EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R0781
Commission Implementing Regulation (EU) 2020/781 of 12 June 2020 amending Implementing Regulation (EU) 2018/545 as regards the dates of application and certain transitional provisions following the extension of the transposition deadline of Directive (EU) 2016/797 of the European Parliament and of the Council (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/781 tat-12 ta’ Ġunju 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/545 fir-rigward tad-dati ta’ applikazzjoni u ta’ ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali wara l-estensjoni tal-iskadenza tat-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/781 tat-12 ta’ Ġunju 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/545 fir-rigward tad-dati ta’ applikazzjoni u ta’ ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali wara l-estensjoni tal-iskadenza tat-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2020/3748
OJ L 188, 15.6.2020, p. 11–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
15.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 188/11 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/781
tat-12 ta’ Ġunju 2020
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/545 fir-rigward tad-dati ta’ applikazzjoni u ta’ ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali wara l-estensjoni tal-iskadenza tat-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(9) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva (UE) 2016/797 ġiet emendata bid-Direttiva (UE) 2020/700 (2) biex l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jestendu l-iskadenza għad-dħul fis-seħħ tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali meħtieġa għall-konformità mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 57(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797. |
(2) |
Il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni tat-tip ta’ vettura jew għal awtorizzazzjoni ta’ vettura għat-tqegħid fis-suq skont id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li għaliha kellhom jinħarġu l-awtorizzazzjonijiet rilevanti qabel is-16 ta’ Ġunju 2020, jaf tittardja minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19. Għalhekk, fl-Istati Membri li nnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 57(2) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u meta d-Direttiva (UE) 2016/797 trid tapplika mis-16 ta’ Ġunju 2020, jenħtieġ li l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza (“l-NSA”), wara talba tal-applikant, tkompli l-valutazzjoni wara dik id-data. L-NSA jenħtieġ tiffinalizza dik il-valutazzjoni u toħroġ l-awtorizzazzjoni qabel it-30 ta’ Ottubru 2020. |
(3) |
Fir-rigward tal-Istati Membri li nnotifikaw lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (“l-Aġenzija”) u lill-Kummissjoni li beħsiebhom jestendu l-perjodu tat-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/797 skont l-Artikolu 57(2a) tagħha, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/545 (4) tiġi posposta u tapplika mill-31 ta’ Ottubru 2020. Jenħtieġ jiġu adattati wkoll id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/545. |
(4) |
L-applikanti setgħu jagħmlu l-applikazzjonijiet skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/545 fid-dawl tal-iskadenza tal-applikazzjoni attwali. Għall-finijiet tad-Direttiva 2008/57/KE u anki tad-Direttiva (UE) 2016/797, il-vetturi jridu jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà u mar-regoli nazzjonali rilevanti u jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali. L-applikazzjonijiet li jsiru skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/545 jenħtieġ ikunu jinkludu l-evidenza kollha meħtieġa għat-tqegħid fis-servizz tal-vetturi skont id-Direttiva 2008/57/KE jew għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi skont id-Direttiva (UE) 2016/797. Għalhekk, l-applikanti jenħtieġ jitħallew jissottomettu, lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza fl-Istati Membri li nnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 57(2a) tad-Direttiva (UE) 2016/797, l-applikazzjonijiet li jelenkaw l-evidenza skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/545. L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jenħtieġ jaċċettaw dawk l-applikazzjonijiet mingħajr ma jeżiġu applikazzjoni riveduta. |
(5) |
Għalhekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/545 jenħtieġ jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 51(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797. |
(7) |
Biex ikun żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament jenħtieġ jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/545 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 17 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
l-Artikolu 55 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
fl-Artikolu 56, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Dan għandu japplika mis-16 ta’ Ġunju 2019 fl-Istati Membri li ma nnotifikawx lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 57(2) tad-Direttiva (UE) 2016/797. Għandu japplika mis-16 ta’ Ġunju 2020 fl-Istati Membri li nnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 57(2) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u f’dawk li ma nnotifikawx lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 57(2a) tad-Direttiva (UE) 2016/797. L-Artikoli 55(5a) u 55(7a) għandhom japplikaw mis-16 ta’ Ġunju 2020 fl-Istati Membri kollha. L-Artikolu 55(8) għandu japplika mis-16 ta’ Ġunju 2020 fl-Istati Membri li nnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 57(2a) tad-Direttiva (UE) 2016/797. Dan ir-Regolament għandu japplika fl-Istati Membri kollha mill-31 ta’ Ottubru 2020.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ġunju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44.
(2) Id-Direttiva (UE) 2020/700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Direttivi (UE) 2016/797 u (UE) 2016/798, fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi tat-traspożizzjoni tagħhom (ĠU L 165, 27.5.2020, p. 27).
(3) Id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/545 tal-4 ta’ April 2018 li jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi għall-awtorizzazzjoni ta’ vetturi ferrovjarji u għall-proċess tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta’ vetturi ferrovjarji skont id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 90, 6.4.2018, p. 66).