EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R1702

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1702 tal-10 ta’ Novembru 2020 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

C/2020/7945

OJ L 382, 16.11.2020, p. 4–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1702/oj

16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 382/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1702

tal-10 ta’ Novembru 2020

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan li jkun hemm l-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’din it-tabella.

(4)

Jixraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta’ tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Gerassimos THOMAS

Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 02 Volum 002 p. 382 - 386).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni (Kodiċi - NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Sistema ta’ tkebbib tal-kejbils li tikkonsisti mill-komponenti li ġejjin:

kejbil mgħammar b’konnettur (plagg) f’tarf wieħed għal vultaġġ li ma jaqbiżx l-1 000 V;

sistema ta’ tkebbib tal-kejbil tal-plastik mgħammra b’mekkaniżmu li jinġibed lura u li jaħdem bil-molla (inkluża sistema tal-ibbrejkjar biex twaqqaf it-tkebbib), sistema ta’ kuntatt tar-ram għat-trażmissjoni ta’ kurrent elettriku u fittings tal-plastik.

Huwa ddisinjat biex jinbena f’vacuum cleaner.

(Ara l-istampi) (*1)

8544 42 90

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-Nota 3 tat-Taqsima XVI u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 8544 , 8544 42 u 8544 42 90 .

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8508 bħala partijiet ta’ vacuum cleaners hija eskluża minħabba li abbażi tal-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, l-oġġett mhuwiex identifikat bħala adattat biex jintuża biss jew prinċipalment għal vacuum cleaner.

L-oġġett huwa magna komposta (il-komponenti tiegħu huma mwaħħla flimkien biex jiffurmaw ħaġa sħiħa) fi ħdan it-tifsira tan-nota 3 tat-Taqsima XVI, li tikkonsisti essenzjalment f’kejbil mgħammar b’konnettur tal-intestatura 8544 u b’sistema ta’ tkebbib tal-intestatura 8479 . Huwa l-kejbil li jwettaq il-funzjoni prinċipali tal-magna.

L-oġġett għandu għalhekk ikun klassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8544 42 90 bħala kondutturi elettriċi oħra, għal vultaġġ li ma jaqbiżx l-1 000 V, mgħammrin bil-konnetturi.

Image 1


(*1)  L-istampi huma biss għal finijiet ta’ informazzjoni.


Top