Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R1628

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1628 tat-3 ta’ Novembru 2020 li jintroduċi sorveljanza retrospettiva tal-Unjoni rigward l-importazzjonijiet tal-etanol rinnovabbli użat bħala karburant

C/2020/7487

ĠU L 366, 4.11.2020, p. 12–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/11/2021: This act has been changed. Current consolidated version: 24/12/2020

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1628/oj

4.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 366/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1628

tat-3 ta’ Novembru 2020

li jintroduċi sorveljanza retrospettiva tal-Unjoni rigward l-importazzjonijiet tal-etanol rinnovabbli użat bħala karburant

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar Salvagwardji u Regoli Komuni għall-esportazzjoni,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2015/478, Franza infurmat lill-Kummissjoni li jidher li x-xejriet fl-importazzjonijiet tal-etanol rinnovabbli użat bħala karburant jeħtieġu sorveljanza. B’mod partikolari, Franza talbet li tiġi introdotta sorveljanza retrospettiva.

(2)

Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2015/478, sorveljanza tista’ tkun introdotta meta x-xejra fl-importazzjonijiet ta’ prodott thedded li tikkawża dannu lill-produtturi tal-Unjoni, u meta l-interessi tal-Unjoni jkunu hekk jeħtieġu. L-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2015/755 jippermetti l-possibbiltà li tiġi introdotta sorveljanza meta l-interessi tal-Unjoni hekk jeħtieġu. Is-sorveljanza retrospettiva tista’ tiġi introdotta skont iż-żewġ Regolamenti, rispettivament skont l-Artikolu 10(1)(a) u l-Artikolu 7(1)(a).

(3)

Abbażi tal-informazzjoni ppreżentata minn Franza, l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-etanol rinnovabbli użat bħala karburant żdiedu b’512 % bejn l-2017 u l-2019, minn 87,6 elf tunnellata għal 536,2 elf tunnellata. Barra minn hekk, matul l-2019, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-etanol rinnovabbli użat bħala karburant mis-sitt sorsi ewlenin tal-importazzjoni waqqgħu l-prezz tal-produtturi tal-Unjoni b’medja ta’ 15 %.

(4)

Huwa kkalkulat li bejn l-2017 u l-2019 l-etanol rinnovabbli użat bħala karburant fl-UE żdied b’10 %, minn 3,9 miljun tunnellata għal 4,3 miljun tunnellata. Fl-istess perjodu, madankollu, il-produzzjoni dinjija tal-etanol rinnovabbli użat bħala karburant għaddiet minn 80,6 miljun tunnellata għal 87,5 miljun tunnellata. Minħabba d-daqs tal-produzzjoni dinjija meta mqabbel mal-konsum totali fl-UE, huwa kkunsidrat li anki disturbi minuri fis-suq globali tal-etanol rinnovabbli użat bħala karburant jista’ jkollhom impatti serji ħafna fuq l-offerta fis-suq tal-UE, kemm f’termini ta’ kwantitajiet kif ukoll ta’ prezzijiet.

(5)

Barra minn hekk, madwar 84 % tal-produzzjoni dinjija totali ta’ etanol rinnovabbli użat bħala karburant (aktar minn 70 miljun tunnellata) hija kkonċentrata fl-Istati Uniti (54 %) u fil-Brażil (30 %). Dawn iż-żewġ pajjiżi għandhom kapaċità ta’ produzzjoni tant kbira li anki eċċess limitat fil-produzzjoni annwali tagħhom jista’ jirriżulta fi provvista żejda fis-suq dinji, b’konsegwenzi potenzjalment negattivi għal swieq ferm iżgħar bħall-UE. L-importazzjonijiet mill-Istati Uniti fl-UE żdiedu b’mod kostanti matul l-aħħar tliet snin, u l-importazzjonijiet mill-Brażil żdiedu sew fl-ewwel xhur tal-2020.

(6)

Ta’ min ifakkar ukoll li f’dawn l-aħħar ħames snin diġà ġiet osservata sitwazzjoni ta’ kapaċità żejda żgħira fis-suq tal-Istati Uniti, li wasslet biex għadd ta’ pajjiżi (eż. il-Brażil, iċ-Ċina, il-Perù, il-Kolombja) jadottaw jew jerġgħu jintroduċu miżuri biex jillimitaw il-livell ta’ importazzjonijiet tal-etanol rinnovabbli użat bħala karburant mill-Istati Uniti. Ovvjament, il-kwantitajiet li qabel kienu esportati mill-Istati Uniti lejn dawk is-swieq issa jistgħu jiġu diretti mill-ġdid lejn swieq oħra bħal pereżempju s-suq tal-UE. Barra minn hekk, ta’ min ifakkar li l-miżuri antidumping tal-UE dwar l-etanol rinnovabbli użat bħala karburant tħassru f’Mejju 2019.

(7)

Billi f’dawn l-aħħar snin l-importazzjonijiet żdiedu, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas. F’dawn l-aħħar xhur id-domanda tal-UE kkrollat u s-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar. Ladarba s-suq jirkupra, wieħed jista’ jistenna li l-istokkijiet eżistenti mhux użati fil-pajjiżi produtturi ewlenin barra mill-UE jiġu esportati b’mod massiv lejn l-UE, u b’hekk l-industrija tal-UE ma tkunx tista’ tirkupra. Barra minn hekk, ma jistax jiġi eskluż li fi sforz biex isostnu l-attivitajiet ta’ produzzjoni xi gvernijiet jistgħu jintroduċu sussidji jew forom oħra ta’ sostenn favur l-industrija tal-etanol tagħhom. Xi proġetti ta’ sostenn diġà qed jiġu diskussi fl-Istati Uniti.

(8)

Abbażi tax-xejriet riċenti fl-importazzjonijiet tal-etanol rinnovabbli użat bħala karburant u tal-kapaċità eċċessiva attwali, l-effetti dannużi għall-produtturi tal-Unjoni jistgħu għalhekk jiżviluppaw malajr fil-futur qrib.

(9)

Għalhekk, l-interess tal-Unjoni jeżiġi li l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-etanol rinnovabbli użat bħala karburant ikunu soġġetti għal sorveljanza retrospettiva tal-Unjoni sabiex tingħata statistika uffiċjali, qabel tingħata l-istatistika uffiċjali dwar l-importazzjonijiet, biex tkun tista’ ssir analiżi rapida tax-xejriet fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha. Hemm bżonn ta’ data kummerċjali rapida u antiċipata biex tiġi ttrattata l-vulnerabbiltà tas-suq tal-UE tal-etanol rinnovabbli użat bħala karburant fil-konfront tal-bidliet għall-għarrieda fis-swieq dinjija.

(10)

Peress li l-etanol użat bħala karburant jista’ jiġi kklassifikat f’diversi intestaturi tan-NM li jinkludu prodotti oħra, jenħtieġ li jinħolqu kodiċijiet TARIC speċifiċi sabiex tiġi ggarantita sorveljanza adegwata limitata biss għall-prodott rilevanti. L-ambitu tas-sorveljanza retrospettiva għandu jinkludi l-prodotti elenkati fl-Anness.

(11)

Jenħtieġ li s-sistema ta’ sorveljanza tiġi introdotta għal perjodu ta’ sena, li jitqies biżżejjed biex isir monitoraġġ tal-iżvilupp tal-importazzjonijiet matul l-irkupru tas-suq, sakemm tintlaħaq sitwazzjoni ta’ stabbiltà.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-etanol rinnovabbli użat bħala karburant elenkat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandu jkunu soġġett għal sorveljanza retrospettiva mill-Unjoni f’konformità mar-Regolament (UE) 2015/478 u r-Regolament (UE) 2015/755.

2.   Il-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament huma bbażati fuq it-TARIC. L-oriġini tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament għandu jiġi ddeterminat f’konformità mal-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jibqa’ fis-seħħ għal sena.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Novembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L83, 27.3.2015, p.16.

(2)   ĠU L123, 19.5.2015, p.33.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).


ANNESS

Lista ta’ prodotti soġġetti għas-sorveljanza retrospettiva tal-Unjoni

Il-prodott ikkonċernat li huwa soġġett għal sorveljanza retrospettiva hu l-etanol rinnovabbli użat bħala karburant, jiġifieri l-alkoħol etiliku magħmul minn prodotti agrikoli (kif elenkati fl-Anness I tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea), denaturat jew mhux denaturat, esklużi l-prodotti b’kontenut ta’ ilma ta’ aktar minn 0,3 % (m/m) imkejjel skont l-istandard EN 15376, iżda inkluż l-alkoħol etiliku magħmul minn prodotti agrikoli (kif elenkati fl-Anness I tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) f’taħlitliet bil-petrol b’kontenut ta’ alkoħol etiliku ta’ aktar minn 10 % (v/v) maħsuba għall-użu bħala karburant. Il-prodott ikkonċernat ikopri wkoll l-alkoħol etiliku magħmul minn prodotti agrikoli (kif elenkati fl-Anness I tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) li jinsab fl-Etil-terzjarju-butil-etere (ETBE).

L-ambitu tal-prodott huwa limitat esklussivament għall-etanol rinnovabbli użat bħala karburant. Għalhekk, l-etanol sintetiku u l-etanol rinnovabbli maħsuba biex jintużaw mhux bħala karburant, jiġifieri għall-użu industrijali u għax-xorb, mhumiex koperti minn din it-talba.

Il-prodott ikkonċernat bħalissa huwa kklassifikat fil-kodiċi tan-NM u TARIC segwenti:

KODIĊI NM

ESTENSJONIJIET TAL-KODIĊI TARIC

ex 2207 10 00

11

ex 2207 20 00

11

ex 2208 90 99

11

ex 2710 12 21

10

ex 2710 12 25

10

ex 2710 12 31

10

ex 2710 12 41

10

ex 2710 12 45

10

ex 2710 12 49

10

ex 2710 12 50

10

ex 2710 12 70

10

ex 2710 12 90

10

ex 3814 00 10

10

ex 3814 00 90 ,

70

ex 3820 00 00

10

ex 3824 99 92

66


Top