EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0917

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/917 tal-1 ta’ Lulju 2020 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ infużjoni mill-weraq tal-kafè tal-Coffea arabica L. u/jew tal-Coffea canephora Pierre ex A. Froehner bħala ikel tradizzjonali minn pajjiż terz skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2020/4292

OJ L 209, 2.7.2020, p. 10–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/917/oj

2.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/917

tal-1 ta’ Lulju 2020

li jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ infużjoni mill-weraq tal-kafè tal-Coffea arabica L. u/jew tal-Coffea canephora Pierre ex A. Froehner bħala ikel tradizzjonali minn pajjiż terz skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni biss jista’ jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni. L-ikel tradizzjonali minn pajjiż terz huwa ikel ġdid iddefinit fl-Artikolu 3(2)(c) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2468 (2) jistabbilixxi rekwiżiti amministrattivi u xjentifiċi dwar ikel tradizzjonali minn pajjiżi terzi.

(3)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ġie adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (3) li jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat.

(4)

Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) 2015/2283, il-Kummissjoni trid tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni u dwar it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta’ ikel tradizzjonali minn pajjiż terz.

(5)

Fis-27 ta’ Novembru 2018, il-kumpanija AM Breweries (“l-applikant”) bagħtet lill-Kummissjoni notifika dwar l-intenzjoni tagħha li tqiegħed l-infużjoni mill-weraq tal-kafè tal-Coffea arabica L. u/jew tal-Coffea canephora Pierre ex A. Froehner fis-suq tal-Unjoni bħala ikel tradizzjonali minn pajjiż terz f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2015/2283. L-applikant jitlob li l-infużjoni mill-weraq tal-kafe ta’ Coffea arabica L. u/jew Coffea canephora tintuża bħala tali jew bħala ingredjent f’xarbiet oħra mill-popolazzjoni ġenerali.

(6)

Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2468, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mill-applikant fir-rigward tal-validità tan-notifika. L-informazzjoni mitluba ngħatat fl-4 ta’ Ġunju 2019, fil-21 ta’ Ġunju 2019, fid-29 ta’ Awwissu 2019 u fit-30 ta’ Awwissu 2019.

(7)

Id-data ppreżentata mill-applikant turi li dik l-infużjoni mill-weraq tal-kafè tal-Coffea arabica L. u/jew tal-Coffea canephora bħala tali għandha esperjenza ta’ użu sikur bħala ikel fl-Afrika, fl-Asja u fl-Amerika ta’ Fuq.

(8)

Bi qbil mal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283, fil-11 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni bagħtet in-notifika valida lill-Istati Membri u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”).

(9)

Ma ġewx ippreżentati oġġezzjonijiet debitament motivati b’rabta mas-sikurezza għat-tqegħid fis-suq fl-Unjoni tal-infużjoni mill-weraq tal-kafè tal-Coffea arabica L. u/jew tal-Coffea canephora lill-Kummissjoni mill-Istati Membri jew mill-Awtorità fil-perjodu ta’ erba’ xhur stabbilit fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(10)

Fit-3 ta’ Frar 2020, l-Awtorità ppubblikat ir-rapport tekniku tagħha bl-isem “Technical Report on the notification of infusion from coffee leaves (Coffea arabica L. and/or Coffea canephora Pierre ex A. Froehner) as a traditional food from a third country pursuant to Article 14 of Regulation (UE) 2015/2283” (4).

(11)

F’dak ir-rapport, l-Awtorità nnutat li l-weraq tal-Coffea arabica fihom il-gallat tal-Epigallokatekina (EGCG) u għalhekk, il-presenza tal-EGCG fl-infużjoni mill-weraq tal-kafè tal-Coffea arabica L. u/jew tal-Coffea canephora ma tistax tiġi eskluża. Fuq dik il-bażi, l-Awtorità stabbiliet livell massimu ta’ 700 mg ta’ EGCG għal kull litru tal-infużjoni. Għalhekk jixraq li jiġu stabbiliti livelli massimi ta’ 700 mg/L ta’ EGCG fl-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel tradizzjonali fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat.

(12)

L-Awtorità kkonkludiet li d-data disponibbli dwar il-kompożizzjoni u l-esperjenza tal-użu tal-infużjoni mill-weraq tal-kafe tal-Coffea arabica L. u/jew tal-Coffea canephora ma jqajmux tħassib dwar is-sikurezza.

(13)

Minbarra l-infużjoni mill-weraq tal-kafe tal-Coffea arabica L. u/jew tal-Coffea canephora li tintuża bħala tali, l-applikant talab li l-infużjoni tintuża bħala ingredjent f’xarbiet oħra għall-popolazzjoni ġenerali. L-applikant ippreżenta data dokumentata li turi l-esperjenza ta’ użu sikur f’pajjiż terz f’konformità mal-Artikolu 14(1)(e) tar-Regolament (UE) 2015/2283 biss għall-infużjoni mill-weraq tal-kafè tal- Coffea arabica L. u/jew tal- Coffea canephora bħala tali, filwaqt li ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza dwar l-użu tal-infużjoni bħala ingredjent f’xarbiet oħra. L-applikant ġie mistieden jipprovdi kjarifika, u possibbilment reviżjoni, tal-użi proposti tal-infużjoni, li jikkorrispondu mal-ikel li fih l-infużjoni hija tradizzjonalment ikkunsmata u li għaliha kellha tiġi ppreżentata esperjenza ta’ użu sikur. Madankollu, l-applikant ma bidilx l-użi proposti u ma pprovdiex evidenza li turi l-esperjenza ta’ użu sikur bħala ikel f’pajjiż terz tal-infużjoni bħala ingredjent f’xarbiet oħra. Konsegwentement, fin-nuqqas tad-data dokumentata meħtieġa, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-esperjenza ta’ użu sikur bħala ikel f’pajjiż terz ġiet murija mill-applikant biss għall-infużjoni mill-weraq tal-kafè tal-Coffea arabica L. u/jew tal-Coffea canephora bħala tali. Għalhekk, in-notifika għall-awtorizzazzjoni tal-infużjoni mill-weraq tal-kafe tal-Coffea arabica L u/jew tal-Coffea canephora, sa fejn tikkonċerna l-użu tagħha bħala ingredjent f’xarbiet oħra, qed titqies invalida.

(14)

Għalhekk jenħtieġ li l-Kummissjoni tawtorizza t-tqegħid fis-suq fl-Unjoni ta’ infużjoni mill-weraq tal-kafè tal-Coffea arabica L. u/jew tal-Coffea canephora bħala tali u taġġorna l-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid skont dan.

(15)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-infużjoni mill-kafe tal-Coffea arabica L. u/jew Coffea canephora Pierre ex A. Froehner, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi inkluża fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470.

2.   L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-kundizzjonijiet tal-użu u r-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2468 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi rekwiżiti amministrattivi u xjentifiċi li jikkonċernaw ikel tradizzjonali minn pajjiżi terzi skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 55).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).

(4)  EFSA Supporting Publication, 2020:EN-1783.


ANNESS

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrata li ġejja tiddaħħal fit-Tabella 1 (L-ikel ġdid awtorizzat) f’ordni alfabetika:

Ikel ġdid awtorizzat

Il-kundizzjonijiet li fihom jista’ jintuża l-ikel ġdid

Rekwiżiti tat-tikkettar speċifiċi oħrajn

Rekwiżiti oħrajn

“Infużjoni mill-weraq tal-kafe ta’ Coffea arabica L. u/jew minn Coffea canephora Pierre ex A. Froehner

(Ikel tradizzjonali minn pajjiż terz)

Kategorija tal-ikel speċifikat

Livelli massimi

Id-denominazzjoni tal-ikel ġdid fuq it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom minn dak l-ikel għandha tkun “Infużjoni mill- weraq tal-kafè ta’ Coffea arabica u/jew Coffea canephor a”.

 

Infużjonijiet erbali

 

(2)

L-entrata li ġejja tiddaħħal fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet) f’ordni alfabetika:

Ikel Ġdid Awtorizzat

Speċifikazzjonijiet

“Infużjoni mill-weraq tal-kafe ta’Coffea arabica L. u/jew minn Coffea canephora Pierre ex A. Froehner

(Ikel tradizzjonali minn pajjiż terz)

Deskrizzjoni/Definizzjoni:

L-ikel tradizzjonali jikkonsisti f’infużjoni ta’ weraq minn Coffea arabica L. u/jew minn Coffea canephora Pierre ex A.Froehner (familja: Rubiaceae).

L-ikel tradizzjonali huwa ppreparat billi jitħallat massimu ta’ 20 g ta’ weraq niexef minn Coffea arabica L. u/jew Coffea canephora Pierre ex A.Froehner b’ 1 L ta’ ilma sħun. Il-weraq jitneħħew u l-infużjoni mbagħad tiġi soġġetta għal pastorizzazzjoni (minn tal-inqas 71 °C għal 15-il sekonda).

Kompożizzjoni:

Dehra: Likwidu aħdar kannella

Riħa u togħma: Karatteristika

Aċidu kloroġeniku (5-CQA): < 100 mg/L

Kafeina: < 80 mg/L

Gallat tal-epigallokatekina (EGCG): < 700 mg/L

Kriterji mikrobijoloġiċi:

Għadd totali tal-kolonji: < 500 CFU/g

Għadd ta’ ħmira u moffa totali: < 100 CFU/g

Koliformi totali: < 100 CFU/g

Escherichia coli: Assenti f’1 g

Salmonella: Assenti f’25 g

Metalli tqal:

Ċomb (Pb): < 3,0 mg/L

Arseniku (As): < 2,0 mg/L

Kadmju (Cd): < 1,0 mg/L

CFU: Unitajiet li Jiffurmaw il-Kolonji”


Top