EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R1030

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1030 tal-15 ta’ Lulju 2020 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tar-rekwiżiti tad-data għas-suġġett “użu tal-ICT u kummerċ elettroniku” għas-sena ta’ referenza 2021, skont ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2020/4700

OJ L 227, 16.7.2020, p. 12–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1030/oj

16.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1030

tal-15 ta’ Lulju 2020

li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tar-rekwiżiti tad-data għas-suġġett “użu tal-ICT u kummerċ elettroniku” għas-sena ta’ referenza 2021, skont ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju, li tħassar 10 atti ġuridiċi fil-qasam tal-istatistika tan-negozju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 17(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta tas-suġġett “Użu tal-ICT u kummerċ elettroniku” mniżżel fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/2152, jenħtieġ li l-Kummissjoni tispeċifika l-fatturi varjabbli, l-unità ta’ kejl, il-popolazzjoni statistika, il-klassifikazzjonijiet u l-analiżijiet iddettaljati u d-data ta’ skadenza għat-trażmissjoni tad-data sabiex tipproduċi data dwar l-użu tal-ICT u tal-kummerċ elettroniku li tkun komparabbli u armonizzata bejn l-Istati Membri.

(2)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu rapporti dwar il-metadata u l-kwalità għar-reġistri nazzjonali tal-istatistika tan-negozju u għall-istatistika kollha tan-negozju. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu definiti l-arranġamenti għal dawk ir-rapporti, il-kontenut u l-iskadenzi tagħhom.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-suġġett “Użu tal-ICT u kummerċ elettroniku”, kif imsemmi fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/2152, l-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-data skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tar-rekwiżiti tad-data għas-sena ta’ referenza 2021 skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-rapport annwali dwar il-metadata għas-suġġett “Użu tal-ICT u kummerċ elettroniku”, kif imsemmi fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/2152, għandu jiġi trażmess lill-Kummissjoni (Eurostat) sal-31 ta’ Mejju 2021.

Ir-rapport annwali dwar il-kwalità għas-suġġett “Użu tal-ICT u kummerċ elettroniku”, kif imsemmi fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/2152, għandu jiġi trażmess lill-Kummissjoni (Eurostat) sal-5 ta’ Novembru 2021.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 327, 17.12.2019, p. 1.


ANNESS

Seċifikazzjonijiet tekniċi tar-rekwiżiti tad-data għas-suġġett “użu tal-ICT u kummerċ elettroniku”

Obbligatorju/ fakultattiv

Ambitu (filtru)

Varjabbli

Varjabbli obbligatorji

(i)

għall-intrapriżi kollha:

(1)

l-attività ekonomika prinċipali tal-intrapriża, fis-sena kalendarja preċedenti;

(2)

l-għadd medju ta’ persuni impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom, fis-sena kalendarja preċedenti

(3)

il-fatturat totali (eskluża l-VAT), fis-sena kalendarja preċedenti

(4)

l-għadd ta’ persuni impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom jew il-perċentwal tat-total tal-persuni impjegati u tal-persuni li jaħdmu għal rashom li għandhom aċċess għall-internet għal finijiet ta’ negozju;

(ii)

għall-intrapriżi li għandhom persuni impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom b’aċċess għall-internet għal finijiet ta’ negozju:

(5)

il-konnessjoni tal-internet: l-użu ta’ kull tip ta’ konnessjoni b’linja fissa

(6)

l-użu tal-midja soċjali li ġejjin: netwerks soċjali

(7)

l-użu tal-midja soċjali li ġejjin: blogs u mikroblogs tal-intrapriża

(8)

l-użu tal-midja soċjali li ġejjin: siti web jew apps li jikkondividu kontenut multimedjali

(9)

l-użu tal-midja soċjali li ġejjin: l-użu ta’ għodod ta’ kondiviżjoni tal-għarfien ibbażati fuq wiki

(10)

il-bejgħ bl-internet ta’ prodotti jew servizzi permezz ta’ siti web jew ta’ apps (inkluż extranets), fis-sena kalendarja preċedenti

(11)

il-bejgħ bl-internet ta’ prodotti u servizzi permezz ta’ siti web jew apps fis-suq tal-kummerċ elettroniku użati minn diversi intrapriżi għall-kummerċ ta’ oġġetti jew servizzi, fis-sena kalendarja preċedenti

(12)

il-bejgħ tat-tip EDI (il-wasla tal-ordnijiet magħmula permezz ta’ messaġġi ta’ Skambju Elettroniku ta’ Data) ta’ prodotti jew servizzi, fis-sena kalendarja preċedenti

(13)

l-użu tas-softwer tal-ERP (Ippjanar tar-Riżorsi għall-Intrapriżi)

(14)

l-użu tas-softwer tas-CRM (Ġestjoni tar-Relazzjonijiet mal-Klijenti) għall-ġestjoni tal-ġbir, il-ħżin u t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ informazzjoni dwar il-konsumaturi għal diversi funzjonijiet ta’ negozju

(15)

l-użu tas-softwer tas-CRM (Ġestjoni tar-Relazzjonijiet mal-Klijenti) għall-ġestjoni tal-analiżi tal-informazzjoni dwar il-konsumaturi għal skopijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni (bħall-iffissar tal-prezzijiet, il-promozzjoni tal-bejgħ, l-għażla tal-kanali ta’ distribuzzjoni)

(16)

ix-xiri ta’ servizzi tal-cloud computing li jintużaw bl-internet

(17)

l-użu ta’ apparati jew sistemi interkonnessi li jistgħu jiġu ssorveljati jew ikkontrollati mill-bogħod permezz tal-internet (l-Internet tal-Oġġetti)

(18)

l-użu tat-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali li jwettqu analiżi tal-lingwa miktuba (l-estrazzjoni tat-test)

(19)

l-użu tat-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali li jikkonvertu l-lingwaġġ mitkellem f’format li jinqara mill-magni (l-għarfien tat-taħdit)

(20)

l-użu tat-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali li jiġġeneraw lingwaġġ miktub jew mitkellem (il-ġenerazzjoni ta’ lingwa naturali)

(21)

l-użu tat-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali li jidentifikaw l-oġġetti jew il-persuni abbażi ta’ immaġnijiet (l-għarfien tal-immaġni, l-ipproċessar tal-immaġni)

(22)

l-użu tat-tagħlim awtomatiku (bħat-tagħlim profond) għall-analiżi tad-data

(23)

l-użu tat-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali li jawtomatizzaw flussi tax-xogħol differenti jew li jassistu fit-teħid ta’ deċiżjonijiet (is-softwer tal-awtomatizzazzjoni ta’ proċess robotiku bbażat fuq l-Intelliġenza Artifiċjali)

(24)

l-użu tat-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali li jippermettu l-moviment fiżiku ta’ magni permezz ta’ deċiżjonijiet awtonomi bbażati fuq l-osservazzjoni tal-madwar (robots awtonomi, vetturi awtonomi, droni awtonomi)

(iii)

għall-intrapriżi li jużaw xi tip ta’ konnessjoni b’linja fissa tal-internet:

(25)

veloċità massima għat-tniżżil ikkuntrattata tal-aktar konnessjoni b’linja fissa veloċi tal-internet fil-firxiet: [0 Mbit/s, < 30 Mbit/s], [30 Mbit/s, < 100 Mbit/s], [100 Mbit/s, < 500 Mbit/s], [500 Mbit/s, < 1 Gbit/s], [≥ 1 Gbit/s]

(iv)

għall-intrapriżi li kellhom bejgħ bl-internet, fis-sena kalendarja preċedenti:

(26)

il-valur tal-bejgħ bl-internet ta’ oġġetti jew servizzi, jew il-perċentwal tal-fatturat totali ġġenerat mill-bejgħ bl-internet ta’ oġġetti jew servizzi, fis-sena kalendarja preċedenti

(27)

il-perċentwal tal-valur tal-bejgħ bl-internet iġġenerat mill-bejgħ bl-internet lil konsumaturi privati (min-Negozju għall-Konsumatur: B2C), fis-sena kalendarja preċedenti

(28)

il-perċentwal tal-valur tal-bejgħ bl-internet iġġenerat mill-bejgħ bl-internet lil intrapriżi oħra (minn Negozju għal Negozju: B2B) u lis-settur pubbliku (minn Negozju għall-Gvern: B2G), fis-sena kalendarja preċedenti

(29)

il-bejgħ bl-internet lill-konsumaturi li jinsabu fil-pajjiż tagħhom stess, fis-sena kalendarja preċedenti

(30)

il-bejgħ bl-internet lill-konsumaturi li jinsabu fi Stati Membri oħra, fis-sena kalendarja preċedenti

(31)

il-bejgħ bl-internet lill-konsumaturi li jinsabu fil-bqija tad-dinja, fis-sena kalendarja preċedenti

(v)

għall-intrapriżi li kellhom bejgħ bl-internet ta’ prodotti u servizzi permezz ta’ siti web jew apps tal-intrapriża u permezz ta’ siti web jew apps tas-suq tal-kummerċ elettroniku użati minn diversi intrapriżi għall-kummerċ ta’ oġġetti jew servizzi, fis-sena kalendarja preċedenti:

(32)

il-perċentwal tal-valur tal-bejgħ bl-internet ta’ prodotti jew servizzi ġġenerati permezz tas-siti web jew tal-apps tal-intrapriża, fis-sena kalendarja preċedenti

(33)

il-perċentwal tal-valur tal-bejgħ bl-internet ta’ prodotti u servizzi ġġenerati permezz tas-siti web jew tal-apps fis-suq tal-kummerċ elettroniku użati minn diversi intrapriżi għall-kummerċ ta’ oġġetti jew servizzi, fis-sena kalendarja preċedenti

(vi)

għall-intrapriżi li kellhom bejgħ bl-internet lil klijenti li jinsabu f’mill-inqas tnejn miż-żoni ġeografiċi li ġejjin: f’pajjiżhom stess, fi Stati Membri oħra jew fil-bqija tad-dinja, fis-sena kalendarja preċedenti:

(34)

il-perċentwal tal-valur tal-bejgħ bl-internet iġġenerat mill-bejgħ lill-konsumaturi li jinsabu fil-pajjiż tal-intrapriża, fis-sena kalendarja preċedenti

(35)

il-perċentwal tal-valur tal-bejgħ bl-internet iġġenerat mill-bejgħ lill-konsumaturi li jinsabu fi Stati Membri oħra, fis-sena kalendarja preċedenti

(36)

il-perċentwal tal-valur tal-bejgħ bl-internet iġġenerat mill-bejgħ lill-konsumaturi li jinsabu fil-bqija tad-dinja, fis-sena kalendarja preċedenti

(vii)

għall-intrapriżi li kellhom bejgħ bl-internet ma’ Stati Membri oħra, fis-sena kalendarja preċedenti:

(37)

id-diffikultajiet esperjenzati waqt il-bejgħ lil Stati Membri oħra: il-kostijiet għoljin tal-kunsinna jew ir-ritorn tal-prodotti, fis-sena kalendarja preċedenti

(38)

id-diffikultajiet esperjenzati waqt il-bejgħ lil Stati Membri oħra: id-diffikultajiet marbuta mar-riżoluzzjoni ta’ lmenti u tilwim, fis-sena kalendarja preċedenti

(39)

id-diffikultajiet esperjenzati waqt il-bejgħ lil Stati Membri oħra: l-adattar tat-tikkettar tal-prodott għall-bejgħ fi Stati Membri oħra, fis-sena kalendarja preċedenti

(40)

id-diffikultajiet esperjenzati waqt il-bejgħ lil Stati Membri oħra: in-nuqqas ta’ għarfien ta’ lingwi barranin għall-komunikazzjoni mal-konsumaturi fi Stati Membri oħra, fis-sena kalendarja preċedenti

(41)

id-diffikultajiet esperjenzati waqt il-bejgħ lil Stati Membri oħra: ir-restrizzjonijiet mill-imsieħba kummerċjali tal-intrapriża għall-bejgħ lil ċerti Stati Membri, fis-sena kalendarja preċedenti

(42)

id-diffikultajiet esperjenzati waqt il-bejgħ lil Stati Membri oħra: id-diffikultajiet relatati mas-sistema tal-VAT fi Stati Membri oħra (bħal inċertezza rigward it-trattament tal-VAT f’pajjiżi differenti), fis-sena kalendarja preċedenti

(viii)

għall-intrapriżi li kellhom bejgħ tat-tip EDI, fis-sena kalendarja preċedenti:

(43)

il-valur tal-bejgħ tat-tip EDI ta’ oġġetti jew servizzi, jew il-perċentwal tal-fatturat totali ġġenerat mill-bejgħ tat-tip EDI ta’ oġġetti jew servizzi, fis-sena kalendarja preċedenti

(44)

il-bejgħ permezz ta’ messaġġi tat-tip EDI lill-konsumaturi li jinsabu fil-pajjiż tal-intrapriża, fis-sena kalendarja preċedenti

(45)

il-bejgħ permezz ta’ messaġġi tat-tip EDI lill-konsumaturi li jinsabu fi Stati Membri oħra, fis-sena kalendarja preċedenti

(46)

il-bejgħ permezz ta’ messaġġi tat-tip EDI lill-konsumaturi li jinsabu fil-bqija tad-dinja, fis-sena kalendarja preċedenti

(ix)

għall-intrapriżi li jixtru servizzi tal-cloud computing li jintużaw bl-internet:

(47)

ix-xiri ta’ email bħala servizz tal-cloud computing

(48)

ix-xiri ta’ softwer tal-uffiċċju (bħall-proċessuri tat-testi jew spreadsheets) bħala servizz tal-cloud computing

(49)

ix-xiri ta’ softwer tal-finanzi jew tal-kontabbiltà bħala servizz tal-cloud computing;

(50)

ix-xiri ta’ applikazzjonijiet tas-softwer tal-Ippjanar tar-Riżorsi tal-Intrapriżi (ERP) bħala servizz tal-cloud computing

(51)

ix-xiri ta’ applikazzjonijiet tas-softwer għall-Ġestjoni tar-Relazzjonijiet mal-Klijenti (CRM) bħala servizz tal-cloud computing

(52)

ix-xiri ta’ applikazzjonijiet tas-softwer (bħal programm antivirus, kontrollur tal-aċċess għan-netwerk) jew servizz tal-cloud computing

(53)

ix-xiri tal-ospitar tal-bażi(jiet) tad-data tal-intrapriża bħala servizz tal-cloud computing

(54)

ix-xiri tal-ħżin tal-fajls bħala servizz tal-cloud computing;

(55)

ix-xiri tal-użu tal-qawwa komputazzjonali biex jitħaddem is-softwer tal-intrapriża stess bħala servizz tal-cloud computing

(56)

ix-xiri ta’ pjattaforma tal-komputazzjoni li tipprovdi ambjent ospitat għall-iżvilupp, l-ittestjar jew il-varar ta’ applikazzjoni (bħal moduli ta’ softwer li jistgħu jintużaw mill-ġdid, interfaċċa għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet (APIs)) bħala servizz tal-cloud computing

(x)

għall-intrapriżi li jużaw tagħmir jew sistemi interkonnessi li jistgħu jiġu ssorveljati jew ikkontrollati mill-bogħod permezz tal-internet (l-Internet tal-Oġġetti):

(57)

għall-ġestjoni tal-konsum tal-enerġija (bħal miters, termostats jew bozoz (dwal) “intelliġenti”)

(58)

għas-sigurtà tal-binjiet (bħal sistemi ta’ alarms, detetturi tad-duħħan, serraturi tal-bibien jew kameras tas-sigurtà “intelliġenti”)

(59)

għall-proċessi ta’ produzzjoni (bħal sensuri jew tikketti RFID li huma mmonitorjati/ikkontrollati permezz tal-internet u li jintużaw biex jiġi mmonitorjat jew awtomatizzat il-proċess)

(60)

għall-ġestjoni tal-loġistika (bħal sensuri mmonitorjati/kkontrollati permezz tal-internet għall-intraċċar ta’ prodotti jew ta’ vetturi fil-ġestjoni tal-imħażen)

(61)

għall-manutenzjoni bbażata fuq il-kundizzjonijiet (bħal sensuri mmonitorjati/ikkontrollati permezz tal-internet biex jimmonitorjaw il-ħtiġijiet ta’ manutenzjoni ta’ magni jew vetturi)

(62)

għas-servizz tal-konsumatur (bħal kameras jew sensuri “intelliġenti” mmonitorjati/kkontrollati permezz tal-internet biex jimmonitorjaw l-attivitajiet tal-konsumaturi jew joffrulhom esperjenza ta’ xiri personalizzata)

(63)

għal skopijiet oħra

(xi)

Għall-intrapriżi li jużaw it-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali, li jirreferu speċifikament għall-varjabbli obbligatorji (18) u (24), l-iskop tal-użu:

(64)

għall-kummerċjalizzazzjoni jew għall-bejgħ (bħal chatbots ibbażati fuq l-ipproċessar tal-lingwaġġ naturali għall-appoġġ tal-konsumatur, it-tfassil ta' profil tal-konsumatur, l-ottimizzazzjoni tal-prezzijiet, l-offerti ta’ kummerċjalizzazzjoni personalizzati, l-analiżi tas-suq ibbażata fuq it-tagħlim awtomatiku)

(65)

għall-proċessi tal-produzzjoni (bħal manutenzjoni preventiva bbażata fuq it-tagħlim awtomatiku, għodod li jikklassifikaw jew isibu d-difetti fil-prodotti abbażi tal-viżjoni kompjuterizzata, droni awtonomi għas-sorveljanza tal-produzzjoni, kompiti ta’ sigurtà jew ta’ spezzjoni, xogħlijiet ta’ mmuntar imwettqa minn robots awtonomi)

(66)

għall-organizzazzjoni tal-proċessi ta’ amministrazzjoni tan-negozju (bħal assistenti virtwali tan-negozju bbażati fuq it-tagħlim awtomatiku u/jew l-ipproċessar tal-lingwaġġ naturali, il-konverżjoni mit-taħdit għat-test abbażi tal-għarfien tat-taħdit għall-abbozzar tad-dokumenti, l-ippjanar awtomatizzat jew l-iskedar ibbażat fuq it-tagħlim awtomatiku, it-traduzzjoni awtomatika.

(67)

għall-ġestjoni tal-intrapriżi (bħat-tagħlim awtomatiku għall-analiżi tad-data u għat-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ investiment u deċiżjonijiet oħra, it-tbassir tan-negozju bbażat fuq it-tagħlim awtomatiku, il-valutazzjoni tar-riskju bbażata fuq it-tagħlim awtomatiku)

(68)

għal-loġistika (bħal robots awtonomi għal soluzzjonijiet ta’ ġbir u ppakkjar fl-imħażen, ottimizzazzjoni tar-rotot ibbażata fuq it-tagħlim awtomatiku, robots awtonomi għat-trasport, l-intraċċar, id-distribuzzjoni u l-issortjar tal-pakketti, droni awtonomi għall-kunsinna tal-pakketti.

(69)

għas-sigurtà tal-ICT (bħall-għarfien tal-wiċċ ibbażat fuq il-viżjoni kompjuterizzata għall-awtentikazzjoni tal-utenti tal-ICT, l-identifikazzjoni u l-prevenzjoni ta’ attakki ċibernetiċi bbażati fuq it-tagħlim awtomatiku)

(70)

għall-ġestjoni tar-riżorsi umani jew ir-reklutaġġ (bħall-iskrinjar ta’ qabel l-għażla tal-kandidati, l-awtomatizzazzjoni tar-reklutaġġ ibbażata fuq it-tagħlim awtomatiku, it-tfassil ta' profil tal-impjegat jew l-analiżi ta’ prestazzjoni bbażata fuq it-tagħlim awtomatiku, chatbots ibbażati fuq l-ipproċessar tal-lingwaġġ naturali għar-reklutaġġ jew l-appoġġ tal-ġestjoni tar-riżorsi umani.

Varjabbli mhux obbligatorji

(i)

għall-intrapriżi li għandhom persuni impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom b’aċċess għall-internet għal finijiet ta’ negozju:

(1)

il-forniment ta’ apparati portabbli li jippermettu konnessjoni mobbli mal-internet permezz ta’ networks tat-telefonija mobbli għal finijiet ta’ negozju

(2)

li għandhom sit web

(ii)

għall-intrapriżi li jipprovdu lill-persuni impjegati tagħhom u lill-persuni li jaħdmu għal rashom apparati portabbli li jippermettu konnessjoni mobbli tal-internet permezz ta’ networks tat-telefonija mobbli għal finijiet ta’ negozju:

(3)

l-għadd ta’ persuni impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom, jew il-persentaġġ tat-total tal-persuni impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom li jużaw tagħmir portabbli mogħti mill-intrapriża li jippermetti konnessjoni tal-internet permezz ta’ networks tat-telefonija mobbli għal finijiet tan-negozju

(iii)

għall-intrapriżi li għandhom sit web:

(4)

is-sit web tal-intrapriża għandu deskrizzjoni tal-oġġetti jew tas-servizzi, informazzjoni dwar il-prezzijiet

(5)

is-sit web tal-intrapriża għandu ordnijiet jew riżervazzjonijiet jew ibbukkjar online, bħal pereżempju basket tax-xiri

(6)

is-sit web tal-intrapriża għandu l-possibbiltà li l-viżitaturi jippersonalizzaw jew jiddisinjaw l-oġġetti jew is-servizzi online

(7)

is-sit web tal-intrapriża għandu t-traċċar jew l-istatus tal-ordnijiet magħmulin

(8)

is-sit web tal-intrapriża għandu kontenut ippersonalizzat fuq is-sit web għall-viżitaturi regolari/rikorrenti

(9)

is-sit web tal-intrapriża għandu ħoloq jew referenzi għall-profili tal-midja soċjali tal-intrapriża

(iv)

għall-intrapriżi li kellhom bejgħ bl-internet permezz ta’ siti web jew apps fis-suq tal-kummerċ elettroniku użati minn diversi intrapriżi għall-kummerċ ta’ oġġetti jew servizzi, fis-sena kalendarja preċedenti:

(10)

l-għadd ta’ swieq tal-kummerċ elettroniku li permezz tagħhom l-intrapriża kellha bejgħ bl-internet fis-sena kalendarja preċedenti: wieħed, tnejn, aktar minn tnejn;

(v)

għall-intrapriżi li kellhom bejgħ bl-internet permezz ta’ żewġt iswieq tal-kummerċ elettroniku jew aktar, fis-sena kalendarja preċedenti:

(11)

informazzjoni jekk aktar minn nofs il-fatturat mis-swieq tal-kummerċ elettroniku kien iġġenerat minn suq wieħed biss tal-kummerċ elettroniku, fis-sena kalendarja preċedenti

(vi)

Għall-intrapriżi li jużaw it-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali, li jirreferu speċifikament għall-varjabbli obbligatorji (18) u (24):

(12)

l-użu ta’ softwer tal-Intelliġenza Artifiċjali jew ta’ sistemi żviluppati mill-impjegati proprji (inklużi dawk impjegati f’intrapriżi prinċipali jew affiljati)

(13)

l-użu ta’ softwer tal-Intelliġenza Artifiċjali kummerċjali jew sistemi mmodifikati mill-impjegati proprji (inklużi dawk impjegati f’intrapriżi prinċipali jew affiljati)

(14)

l-użu ta’ softwer tal-Intelliġenza Artifiċjali b’sors miftuħ jew sistemi mmodifikati mill-impjegati proprji (inkluż dawk impjegati f’intrapriżi prinċipali jew affiljati)

(15)

l-użu ta’ softwer tal-Intelliġenza Artifiċjali kummerċjali jew sistemi mixtrija lesti biex jintużaw (inklużi l-eżempji fejn tkun diġà ġiet inkorporata fl-oġġett jew fis-sistema mixtrija)

(16)

l-użu ta’ softwer tal-Intelliġenza Artifiċjali jew sistemi żviluppati jew immodifikati minn fornituri esterni kkuntrattati

(vii)

Għall-intrapriżi li ma użaw l-ebda teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali, li jirreferu speċifikament għall-varjabbli obbligatorji (18) u (24):

(17)

kunsiderazzjoni tal-użu tat-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali, li jirreferu speċifikament għall-varjabbli obbligatorji (18) u (24)

(viii)

Għall-intrapriżi li ma użaw l-ebda teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali iżda li kkunsidraw l-użu tagħhom, li jirreferu speċifikament għall-varjabbli obbligatorji (18) u (24):

(18)

It-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali li ma ntużawx għax il-kostijiet kienu għoljin wisq

(19)

It-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali li ma ntużawx minħabba nuqqas ta’ għarfien espert rilevanti fl-intrapriża

(20)

It-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali li ma ntużawx minħabba inkompatibbiltà ma’ tagħmir, softwer jew sistemi eżistenti

(21)

It-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali li ma ntużawx minħabba d-diffikultajiet bid-disponibbiltà jew il-kwalità tad-data meħtieġa

(22)

It-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali li ma ntużawx minħabba tħassib dwar il-ksur tal-protezzjoni tad-data u l-privatezza

(23)

l-użu tat-teknoloġiji tal-intelliġenza artifiċjali li ma ntużawx minħabba nuqqas ta’ ċarezza dwar il-konsegwenzi ġuridiċi (bħar-responsabbiltà f’każ ta’ dannu kkawżat mill-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali)

(24)

It-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali li ma ntużawx minħabba kunsiderazzjonijiet etiċi

(25)

It-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali li ma ntużawx minħabba li mhumiex utli għall-intrapriża


Unità tal-kejl

Ċifri assoluti, minbarra l-karatteristiċi relatati mal-fatturat fil-munita nazzjonali (eluf) jew perċentwal tal-fatturat (totali)

Popolazzjoni statistika

Kopertura tal-attività:

NACE it-Taqsimiet C sa J, L sa N u l-grupp 95.1

Kopertura tal-klassijiet tad-daqs:

Intrapriżi b’10 persuni impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom jew aktar. Intrapriżi b’inqas minn 10 persuni impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom jistgħu jiġu koperti b’mod fakultattiv

Analiżijiet

Analiżi statistika skont l-attività

għall-kalkolu tal-aggregati nazzjonali:

l-aggregati tat-taqsimiet u l-gruppi tan-NACE C+D+E+F+G+H+I+J+L+M+N+95.1, D+E

it-taqsimiet tan-NACE: C, F, G, H, I, J, L, M, N

id-diviżjonijiet tan-NACE: 47, 55

l-aggregati tad-diviżjonijiet tan-NACE: 10+11+12+13+14+15+16+17+18, 19+20+21+22+23, 24+25, 26+27+28+29+30+31+32+33

aggregati tad-diviżjonijiet u tal-gruppi: 26.1+26.2+26.3+26.4+26.8+46.5+58.2+61+62+63.1+95.1

għall-kontribuzzjoni lit-totali Ewropej biss

it-taqsimiet tan-NACE D, E

id-diviżjonijiet tan-NACE: 19, 20, 21, 26, 27, 28, 45, 46, 61, 72, 79

il-grupp tan-NACE 95.1

l-aggregati tad-diviżjonijiet tan-NACE: 10+11+12, 13+14+15, 16+17+18, 22+23, 29+30, 31+32+33, 58+59+60, 62+63, 69+70+71, 73+74+75, 77+78+80+81+82

Il-klassi tad-daqs tal-għadd ta’ persuni impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom: 10+, 10-49, 50-249, 250+; fakultattiv: 0-9, 0-1, 2-9

Skadenza għat-trażmissjoni tad-data

il-5 ta’ Ottubru 2021


Top