17, u l-awtorità jew il-persuna, f’każijiet fejn in-notifika ssir skont l-Artikolu 18, 19 jew 20 għandhom jinfurmaw lid-destinatarju li d-destinatarju jista’ jirrifjuta li jaċċetta d-dokument u li jew il-formola L fl-Anness I jew dikjarazzjoni bil-miktub tar-rifjut trid tintbagħat lil dawk l-aġenti jew l-uffiċjali jew lil dik l-awtorità jew persuna rispettivament.
Artikolu 13
Data tan-notifika
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12(5), id-data tan-notifika magħmula skont l-Artikolu 11 għandha tkun id-data li fiha d-dokument ġie nnotifikat f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru indirizzat.
2. Madankollu, fejn il-liġi ta’ Stat Membru tirrikjedi li dokument għandu jiġi nnotifikat f’perijodu ta’ żmien partikolari, id-data li trid titqies fir-rigward tal-applikant għandha tkun dik iffissata mil-liġi ta’ dak l-Istat Membru.
3. Dan l-Artikolu japplika ukoll għall-mezzi l-oħra ta’ trażmissjoni u n-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji previsti fit-Taqsima 2.
Artikolu 14
Ċertifikat tan-notifika u kopja tad-dokument notifikat
1. Mat-tlestija tal-formalitajiet dwar in-notifika tad-dokument inkwistjoni l-aġenzija riċeventi għandha toħroġ ċertifikat ta’ tlestija ta’ dawk il-formalitajiet bl-użu tal-formola K fl-Anness I u tibagħtu lill-aġenzija mittenti, flimkien ma’ kopja tad-dokument notifikat, fejn japplika l-Artikolu 8(4).
2. Iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jimtela bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ta’ oriġini jew b’lingwa oħra li l-Istat Membru ta’ oriġini jkun indika bħala aċċettabbli għalih. Kull Stat Membru għandu jindika kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni minbarra dik tiegħu fi fiha tista’ timtela’ l-formola K fl-Anness I..
Artikolu 15
Spejjeż tan-notifika
1. In-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji li joriġinaw fi Stat Membru m’għandha tagħti lok għall-ebda obbligu ta’ pagament jew rimborż ta’ taxxi jew spejjeż għas-servizzi mogħtija mill-Istat Membru indirizzat.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, l-applikant għandu jħallas jew irodd lura l-ispejjeż għal:
(a) |
l-użu ta’ uffiċjal ġudizzjarju jew ta’ persuna kompetenti skont il-liġi tal-Istat Membru indirizzat; |
(b) |
l-użu ta’ metodu partikolari ta’ notifika. |
L-Istati Membri għandhom jistipulaw ħlas fiss uniku għall-użu ta’ uffiċjal ġudizzjarju jew ta’ persuna kompetenti skont il-liġi tal-Istat Membru indirizzat. Dak il-ħlas għand jkun f’konformità mal-prinċipji ta’ proporzjonalità u n-nondiskriminazzjoni. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw tali ħlas fiss lill-Kummissjoni.
TAQSIMA 2
Mezzi oħra ta’ trażmissjoni u notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji
Artikolu 16
Trażmissjoni b’mezzi diplomatiċi jew konsulari
F’ċirkostanzi eċċezzjonali, kull Stat Membru jista’ juża mezzi diplomatiċi jew konsulari biex jittrażmetti d-dokumenti ġudizzjarji bil-għan li jinnotifikahom lil l-aġenziji riċeventi jew lill-korpi ċentrali ta’ Stat Membru ieħor.
Artikolu 17
Notifika minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari
1. Kull Stat Membru jista’ jwettaq in-notifika tad-dokumenti ġudizzjarji lil persuni li joqogħdu fi Stat Membru ieħor, mingħajr l-użu ta’ miżuri koerċittivi, direttament permezz tal-aġenti diplomatiċi jew l-uffiċjali konsulari tiegħu.
2. Stat Membru jista’ jikkomunika lill-Kummissjoni li hu jopponi notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji, kif imsemmi fil-paragrafu 1, fit-territorju tiegħu, sakemm id-dokumenti ma għandhomx jiġu nnotifikati lil ċittadini tal-Istat Membru li fih ikunu oriġinaw id-dokumenti.
Artikolu 18
Notifika bis-servizzi postali
In-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji tista’ ssir direttament bis-servizzi postali lil persuni preżenti fi Stat Membru ieħor permezz ta’ ittra rreġistrata b’konferma tar-riċevuta jew l-ekwivalenti.
Artikolu 19
Servizz elettroniku
1. In-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji tista’ ssir direttament lil persuna li għandha indirizz magħruf għal notifika fi Stat Membru ieħor permezz ta’ kwalunkwe mezz ta’ notifika elettronika disponibbli skont il-liġi tal-Istat Membru tal-forum għan-notifika domestika ta’ dokumenti, dment li:
(a) |
id-dokumenti jintbagħtu u jiġu riċevuti bl-użu ta’ servizzi elettroniċi kwalifikati ta’ konsenja rreġistrati skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-destinatarju jkun ta l-kunsens espliċitu minn qabel għall-użu ta’ mezzi elettroniċi għan-notifika ta’ dokumenti matul proċedimenti legali; jew |
(b) |
id-destinatarju jkun ta l-kunsens espliċitu minn qabel lill-qorti jew lill-awtorità vestita bil-proċedimenti jew lill-parti responsabbli min-notifika ta’ dokumenti f’tali proċedimenti għall-użu tal-posta elettronika mibgħuta lejn indirizz tal-posta elettronika speċifikat għall-fini tan-notifika ta’ dokumenti matul dawk il-proċedimenti u d-destinatarju jikkonferma r-riċevuta tad-dokument b’konferma tar-riċevuta, inkluż id-data tar-riċevuta. |
2. Sabiex tiġi ggarantita s-sigurtà tat-trażmissjoni, kull Stat Membru jista’ jispeċifika u jgħarraf lill-Kummissjoni l-kondizzjonijiet addizzjonali li skonthom huwa ser jaċċetta notifika elettronika imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, meta l-liġi tiegħu tistabbilixxi kondizzjonijiet aktar stretti f’dak ir-rigward jew ma tippermettix notifika elettronika bil-posta elettronika.
Artikolu 20
Notifika diretta
1. Kwalunkwe persuna b’interess fi proċedimenti ġudizzjarju partikolari tista’ twettaq in-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji direttament permezz tal-uffiċjali ġudizzjarji, uffiċjali jew persuni kompetenti oħra tal-Istat Membru li fih hija mitluba n-notifika, dment li tali notifika diretta tkun permessa taħt il-liġi ta’ dak l-Istat Membru.
2. Stat Membru li jippermetti notifika diretta għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar liema professjonijiet jew persuni kompetenti huma permessi li jwettqu n-notifika diretta ta’ dokumenti fit-territorju tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.
KAPITOLU III
DOKUMENTI EXTRAĠUDIZZJARJI
Artikolu 21
Trażmissjoni u notifika ta’ dokumenti extraġudizzjarji
Id-dokumenti extraġudizzjarji jistgħu jintbagħtu u innotifikati fi Stat Membru ieħor f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 22
Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċedimenti
1. Meta dokument li jniedi l-proċedimenti jew l-ekwivalenti tiegħu kellu jiġi trażmess lil Stat Membru ieħor għall-fini ta’ notifika skont dan ir-Regolament u l-konvenut ma deherx għall-proċedimenti, is-sentenza ma għandhiex tinqata’ qabel ma jiġi stabbilit li n-notifika jew il-konsenja tad-dokument kienet saret kmieni biżżejjed biex tippermetti lill-konvenut jippreżenta d-difiża tiegħu u li:
(a) |
id-dokument kien innotifikat permezz ta’ metodu preskritt mil-liġi tal-Istat Membru indirizzat għan-notifika ta’ dokumenti f’azzjonijiet domestiċi għal persuni li jinsabu fit-territorju tiegħu; jew |
(b) |
id-dokument kien fil-fatt twassal lill-konvenut jew lir-residenza tal-konvenut b’metodu ieħor previst minn dan ir-Regolament. |
2. Kull Stat Membru jista’ jgħarraf lill-Kummissjoni l-fatt li qorti, minkejja l-paragrafu 1, tista’ tagħti s-sentenza anki jekk ma jkun wasal l-ebda ċertifikat ta’ notifika jew riċevuta tad-dokument li beda l-proċedimenti jew l-ekwivalenti tiegħu, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
id-dokument ikun ġie trażmess permezz ta’ wieħed mill-metodi previsti f’dan ir-Regolament; |
(b) |
ikun għadda perijodu meqjus xieraq mill-qorti fil-każ partikolari, li ma għandux ikun inqas minn sitt xhur, mid-data tat-trażmissjoni tad-dokument; |
(c) |
ma jkun wasal l-ebda tip ta’ ċertifikat, għalkemm ikun sar kull sforz raġonevoli biex dan jinkiseb permezz tal-awtoritajiet kompetenti jew il-korpi tal-Istat Membru indirizzat. |
Dik l-informazzjoni għandha ssir disponibbli permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.
3. Minkejja l-paragrafi 1 u 2, f’każijiet ta’ urġenza ġustifikati, il-qrati jistgħu jordnaw kwalunkwe miżura proviżorja jew protettiva.
4. Meta d-dokument li jniedi l-proċedimenti jew l-ekwivalenti tiegħu kellu jiġi trażmess lil Stat Membru ieħor għall-fini ta’ notifika f’konformità ma’ dan ir-Regolament u s-sentenza tkun inqatgħet kontra konvenut li ma jkunx deher għall-proċedimenti, l-imħallef għandu jkollu s-setgħa li jeħles lill-konvenut mill-effetti tal-iskadenza taż-żmien għall-appell mis-sentenza meta ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:
(a) |
il-konvenut, mingħajr ma kellu ebda ħtija, ma kienx jaf bid-dokument fi żmien biżżejjed biex jippreżenta d-difiża tiegħu, jew ma kienx jaf bis-sentenza fi żmien biżżejjed biex jappella; u |
(b) |
il-konvenut wera li għandu eċċezzjonijiet prima facie xi jressaq kontra l-merti tal-azzjoni. |
Applikazzjoni għal tali ħelsien mir-responsabbiltà tista’ tiġi ppreżentata biss fi żmien raġonevoli wara li l-konvenut ikun sar jaf bis-sentenza.
Kull Stat Membru jista’ jgħarraf lill-Kummissjoni l-fatt li applikazzjoni għall-ħelsien mir-responsabbiltà mhux ser tkun ammissibbli jekk tiġi ppreżentata wara l-iskadenza ta’ data stabbilita mill-Istat Membru f’dik il-komunikazzjoni. L-iskadenza ma għandha fl-ebda każ tkun anqas minn sena wara d-data tas-sentenza. Dik l-informazzjoni għandha ssir disponibbli permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.
5. Il-paragrafu 4 m’għandux japplika għal sentenzi dwar l-istatus jew il-kapaċità ta’ persuni.
Artikolu 23
Emenda tal-Anness I
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 24 biex temenda l-Anness I sabiex taġġorna l-formoli standard stipulati hemmhekk jew sabiex tagħmel tibdil tekniku f’dawk il-formoli.
Artikolu 24
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 23 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mit-22 ta’ Diċembru 2020. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 23 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħturin minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 23 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta dak l-att ikun ġie nnotifikat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw għalih. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 25
Adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni mill-Kummissjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu s-sistema tal-IT deċentralizzata, li jistabbilixxu s-segwenti:
(a) |
l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jiddefinixxu l-metodi ta’ komunikazzjoni b’mezzi elettroniċi għall-finijiet tas-sistema tal-IT deċentralizzata; |
(b) |
l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-protokolli ta’ komunikazzjoni; |
(c) |
l-objettivi tas-sigurtà tal-informazzjoni u l-miżuri tekniċi rilevanti li jiżguraw l-istandards minimi ta’ sigurtà tal-informazzjoni għall-ipproċessar u l-komunikazzjoni ta’ informazzjoni fis-sistema tal-IT deċentralizzata; |
(d) |
l-objettivi ta’ disponibbiltà minima u r-rekwiżiti tekniċi relatati possibbli għas-servizzi pprovduti mis-sistema tal-IT deċentralizzata; |
(e) |
l-istabbiliment ta’ kumitat ta’ tmexxija li fih rappreżentanti tal-Istati Membri biex jiġu żgurati t-tħaddim u l-manutenzjoni tas-sistema tal-IT deċentralizzata sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament. |
2. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati sat-23 ta’ Marzu 2022 f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 26(2).
Artikolu 26
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 27
Software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza
1. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-ħolqien, il-manutenzjoni u l-iżvilupp futur ta’ software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li japplikaw bħala s-sistema back-end tagħhom minflok sistema tal-IT nazzjonali. Il-ħolqien, il-manutenzjoni u l-iżvilupp futur tas-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza għandhom jiġu ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi, twettaq il-manutenzjoni u tappoġġa implimentazzjoni mingħajr ħlas tal-komponenti tas-software li jservu bħala l-bażi tal-punti ta’ aċċess.
Artikolu 28
Spejjeż tas-sistema tal-IT deċentralizzata
1. Kull Stat Membru għandu jġarrab l-ispejjeż marbuta mal-installazzjoni, it-tħaddim u l-manutenzjoni tal-punti ta’ aċċess tiegħu li għandhom interkonnessjoni mas-sistemi tal-IT nazzjonali fil-kuntest tas-sistema tal-IT deċentralizzata.
2. Kull Stat Membru għandu jġarrab l-ispejjeż marbuta mal-istabbiliment u l-aġġustament tas-sistemi tal-IT nazzjonali tiegħu biex jagħmilhom interoperabbli mal-punti ta’ aċċess u għandu jġarrab l-ispejjeż tal-amministrazzjoni, it-tħaddim u l-manutenzjoni ta’ dawk is-sistemi.
3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà tal-Istati Membri li japplikaw għal għotjiet li jappoġġaw l-attivitajiet imsemmija f’dawk il-paragrafi skont il-programmi finanzjarji tal-Unjoni.
Artikolu 29
Relazzjoni ma’ ftehimiet jew arranġamenti bejn l-Istati Membri
1. Dan ir-Regolament għandu jieħu preċedenza fir-rigward ta’ materji li japplika għalihom fuq dispożizzjonijiet oħra li jinsabu fil-ftehimiet jew l-arranġamenti bilaterali jew multilaterali konklużi mill-Istati Membri, u b’mod partikolari l-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-15 ta’ Novembru 1965 dwar in-Notifika barra l-Pajjiż ta’ Dokumenti Ġudizzjarji u Extraġudizzjarji fi Kwistjonijiet Ċivili jew Kummerċjali fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri parti għaliha.
2. Dan ir-Regolament ma jipprekludix lill-Istati Membri milli jkollhom jew jikkonkludu ftehimiet jew arranġamenti biex jgħaġġlu jew jissimplifikaw aktar it-trażmissjoni tad-dokumenti, dment li dawk il-ftehimiet jew l-arranġamenti jkunu kompatibbli ma’ dan ir-Regolament.
3. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni:
(a) |
kopja ta’ kwalunkwe ftehim jew arranġament imsemmi fil-paragrafu 2 konklużi bejn l-Istati Membri, kif ukoll abbozzi ta’ kwalunkwe ftehim jew arranġament li bi ħsiebhom jadottaw; u |
(b) |
kull denunzja ta’, jew emenda għal, dawk il-ftehimiet jew arranġamenti. |
Artikolu 30
Għajnuna legali
Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa l-applikazzjoni tal-Artikolu 24 tal-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-1 ta’ Marzu 1954 dwar il-Proċedura Ċivili jew l-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess internazzjonali għall-ġustizzja tal-25 ta’ Ottubru 1980 bejn l-Istati Membri li huma parti għal dawk il-Konvenzjonijiet.
Artikolu 31
Protezzjoni tal-informazzjoni trażmessa
1. Kwalunkwe ipproċessar ta’ data personali li jsir skont dan ir-Regolament, inkluż l-iskambju jew it-trażmissjoni ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti, għandu jkun f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.
Kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta’ data mill-awtoritajiet kompetenti fil-livell tal-Unjoni għandu jsir f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.
Data personali li mhijiex rilevanti għat-trattament ta’ każ speċifiku għandha titħassar minnufih.
2. L-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti skont il-liġi nazzjonali għandhom jitqiesu bħala kontrolluri fit-tifsira tar-Regolament (UE) 2016/679 fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali skont dan ir-Regolament.
3. Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-informazzjoni trażmessa taħt dan ir-Regolament għandha tintuża mill-aġenzija riċeventi biss għall-għan li għalih tkun intbagħtet.
4. L-aġenziji riċeventi għandhom jiżguraw li tali informazzjoni tibqa’ kunfidenzjali, f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom.
5. Il-paragrafi 3 u 4 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal-liġijiet nazzjonali li jippermettu li s-suġġetti tad-data jkunu mgħarrfa dwar l-użu li jkun sar mill-informazzjoni trażmessa taħt dan ir-Regolament.
6. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2002/58/KE.
Artikolu 32
Ir-rispett għad-drittijiet fundamentali tal-liġi tal-Unjoni
Id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni kollha involuti għandhom jiġu osservati u rrispettati b’mod sħiħ mal-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari d-drittijiet għal aċċess ugwali għall-ġustizzja, għan-nondiskriminazzjoni u għall-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza.
Artikolu 33
Komunikazzjoni, pubblikazzjoni u manwal
1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 3, 7, 12, 14, 17, 19, 20 u 22.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni jekk il-liġi nazzjonali tagħhom tkun tirrikjedi li dokument jiġi nnotifikat f’perijodu ta’ żmien partikolari kif imsemmi fl-Artikoli 12(5) u 13(2).
2. L-Istati Membri jistgħu jinnotifikaw lill-Kummissjoni jekk ikunu f’pożizzjoni li jħaddmu s-sistema tal-IT deċentralizzata qabel iż-żmien meħtieġ minn dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli elettronikament, b’mod partikolari permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.
3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni kkomunikata f’konformità mal-paragrafu 1 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni tal-indirizzi u dettalji oħra ta’ kuntatt tal-aġenziji u tal-korpi ċentrali u ż-żoni ġeografiċi li fihom dawn għandhom ġuriżdizzjoni.
4. Il-Kummissjoni għandha tfassal u regolarment taġġorna manwal li jkun fih l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Hija għandha tagħmel il-manwal disponibbli elettronikament, b’mod partikolari permezz tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-Materji Ċivili u Kummerċjali u fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.
Artikolu 34
Monitoraġġ
1. Sat-2 ta’ Lulju 2023, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm dettaljat għall-monitoraġġ tal-eżiti, tar-riżultati u tal-impatt ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-programm ta’ monitoraġġ għandu jispeċifika l-azzjoni li għandha tittieħed mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri biex jimmonitorjaw l-eżiti, ir-riżultati u l-impatt ta’ dan ir-Regolament. Huwa għandu jistabbilixxi meta id-data msemmija fil-paragrafu 3 għandha tinġabar għall-ewwel darba, li ma għandhiex tkun aktar tard mit-2 ta’ Lulju 2026, u f’liema intervalli ulterjuri dik id-data għandha tinġabar.
3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni d-data li ġejja u li hi neċessarja għall-finijiet ta’ monitoraġġ, fejn tkun disponibbli:
(a) |
l-għadd ta’ talbiet għan-notifika ta’ dokumenti trażmessi f’konformità mal-Artikolu 8; |
(b) |
l-għadd ta’ talbiet għan-notifika ta’ dokumenti mwettqa f’konformità mal-Artikolu 11; |
(c) |
l-għadd ta’ każijiet fejn it-talba għan-notifika ta’ dokumenti ġiet trażmessa b’mezzi oħra minflok permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata f’konformità mal-Artikolu 5(4); |
(d) |
l-għadd ta’ ċertifikati ta’ nuqqas ta’ notifika ta’ dokumenti riċevuti; |
(e) |
l-għadd ta’ rifjuti ta’ dokumenti għal raġunijiet ta’ lingwa li rċevew l-aġenziji mittenti. |
4. Is-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza u, fejn tkun mgħammra biex tagħmel dan, is-sistema back-end nazzjonali għandhom jiġbru b’mod programmatiku d-data msemmija fil-punt (a), (b) u (d) tal-paragrafu 3 u jittrażmettuha lill-Kummissjoni fuq bażi regolari.
Artikolu 35
Evalwazzjoni
1. Mhux aktar tard minn ħames snin mid-data ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 5 f’konformità mal-Artikolu 37(2), il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, meta jkun xieraq, flimkien ma’ proposta leġiżlattiva.
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni neċessarja lill-Kummissjoni għat-tħejjija tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1.
Artikolu 36
Tħassir
1. Ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 għandu jitħassar mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007, li għandhom jitħassru mid-data ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 5, 8 u 10 msemmija fl-Artikolu 37(2) ta’ dan ir-Regolament.
2. Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni tal-Anness III.
Artikolu 37
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Lulju 2022.
2. L-Artikoli 5, 8 u 10 għandhom japplikaw mill-ewwel jum tax-xahar wara l-perijodu ta’ tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 25.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2020.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) ĠU C 62, 15.2.2019, p. 56.
(2) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Frar 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-4 ta’ Novembru 2020 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Novembru 2020 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (ĠU L 324, 10.12.2007, p. 79).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).
(5) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(6) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE tat-28 ta’ Mejju 2001 li tistabbilixxi Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 174, 27.6.2001, p. 25).
(8) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Marzu 2017, Andrew Marcus Henderson vs Novo Banco SA, C-354/15, ECLI:EU:C:2017:157.
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perijodi, dati u limiti ta’ żmien (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1).
(10) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(11) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(12) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar ta’ data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37)..
ANNESS I
FORMOLA A
TALBA GĦAN-NOTIFIKA TA’ DOKUMENTI (Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (1)) |
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija mittenti:
1. AĠENZIJA MITTENTI
1.1. |
Identità: |
1.2. |
Indirizz:
|
1.3. |
Tel. |
1.4. |
Fax ((*)): |
1.5. |
Posta elettronika: |
2. AĠENZIJA RIĊEVENTI
2.1. |
Identità: |
2.2. |
Indirizz:
|
2.3. |
Tel. |
2.4. |
Fax ((*)): |
2.5. |
Posta elettronika: |
3. APPLIKANT(I) (2)
3.1. |
Identità: |
3.2. |
Indirizz:
|
3.3. |
Tel. ((*)): |
3.4. |
Fax ((*)): |
3.5. |
Posta elettronika ((*)): |
4. DESTINATARJU
4.1. |
Identità:
|
4.2. |
Indirizz
|
4.3. |
Tel. ((*)): |
4.4. |
Fax ((*)): |
4.5. |
Posta elettronika ((*)): |
4.6. |
Numru tal-identità/numru tas-sigurtà soċjali/numru tal-organizzazzjoni/jew l-ekwivalenti ((*)): |
4.7. |
Kwalunkwe informazzjoni oħra relatata mad-destinatarju ((*)): |
5. METODU TA’ NOTIFIKA
5.1. |
F’konformità mal-liġi tal-Istat Membru indirizzat ☐ |
5.2. |
Bil-metodu partikolari li ġej ☐
|
6. DOKUMENT LI GĦANDU JIĠI NNOTIFIKAT
6.1. |
Natura tad-dokument:
|
6.2. |
Data jew limitu ta’ żmien li warajh ma tkunx aktar neċessarja n-notifika ((*)): … (jum) … (xahar) … (sena) |
6.3. |
Lingwa tad-dokument:
|
6.4. |
Għadd ta’ dokumenti mehmuża: |
7. LINGWA TAL-INFORMAZZJONI LID-DESTINATARJU DWAR ID-DRITT LI JIRRIFJUTA D-DOKUMENT
Għall-finijiet tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2020/1784, jekk jogħġbok indika b’liema minn dawn il-lingwi li ġejjin, minbarra l-lingwa tal-Istat Membru destinatarju, għandha tingħata l-informazzjoni:
7.1. |
Lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ta’ oriġini (3): BG ☐, ES ☐, CS ☐, DE ☐, ET ☐, EL ☐, EN ☐, FR ☐, GA ☐, HR ☐, IT ☐, LV ☐, LT ☐, HU ☐, MT ☐, NL ☐, PL ☐, PT ☐, RO ☐, SK ☐, SL ☐, FI ☐, SV ☐ |
7.2. |
Lingwa uffiċjali ta’ Stat Membru ieħor li d-destinatarju jista’ jkun li jifhem: BG ☐, ES ☐, CS ☐, DE ☐, ET ☐, EL ☐, EN ☐, FR ☐, GA ☐, HR ☐, IT ☐, LV ☐, LT ☐, HU ☐, MT ☐, NL ☐, PL ☐, PT ☐, RO ☐, SK ☐, SL ☐, FI ☐, SV ☐, |
8. KOPJA TAD-DOKUMENT LI TRID TINTBAGĦAT LURA FLIMKIEN MAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ NOTIFIKA (Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) 2020/1784)
8.1. |
Iva (f’dan il-każ, ibgħat żewġ kopji tad-dokument li għandu jiġi nnotifikat) ☐ |
8.2. |
Le ☐ |
9. RAĠUNIJIET GĦAN-NUQQAS TA’ TRAŻMISSJONI PERMEZZ TAS-SISTEMA TAL-IT DEĊENTRALIZZATA (Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) 2020/1784) (4)
It-trażmissjoni elettronika ma kinitx possibbli minħabba:
☐ |
interruzzjoni fis-sistema tal-IT |
☐ |
ċirkostanzi eċċezzjonali
|
Magħmul fi:
Data:
Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:
FORMOLA B (5)
TALBA BIEX JIĠI DETERMINAT L-INDIRIZZ TAL-PERSUNA LI GĦANDHA TIĠI NNOTIFIKATA (Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (6)) (7) |
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija mittenti:
1. AĠENZIJA MITTENTI
1.1. |
Identità: |
1.2. |
Indirizz:
|
1.3. |
Tel. ((*)): |
1.4. |
Fax ((*)): |
1.5. |
Posta elettronika: |
2. AWTORITÀ RIJKESTA
2.1. |
Identità: |
2.2. |
Indirizz:
|
2.3. |
Tel. ((*)): |
2.4. |
Fax ((*)): |
2.5. |
Posta elettronika: |
3. DESTINATARJU
3.1. |
Identità: |
3.2. |
L-aħħar indirizz magħruf:
|
3.3. |
Dettalji personali magħrufa tad-destinatarju (jekk persuna fiżika), jekk disponibbli:
|
3.4. |
Dettalji magħrufa tad-destinatarju (jekk persuna ġuridika), jekk disponibbli:
|
3.5. |
Tel. ((*)): |
3.6. |
Fax ((*)): |
3.7. |
Posta elettronika ((*)): |
3.8. |
Informazzjoni oħra, jekk disponibbli: |
Magħmul fi:
Data:
Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:
FORMOLA C (8)
TWEĠIBA GĦAT-TALBA BIEX JIĠI DETERMINAT L-INDIRIZZ TAL-PERSUNA LI GĦANDHA TIĠI NNOTIFIKATA (Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali fl-Istati Membri (notifika ta’ dokumenti (9)) (10) |
Nru ta’ Referenza tal-awtorità rikjesta:
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija mittenti:
1. DESTINATARJU
1.1. |
Identità: |
1.2. |
Indirizz magħruf:
|
1.3. |
Ma seta’ jiġi determinat l-ebda indirizz ☐ |
1.4. |
Informazzjoni oħra: |
Magħmul fi:
Data:
Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:
FORMOLA D
KONFERMA TAR-RIĊEVUTA (Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (11)) |
Din il-konferma tar-riċevuta għandha tintbagħat permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata jew b’xi mod ieħor kemm jista’ jkun malajr wara li jiġi rċevut id-dokument u f’kull każ fi żmien sebat ijiem minn meta jasal. (12) |
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija mittenti:
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija riċeventi:
Destinatarju:
1. DATA TAR-RIĊEVUTA:
Magħmul fi:
Data:
Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:
FORMOLA E
TALBA GĦAL INFORMAZZJONI JEW DOKUMENTI ADDIZZJONALI GĦAN-NOTIFIKA TA’ DOKUMENTI (Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (13)) |
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija mittenti:
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija riċeventi:
Destinatarju:
1. |
It-talba ma tistax tiġi eżegwita mingħajr l-informazzjoni addizzjonali li ġejja:
|
2. |
It-talba ma tistax tiġi eżegwita mingħajr id-dokumenti li ġejjin:
|
Magħmul fi:
Data:
Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:
FORMOLA F
AVVIŻ TA’ RITORN TAT-TALBA U D-DOKUMENT (Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (14)) |
It-talba u d-dokument iridu jintbagħtu lura malli jiġu rċevuti. |
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija mittenti:
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija riċeventi:
Destinatarju:
1. RAĠUNI GĦAR-RITORN:
1.1. |
It-talba hija manifestament barra l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament:
|
1.2. |
In-nuqqas ta’ konformità mal-kondizzjonijiet formali meħtieġa jrendi n-notifika impossibbli:
|
1.3. |
Il-metodu ta’ notifika huwa inkompatibbli mal-liġi tal-Istat Membru indirizzat (Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/1784) ☐ |
Magħmul fi:
Data:
Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:
FORMOLA G
AVVIŻ TA’ RITRAŻMISSJONI TAT-TALBA U D-DOKUMENT LILL-AĠENZIJA RIĊEVENTI ADATTA (Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (15)) |
It-talba u d-dokument intbagħtu lill-aġenzija riċeventi li ġejja, li għandha l-ġuriżdizzjoni territorjali biex teżegwixxi n-notifika: |
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija mittenti:
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija riċeventi:
Destinatarju:
1. AĠENZIJA RIĊEVENTI ADATTA
1.1. |
Identità: |
1.2. |
Indirizz:
|
1.3. |
Tel. |
1.4. |
Fax ((*)): |
1.5. |
Posta elettronika: |
Magħmul fi:
Data:
Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:
FORMOLA H
KONFERMA TAR-RIĊEVUTA MILL-AĠENZIJA RIĊEVENTI ADATTA BIL-ĠURIŻDIZZJONI TERRITORJALI LILL-AĠENZIJA MITTENTI (Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (16)) |
Din il-konferma ta’ riċevuta għandha tintbagħat permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata jew b’xi mod ieħor kemm jista’ jkun malajr wara li jiġi rċevut id-dokument u f’kull każ fi żmien sebat ijiem minn meta jiġi rċevut. (17) |
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija mittenti:
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija riċeventi:
Destinatarju:
|
DATA TAR-RIĊEVUTA: |
Magħmul fi:
Data:
Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:
FORMOLA I (18)
TALBA GĦAL INFORMAZZJONI DWAR IN-NOTIFIKA JEW IN-NUQQAS TA’ NOTIFIKA TA’ DOKUMENTI (Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (19)) |
Notifika għandha titwettaq kemm jista’ jkun malajr. Jekk ma kienx possibbli li n-notifika titwettaq fi żmien xahar mir-riċevuta, l-aġenzija riċeventi għandha tinforma lill-aġenzija mittenti. |
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija mittenti:
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija riċeventi (jekk disponibbli):
1. IT-TALBA NTBAGĦTET IŻDA MA WASLET EBDA INFORMAZZJONI DWAR IN-NOTIFIKA JEW IN-NUQQAS TA’ NOTIFIKA
1.1. |
It-talba ntbagħtet ☐ data: … |
1.2. |
Waslet il-konferma tar-riċevuta ☐ data: … |
1.3. |
Ġiet riċevuta informazzjoni oħra: ☐ |
2. AĠENZIJA MITTENTI
2.1. |
Identità: Punti 2.2 sa 2.6 mhumiex obbligatorji meta tkun mehmuża kopja tat-talba għan-notifika ta’ dokumenti: |
2.2. |
Indirizz:
|
2.3. |
Pajjiż: |
2.4. |
Tel. |
2.5. |
Fax ((*)): |
2.6. |
Posta elettronika: |
3. AĠENZIJA RIĊEVENTI
3.1. |
Identità: Dawn il-punti mhumiex obbligatorji meta tkun mehmuża kopja tat-talba għan-notifika ta’ dokumenti: |
3.2. |
Indirizz:
|
3.3. |
Pajjiż: |
3.4. |
Tel. |
3.5. |
Fax ((*)): |
3.6. |
Posta elettronika: |
4. DESTINATARJU
4.1. |
Identità:
|
Dawn il-punti mhumiex obbligatorji meta tkun mehmuża kopja tat-talba għan-notifika ta’ dokumenti:
4.2. |
Indirizz:
|
4.3. |
Tel. ((*)): |
4.4. |
Fax ((*)): |
4.5. |
Posta elettronika ((*)): |
4.6. |
Numru tal-identità/numru tas-sigurtà soċjali/numru tal-organizzazzjoni/jew l-ekwivalenti ((*)): |
4.7. |
Kwalunkwe informazzjoni oħra relatata mad-destinatarju ((*)): |
Magħmul fi:
Data:
Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:
FORMOLA J (20)
TWEĠIBA GĦAT-TALBA GĦAL INFORMAZZJONI DWAR IN-NOTIFIKA JEW IN-NUQQAS TA’ NOTIFIKA TA’ DOKUMENTI (Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2020/1784. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika tad-dokumenti) (21)) |
Nru ta’ Referenza tal-awtorità rikjesta:
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija mittenti:
Destinatarju:
1. INFORMAZZJONI DWAR L-ISTATUS TA’ NOTIFIKA TA’ DOKUMENT
1.1. |
It-talba ma waslitx ☐ |
1.2. |
It-talba ma tistax tiġi eżegwita fi żmien xahar mir-riċevuta minħabba r-raġunijiet li ġejjin:
|
1.3. |
Huwa stmat li t-talba ser tiġi eżegwita sa … |
Magħmul fi:
Data:
Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:
FORMOLA K
ĊERTIFIKAT TA’ NOTIFIKA TAD-DOKUMENT JEW TAN-NUQQAS TAGĦHA (Artikoli 11(2), 12(4) u 14 tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (22)) |
Notifika għandha titwettaq kemm jista’ jkun malajr. Jekk ma kienx possibbli li n-notifika titwettaq fi żmien xahar mir-riċevuta tad-dokument, l-aġenzija riċeventi għandha tinforma lill-aġenzija mittenti (Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2020/1784) |
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija mittenti:
Nru ta’ Referenza tal-aġenzija riċeventi:
Destinatarju:
1. TLESTIJA TAN-NOTIFIKA (Artikolu 14)
1.1. |
Data u indirizz tan-notifika |
1.2. |
Id-dokument kien
|
1.3. |
Id-destinatarju tad-dokument ġie infurmat, f’konformità mal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2020/1784, bil-miktub li jista’ jirrifjuta li jaċċetta d-dokument jekk dan ma jkunx miktub b’lingwa li jifhem jew akkumpanjat bi traduzzjoni jew b’lingwa li jifhem jew bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post tan-notifika. |
2. INFORMAZZJONI F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 11(2) tar-Regolament (UE) 2020/1784
Ma kienx possibbli li n-notifika titwettaq fi żmien xahar mir-riċevuta tad-dokument ☐
3. DOKUMENT RIFJUTAT (Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) 2020/1784.)
3.1. |
Id-destinatarju rrifjuta li jaċċetta d-dokument minħabba l-lingwa użata ☐
|
3.2. |
Id-dokument huwa anness għal dan iċ-ċertifikat.
|
4. RAĠUNI GĦALIEX ID-DOKUMENT MA ĠIEX NOTIFIKAT
4.1. |
L-indirizz mhux magħruf
|
4.2. |
Id-destinatarju ma jistax jiġi lokalizzat ☐ |
4.3. |
Id-dokument ma jistax ikun notifikat qabel id-data jew l-iskadenza stipulati fil-punt 6.2. fit-talba għan-notifika ta’ dokumenti (Formola A) ☐ |
4.4. |
Raġuni oħra (jekk jogħġbok speċifika) ☐ |
4.5. |
Id-dokument huwa anness għal dan iċ-ċertifikat iva ☐ le ☐ |
Magħmul fi:
Data:
Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:
FORMOLA L
INFORMAZZJONI LID-DESTINATARJU DWAR ID-DRITT LI JIRRIFJUTA LI JAĊĊETTA DOKUMENT (Artikolu 12(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (25)) |
Destinatarju:
I. INFORMAZZJONI LID-DESTINATARJU
Id-dokument mehmuż huwa notifikat f’konformità mar-Regolament (UE) 2020/….
Inti tista’ tirrifjuta li taċċetta d-dokument mehmuż jekk dan mhux miktub b’lingwa li tifhem jew mhux akkumpanjat minn traduzzjoni b’waħda mil-lingwi li tifhem jew bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post tan-notifika.
Jekk tixtieq teżerċita dan id-dritt, għandek tirrifjuta li taċċetta d-dokument fil-mument li ssir in-notifika direttament mal-persuna li tinnotifikak bid-dokument jew billi, fi żmien ġimagħtejn min-notifika, tirritorna fl-indirizz indikat hawn taħt, din il-formola mimlija minnek jew dikjarazzjoni bil-miktub li tindika li tirrifjuta li taċċetta d-dokument mehmuż minħabba l-lingwa li fiha ġie ppreżentat.
Jekk jogħġbok ħu nota tal-fatt li jekk tirrifjuta li taċċetta d-dokument mehmuż iżda l-qorti jew l-awtorità vestita bil-proċedimenti legali, li matulhom n-notifika tkun saret neċessarja, sussegwentement tiddeċiedi li r-rifjut ma kienx ġustifikat, hija tista’ tapplika konsegwenzi legali previsti mil-liġi tal-forum tal-Istat Membru, bħal pereżempju tqis in-notifika bħala valida, għal rifjuti mhux ġustifikati.
II. INDIRIZZ FEJN GĦANDHA TINTBAGĦAT LURA L-FORMOLA (26):
1. |
Identità: |
2. |
Indirizz:
|
3. |
Nru ta’ Referenza: |
4. |
Tel. |
5. |
Fax ((*)): |
6. |
Posta elettronika: |
III. DIKJARAZZJONI TAD-DESTINATARJU (27):
Jien nirrifjuta li naċċetta d-dokument għaliex mhux miktub b’lingwa li nifhem jew akkumpanjat bi traduzzjoni b’lingwa li nifhem jew bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post tan-notifika.
Jien nifhem bil-lingwa/lingwi li ġejja/ġejjin:
Bulgaru |
☐ |
Litwan |
☐ |
Spanjol |
☐ |
Ungeriż |
☐ |
Ċek |
☐ |
Malti |
☐ |
Ġermaniż |
☐ |
Netherlandiż |
☐ |
Estonjan |
☐ |
Pollakk |
☐ |
Grieg |
☐ |
Portugiż |
☐ |
Ingliż |
☐ |
Rumen |
☐ |
Franċiż |
☐ |
Slovakk |
☐ |
Irlandiż |
☐ |
Sloven |
☐ |
Kroat |
☐ |
Finlandiż |
☐ |
Taljan |
☐ |
Żvediż |
☐ |
Latvjan |
☐ |
Lingwa oħra ☐ (jekk jogħġbok speċifika): …
Magħmul fi:
Data:
Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:
(1) ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40.
((*)) Dan il-punt mhux obbligatorju.
(2) Fejn ikun hemm aktar minn applikant wieħed, jekk jogħġbok agħti informazzjoni kif stabbilit fil-punti 3.1. sa 3.5.
(3) Dan il-punt japplika biss għall-Istati Membri li għandhom diversi lingwi uffiċjali.
(4) Dan il-punt japplika biss mid-data tal-applikazzjoni tas-sistema tal-IT deċentralizzata f’konformità mal-Artikolu 37(2) tar-Regolament (UE) 2020/1784
(5) L-użu ta’ din il-formola mhux obbligatorju.
(6) ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40.
(7) Din il-formola tapplika biss għall-Istati Membri li jipprovdu assistenza f’konformità mal-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) 2020/1784.
((*)) Dan il-punt mhux obbligatorju.
(8) L-użu ta’ din il-formola mhux obbligatorju.
(9) ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40.
(10) Din il-formola tapplika biss għall-Istati Membri li jipprovdu assistenza f’konformità mal-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) 2020/1784.
(11) ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40.
(12) L-obbligu li tintbagħat il-konferma permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata japplika biss mid-data tal-applikazzjoni tas-sistema tal-IT deċentralizzata f’konformità mal-Artikolu 37(2) tar-Regolament (UE) 2020/1784.
(13) ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40.
((*)) Dan il-punt mhux obbligatorju.
(14) ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40.
(15) ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40.
((*)) Dan il-punt mhux obbligatorju.
(16) ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40.
(17) L-obbligu li tintbagħat il-konferma permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata japplika biss mid-data tal-applikazzjoni tas-sistema tal-IT deċentralizzata f’konformità mal-Artikolu 37(2) tar-Regolament (UE) 2020/1784.
(18) L-użu ta’ din il-formola mhux obbligatorju.
(19) ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40.
((*)) Dan il-punt mhux obbligatorju.
(20) L-użu ta’ din il-formola mhux obbligatorju.
(21) ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40.
(22) ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40.
(23) L-indirizz stabbilit mill-aġenzija riċeventi skont l-Artikolu 7(2)(c) tar-Regolament (UE) 2020/1784.
(24) Dan il-punt japplika biss għall-Istati Membri li jipprovdu l-assistenza f’konformità mal-Artikolu 7(2)(c) tar-Regolament (UE) 2020/1784.
(25) ĠU L 405, 2.12.2020, p. 40.
(26) Għandha timtela mill-awtorità li twettaq in-notifika.
((*)) Dan il-punt mhux obbligatorju.
(27) Għandha timtela u tiġi ffirmata mid-destinatarju.
ANNESS II
Regolament imħassar u elenku tal-emendi suċċessivi tiegħu
Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (ĠU L 324, 10.12.2007, p. 79) |
|
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 li jadatta ċerti regolamenti u deċiżjonijiet fl-oqsma tal-moviment liberu tal-merkanzija, il-moviment liberu tal-persuni, d-dritt soċjetarju, il-politika tal-kompetizzjoni, l-agrikoltura, is-sikurezza tal-ikel, il-politika veterinarja u fitosanitarja, il-politika tat-trasport, l-enerġija, it-tassazzjoni, l-istatistika, in-netwerks trans-Ewropej, id-drittijiet ġudizzjarji u fundamentali, il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà, l-ambjent, l-unjoni doganali, ir-relazzjonijiet esterni, il-politika barranija, ta’ sigurtà u ta’ difiża u l-istituzzjonijiet, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 1) |
L-emendi biss għall-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 |
ANNESS III
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Regolament (KE) Nru 1393/2007 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(2) |
Artikolu 1(2) |
Artikolu 1(3) |
- |
- |
Artikolu 1(3) |
- |
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Artikolu 4 |
- |
Artikolu 5(2), (3) u (4) |
- |
Artikolu 6 |
- |
Artikolu 7 |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 8(1) |
Artikolu 4(2) |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 8(2) |
Artikolu 4(4) |
Artikolu 8(3) |
Artikolu 4(5) |
Artikolu 8(4) |
Artikolu 5 |
Artikolu 9 |
Artikolu 6 |
Artikolu 10 |
Artikolu 7 |
Artikolu 11 |
Artikolu 8(1) |
Artikolu 12(1), (2) u (3) |
Artikolu 8(2) |
Artikolu 12(4) |
Artikolu 8(3) |
Artikolu 12(5) |
Artikolu 8(4) |
Artikolu 12(6) |
Artikolu 8(5) |
Artikolu 12(7) |
Artikolu 9 |
Artikolu 13 |
Artikolu 10 |
Artikolu 14 |
Artikolu 11 |
Artikolu 15 |
Artikolu 12 |
Artikolu 16 |
Artikolu 13 |
Artikolu 17 |
Artikolu 14 |
Artikolu 18 |
- |
Artikolu 19 |
Artikolu 15 |
Artikolu 20(1) |
- |
Artikolu 20(2) |
Artikolu 16 |
Artikolu 21 |
Artikolu 17 |
Artikolu 23 |
- |
Artikolu 24 |
- |
Artikolu 25 |
Artikolu 18 |
Artikolu 26 |
- |
Artikolu 27 |
- |
Artikolu 28 |
Artikolu 19 |
Artikolu 22 |
Artikolu 20 |
Artikolu 29 |
Artikolu 21 |
Artikolu 30 |
- |
Artikolu 31(1) |
- |
Artikolu 31(2) |
Artikolu 22(1) |
Artikolu 31(3) |
Artikolu 22(2) |
Artikolu 31(4) |
Artikolu 22(3) |
Artikolu 31(5) |
Artikolu 22(4) |
Artikolu 31(6) |
- |
Artikolu 32 |
Artikolu 23(1) |
Artikolu 33(1) |
- |
Artikolu 33(2) |
Artikolu 23(2) |
Artikolu 33(3) |
Artikolu 23(3) |
Artikolu 33(4) |
- |
Artikolu 34 |
Artikolu 24 |
Artikolu 35(1) |
- |
Artikolu 35(2) |
Artikolu 25 |
Artikolu 36 |
Artikolu 26 |
Artikolu 37 |
Anness I |
Anness I |
Anness II |
Anness I |
- |
Anness II |
Anness III |
Anness III |