This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R1058
Commission Delegated Regulation (EU) 2020/1058 of 27 April 2020 amending Delegated Regulation (EU) 2019/945 as regards the introduction of two new unmanned aircraft systems classes
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1058 tas-27 ta’ April 2020 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/945 fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ żewġ klassijiet ġodda tas-sistemi tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1058 tas-27 ta’ April 2020 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/945 fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ żewġ klassijiet ġodda tas-sistemi tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord
C/2020/1991
ĠU L 232, 20.7.2020, p. 1–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
20.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 232/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1058
tas-27 ta’ April 2020
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/945 fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ żewġ klassijiet ġodda tas-sistemi tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 58 u l-Artikolu 61 tiegħu,
Billi:
(1) |
Jenħtieġ li s-sistemi tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (“il-UAS”), li t-tħaddim tagħhom jippreżenta riskju baxx u li għalihom l-operatur tal-UAS jitħalla jissottometti dikjarazzjoni bbażata fuq ix-xenarju standard elenkat fl-Appendiċi 1 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/947 (2) ma jkunux soġġetti għal proċeduri standard tal-konformità ajrunawtika. Il-possibbiltà li tiġi stabbilita l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 tal-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) 2018/1139 jenħtieġ tintuża għal dawk il-UAS. Għalhekk hemm bżonn jiġu stabbiliti r-rekwiżiti li jindirizzaw ir-riskji kkawżati mit-tħaddim ta’ dawk il-UAS, filwaqt li titqies bis-sħiħ kull leġiżlazzjoni applikabbli oħra tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni. Minħabba f’hekk, jenħtieġ jinħolqu żewġ klassijiet differenti ġodda tal-UAS, ikkaratterizzati minn settijiet differenti ta’ rekwiżiti li jindirizzaw riskji differenti. Għaldaqstant, il-Kapitolu II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 (3) jenħtieġ ikun ikopri dawn il-klassijiet ġodda. |
(2) |
Il-UAS li jridu jintużaw fix-xenarji standard definiti fl-Appendiċi 1 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 jenħtieġ ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-prodott definiti fil-Kapitolu II tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945 u għalhekk jenħtieġ jitneħħew mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu III. |
(3) |
Dawn ir-rekwiżiti jenħtieġ ikopru r-rekwiżiti essenzjali previsti fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2018/1139, b’mod partikolari rigward il-karatteristiċi u l-funzjonalitajiet speċifiċi meħtieġa biex jittaffew ir-riskji relatati mas-sikurezza tat-titjira, il-privatezza, u l-protezzjoni tad-data personali, is-sigurtà jew l-ambjent, ikkawżati mit-tħaddim ta’ dawn il-UAS. |
(4) |
Meta l-manifatturi jqiegħdu UAS fis-suq bil-ħsieb li jagħmluha disponibbli għat-tħaddim skont ir-regoli u l-kundizzjonijiet applikabbli għall-kategorija “miftuħa” jew skont id-dikjarazzjoni operazzjonali, u għalhekk iwaħħlu tikketta ta’ identifikazzjoni tal-klassi fuqha, dawn jenħtieġ jiżguraw il-konformità tal-UAS mar-rekwiżiti ta’ dik il-klassi. Bl-istess mod, meta manifatturi jqiegħdu fis-suq settijiet ta’ aċċessorji li jittrasformaw il-UAS tal-klassi C3 f’UAS tal-klassi C5, jenħtieġ li dawn jiżguraw il-konformità tal-UAS mgħammra bis-settijiet tal-aċċessorji mar-rekwiżiti kollha tal-klassi C5. |
(5) |
Biex l-identifikazzjoni mill-bogħod tiġi appoġġata bħala wieħed mill-elementi meħtieġa għall-funzjonament tas-sistema U-spazjali li qed tiġi żviluppata bħalissa, jenħtieġ li kull UAS imħaddma fil-kategorija speċifika tkun mgħammra b’sistema ta’ identifikazzjoni mill-bogħod. |
(6) |
Jenħtieġ li dawk il-UAS imħaddma fil-kategorija speċifika u li ma jeħtiġux reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947, ikollhom numru tas-serje uniku, sakemm ma jkunux mibnija privatament. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-Opinjoni Nru 05/2019 (4) maħruġa mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (l-EASA) skont l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2019/945
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/945 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Dan jistabbilixxi wkoll ir-regoli dwar it-tqegħid fis-suq tal-UAS u tas-settijiet tal-aċċessorji u tal-aċċessorji supplimentari għall-identifikazzjoni mill-bogħod, kif ukoll dwar il-moviment liberu tagħhom fl-Unjoni.”; |
(2) |
fl-Artikolu 2, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej: “1. Il-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament japplika għall-prodotti li ġejjin:
2. Il-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament japplika għall-UAS imħaddma skont ir-regoli u l-kundizzjonijiet applikabbli għall-kategoriji ‘ċertifikata’ u ‘speċifika’ tal-operazzjonijiet tal-UAS f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947, għajr meta mħaddma b’dikjarazzjoni.”; |
(3) |
Fl-Artikolu 3, jiżdiedu l-punti (38), (39) u (40) li ġejjin:
(*1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1).”;" |
(4) |
it-titolu tal-Kapitolu II huwa sostitwit b’dan li ġej: “UAS maħsuba biex jitħaddmu fil-kategorija ‘miftuħa’ jew fil-kategorija ‘speċifika’ bid-dikjarazzjoni operazzjonali, settijiet tal-aċċessorji li jkollhom fuqhom tikketta ta’ identifikazzjoni tal-klassi u aċċessorji supplimentari għall-identifikazzjoni mill-bogħod” |
(5) |
fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 2 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet 1 sa 6, 16 u 17 tal-Anness.”; |
(6) |
fl-Artikolu 5, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej: “3. Il-paragrafi 1 sa 4 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom japplikaw mis-16 ta’ Lulju 2021.”; |
(7) |
fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Meta jqiegħdu l-prodott tagħhom fis-suq tal-Unjoni, il-manifatturi għandhom jiżguraw li dan ikun ġie ddisinjat u manifatturat f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet 1 sa 6, 16 u 17 tal-Anness.”; |
(8) |
fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Il-manifatturi għandhom ifasslu d-dokumentazzjoni teknika prevista fl-Artikolu 17 u jwettqu l-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità rilevanti msemmija fl-Artikolu 13, jew jesternalizzawha. Meta l-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet 1 sa 6, 16 u 17 tal-Anness tintwera b’dik il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità, il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE u jwaħħlu l-marka CE.”; |
(9) |
fl-Artikolu 6, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “5. Il-manifatturi tal-UAS għandhom jiżguraw li l-UA ikollhom fuqhom it-tip skont id-Deċiżjoni 768/2008/KE kif ukoll numru tas-serje uniku li jippermetti l-identifikazzjoni tagħhom u, meta applikabbli, li jkun konformi mar-rekwiżiti definiti fil-Partijiet 2 sa 4, 16 u 17 korrispondenti tal-Anness. Il-manifatturi tas-settijiet tal-aċċessorji tal-klassi C5 għandhom jiżguraw li dawn is-settijiet ikollhom tip u numru tas-serje uniku li jippermetti l-identifikazzjoni tagħhom. Il-manifatturi tal-aċċessorji supplimentari għall-identifikazzjoni mill-bogħod għandhom jiżguraw li l-aċċessorji supplimentari għall-identifikazzjoni mill-bogħod ikollhom fuqhom tip u numru tas-serje uniku li jippermetti l-identifikazzjoni tagħhom u li jkun konformi mar-rekwiżiti definiti fil-Parti 6 tal-Anness. F’kull każ, il-manifatturi għandhom jiżguraw li jitwaħħal numru tas-serje uniku wkoll fuq id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE jew fuq id-dikjarazzjoni simplifikata tal-konformità tal-UE msemmija fl-Artikolu 14.”; |
(10) |
fl-Artikolu 6, il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: “7. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li mal-prodott jingħataw l-istruzzjonijiet tal-manifattur u l-avviż informattiv kif jeżiġu l-Partijiet 1 sa 6, 16 u 17 tal-Anness b’lingwaġġ li jista’ jinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat. Dawn l-istruzzjonijiet tal-manifattur u l-avviż informattiv, u kull tikkettar, għandhom ikunu ċari, jistgħu jinftiehmu u jistgħu jinqraw.”; |
(11) |
fl-Artikolu 6, jiżdied il-paragrafu 11 li ġej: “Meta jqiegħdu fis-suq UAS tal-klassi C5 jew C6 jew aċċessorju supplimentari tal-klassi C5, il-manifatturi għandhom jinfurmaw lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru fejn iwettqu l-attività kummerċjali ewlenija tagħhom.”; |
(12) |
fl-Artikolu 8, it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Meta importatur ikun jidhirlu jew ikollu raġunijiet biex jagħraf li prodott ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet 1 sa 6, 16 u 17 tal-Anness, dan ma għandux iqiegħed il-prodott fis-suq qabel ma dan isir konformi. Barra minn hekk, meta l-prodott ikun jippreżenta riskju għas-saħħa u għas-sikurezza tal-konsumaturi u ta’ partijiet terzi, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar dan.”; |
(13) |
Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. L-importaturi għandhom jiżguraw li mal-prodott jingħataw l-istruzzjonijiet tal-manifattur u l-avviż informattiv kif jeżiġu l-Partijiet 1 sa 6, 16 u 17 tal-Anness b’lingwaġġ li jista’ jinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat. Dawk l-istruzzjonijiet tal-manifattur u l-avviż informattiv, u kull tikkettar, għandhom ikunu ċari, jistgħu jinftiehmu u leġibbli.”; |
(14) |
fl-Artikolu 8, jiżdied il-paragrafu 10 li ġej: “10 Meta jqiegħdu fis-suq UAS tal-klassi C5 jew C6 jew aċċessorju supplimentari tal-klassi C5, l-importaturi għandhom jinfurmaw lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru fejn iwettqu l-attività kummerċjali ewlenija tagħhom.”; |
(15) |
fl-Artikolu 9, l-ewwel żewġ subparagrafi tal-paragrafu 2 huma sostitwiti b’dan li ġej: “2. Qabel ma jqiegħdu prodott fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-prodott ikollu fuqu l-marka CE u, meta applikabbli, it-tikketta tal-identifikazzjoni tal-klassi tal-UA u l-indikazzjoni tal-livell tal-potenza akustika, li qed jingħata bid-dokumenti msemmija fil-paragrafi 7 u 8 tal-Artikolu 6, u li l-manifattur u l-importatur ikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 5 u 6 tal-Artikolu 6 u fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 8. Id-distributuri għandhom jiżguraw li mal-prodott jingħataw l-istruzzjonijiet tal-manifattur u l-avviż informattiv kif jeżiġu l-Partijiet 1 sa 6, 16 u 17 tal-Anness b’lingwaġġ li jista’ jinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat. Dawk l-istruzzjonijiet tal-manifattur u l-avviż informattiv, u kull tikkettar, għandhom ikunu ċari, jistgħu jinftiehmu u leġibbli.”; |
(16) |
L-Artikolu 12 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Prodott li jkun konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi għalihom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun preżunt konformi mar-rekwiżiti koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom, stabbiliti fil-Partijiet 1 sa 6, 16 u 17 tal-Anness.”; |
(17) |
fl-Artikolu 13, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Il-manifattur għandu jwettaq valutazzjoni tal-konformità tal-prodott b’xi waħda mill-proċeduri li ġejjin ħalli jistabbilixxi l-konformità ta’ dan mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet 1 sa 6, 16 u 17 tal-Anness. Il-valutazzjoni tal-konformità għandha tqis il-kundizzjonijiet operazzjonali maħsuba u prevedibbli kollha.”; |
(18) |
fl-Artikolu 13, il-punt (a) tal-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(19) |
fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE msemmija fil-paragrafu 8 tal-Artikolu 6 għandha tiddikjara li intweriet il-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet 1 sa 6, 16 u 17 tal-Anness u, għall-UAS, tidentifika l-klassi tagħha.”; |
(20) |
fl-Artikolu 16, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. It-tikketta għall-identifikazzjoni tal-klassi tal-UA għandha titwaħħal b’mod viżibbli, leġibbli u li ma jitħassarx fuq il-UA jew, meta rilevanti, fuq kull aċċessorju tas-sett tal-aċċessorji tal-klassi C5, u fuq l-imballaġġ tiegħu, u tal-anqas għandha tkun għolja 5 mm. Għandu jkun ipprojbit kull twaħħil ta’ markaturi, sinjali jew skrizzjonijiet fuq il-prodott, li aktarx ifixklu lill-partijiet terzi fir-rigward tat-tifsira jew il-forma tat-tikketta għall-identifikazzjoni tal-klassi.”; |
(21) |
fl-Artikolu 17, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-data u d-dettalji rilevanti kollha tal-mezzi li juża l-manifattur biex jiżgura li l-prodott jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet 1 sa 6, 16 u 17 tal-Anness. Tal-anqas għandu jkun fiha l-elementi stabbiliti fil-Parti 10 tal-Anness.”; |
(22) |
fl-Artikolu 17, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. Meta d-dokumentazzjoni teknika ma tikkonformax mal-paragrafi 1, 2 jew 3 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tista’ titlob lill-manifattur jew lill-importatur biex jaraw li jsir test minn korp meqjus aċċettabbli mill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq bl-ispejjeż imġarrba mill-manifattur jew mill-importatur fi żmien speċifikat biex tiġi verifikata l-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet 1 sa 6, 16 u 17 tal-Anness li japplikaw għalih.”; |
(23) |
fl-Artikolu 30, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Meta korp notifikat isib li manifattur ma ssodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet 1 sa 6, 16 u 17 tal-Anness jew fl-istandards armonizzati korrispondenti jew fi speċifikazzjonijiet tekniċi oħra, dan għandu jeżiġi li l-manifattur jieħu l-miżuri korrettivi xierqa u ma għandu joħroġ l-ebda ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE jew l-ebda approvazzjoni tas-sistema tal-kwalità.”; |
(24) |
fl-Artikolu 36, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru partikolari ikollhom raġunijiet biżżejjed biex jagħrfu li xi prodott jippreżenta riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni jew għal xi aspetti oħra tal-protezzjoni tal-interess pubbliku li huma koperti minn dan il-Kapitolu, dawn għandhom jagħmlu evalwazzjoni fir-rigward tal-prodott konċernat, li tkun tkopri r-rekwiżiti applikabbli kollha stabbiliti f’dan il-Kapitolu. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkoperaw kif meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għal dak il-għan.”; |
(25) |
it-titolu tal-Kapitolu III huwa sostitwit b’dan li ġej: “Rekwiżiti għall-UAS imħaddma fil-kategoriji ‘ċertifikata’ u ‘speċifika’, għajr meta jsiru b’dikjarazzjoni”; |
(26) |
L-Artikolu 40 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 40 Rekwiżiti għall-UAS imħaddma fil-kategoriji ‘ċertifikata’ u ‘speċifika’, għajr meta jsiru b’dikjarazzjoni.
|
(27) |
l-Anness għar-Regolament Delegat (UE) 2019/945 huwa sostitwit bl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/947 tal-24 ta’ Mejju 2019 dwar ir-regoli u l-proċeduri għall-operazzjoni ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (ĠU L 152, 11.6.2019, p. 45)
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 tat-12 ta’ Marzu 2019 dwar sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u dwar operaturi ta' sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord minn pajjiżi terzi (ĠU L 152, 11.6.2019, p. 1).
(4) https://www.easa.europa.eu/document-library/opinions
ANNESS
PARTI 1
Rekwiżiti għal Sistema tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAS) tal-klassi C0
UAS tal-klassi C0 ikollha din it-tikketta għall-identifikazzjoni tal-klassi li ġejja fuq il-UA:
UAS tal-klassi C0 għandha tikkonforma ma’ dan li ġej:
(1) |
ikollha MTOM ta’ anqas minn 250 g, inkluż it-tagħbija utli; |
(2) |
ikollha veloċità massima ta’ 19 m/s f’titjira livell; |
(3) |
ikollha għoli massimu li jista’ jinkiseb ’il fuq mill-punt tat-tlugħ limitat għal 120 m; |
(4) |
tkun kontrollabbli b’mod sikur fir-rigward tal-istabbiltà, tal-manuvrabbiltà u tal-prestazzjoni tal-kollegament tal-kmand u tal-kontroll, minn bdot remot li jsegwi l-istruzzjonijiet tal-manifattur, kif ikun meħtieġ fil-kundizzjonijiet operazzjonali antiċipati kollha inkluż meta tinqala’ xi ħsara f’sistema waħda jew, jekk xieraq, f’aktar minn waħda; |
(5) |
tkun iddisinjata u mibnija b’mod li timminimizza l-korrimenti tal-persuni waqt it-tħaddim, il-ponot li jaqtgħu għandhom ikunu evitati, sakemm ma jkunx teknikament inevitabbli skont prattika tajba tad-disinjar u tal-manifattura. Jekk tkun mgħammra bl-iskrejjen, il-UA għandu jiġi ddisinjat b’mod li jillimita kull korriment li jistgħu jikkawżaw il-paletti tal-iskrejjen; |
(6) |
tkun imħaddma esklussivament bl-elettriku; |
(7) |
jekk tkun mgħammra b’modalità ta’ insegwiment u din il-funzjoni tkun attivata, tkun f’medda li ma taqbiżx il-50 m mill-bdot remot, u tagħmilha possibbli li l-bdot remot jerġa’ jikseb il-kontroll tal-UA; |
(8) |
titqiegħed fis-suq bi struzzjonijiet tal-manifattur li jipprovdu:
|
(9) |
tinkludi notifika ta’ informazzjoni ppubblikata mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (l-EASA) li tipprovdi l-limitazzjonijiet u l-obbligi applikabbli, skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947; |
(10) |
il-punti (4), (5) u (6) ma japplikawx għall-UAS li huma ġugarelli skont it-tifsira tad-Direttiva 2009/48/KE dwar is-sikurezza tal-ġugarelli. |
PARTI 2
Rekwiżiti għal Sistema tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAS) tal-klassi C1
UAS tal-klassi C1 ikollha din it-tikketta għall-identifikazzjoni tal-klassi li ġejja fuq il-UA:
UAS tal-klassi C1 għandha tikkonforma ma’ dan li ġej:
(1) |
tkun magħmula minn materjali u jkollha karatteristiċi tal-prestazzjoni u fiżiċi li jiżguraw li waqt impatt b’veloċità terminali ma’ ras ta’ bniedem, l-enerġija trażmessa lejn ir-ras tal-bniedem tkun anqas minn 80 J jew, inkella, għandu jkollha MTOM ta’ anqas minn 900 g, inkluż it-tagħbija utli; |
(2) |
ikollha veloċità massima ta’ 19 m/s f’titjira livell; |
(3) |
ikollha għoli massimu li jista’ jinkiseb ’il fuq mill-punt tat-tlugħ limitat għal 120 m jew tkun mgħammra b’sistema li tillimita l-għoli ’l fuq mis-superfiċe jew il-punt tat-tlugħ għal 120 m jew għal valur li jista’ jintgħażel mill-bdot remot; jekk il-valur ikun jista’ jintgħażel, il-bdot remot għandu jingħata informazzjoni ċara dwar l-għoli tal-UA ’il fuq mis-superfiċe jew il-punt tat-tlugħ waqt it-titjira; |
(4) |
tkun kontrollabbli b’mod sikur fir-rigward tal-istabbiltà, tal-manuvrabbiltà u tal-prestazzjoni tal-kollegament tal-kmand u tal-kontroll, minn bdot remot b’kompetenza adegwata kif definit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 u skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, kif ikun meħtieġ fil-kundizzjonijiet operazzjonali antiċipati kollha inkluż meta tinqala’ xi ħsara f’sistema waħda jew, jekk xieraq, f’aktar minn waħda; |
(5) |
ikollha s-saħħa mekkanika meħtieġa għall-UA, li tinkludi kull fattur tas-sikurezza meħtieġa u, meta xieraq, l-istabbiltà biex tiflaħ għal kull strapazz li tkun soġġetta għalih waqt l-użu mingħajr tkissir jew deformazzjoni li jistgħu jinterferixxu mat-titjir sikur tiegħu; |
(6) |
tkun iddisinjata u mibnija b’mod li jiġu minimizzati l-korrimenti tal-persuni waqt it-tħaddim, il-ponot li jaqtgħu tal-UA għandhom ikunu evitati, sakemm ma jkunx teknikament inevitabbli skont prattika tajba tad-disinjar u tal-manifattura; jekk tkun mgħammra bl-iskrejjen, il-UA għandu jiġi ddisinjat b’mod li jillimita kull korriment li jistgħu jikkawżaw il-paletti tal-iskrejjen; |
(7) |
jekk jintilef il-kollegament tal-kmand u tal-kontroll, ikollha metodu affidabbli u prevedibbli biex il-UA jirkupra l-kollegament tal-kmand u tal-kontroll jew jekk dan ifalli, itemm it-titjira b’mod li jnaqqas l-effett fuq il-partijiet terzi fl-ajru jew fuq l-art; |
(8) |
sakemm ma jkunx UA bi ġwienaħ fissi, ikollu livell tal-potenza akustika ponderat-A garantit LWA iddeterminat skont il-Parti 13, li ma jaqbiżx il-livelli stabbiliti fil-Parti 15; |
(9) |
sakemm ma jkunx UA bi ġwienaħ fissi, ikollu indikazzjoni tal-livell tal-potenza akustika ponderat-A garantit imwaħħla fuq il-UA u/jew fuq l-imballaġġ tiegħu skont il-Parti 14; |
(10) |
tkun imħaddma esklussivament bl-elettriku; |
(11) |
ikollha numru tas-serje uniku li jkun konformi mal-istandard ANSI/CTA-2063-A-2019, in-Numri tas-Serje tas-Sistemi tal-Ajru Żgħar Mingħajr Bdot Abbord, tal-2019; |
(12) |
ikollha sistema għall-identifikazzjoni diretta mill-bogħod li:
|
(13) |
tkun mgħammra b’funzjoni ta’ ġeokonsapevolezza li tipprovdi:
|
(14) |
jekk il-UA ikollu funzjoni li tillimita l-aċċess tiegħu għal ċerti żoni jew volumi tal-ispazju tal-ajru, din il-funzjoni għandha topera b’mod li tinteraġixxi bla xkiel mas-sistema tal-kontroll tat-titjir tal-UA mingħajr ma taffettwa ħażin is-sikurezza tat-titjir; barra minn hekk, għandha tingħata informazzjoni ċara lill-bdot remot meta l-funzjoni tagħha tipprevjeni lill-UA milli jidħol f’dawn iż-żoni jew il-volumi tal-ispazju tal-ajru; |
(15) |
tagħti twissija ċara lill-bdot remot meta l-batterija tal-UA jew tal-istazzjon tal-kontroll tiegħu jkunu f’livell baxx ħalli l-bdot remot ikollu biżżejjed ħin biex iniżżel il-UA b’mod sikur; |
(16) |
tkun mgħammra:
|
(17) |
jekk tkun mgħammra b’modalità ta’ insegwiment u din il-funzjoni tkun attivata, tkun f’medda li ma taqbiżx il-50 m mill-bdot remot, u tagħmilha possibbli li l-bdot remot jerġa’ jikseb il-kontroll tal-UA; |
(18) |
titqiegħed fis-suq bi struzzjonijiet tal-manifattur li jipprovdu:
|
(19) |
tinkludi notifika ta’ informazzjoni ppubblikata mill-EASA li tipprovdi l-limitazzjonijiet u l-obbligi applikabbli, skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947; |
(20) |
jekk tkun mgħammra b’sistema ta’ network tal-identifikazzjoni mill-bogħod, din għandha:
|
PARTI 3
Rekwiżiti għal Sistema tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAS) tal-klassi C2
UAS tal-klassi C2 ikollha din it-tikketta għall-identifikazzjoni tal-klassi li ġejja fuq il-UA:
UAS tal-klassi C2 għandha tikkonforma ma’ dan li ġej:
(1) |
ikollha MTOM ta’ anqas minn 4 kg, inkluż it-tagħbija utli; |
(2) |
ikollha għoli massimu li jista’ jinkiseb ’il fuq mill-punt tat-tlugħ limitat għal 120 m jew tkun mgħammra b’sistema li tillimita l-għoli ’l fuq mis-superfiċe jew il-punt tat-tlugħ għal 120 m jew għal valur li jista’ jintgħażel mill-bdot remot. Jekk il-valur ikun jista’ jintgħażel, il-bdot remot għandu jingħata informazzjoni ċara dwar l-għoli tal-UA ’il fuq mis-superfiċe jew il-punt tat-tlugħ waqt it-titjira; |
(3) |
tkun kontrollabbli b’mod sikur fir-rigward tal-istabbiltà, tal-manuvrabbiltà u tal-prestazzjoni tal-kollegament tal-kmand u tal-kontroll, minn bdot remot b’kompetenza adegwata kif definit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 u skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, kif ikun meħtieġ fil-kundizzjonijiet operazzjonali antiċipati kollha inkluż meta tinqala’ xi ħsara f’sistema waħda jew, jekk xieraq, f’aktar minn waħda; |
(4) |
ikollha s-saħħa mekkanika meħtieġa għall-UA, li tinkludi kull fattur tas-sikurezza meħtieġa u, meta xieraq, l-istabbiltà biex tiflaħ għal kull strapazz li tkun soġġetta għalih waqt l-użu mingħajr tkissir jew deformazzjoni li jistgħu jinterferixxu mat-titjir sikur tiegħu; |
(5) |
fil-każ ta’ UA marbut, l-irbit ma jkunx itwal minn 50 m u saħħa mekkanika ma tkunx anqas minn:
|
(6) |
tkun iddisinjata u mibnija b’mod li jiġu minimizzati l-korrimenti tal-persuni waqt it-tħaddim, il-ponot li jaqtgħu tal-UA għandhom ikunu evitati, sakemm ma jkunx teknikament inevitabbli skont prattika tajba tad-disinjar u tal-manifattura; jekk tkun mgħammra bl-iskrejjen, il-UA għandu jiġi ddisinjat b’mod li jillimita kull korriment li jistgħu jikkawżaw il-paletti tal-iskrejjen; |
(7) |
sakemm ma tkunx marbuta, jekk jintilef il-kollegament tal-kmand u tal-kontroll, ikollha metodu affidabbli u prevedibbli biex il-UA jirkupra l-kollegament tal-kmand u tal-kontroll jew, jekk dan ifalli, itemm it-titjira b’mod li jnaqqas l-effett fuq il-partijiet terzi fl-ajru jew fuq l-art; |
(8) |
sakemm ma tkunx marbuta, tkun mgħammra b’kollegament tal-kmand u tal-kontroll protett mill-aċċess mhux awtorizzat għall-funzjonijiet tal-kmand u tal-kontroll; |
(9) |
sakemm ma jkunx UA bi ġwienaħ fissi, ikun mgħammar b’modalità ta’ veloċità baxxa li tista’ tintgħażel mill-bdot remot u tiġi limitata l-veloċità fuq l-art għal mhux aktar minn 3 m/s. |
(10) |
sakemm ma jkunx UA bi ġwienaħ fissi, ikollu livell tal-potenza akustika ponderat-A garantit LWA iddeterminat skont il-Parti 13, li ma jaqbiżx il-livelli stabbiliti fil-Parti 15; |
(11) |
sakemm ma jkunx UA bi ġwienaħ fissi, ikollu indikazzjoni tal-livell tal-potenza akustika ponderat-A garantit imwaħħla fuq il-UA u/jew fuq l-imballaġġ tiegħu skont il-Parti 14; |
(12) |
tkun imħaddma esklussivament bl-elettriku; |
(13) |
ikollha numru tas-serje uniku li jkun konformi mal-istandard ANSI/CTA-2063-A-2019, in-Numri tas-Serje tas-Sistemi tal-Ajru Żgħar Mingħajr Bdot Abbord, tal-2019; |
(14) |
ikollha sistema għall-identifikazzjoni diretta mill-bogħod li:
|
(15) |
tkun mgħammra b’funzjoni ta’ ġeokonsapevolezza li tipprovdi:
|
(16) |
jekk il-UA ikollu funzjoni li tillimita l-aċċess tiegħu għal ċerti żoni jew volumi tal-ispazju tal-ajru, din il-funzjoni għandha topera b’mod li tinteraġixxi bla xkiel mas-sistema tal-kontroll tat-titjir tal-UA mingħajr ma taffettwa ħażin is-sikurezza tat-titjir; barra minn hekk, għandha tingħata informazzjoni ċara lill-bdot remot meta din il-funzjoni tipprevjeni lill-UA milli jidħol f’dawn iż-żoni jew il-volumi tal-ispazju tal-ajru; |
(17) |
tagħti twissija ċara lill-bdot remot meta l-batterija tal-UA jew tal-istazzjon tal-kontroll tiegħu jkunu f’livell baxx ħalli l-bdot remot ikollu biżżejjed ħin biex iniżżel il-UA b’mod sikur; |
(18) |
tkun mgħammra:
|
(19) |
titqiegħed fis-suq bi struzzjonijiet tal-manifattur li jipprovdu:
|
(20) |
tinkludi notifika ta’ informazzjoni ppubblikata mill-EASA li tipprovdi l-limitazzjonijiet u l-obbligi applikabbli, skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947; |
(21) |
jekk tkun mgħammra b’sistema ta’ network tal-identifikazzjoni mill-bogħod, din għandha:
|
PARTI 4
Rekwiżiti għal Sistema tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAS) tal-klassi C3
UAS tal-klassi C3 ikollha din it-tikketta għall-identifikazzjoni tal-klassi li ġejja fuq il-UA:
UAS tal-klassi C3 għandha tikkonforma ma’ dan li ġej:
(1) |
ikollha MTOM ta’ anqas minn 25 kg, inkluż it-tagħbija utli, u jkollha dimensjoni karatteristika massima ta’ inqas minn 3 m; |
(2) |
ikollha għoli massimu li jista’ jinkiseb ’il fuq mill-punt tat-tlugħ limitat għal 120 m jew tkun mgħammra b’sistema li tillimita l-għoli ’l fuq mis-superfiċe jew il-punt tat-tlugħ għal 120 m jew għal valur li jista’ jintgħażel mill-bdot remot. Jekk il-valur ikun jista’ jintgħażel, il-bdot remot għandu jingħata informazzjoni ċara dwar l-għoli tal-UA ’il fuq mis-superfiċe jew il-punt tat-tlugħ waqt it-titjira; |
(3) |
tkun kontrollabbli b’mod sikur fir-rigward tal-istabbiltà, tal-manuvrabbiltà u tal-prestazzjoni tal-kollegament tal-kmand u tal-kontroll, minn bdot remot b’kompetenza adegwata kif definit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 u skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, kif ikun meħtieġ fil-kundizzjonijiet operazzjonali antiċipati kollha inkluż meta tinqala’ xi ħsara f’sistema waħda jew, jekk xieraq, f’aktar minn waħda; |
(4) |
fil-każ ta’ UA marbut, l-irbit ma jkunx itwal minn 50 m u saħħa mekkanika ma tkunx anqas minn:
|
(5) |
sakemm ma tkunx marbuta, jekk jintilef il-kollegament tal-kmand u tal-kontroll, ikollha metodu affidabbli u prevedibbli biex il-UA jirkupra l-kollegament tal-kmand u tal-kontroll jew, jekk dan ifalli, itemm it-titjira b’mod li jnaqqas l-effett fuq il-partijiet terzi fl-ajru jew fuq l-art; |
(6) |
sakemm ma jkunx UA bi ġwienaħ fissi, ikollu indikazzjoni tal-livell tal-potenza akustika ponderat-A garantit LWA iddeterminata skont il-Parti 13 imwaħħla fuq il-UA u/jew fuq l-imballaġġ tiegħu skont il-Parti 14; |
(7) |
tkun imħaddma esklussivament bl-elettriku; |
(8) |
ikollha numru tas-serje uniku li jkun konformi mal-istandard ANSI/CTA-2063-A-2019, in-Numri tas-Serje tas-Sistemi tal-Ajru Żgħar Mingħajr Bdot Abbord, tal-2019; |
(9) |
sakemm ma tkunx marbuta, ikollha sistema diretta għall-identifikazzjoni mill-bogħod li:
|
(10) |
tkun mgħammra b’funzjoni ta’ ġeokonsapevolezza li tipprovdi:
|
(11) |
jekk il-UA ikollu funzjoni li tillimita l-aċċess tiegħu għal ċerti żoni jew volumi tal-ispazju tal-ajru, din il-funzjoni għandha topera b’mod li tinteraġixxi bla xkiel mas-sistema tal-kontroll tat-titjir tal-UA mingħajr ma taffettwa ħażin is-sikurezza tat-titjir; barra minn hekk, għandha tingħata informazzjoni ċara lill-bdot remot meta din il-funzjoni tipprevjeni lill-UA milli jidħol f’dawn iż-żoni jew il-volumi tal-ispazju tal-ajru; |
(12) |
sakemm ma tkunx marbuta, tkun mgħammra b’kollegament tal-kmand u tal-kontroll protett mill-aċċess mhux awtorizzat għall-funzjonijiet tal-kmand u tal-kontroll; |
(13) |
tagħti twissija ċara lill-bdot remot meta l-batterija tal-UA jew tal-istazzjon tal-kontroll tiegħu jkunu f’livell baxx biex il-bdot remot ikollu biżżejjed ħin biex iniżżel il-UA b’mod sikur; |
(14) |
tkun mgħammra:
|
(15) |
titqiegħed fis-suq bi struzzjonijiet tal-manifattur li jipprovdu:
|
(16) |
tinkludi notifika ta’ informazzjoni ppubblikata mill-EASA li tipprovdi l-limitazzjonijiet u l-obbligi applikabbli, skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947; |
(17) |
jekk tkun mgħammra b’sistema ta’ network tal-identifikazzjoni mill-bogħod, din għandha:
|
PARTI 5
Rekwiżiti għal Sistema tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAS) tal-klassi C4
UAS tal-klassi C4 ikollha din it-tikketta li ġejja fuq il-UA b’mod viżibbli:
UAS tal-klassi C4 għandha tikkonforma ma’ dan li ġej:
(1) |
ikollha MTOM ta’ anqas minn 25 kg, inkluż it-tagħbija utli; |
(2) |
tkun kontrollabbli u manuvrabbli b’mod sikur minn bdot remot li jsegwi l-istruzzjonijiet tal-manifattur, kif ikun meħtieġ fil-kundizzjonijiet operazzjonali antiċipati kollha inkluż meta tfalli xi sistema waħda jew, jekk xieraq, aktar minn waħda; |
(3) |
ma jkollhiex modalitajiet tal-kontroll awtomatiku ħlief għall-assistenza tal-istabbilizzazzjoni tat-titjir bl-ebda effett dirett fuq it-trajettorja u l-assistenza meta jintilef kollegament diment li jkun hemm disponibbli pożizzjoni fissa predeterminata tal-kontrolli tat-titjir meta l-kollegament mitluf ikun disponibbli; |
(4) |
titqiegħed fis-suq bi struzzjonijiet tal-manifattur li jipprovdu:
|
(5) |
tinkludi notifika ta’ informazzjoni ppubblikata mill-EASA li tipprovdi l-limitazzjonijiet u l-obbligi applikabbli, skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947. |
PARTI 6
Rekwiżiti għal aċċessorju supplimentari tal-identifikazzjoni diretta mill-bogħod
Aċċessorju supplimentari għall-identifikazzjoni diretta mill-bogħod għandu jikkonforma ma’ dawn li ġejjin:
(1) |
jippermetti li jittella’ n-numru tar-reġistrazzjoni tal-operatur tal-UAS li hu meħtieġ skont l-Artikolu 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 u kull numru addizzjonali pprovdut mis-sistema tar-reġistrazzjoni; is-sistema għandha twettaq verifika tal-konsistenza li tivverifika l-integrità tas-sekwenza kollha mogħtija lill-operatur tal-UAS waqt ir-reġistrazzjoni; f’każ ta’ inkonsistenza, il-UAS għandha tibgħat messaġġ ta’ errur lill-operatur tal-UAS; |
(2) |
ikollu numru tas-serje uniku li jkun konformi mal-istandard ANSI/CTA-2063-A-2019, in-Numri tas-Serje tas-Sistemi tal-Ajru Żgħar Mingħajr Bdot Abbord, tal-2019, imwaħħal mal-aċċessorju supplimentari u mal-imballaġġ tiegħu jew fl-istruzzjonijiet tal-manifattur b’mod li jinqara; |
(3) |
jiżgura, f’ħin reali waqt id-durata sħiħa tat-titjira, ix-xandir perjodiku dirett mill-UA bl-użu ta’ protokoll ta’ trażmissjoni miftuħ u dokumentat, ta’ mill-inqas din id-data li ġejja, b’mod li jkunu jistgħu jirċevuha apparati mobbli eżistenti fi ħdan il-medda tax-xandir:
|
(4) |
inaqqas l-abbiltà ta’ tbagħbis tal-funzjonalità tas-sistema tal-identifikazzjoni diretta mill-bogħod; u |
(5) |
jitqiegħed fis-suq bi struzzjonijiet tal-manifattur li jagħtu r-referenza tal-protokoll tat-trażmissjoni użat għall-emissjoni tal-identifikazzjoni diretta mill-bogħod u l-istruzzjoni biex:
|
PARTI 7
Il-Modulu A tal-valutazzjoni tal-konformità – Kontroll intern tal-produzzjoni
1. |
Il-kontroll intern tal-produzzjoni hu l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li biha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3, u 4 ta’ din il-Parti, u jiżgura u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu, li l-prodotti kkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet 1, 5, 6, 16 jew 17 li japplikaw għalihom. |
2. |
Dokumentazzjoni teknika
Il-manifattur għandu jiżviluppa d-dokumentazzjoni teknika skont l-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament. |
3. |
Il-manifattura
Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri meħtieġa kollha biex il-proċess tal-manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw li l-prodott manifatturat jikkonforma mad-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2 ta’ din il-Parti u mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet 1, 5, 6, 16 jew 17 li japplikaw għalihom. |
4. |
L-immarkar CE u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE
|
5. |
Rappreżentant awtorizzat
L-obbligi tal-manifattur stabbiliti fil-punt 4 jista’ jissodisfahom rappreżentant awtorizzat, f’ismu u fir-responsabbiltà tiegħu, diment li dawn ikunu speċifikati fil-mandat. |
PARTI 8
Il-Moduli B u C tal-valutazzjoni tal-konformità – Eżami tat-tip tal-UE u konformità mat-tip abbażi tal-kontroll intern tal-produzzjoni
Meta ssir referenza għal din il-Parti, il-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità għandha ssegwi l-Moduli B (l-eżami tat-tip tal-UE) u C (il-konformità mat-tip abbażi tal-kontroll intern tal-produzzjoni) ta’ din il-Parti.
Il-Modulu B
L-eżami tat-tip tal-UE
1. |
L-eżami tat-tip tal-UE hu l-parti minn proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li matulha korp notifikat jeżamina d-disinn tekniku tal-prodott u jivverifika u jixhed li d-disinn tekniku tal-prodott jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-Partijiet 1 sa 6, 16 u 17. |
2. |
L-eżami tat-tip tal-UE għandu jsir b’valutazzjoni tal-adegwatezza tad-disinn tekniku tal-prodott b’eżami tad-dokumentazzjoni teknika u tal-evidenza ta’ sostenn imsemmija fil-punt 3, flimkien ma’ eżami tal-eżemplari, rappreżentattivi tal-produzzjoni prevista, ta’ parti waħda kritika jew aktar tal-prodott (kombinament tat-tip tal-produzzjoni u tat-tip tad-disinn). |
3. |
Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni għal eżami tat-tip tal-UE lil korp notifikat wieħed tal-għażla tiegħu.
L-applikazzjoni għandha tinkludi:
|
4. |
Il-korp notifikat għandu:
Għall-prodott:
Għall-eżemplari:
|
5. |
Il-korp notifikat għandu jfassal rapport ta’ evalwazzjoni li jirreġistra l-attivitajiet li jkunu saru skont il-punt 4 u l-eżiti tagħhom. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tiegħu previsti fil-punt 8, il-korp notifikat għandu joħroġ il-kontenut ta’ dan ir-rapport, kollu kemm hu jew parti minnu, biss bi qbil mal-manifattur. |
6. |
Meta t-tip ikun jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE lill-manifattur. Dan iċ-ċertifikat għandu jinkludi l-isem u l-indirizz tal-manifattur, il-konklużjonijiet tal-eżami, l-aspetti rilevanti tar-rekwiżiti koperti mill-eżami, il-kundizzjonijiet (jekk hemm) għall-validità tiegħu, u d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tat-tip approvat. Maċ-ċertifikat jista’ jinhemeż anness wieħed jew aktar.
Iċ-ċertifikat tal-UE u l-annessi tiegħu għandhom jinkludu l-informazzjoni rilevanti kollha biex tkun tista’ ssir evalwazzjoni tal-konformità tal-prodotti manifatturati mat-tip eżaminat u biex ikun hemm lok għal kontroll fis-servizz. Meta t-tip ma jkunx jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament, il-korp notifikat għandu jirrifjuta li joħroġ ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u għandu jinforma lill-applikant b’dan u jagħtih raġunijiet dettaljati għar-rifjut tiegħu. |
7. |
Il-korp notifikat għandu jibqa’ aġġornat dwar kull żvilupp fl-aqwa avvanzi rikonoxxuti ġeneralment li jkun jindika li t-tip approvat jaf ma jibqax jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament, u għandu jiddetermina jekk dan l-iżvilupp jeħtieġx aktar investigazzjoni. Jekk dan ikun il-każ, il-korp notifikat għandu jinforma lill-manifattur b’dan.
Il-manifattur għandu jinforma lill-korp notifikat li għandu d-dokumentazzjoni teknika relatata maċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, bil-bidliet kollha fit-tip approvat li jaf jaffettwaw il-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti essenzjali ta’ dan ir-Regolament jew mal-kundizzjonijiet għall-validità taċ-ċertifikat. Dawn il-bidliet għandhom jeżiġu approvazzjoni addizzjonali u jinhemżu maċ-ċertifikat oriġinali tal-eżami tat-tip tal-UE. |
8. |
Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità ta’ notifika tiegħu dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew kull żieda magħhom li dan ikun ħareġ jew irtira u, b’mod perjodiku jew meta jintalab, għandu jagħmel disponibbli għall-awtorità ta’ notifika tiegħu l-lista taċ-ċertifikati u/jew ta’ kull żieda magħhom li ġew rifjutati, sospiżi jew inkella ristretti.
Kull korp notifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħra dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew kull żieda magħhom, li dan ikun irrifjuta, irtira, issospenda jew inkella rrestrinġa u, meta jintalab, dwar iċ-ċertifikati u/jew iż-żidiet magħhom li jkun ħareġ. Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-korpi notifikati l-oħra jistgħu, meta jitolbuha, jiksbu kopja taċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew taż-żidiet magħhom. Meta jagħmlu talba motivata, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jiksbu kopja tad-dokumentazzjoni teknika u tar-riżultati tal-eżamijiet li għamel il-korp notifikat. Il-korp notifikat għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, tal-annessi u taż-żidiet miegħu, kif ukoll il-fajl tekniku li jinkludi d-dokumentazzjoni li ppreżenta l-manifattur għal għaxar (10) snin minn meta jkun ġie vvalutat il-prodott jew sakemm tiskadi l-validità taċ-ċertifikat. |
9. |
Il-manifattur għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, tal-annessi u taż-żidiet miegħu, flimkien mad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal għaxar (10) snin minn meta l-prodott jitqiegħed fis-suq. |
10. |
Ir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur jista’ jippreżenta l-applikazzjoni msemmija fil-punt 3 u jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 7 u 9, diment li dawn ikunu speċifikati fil-mandat. |
Il-Modulu C
Il-konformità mat-tip abbażi tal-kontroll intern tal-produzzjoni
1. |
Il-konformità mat-tip abbażi tal-kontroll intern tal-produzzjoni hi l-parti mill-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li biha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2 u 3, u jiżgura u jiddikjara li l-prodotti kkonċernati huma konformi mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament. |
2. |
Il-manifattura
Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri meħtieġa kollha biex il-proċess tal-manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-prodott manifatturat mat-tip approvat, kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, u mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-Partijiet 1 sa 6, 16 u 17. |
3. |
L-immarkar CE u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE
|
4. |
Ir-rappreżentant awtorizzat
L-obbligi tal-manifattur stabbiliti fil-punt 3 jista’ jissodisfahom ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u fir-responsabbiltà tiegħu, diment li dawn ikunu speċifikati fil-mandat. |
PARTI 9
Il-Modulu H – Valutazzjoni tal-Konformità – Konformità bbażata fuq assigurazzjoni sħiħa tal-kwalità
1. |
Il-konformità bbażata fuq assigurazzjoni sħiħa tal-kwalità hi l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li biha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 2 u 5, u jiżgura u jiddikjara fir-responsabbiltà unika tiegħu li l-prodott ikkonċernat jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-Partijiet 1 sa 6, 16 u 17. |
2. |
Il-manifattura
Il-manifattur għandu jħaddem sistema tal-kwalità approvata għad-disinn, il-manifattura, l-ispezzjoni finali u l-ittestjar tal-prodott ikkonċernat kif speċifikat fil-punt 3 u għandu jkun soġġett għas-sorveljanza kif speċifikat fil-punt 4. |
3. |
Is-sistema tal-kwalità
|
4. |
Is-sorveljanza li hu responsabbli għaliha l-korp notifikat
|
5. |
L-immarkar CE u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE
Kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tingħata lill-awtoritajiet rilevanti meta tintalab. |
6. |
Għal perjodu li jintemm għaxar (10) snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq, il-manifattur għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali:
|
7. |
Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità ta’ notifika tiegħu dwar l-approvazzjonijiet tas-sistema tal-kwalità li dan ikun ħareġ jew irtira u, b’mod perjodiku jew meta jintalab, għandu jagħmel disponibbli għall-awtorità ta’ notifika tiegħu l-lista tal-approvazzjonijiet tas-sistema tal-kwalità li ġew rifjutati, sospiżi jew inkella ristretti.
Kull korp notifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħra dwar l-approvazzjonijiet tas-sistema tal-kwalità li dan ikun irrifjuta, issospenda jew irtira u, meta jintalab, dwar l-approvazzjonijiet tas-sistema tal-kwalità li jkun ħareġ. |
8. |
Ir-rappreżentant awtorizzat
L-obbligi tal-manifattur stabbiliti fil-punti 3(1), 3(5), 5 u 6 jista’ jissodisfahom ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u fir-responsabbiltà tiegħu, diment li dawn ikunu speċifikati fil-mandat. |
PARTI 10
Il-kontenut tad-dokumentazzjoni teknika
Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni għandha tippermetti l-valutazzjoni tal-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti applikabbli.
Meta applikabbli, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi mill-anqas l-elementi li ġejjin:
1. |
deskrizzjoni sħiħa tal-prodott li tinkludi:
|
2. |
id-disinn kunċettwali u d-disinji tal-manifattura u l-iskemi tal-komponenti, is-subassemblaġġi, iċ-ċirkwiti u elementi simili rilevanti oħra; |
3. |
deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet meħtieġa biex jinftiehmu dawk id-disinji u l-iskemi, u kif jaħdem il-prodott; |
4. |
lista tal-istandards armonizzati applikati bis-sħiħ jew parzjalment, li r-referenzi tagħhom ġew pubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u, meta dawk l-istandards armonizzati ma jkunux ġew applikati, deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Artikolu 4, inkluż lista ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati. Jekk l-istandards armonizzati ikunu ġew applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika f’liema partijiet ġew applikati; |
5. |
kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE; |
6. |
meta jkun ġie applikat il-Modulu tal-valutazzjoni tal-konformità fil-Parti 8, kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u l-annessi tiegħu kif imwassla mill-korp notifikat involut; |
7. |
ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinn li jkunu saru, l-eżamijiet li twettqu, u elementi simili rilevanti oħra; |
8. |
ir-rapporti tat-testijiet; |
9. |
kopji tad-dokumenti li l-manifattur ikun ippreżenta lill-korp notifikat, jekk kien hemm xi wieħed involut; |
10. |
l-evidenza ta’ sostenn tal-adegwatezza tas-soluzzjoni tad-disinn tekniku. Din l-evidenza ta’ sostenn għandha ssemmi kull dokument użat, b’mod partikolari meta l-istandards armonizzati rilevanti u/jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ma jkunux ġew applikati għalkollox. L-evidenza ta’ sostenn għandha tinkludi, meta meħtieġ, ir-riżultati tat-testijiet imwettqa mil-laboratorju xieraq tal-manifattur jew minn laboratorju tal-ittestjar ieħor f’ismu u fir-responsabbiltà tiegħu. |
11. |
l-indirizzi tal-postijiet tal-manifattura u tal-ħażna. |
PARTI 11
Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE
1. |
Il-prodott (it-tip, il-lott jew in-numru tas-serje). |
2. |
L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu. |
3. |
Din id-dikjarazzjoni tal-konformità tinħareġ fir-responsabbiltà unika tal-manifattur. [f’każ ta’ sett tal-aċċessorji, il-manifattur tas-sett tal-aċċessorji jista’ jindika li dan iċ-ċertifikat jiddependi fuq iċ-ċertifikat tal-UAS li s-sett tal-aċċessorji jiżgura l-konverżjoni.] |
4. |
L-oġġett tad-dikjarazzjoni [Identifikazzjoni tal-prodott li tippermetti t-traċċabbiltà; din tista’ tinkludi stampa bil-kulur b’biżżejjed riżoluzzjoni skont il-ħtieġa għall-identifikazzjoni tal-prodotti; fil-każ ta’ sett tal-aċċessorji, indika t-tip ta’ UAS li għalihom is-sett tal-aċċessorji jiżgura l-konverżjoni.] |
5. |
L-oġġett tad-dikjarazzjoni deskritt hawn fuq hu tal-klassi… [għal UAS, inkludi n-numru tal-klassi kif definit mill-Partijiet 1 sa 5, 16 u 17 ta’ dan l-Anness; għal sett tal-aċċessorji, indika l-klassi li għaliha l-UAS qed tiġi konvertita]. |
6. |
Il-livell tal-potenza akustika garantit għal dan it-tagħmir tal-UAS hu … dB(A) [għall-UAS mingħajr ġwienaħ fissi tal-klassijiet 1 sa 3 biss]. |
7. |
L-oġġett tad-dikjarazzjoni deskritta hawn fuq hu konformi mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni:
|
8. |
Ir-referenzi għall-istandards armonizzati rilevanti użati jew ir-referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħrajn li għalihom hi ddikjarata l-konformità. Ir-referenzi jridu jkunu elenkati bin-numru ta’ identifikazzjoni u bil-verżjoni tagħhom u, meta applikabbli, bid-data tal-ħruġ. |
9. |
Meta applikabbli, il-korp notifikat … [l-isem, in-numru] … wettaq … [deskrizzjoni tal-intervent] … u ħareġ iċ-ċertifikat tal-eżami tal-UE tat-tip. |
10. |
Meta applikabbli, deskrizzjoni tal-aċċessorji u tal-komponenti, inkluż is-software, li jippermettu lill-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jew lis-sistema tal-ajru mingħajr bdot abbord joperaw kif suppost u kif kopert mid-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE. |
11. |
Informazzjoni addizzjonali:
Iffirmata għal u f’isem: … [post u data tal-ħruġ]: [isem, kariga] [firma]: |
PARTI 12
Id-dikjarazzjoni simplifikata tal-konformità tal-UE
Id-dikjarazzjoni simplifikata tal-konformità tal-UE msemmija fl-Artikolu 14(3) għandha tingħata kif ġej:
— |
[Isem il-manifattur] b’dan jiddikjara li l-UAS [identifikazzjoni tal-UAS: it-tip jew in-numru tas-serje] hi tal-klassi … … [għal UAS, inkludi n-numru tal-klassi tal-prodott kif definit fil-Partijiet 1 sa 5, 16 jew 17 ta’ dan l-Anness; għal sett tal-aċċessorji, indika l-klassi li għaliha l-UAS qed tiġi konvertita] u għandha livell tal-potenza akustika garantit ta’ … dB(A) [għall-UAS mingħajr ġwienaħ fissi tal-klassijiet 1, 2, 3, 5 u 6 biss]. |
— |
u konformi mar-Regolamenti … [elenka r-Regolamenti kollha li l-prodott jikkonforma magħhom]. |
— |
Id-dikjarazzjoni sħiħa tal-konformità tal-UE tinsab fuq is-sit web li ġej: [l-indirizz tas-sit web]. |
PARTI 13
Kodiċi tat-test tal-istorbju
Din il-Parti tistabbilixxi l-metodi tal-kejl tal-istorbju fl-ajru li għandhom jintużaw għad-determinazzjoni tal-livelli tal-potenza akustika ponderati-A tal-klassijiet 1, 2, 3, 5 u 6 tal-UA.
Tistabbilixxi l-istandard bażiku tal-emissjonijiet tal-istorbju u l-kodiċi tat-test dettaljat biex jitkejjel il-livell tal-pressjoni tal-ħoss fuq superfiċe tal-kejl li tkun tiksi s-sors u biex jiġi kkalkulat il-livell tal-potenza akustika ġġenerat mis-sors.
1. STANDARD BAŻIKU TAL-EMISSJONIJIET TAL-ISTORBJU
Għad-determinazzjoni tal-livell tal-potenza akustika ponderat-A LWA tal-UA, se jintużaw l-istandards bażiċi tal-emissjonijiet tal-istorbju EN ISO 3744:2010 soġġetti għas-supplimenti li ġejjin:
2. IL-KUNDIZZJONIJIET TAL-INSTALLAZZJONI U TAL-IMMUNTAR
Żona tal-ittestjar:
Il-UA se jinżamm fl-arja fuq pjan riflessiv (akustikament iebes) wieħed. Il-UA għandu jitqiegħed ’il bogħod biżżejjed minn kull ħajt jew saqaf riflessiv jew minn kull oġġett riflessiv ħalli jiġu ssodisfati r-rekwiżiti mogħtija fl-Anness A EN ISO 3744:2010 fuq is-superfiċe tal-kejl.
Is-superfiċe tal-kejl tal-ħoss u l-arranġament tal-mikrofoni:
Il-UA ikun magħluq għalkollox f’superfiċe emisferika tal-kejl bħall-par § 7.2.3 tal-EN ISO 3744:2010.
In-numru u l-pożizzjoni tal-mikrofoni huma definiti fl-Anness F tal-EN ISO 3744:2010.
L-oriġini tas-superfiċe tal-kejl għandu jkun fil-punt O fuq il-pjan tal-art direttament taħt il-UA.
3. IL-KUNDIZZJONIJIET OPERATTIVI WAQT IT-TEST
It-testijiet tal-istorbju għandhom isiru b’rotors tal-UA li jaħdmu b’veloċità li tikkorrispondi għal meta l-UA jisseqqer bil-massa massima waqt it-tlugħ (l-MTOM).
Jekk il-UA jitqiegħed fis-suq b’aċċessorji li jistgħu jitqabbdu miegħu, dan jista’ jiġi ttestjat b’dawn l-aċċessorji u mingħajrhom f’kull konfigurazzjoni possibbli tal-UA.
4. KALKOLU TAL-LIVELL TA’ PRESSJONI AKUSTIKA TAS-SUPERFIĊE SKONT IL-MEDJA TAL-ĦIN
Il-livell ta’ pressjoni akustika ponderat-A tas-superfiċe skont il-medja tal-ħin għandu jiġi ddeterminat mill-anqas tliet darbiet għal kull konfigurazzjoni tal-UA. Jekk mill-anqas tnejn mill-valuri ddeterminati ma jvarjawx b’aktar minn 1 dB, ma jkunx hemm bżonn isir aktar kejl; inkella l-kejl għandu jissokta sakemm jinkisbu żewġ valuri li ma jvarjawx b’aktar minn 1 dB. Il-livell ta’ pressjoni akustika tas-superfiċe skont il-medja tal-ħin li jrid jintuża għall-kalkolu tal-livell tal-potenza akustika ta’ konfigurazzjoni tal-UA hu l-medja aritmetika tal-ogħla żewġ valuri li ma jvarjawx b’aktar minn 1 dB.
5. INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI RRAPPURTATA
Ir-rapport għandu jinkludi d-data teknika meħtieġa biex jiġi identifikat is-sors ittestjat kif ukoll il-kodiċi tat-test tal-istorbju u d-data akustika.
Il-valur tal-livell tal-potenza akustika ponderat-A li jrid jiġi rrappurtat hu l-ogħla valur tal-konfigurazzjonijiet differenti tal-UA ittestjati, arrotondat lejn l-eqreb numru sħiħ (jekk anqas minn 0,5 uża l-iżgħar numru; jekk 0,5 jew akbar uża l-akbar numru).
PARTI 14
Indikazzjoni tal-livell tal-potenza akustika garantit
L-indikazzjoni tal-livell tal-potenza akustika garantit trid tikkonsisti min-numru uniku tal-potenza akustika garantita f’dB, is-sinjal LWA u pittogramma b’din l-għamla li ġejja:
Jekk l-indikazzjoni titnaqqas skont id-daqs tat-tagħmir, iridu jiġu rispettati l-proporzjonijiet mogħtija fit-tpinġija ta’ hawn fuq. Iżda jekk possibbli, jenħtieġ li d-dimensjoni vertikali tal-indikazzjoni ma tkunx anqas minn 20 mm.
PARTI 15
Il-livell massimu tal-potenza akustika għal kull klassi tal-UA (inkluż il-perjodi tranżizzjonali)
il-klassi tal-UA |
L-MTOM m fi grammi |
Il-livell massimu tal-potenza akustika LWA f’dB |
||
mid-dħul fis-seħħ |
wara sentejn (2) mid-dħul fis-seħħ |
wara erba’ (4) snin mid-dħul fis-seħħ |
||
C1 u C2 |
m < 900 |
85 |
83 |
81 |
C2 |
900 ≤ m < 4 000 |
85 + 18,5 lg
|
83 + 18,5 lg
|
81 + 18,5 lg
|
Fejn “lg” hi l-logaritmu bażi 10.
PARTI 16
Rekwiżiti għal Sistema tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAS) tal-klassi C5 u l-aċċessorji C5
UAS tal-klassi C5 ikollha din it-tikketta għall-identifikazzjoni tal-klassi li ġejja fuq il-UA:
UAS tal-klassi C5 għandha tikkonforma mar-rekwiżiti definiti fil-Parti 4, ħlief dawk definiti fil-paragrafi (2) u (10) tal-Parti 4.
Barra minn hekk, għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(1) |
tkun inġenju tal-ajru li mhux inġenju tal-ajru bi ġwienaħ fissi sakemm ma tkunx marbuta; |
(2) |
jekk tkun mgħammra b’funzjoni tal-ġeokonsapevolezza skont il-paragrafu (10) tal-Parti 4; |
(3) |
waqt it-titjira, tipprovdi informazzjoni ċara u konċiża lill-bdot remot dwar l-għoli tal-UA ’il fuq mis-superfiċe jew il-punt tat-tlugħ; |
(4) |
sakemm ma tkunx marbuta, tkun mgħammra b’modalità ta’ veloċità baxxa li tista’ tintgħażel mill-bdot remot u tiġi limitata l-veloċità fuq l-art għal mhux aktar minn 5 m/s. |
(5) |
sakemm ma tkunx marbuta, tkun tipprovdi mezz biex il-bdot remot itemm it-titjira tal-UA, li għandu:
|
(6) |
sakemm ma tkunx marbuta, tipprovdi mezz lill-bdot remot biex jimmonitorja kontinwament il-kwalità tal-kollegament tal-kmand u tal-kontroll u jirċievi twissija meta aktarx se jintilef il-kollegament jew se jiddgħajjef sal-punt li jkun jikkomprometti t-twettiq sikur tal-operazzjoni, u twissija oħra meta l-kollegament jintilef; u |
(7) |
minbarra l-informazzjoni indikata fil-punt (15)(a) tal-Parti 4, fl-istruzzjonijiet tal-manifattur agħti deskrizzjoni tal-mezz li jtemm it-titjira meħtieġ fil-punt (5). |
(8) |
UAS tal-klassi C5 tista’ tikkonsisti minn UAS tal-klassi C3 mgħammra b’sett tal-aċċessorji li jiżgura l-konverżjoni tal-UAS tal-klassi C3 f’UAS tal-klassi C5. F’dan il-każ, it-tikketta tal-klassi C5 għandha titwaħħal fuq l-aċċessorji kollha. |
Sett tal-aċċessorji jista’ jiżgura biss il-konverżjoni ta’ UAS tal-klassi C3 li tkun konformi mal-punt (1) u tkun tipprovdi l-interfaċċi meħtieġa għall-aċċessorji.
Is-sett tal-aċċessorji ma għandux jinkludi bidliet fis-software tal-UAS tal-klassi C3.
Is-sett tal-aċċessorji għandu jiġi ddisinjat, u kull aċċessorju għandu jiġi identifikat, biex tkun żgurata installazzjoni sħiħa u korretta minn operatur tal-UAS fuq UAS tal-klassi C3 skont l-istruzzjonijiet mogħtija mill-manifattur tas-sett tal-aċċessorji.
Is-sett għall-aċċessorji jista’ jitqiegħed fis-suq indipendentement mill-UAS tal-klassi C3 li għaliha jiżguraw il-konverżjoni. F’dan il-każ, il-manifattur tas-sett tal-aċċessorji għandu jqiegħed fis-suq sett tal-aċċessorji uniku għal konverżjoni li għandu:
(1) |
ma jbiddilx il-konformità tal-UAS tal-klassi C3 mar-rekwiżiti tal-Parti 4; |
(2) |
jiżgura l-konformità tal-UAS mgħammra bis-sett tal-aċċessorji mar-rekwiżiti addizzjonali kollha definiti f’din il-Parti ħlief il-punt (3) hawn fuq; u |
(3) |
ikun akkumpanjat minn struzzjonijiet tal-manifattur li jipprovdu:
|
PARTI 17
Rekwiżiti għal Sistema tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAS) tal-klassi C6
UAS tal-klassi C6 ikollha din it-tikketta għall-identifikazzjoni tal-klassi li ġejja fuq il-UA:
UAS tal-klassi C6 għandha tikkonforma mar-rekwiżiti definiti fil-Parti 4, ħlief dawk definiti fil-paragrafi (2), (7) u (10).
Barra minn hekk, għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(1) |
ikollha veloċità massima fuq l-art ta’ mhux aktar minn 50 m/s f’titjira livell; |
(2) |
jekk tkun mgħammra b’funzjoni tal-ġeokonsapevolezza skont il-paragrafu (10) tal-Parti 4; |
(3) |
waqt it-titjira, tipprovdi informazzjoni ċara u konċiża lill-bdot remot dwar il-pożizzjoni ġeografika tal-UA, il-veloċità tiegħu, u l-għoli tiegħu ’l fuq mis-superfiċe jew il-punt tat-tlugħ; |
(4) |
tipprovdi mezz li jevita li l-UA jikser il-limiti orizzontali u vertikali ta’ volum operattiv programmabbli; |
(5) |
tipprovdi mezz biex il-bdot remot itemm it-titjira tal-UA, li għandu:
|
(6) |
tipprovdi mezz li jipprogramma t-trajettorja tal-UA; |
(7) |
tipprovdi mezz lill-bdot remot biex jimmonitorja kontinwament il-kwalità tal-kollegament tal-kmand u tal-kontroll u jirċievi twissija meta aktarx se jintilef il-kollegament jew se jiddgħajjef sal-punt li jkun jikkomprometti t-twettiq sikur tal-operazzjoni, u twissija oħra meta l-kollegament jintilef; u |
(8) |
minbarra l-informazzjoni indikata fil-punt (15)(a) tal-Parti 4, l-istruzzjonijiet tal-manifattur ikunu jinkludu:
|