EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0997

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/997 tad-9 ta’ Lulju 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-bażi tal-L-liżina, likwidu, tas-sulfat tal-L-liżina u tal-monoidroklorur tal-L-liżina, teknikament pur, bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2020/4560

OJ L 221, 10.7.2020, p. 90–94 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/997/oj

10.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 221/90


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/997

tad-9 ta’ Lulju 2020

dwar l-awtorizzazzjoni tal-bażi tal-L-liżina, likwidu, tas-sulfat tal-L-liżina u tal-monoidroklorur tal-L-liżina, teknikament pur, bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqu applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-bażi tal-L-liżina, likwidu, u l-monoidroklorur tal-L-liżina teknikament pur , prodotti mill-Corynebacterium glutamicum NRTL-B-67439 jew mill-Corynebacterium glutamicum NRRL B-67535 u s-sulfat tal-L-liżina u l-monoidroklorur tal-L-liżina, teknikament pur, prodotti mill-Corynebacterium glutamicum CGMCC 7.266 bħala addittivi nutrittivi tal-għalf għall-użu fl-għalf u fl-ilma tax-xorb għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Ma’ dawk l-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Dawn l-applikazzjonijiet jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni tal-bażi tal-L-liżina, likwidu, u l-monoidroklorur tal-L-liżina, teknikament pur, prodotti mill-Corynebacterium glutamicum NRTL-B-67439 jew mill-Corynebacterium glutamicum NRRL B-67535 u tas-sulfat tal-L-liżina u l-monoidroklorur tal-L-liżina, teknikament pur, prodotti mill-Corynebacterium glutamicum CGMCC 7.266 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, biex jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”, fil-grupp funzjonali “amminoaċidi, l-imluħa u l-analogi tagħhom”.

(4)

Fl-opinjonijiet tagħha tas-7 ta’ Ottubru 2019 (2) u tat-28 ta’ Jannar 2020 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-bażi tal-L-liżina, likwidu, u l-monoidroklorur tal-L-liżina, teknikament pur, prodotti mill-Corynebacterium glutamicum NRTL-B-67439 jew mill-Corynebacterium glutamicum NRRL B-67535 u tas-sulfat tal-L-liżina u l-monoidroklorur tal-L-liżina, teknikament pur, prodotti mill-Corynebacterium glutamicum CGMCC 7.266 ma għandhomx effetti avversi fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent. Ma setgħetx tasal għal konklużjoni dwar it-tossiċità potenzjali mill-inalazzjoni tal-monoidroklorur, tal-L-liżina, teknikament pur, prodott mill-Corynebacterium glutamicum NRRTL-B-67439 jew mill-Corynebacterium glutamicum NRB-67535 u antiċipat li l-bażi tal-L-liżina, likwidu, prodotta mill-Corynebacterium glutamicum NRAl-B-67439 jew mill-Corynebacterium glutamicum NRB-67535 hija korrużiva għall-ġilda u toħloq riskju ta’ inalazzjoni. Fil-każ tas-sulfat tal-L-liżina u tal-monoidroklorur tal-L-liżina, teknikament pur, prodotti mill-Corynebacterium glutamicum CGMCC 7.266, l-Awtorità ma setgħetx teskludi li l-addittivi jkunu tossiċi meta jittieħdu man-nifs, ikunu irritanti għall-ġilda jew għall-għajnejn, u lanqas dwar il-potenzjal tagħhom li jkunu sensitizzatur dermali. Għalhekk, jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, partikolarment għall-utenti tal-addittiv. L-awtorità kkonkludiet li l-bażi tal-L-liżina, likwidu u tal-monoidroklorur tal-L-liżina, teknikament pur, prodotti mill-Corynebacterium glutamicum NRTL B-67439 jew mill-Corynebacterium glutamicum NRRL B-67535 u tas-sulfat tal-L-liżina u tal-monoidroklorur tal-L-liżina, teknikament pur, prodotta mill-Corynebacterium glutamicum CGMCC 7.266, huma sorsi effettivi tal-amminoaċidu essenzjali tal-L-liżina għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Sabiex l-L-liżina supplimentari tkun effikaċi għalkollox fir-ruminanti, jenħtieġ li tiġi protetta kontra d-degradazzjoni fil-kirxa. Fl-opinjonijiet imsemmija hawn fuq, l-Awtorità rreferiet għal dikjarazzjoni preċedenti dwar żbilanċi nutrittivi potenzjali għal amminoaċidi, meta dawn jingħataw permezz tal-ilma għax-xorb. Madankollu, l-Awtorità ma pproponietx kontenut massimu għal-L-liżina. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi indikat, fuq it-tikketta tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel li fihom dan l-addittiv, twissija biex titqies il-provvista djetetika bl-amminoaċidi essenzjali u kundizzjonalment essenzjali kollha, partikolarment fil-każ tas-supplimentazzjoni bil-L-liżina bħala amminoaċidu permezz tal-ilma tax-xorb.

(5)

L-Awtorità ma tqisx li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapporti dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni tal-bażi tal-L-liżina, likwidu u tal-monoidroklorur tal-L-liżina, teknikament pur, prodotti mill-Corynebacterium glutamicum NRTL B-67439 jew mill-Corynebacterium glutamicum NRRL B-67535 u tas-sulfat tal-L-liżina u tal-monoidroklorur tal-L-liżina, teknikament pur, prodotta mill-Corynebacterium glutamicum CGMCC 7.266, turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, l-użu ta’ dan l-addittiv jenħtieġ li jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sustanzi speċifikati fl-Anness huma awtorizzati bħala addittivi tal-għalf fl-għalf tal-annimali fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”, fil-grupp funzjonali “amminoaċidi, l-imluħ u l-analogi tagħhom”, soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2019;17(10):5886.

(3)  EFSA Journal 2020;18(2): 6019.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg addittiv/kg tal-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: amminoaċidi, l-imluħ u l-analogi tagħhom.

3c320

-

Il-bażi tal-L-liżina, likwida

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Soluzzjoni milwiema tal-L-liżina b’minimu ta’ 50 % L-liżina

-----------------

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

L-liżina prodotta mill-fermentazzjoni bil-Corynebacterium glutamicum NRRL-B-67439 jew

bil-Corynebacterium glutamicum NRRL B-67535.

Formula kimika: NH2-(CH2)4-CH(NH2)-COOH

Numru CAS: 56-87-1

-----------------

Metodi analitiċi  (1):

Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel li fihom aktar minn 10 % ta’ liżina:

kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-VIS/FLD) – EN ISO 17180

Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fit-taħlitiet lesti minn qabel, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:

kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-VIS), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (l-Anness III, F)

Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fl-ilma:

kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni ottika (IEC-VIS/FLD)

L-ispeċijiet kollha

1.

Il-kontenut tal-liżina għandu jkun indikat fuq it-tikkettar tal-addittiv.

2.

Il-bażi tal-L-liżina, likwida, tista’ tiġi introdotta fis-suq u użata bħala addittiv magħmul minn preparazzjoni.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, u għall-ġilda u l-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista’ jkun permezz ta’ proċeduri u miżuri bħal dawn, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir ta’ protezzjoni personali, inkluż il-protezzjoni tal-għajnejn u tal-ġilda.

4.

L-addittiv jista’ jintuża wkoll fl-ilma għax-xorb.

5.

Id-dikjarazzjonijiet li jridu jsiru fuq it-tikkettar tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel: “Jenħtieġ li fil-każ tas-supplimentazzjoni bl-L-liżina, b’mod partikolari fl-ilma tax-xorb, jitqiesu l-amminoaċidi essenzjali u kundizzjonalment essenzjali kollha, biex jiġu evitati l-iżbilanċi.”

30.7.2030

3c322

 

Monoidroklorur tal-L-liżina, teknikament pur

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Sustanza f’forma ta’ trab tal-monoidroklorur tal-L-liżina b’minimu ta’ 78 % ta’ L-liżina u kontenut massimu ta’ ndewwa ta’ 1,5 %.

-----------------

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Monoidroklorur tal-L-liżina prodott permezz tal-fermentazzjoni bil-

Corynebacterium glutamicum NRRL-B-67439 jew

bil-Corynebacterium glutamicum NRRL B-67535 jew

bil-Corynebacterium glutamicum CGMCC 7.266.

Formula kimika: NH2-(CH2)4-CH(NH2)-COOH

Numru CAS: 657-27-2

Metodi analitiċi1:

Għall-kwantifikazzjoni tal-monoidroklorur tal-L-liżina fl-addittiv tal-għalf:

Food Chemical Codex, “monografija tal-monoidroklorur tal-L-liżina”

Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel li fihom aktar minn 10 % ta’ liżina:

kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-VIS/FLD) – EN ISO 17180.

Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fit-taħlitiet lesti minn qabel, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:

kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-VIS), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (l-Anness III, F).

Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fl-ilma:

kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni ottika (IEC-VIS/FLD); jew

kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-VIS).

L-ispeċijiet kollha

-

-

-

1.

Il-kontenut tal-liżina għandu jkun indikat fuq it-tikkettar tal-addittiv.

2.

Il-monoidroklorur tal-L-liżina, teknikament pur, jista’ jiġi introdott fis-suq u użat bħala addittiv magħmul minn preparazzjoni.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa għall-minimu bi proċeduri u b’miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’apparat ta’ protezzjoni personali, inkluż il-protezzjoni tan-nifs.

4.

L-addittiv jista’ jintuża wkoll fl-ilma għax-xorb.

5.

Id-dikjarazzjonijiet li jridu jsiru fuq it-tikkettar tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel: “Jenħtieġ li fil-każ tas-supplimentazzjoni bl-L-liżina, b’mod partikolari fl-ilma tax-xorb, jitqiesu l-amminoaċidi essenzjali u kundizzjonalment essenzjali kollha, biex jiġu evitati l-iżbilanċi.”

30.7.2030

3c325

 

Sulfat tal-L-liżina

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Granulat b’kontenut minimu ta’ L-liżina ta’ 52 % u b’kontenut massimu ta’ 24 % ta’ sulfat.

-----------------

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Sulfat tal-L-liżina prodott mill-fermentazzjoni bil-Corynebacterium glutamicum CGMCC 7.266 jew

Formula kimika: C12H28N4O4•H2SO4/[NH2-(CH2)4-CH(NH2)-COOH]2SO4

Numru CAS: 60343-69-3

-----------------

Metodi analitiċi1:

Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel li fihom aktar minn 10 % ta’ liżina:

kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-VIS/FLD) – EN ISO 17180

Għall-identifikazzjoni tas-sulfat fl-addittiv tal-għalf:

Monografija tal-Farmakopea Ewropea 20301

Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fit-taħlitiet lesti minn qabel, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:

kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-VIS), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (l-Anness III, F)

Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fl-ilma:

kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni ottika (IEC-VIS/FLD)

L-ispeċijiet kollha

10 000

1.

Il-kontenut tal-L-liżina għandu jkun indikat fuq it-tikkettar tal-addittiv.

2.

Is-sulfat tal-L-liżina jista’ jiġi introdott fis-suq u użat bħala addittiv magħmul minn preparazzjoni.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa għal livell minimu bi proċeduri u miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir ta’ protezzjoni personali, inkluż il-protezzjoni tan-nifs.

4.

L-addittiv jista’ jintuża wkoll fl-ilma għax-xorb.

5.

Id-dikjarazzjonijiet li jridu jsiru fuq it-tikkettar tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel: “Jenħtieġ li fil-każ tas-supplimentazzjoni bl-L-liżina, b’mod partikolari fl-ilma tax-xorb, jitqiesu l-amminoaċidi essenzjali u kundizzjonalment essenzjali kollha, biex jiġu evitati l-iżbilanċi.”

30.7.2030


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


Top