EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R1292

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1292 tal-15 ta’ Settembru 2020 fir-rigward tal-miżuri għall-prevenzjoni tad-dħul fl-Unjoni tal-Agrilus planipennis Fairmaire mill-Ukrajna u li jemenda l-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072

C/2020/6192

OJ L 302, 16.9.2020, p. 20–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/04/2022; Imħassar b' 32021R2285

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1292/oj

16.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 302/20


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1292

tal-15 ta’ Settembru 2020

fir-rigward tal-miżuri għall-prevenzjoni tad-dħul fl-Unjoni tal-Agrilus planipennis Fairmaire mill-Ukrajna u li jemenda l-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 41(2) u 72(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Agrilus planipennis Fairmaire (“il-pest speċifikat”) huwa mniżżel bħala pest ta’ kwarantina fl-Unjoni fl-Anness II għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (2). Huwa wkoll elenkat bħala pest ta’ prijorità fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1702 (3).

(2)

Fl-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 għall-pajjiżi terzi fejn il-pest ikun preżenti ġew stabbiliti rekwiżiti tal-importazzjoni għal ċerti tipi ta’ pjanti, injam u qoxra iżolata tas-siġar iżolati fir-rigward tal-pest speċifikat. Skont il-Parti A tal-Anness XI għal dak ir-Regolament, huma meħtieġa ċertifikati fitosanitarji għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ pjanti jew prodotti mill-pjanti bħal dawn mill-pajjiżi terzi tal-oriġini rispettivi.

(3)

F’Novembru 2019, l-Ukrajna kkonfermat l-ewwel sejbiet uffiċjali tal-pest speċifikat fit-territorju tagħha.

(4)

Dak il-pajjiż mhuwiex elenkat fost il-pajjiżi terzi li l-importazzjoni minnu fit-territorju tal-Unjoni hija permessa skont l-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu adottati miżuri speċifiċi biex tiġi evitata l-introduzzjoni possibbli fl-Unjoni tal-pest speċifikat preżenti fuq ċerti tipi ta’ pjanti, injam u qoxra iżolata mill-Ukrajna.

(5)

Filwaqt li jitqies ir-riskju fitosanitarju tal-pest speċifikat, il-pjanti rispettivi, l-injam u l-qoxra magħrufa li huma ospitanti tiegħu u li joriġinaw mill-Ukrajna, meta jiġu introdotti fl-Unjoni jenħtieġ li jiġu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju li jinkludi dikjarazzjoni addizzjonali li tiddikjara li joriġinaw minn żona ħielsa mill-organiżmu speċifikat. Jenħtieġ li tali dikjarazzjoni addizzjonali tiġi stabbilita skont l-Istandards Internazzjonali rilevanti għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti u tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni minn qabel. Ċerti tipi ta’ injam jenħtieġ li jiġu importati biss jekk ikun sar trattament xieraq jew jekk ikunu tneħħew il-qoxra u parti mill-ilbieba tal-injam, sabiex ikun żgurat livell ogħla ta’ protezzjoni fitosanitarja.

(6)

Minħabba li l-istatus tal-pest speċifikat fl-Ukrajna jeħtieġ konferma ulterjuri, jenħtieġ li tinkiseb evidenza teknika u xjentifika addizzjonali sabiex jiġi vvalutat ir-riskju fitosanitarju li dan joħloq għall-Unjoni. Tali evidenza jeħtieġ li tinkiseb ukoll dwar il-preżenza tiegħu f’pajjiżi terzi oħra, sabiex jiġu aġġornati l-miżuri rispettivi elenkati mniżżla fl-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072. Għalhekk, jenħtieġ li l-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament jiġu rieżaminati malajr kemm jista’ jkun.

(7)

Anki l-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 jenħtieġ jiġi emendat, sabiex jirrikjedi li l-pjanti u l-prodotti mill-pjanti rispettivi li jiġu introdotti mill-Ukrajna fl-Unjoni jkollhom ċertifikat fitosanitarju.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri għall-prevenzjoni tad-dħul fl-Unjoni tal-Agrilus planipennis Fairmaire mill-Ukraina.

Artikolu 2

Introduzzjoni f’Unjoni ta’ pjanti, injam u qoxra iżolata li joriġinaw mill-Ukrajna

Il-pjanti, l-injam u l-qoxra iżolata li joriġinaw mill-Ukrajna għandhom jiġu introdotti fl-Unjoni biss jekk jikkonformaw mal-miżuri rispettivi mniżżla fl-Anness.

Artikolu 3

Emenda għall-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072

Il-Parti A tal-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 hija emendata kif ġej:

(a)

fil-punt 3, fl-entrata “Fraxinus L., Juglans L., Pterocarya Kunth u Ulmus davidiana Planch.”, it-test fit-tielet kolonna huwa sostitwit b’“Il-Kanada, iċ-Ċina, ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea, il-Ġappun, il-Mongolja, ir-Repubblika tal-Korea, ir-Russja, it-Tajwan, l-Ukrajna u l-Istati Uniti”;

(b)

fil-punt 11, fl-entrata “Fraxinus L., Juglans L., Pterocarya Kunth u Ulmus davidiana Planch.”, it-test fit-tielet kolonna huwa sostitwit b’“Il-Kanada, iċ-Ċina, ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea, il-Ġappun, il-Mongolja, ir-Repubblika tal-Korea, ir-Russja, it-Tajwan, l-Ukrajna u l-Istati Uniti”;

(c)

fil-punt 12, fl-entrata “Fraxinus L., Juglans L., Pterocarya Kunth u Ulmus davidiana Planch., u inkluż injam li ma jkunx żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu” it-test fit-tielet kolonna huwa sostitwit b’“Il-Kanada, iċ-Ċina, ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea, il-Ġappun, il-Mongolja, ir-Repubblika tal-Korea, ir-Russja, it-Tajwan, l-Ukrajna u l-Istati Uniti”.

Artikolu 4

Rieżami tal-miżuri provviżorji

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma mmirati lejn l-indirizzar tar-riskji fitosanitarji li mhumiex ivvalutati b’mod sħiħ u li għandhom karattru temporanju.

Dawn il-miżuri għandhom jiġu rieżaminati malajr kemm jista’ jkun, u mhux aktar tard minn sena wara l-jum tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Settembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 317, 23.11.2016., p. 4.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1702 tal-1 ta’ Awwissu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-lista ta’ pesti ta’ prijorità (ĠU L 260, 11.10.2019, p. 8).


ANNESS

Lista ta’ pjanti, ta’ prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra li joriġinaw mill-Ukrajna, u r-rekwiżiti korrispondenti għall-introduzzjoni tagħhom fit-territorju tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 2

Pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra

Kodiċi NM

Miżuri

1.

Pjanti tal-Fraxinus L., tal-Juglans ailantifolia Carr., tal-Juglans mandshurica Maxim., tal-Ulmus davidiana Planch. u tal-Pterocarya rhoifolia Siebold & Zucc., għajr il-frott u ż-żrieragħ

ex 0602 10 90

ex 0602 20 20

ex 0602 20 80

ex 0602 90 41

ex 0602 90 45

ex 0602 90 46

ex 0602 90 48

ex 0602 90 50

ex 0602 90 70

ex 0602 90 99

ex 0604 20 90

ex 1404 90 00

Il-pjanti għandhom jissodisfaw iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikunu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju, li jiddikjara taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni addizzjonali” li l-pjanti joriġinaw minn żona rikonoxxuta li hija ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire, li tkun stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fl-Ukrajna, skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti, u li tinsab f’distanza minima ta’ 100 km mill-eqreb żona magħrufa fejn il-preżenza tal-pest speċifikat ġiet uffiċjalment ikkonfermata;

(b)

l-istatus ta’ ħelsien ta’ dik iż-żona ġie kkomunikat bil-miktub minn qabel lill-Kummissjoni mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-Ukrajna.

2.1.

Injam tal-Fraxinus L., tal-Juglans ailantifolia Carr., tal-Juglans mandshurica Maxim., tal-Ulmus davidiana Planch. u tal-Pterocarya rhoifolia Siebold & Zucc., sakemm ma jkunx fil-forma ta’:

laqx, partiċelli, serratura, ċana, fdal tal-injam u ruttam, miksub kollu jew parzjalment minn dawn is-siġar;

materjal tal-injam għall-imballaġġ, fil-forma ta’ kontenituri tal-imballaġġ, kaxxi, ċestuni, tankijiet u ppakkjar simili, pallets, kaxxi tal-pallets u twavel oħra għat-tagħbija, għenuq tal-pallets, dunnage, kemm jekk fil-fatt jintużawx jew le fit-trasport ta’ oġġetti ta’ kwalunkwe tip, minbarra dunnage li jsostni konsenji tal-injam, li jkun magħmul minn injam tal-istess tip u kwalità bħall-injam fil-konsenja u li jissodisfa l-istess rekwiżiti fitosanitarji tal-Unjoni bħall-injam fil-konsenja,

iżda li jinkludi l-injam li ma jkunx żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu, u għamara u oġġetti oħra magħmula minn injam mhux ittrattat.

ex 4401 12 00

ex 4403 12 00

ex 4403 99 00

ex 4404 20 00

ex 4406 12 00

ex 4406 92 00

4407 95 10

4407 95 91

4407 95 99

ex 4407 99 27

ex 4407 99 40

ex 4407 99 90

ex 4408 90 15

ex 4408 90 35

ex 4408 90 85

ex 4408 90 95

ex 4416 00 00

ex 9406 10 00

L-injam jissodisfa waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

(a)

ikun akkumpanjat minn ċertifikat fitosanitarju, li jiddikjara taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni addizzjonali” li l-injam joriġina minn żona indikata speċifikament rikonoxxuta li hija ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire, li tkun stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-Ukrajna, skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti, u li tinsab f’distanza minima ta’ 100 km mill-eqreb żona magħrufa fejn il-preżenza tal-pest speċifikat tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment, u l-istatus ta’ ħelsien ta’ dik iż-żona ġie kkomunikat bil-miktub minn qabel lill-Kummissjoni mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-Ukrajna;

(b)

ikun akkumpanjat minn ċertifikat fitosanitarju, li jiddikjara taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni addizzjonali” li l-qoxra u mill-inqas 2,5 cm tal-ilbieba tal-injam tneħħew f’faċilità awtorizzata u sorveljata mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-Ukrajna;

(c)

ikun akkumpanjat minn ċertifikat fitosanitarju, li jiddikjara taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni addizzjonali” li l-injam ikun għadda minn irradjazzjoni jonizzanti sabiex tinkiseb doża assorbita minima ta’ 1 kGy tul l-injam kollu.

2.2.

Injam fil-forma ta’ laqx, partikoli, serratura, ċana, skart u fdalijiet tal-injam, miksub kollu jew parzjalment mill-Fraxinus L., mill-Juglans ailantifolia Carr., mill-Juglans mandshurica Maxim., mill-Ulmus davidiana Planch. u mill-Pterocarya rhoifolia Siebold & Zucc.

ex 4401 22 00

ex 4401 40 10

ex 4401 40 90

L-injam jissodisfa dawn iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikun akkumpanjat minn ċertifikat fitosanitarju, li jiddikjara taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni addizzjonali” li l-injam joriġina minn żona indikata speċifikament rikonoxxuta li hija ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire, li tkun stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fl-Ukrajna, skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti, u li tinsab f’distanza minima ta’ 100 km lejn l-eqreb żona magħrufa mill-post fejn il-preżenza tal-pest speċifikat ġiet uffiċjalment ikkonfermata;

(b)

l-istatus ta’ ħelsien ta’ dik iż-żona ġie kkomunikat bil-miktub minn qabel lill-Kummissjoni mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-Ukrajna.

3.

Il-qoxra tas-siġar iżolata u l-oġġetti magħmula mill-qoxra tas-siġar tal-Fraxinus L., tal-Juglans ailantifolia Carr., tal-Juglans mandshurica Maxim., tal-Ulmus davidiana Planch. u tal-Pterocarya rhoifolia Siebold & Zucc.

ex 1404 90 00

ex 4401 40 90

Il-qoxra għandha tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tkun akkumpanjata minn ċertifikat fitosanitarju, li jiddikjara taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni addizzjonali” li qed tingħata dikjarazzjoni uffiċjali li l-qoxra toriġina minn żona indikata speċifikament rikonoxxuta li hija ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire, li tkun stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-Ukrajna, skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti, u li tinsab f’distanza minima ta’ 100 km mill-eqreb żona magħrufa fejn il-preżenza tal-pest speċifikat ġiet uffiċjalment ikkonfermata;

(b)

l-istatus ta’ ħelsien ta’ dik iż-żona ġie kkomunikat bil-miktub minn qabel lill-Kummissjoni mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-Ukrajna.


Top