EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R1130

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1130 tat-30 ta’ Lulju 2020 li jimplimenta l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

ST/9547/2020/INIT

OJ L 247, 31.7.2020, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1130/oj

31.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 247/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1130

tat-30 ta’ Lulju 2020

li jimplimenta l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta’ Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Jannar 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/44.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 21(6) tar-Regolament (UE) 2016/44, il-Kunsill irrieżamina l-lista ta’ persuni u entitajiet iddeżinjati li tinsab fl-Anness III għal dak ir-Regolament.

(3)

Il-Kunsill ikkonkluda li l-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet kollha fil-lista li tinsab fl-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44 jenħtieġ jinżammu, u li l-informazzjoni ta’ identifikazzjoni ta’ persuna waħda għandha tiġi aġġornata.

(4)

L-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44 jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44 huwa emendat f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1.


ANNESS

Fit-taqsima A (Persuni) tal-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44, l-entrata 18 hija sostitwita b’dan li ġej:

“18.

GHWELL, Khalifa

magħruf ukoll bħala AL GHWEIL, Khalifa

AL-GHAWAIL, Khalifa

GHAWIL, Khalifa Mohamed

Data tat-twelid: l-1 ta’ Jannar 1956 jew l-1 ta’ Jannar 1951

Post tat-twelid: Misurata, il-Libja

Nazzjonalità: Libja

Passaport: A005465 (il-Libja), maħruġ fit-12 ta’ April 2015, skada fil-11 ta’ April 2017

u

J690P666 (il-Libja), maħruġ fit-12 ta’ Ġunju 2016, jiskadi fil-11 ta’ Ġunju 2024

Sess: raġel

Indirizz: Qasr Ahmed Street, Misurata, Libya

Khalifa Ghwell kien l-hekk imsejjaħ ‘Prim Ministru u Ministru għad-Difiża’ tal-Kungress Nazzjonali Ġenerali (‘GNC’) li mhux rikonoxxut internazzjonalment (magħruf ukoll bħala l-‘Gvern ta’ Salvazzjoni Nazzjonali’), u bħala tali kien responsabbli għall-attivitajiet tagħhom.

Fis-7 ta’ Lulju 2015 Khalifa Ghwell wera l-appoġġ tiegħu għall-iSteadfastness Front (Alsomood), forza militari ġdida ta’ 7 brigati biex tipprevjeni l-formazzjoni fi Tripli ta’ gvern ta’ unità, billi attenda ċ-ċerimonja tal-iffirmar li tinawgura l-forza mal-‘President’ tal-GNC Nuri Abu Sahmain.

Bħala ‘Prim Ministru’ tal-GNC, Ghwell qeda rwol ċentrali fit-tfixkil tal-istabbiliment tal-GNA stabbilit skont il-Ftehim Politiku dwar il-Libja.

Fil-15 ta’ Jannar 2016, fil-kapaċità tiegħu ta’ ‘Prim Ministru u Ministru għad-Difiża’ tal-GNC ta’ Tripli, Ghwell ordna l-arrest ta’ kull membru tat-Tim ta’ Sigurtà il-ġdid, maħtur mill-Prim Ministru Maħtur tal-Gvern b’Kunsens Nazzjonali, li jasal fi Tripli.

Fil-31 ta’ Awwissu 2016 huwa ordna lill-‘Prim Ministru’ u lill-‘Ministru għad-Difiża’ tal-‘Gvern ta’ Salvazzjoni Nazzjonali’ biex imorru lura għax-xogħol wara li l-Kamra tar-Rappreżentanti (HoR) kienet ċaħdet il-GNA.

1.4.2016”.


Top