EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R1128

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1128 tat-30 ta’ Lulju 2020 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/19

ST/9220/2020/INIT

OJ L 247, 31.7.2020, p. 1–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/02/2021; Imħassar b' 32021R0138

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1128/oj

31.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 247/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1128

tat-30 ta’ Lulju 2020

li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/19

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-13 ta’ Jannar 2020, il-Kunsill adotta r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/19 (2) li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001, li jistabbilixxi lista aġġornata ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 (‘il-lista’).

(2)

Fejn kien possibbli fil-prattika, il-Kunsill ipprovda dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet lill-persuni, gruppi u entitajiet kollha bl-ispjegazzjoni għaliex iddaħħlu fil-lista.

(3)

B’avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill informa lill-persuni, gruppi u entitajiet fuq il-lista li huwa kien iddeċieda li jżommhom fuqha. Il-Kunsill informa wkoll lil dawk il-persuni, gruppi u entitajiet ikkonċernati li kien possibbli li tintalab dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill talli ddaħħlu fil-lista fejn tali dikjarazzjoni ma kinitx diġà ġiet ikkomunikata lilhom.

(4)

Il-Kunsill irreveda l-lista kif meħtieġ mill-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001. Meta għamel dik ir-reviżjoni, il-Kunsill ħa kont tal-osservazzjonijiet ippreżentati lilu minn dawk ikkonċernati kif ukoll tal-informazzjoni aġġornata li waslet mingħand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar l-istatus ta’ individwi u entitajiet elenkati fil-livell nazzjonali.

(5)

Il-Kunsill ivverifika li awtoritajiet kompetenti, kif imsemmijin fl-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK (3), ħadu deċiżjonijiet fir-rigward tal-persuni, gruppi u entitajiet kollha fil-lista fejn irriżulta li huma kienu involuti f’atti terroristiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li jenħtieġ li l-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK jibqgħu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fir-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(6)

Il-Kunsill ikkonkluda li m’għadx hemm raġunijiet biex persuna waħda tinżamm fuq il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

(7)

Jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata skont dan, u jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/19 jitħassar,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 hija stabbilita fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/19 huwa b’dan imħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/19 tat-13 ta’ Jannar 2020 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1337 (ĠU L 8I, 14.1.2020, p. 1).

(3)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).


ANNESS

LISTA TA’ PERSUNI, GRUPPI U ENTITAJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 1

I.   PERSUNI

1.

ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11.8.1960 fl-Iran. Numru tal-passaport: D9004878.

2.

AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f’Al Ihsa (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

3.

AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f’Tarut (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

4.

ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6.3.1955 jew fil-15.3.1955 fl-Iran. Ċittadin Iranjan u tal-Istati Uniti, Numru tal-passaport: C2002515 (Iran); Numru tal-passaport: 477845448 (Stati Uniti tal-Amerka). Numru tal-ID nazzjonali: 07442833, data ta’ skadenza 15.3.2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerka).

5.

ASSADI Assadollah, imwieled fit-22.12.1971 f’Tehran (l-Iran), ċittadin Iranjan. Numru tal-passaport diplomatiku Iranjan: D9016657.

6.

BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR, magħruf ukoll bħala SOBIAR, magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-8.3.1978 f’Amsterdam (in-Netherlands).

7.

EL HAJJ, Hassan Hassan, imwieled fit-22.3.1988 f’Zaghdraiya, Sidon, il-Libanu, ċittadin Kanadiż. Numru tal-passaport: JX446643 (il-Kanada).

8.

HASHEMI MOGHADAM Saeid, imwieled fis-6.8.1962 f’Tehran (l-Iran), ċittadin Iranjan. Numru tal-passaport: D9016290, validu sal-4.2.2019.

9.

IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, Ahmed, magħruf ukoll bħala SA-ID, magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu.

10.

MELIAD, Farah, imwieled fil-5.11.1980 f’Sydney (l-Awstralja), ċittadin Awstraljan. Numru tal-passaport: M2719127 (l-Awstralja).

11.

MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem, magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah, magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith, magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, numru tal-passaport 488555.

12.

ŞANLI, Dalokay (magħruf ukoll bħala Sinan), imwieled fit-13.10.1976 f’Pülümür (it-Turkija).

13.

SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala’i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla’i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 fl-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, l-Iran, (2) Bażi Militari ta’ Mehran, Provinċja ta’ Ilam, l-Iran.

14.

SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f’Tehran, l-Iran.

II.   GRUPPI U ENTITAJIIET

1.

L-‘Organizzazzjoni Abu Nidal’ — ‘ANO’ (magħrufa wkoll bħala l-‘Kunsill Rivoluzzjonarju tal-Fatah’, magħrufa wkoll bħala l-‘Brigati Rivoluzzjonarji Għarab’, magħrufa wkoll bħala s-‘Settembru l-Iswed’, magħrufa wkoll bħala l-‘Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti’).

2.

Il-‘Brigata tal-Martri ta’ Al-Aqsa’.

3.

‘Al-Aqsa e.V’.

4.

‘Babbar Khalsa’.

5.

Il-‘Partit Komunista tal-Filippini’, inkluż l-‘Armata l-Ġdida tal-Poplu’ — ‘NPA’, il-Filippini.

6.

Id-Direttorat għas-Sigurtà Interna tal-Ministeru Iranjan għall-Intelliġenza u s-Sigurtà.

7.

‘Gama’a al-Islamiyya’ (magħruf ukoll bħala ‘Al-Gama’a al-Islamiyya’) (il-‘Grupp Iżlamiku’ — ‘IG’).

8.

‘İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi’ — ‘IBDA-C’ (il-‘Front Kbir Iżlamiku tal-Ġellieda tal-Lvant’).

9.

‘Hamas’, inkluż ‘Hamas-Izz al-Din al-Qassem’.

10.

Il-‘Fergħa Militari ta’ Hizballah’ (magħrufa wkoll bħala l-‘Fergħa Militari tal-Hezbollah’, magħrufa wkoll bħala l-‘Fergħa Militari ta’ Hizbullah’, magħrufa wkoll bħala l-‘Fergħa Militari ta’ Hizbollah’, magħrufa wkoll bħala l-‘Fergħa Militari ta’ Hezballah’, magħrufa wkoll bħala l-‘Fergħa Militari ta’ Hisbollah’, magħrufa wkoll bħala l-‘Fergħa Militari ta’ Hizbu’llah’, magħrufa wkoll bħala l-‘Fergħa Militari ta’ Hizb Allah’, magħrufa wkoll bħala l-‘Kunsill tal-Ġihad’ (u l-unitajiet kollha li jirrappurtaw lilha, inkluż l-Organizzazzjoni Esterna tas-Sigurtà)).

11.

‘Hizbul Mujahideen’ — ‘HM’.

12.

‘Khalistan Zindabad Force’ — ‘KZF’.

13.

Il-‘Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan’ — ‘PKK’ (magħruf ukoll bħala ‘KADEK’, magħruf ukoll bħala ‘KONGRA-GEL’).

14.

It-‘Tigri għal-Liberazzjoni tat-Tamil Eelam’ — ‘LTTE’.

15.

‘Ejército de Liberación Nacional’ (l-‘Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali’).

16.

Il-‘Ġiħad Iżlamika tal-Palestina’ — ‘PIJ’.

17.

Il-‘Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina’ — ‘PFLP’.

18.

Il-‘Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina — Kmand Ġenerali’ (magħruf ukoll bħala ‘PFLP — Kmand Ġenerali’).

19.

‘Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi’ — ‘DHKP/C’ (magħruf ukoll bħala ‘Devrimci Sol’ (ix-‘Xellug Rivoluzzjonarju’), magħruf ukoll bħala ‘Dev Sol’) (‘Armata/Front/Partit Rivoluzzjonarju għall-Ħelsien tal-Poplu’).

20.

‘Sendero Luminoso’ — ‘SL’ (it-‘Triq li Tiddi’).

21.

‘Teyrbazen Azadiya Kurdistan’ — ‘TAK’ (magħruf ukoll bħala l-‘Falkuni għall-Ħelsien tal-Kurdistan’, magħruf ukoll bħala l-‘Isqra għall-Ħelsien tal-Kurdistan’).

Top