This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R0427
Commission Delegated Regulation (EU) 2020/427 of 13 January 2020 amending Annex II to Regulation (EU) 2018/848 of the European Parliament and of the Council as regards certain detailed production rules for organic products (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/427 tat-13 ta’ Jannar 2020 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ ċerti regoli ta’ produzzjoni dettaljati għall-prodotti organiċi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/427 tat-13 ta’ Jannar 2020 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ ċerti regoli ta’ produzzjoni dettaljati għall-prodotti organiċi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2020/51
ĠU L 87, 23.3.2020, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2021
23.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 87/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/427
tat-13 ta’ Jannar 2020
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ ċerti regoli ta’ produzzjoni dettaljati għall-prodotti organiċi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(2)(e), l-Artikolu 14(2)(c) u l-Artikolu 15(2)(a) u (d) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2018/848 jistabbilixxi regoli ġenerali tal-produzzjoni għall-prodotti organiċi, filwaqt li r-regoli dettaljati dwar il-produzzjoni huma stabbiliti fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Billi għall-produzzjoni taż-żrieragħ imnibbta, in-nebbieta jużaw esklussivament ir-riżervi taż-żrieragħ li se jinbtu u jiġu kkunsmati direttament bħala oġġett tal-ikel, iż-żrieragħ użati għall-produzzjoni tan-nebbieta għandhom ikunu organiċi. |
(3) |
F’dak li għandu x’jaqsam mat-tagħlif tal-kolonji tan-naħal, fejn is-sopravivenza tal-kolonja tiġi pperikolata minħabba kundizzjonijiet klimatiċi, il-possibbiltà li jintuża t-trab tad-dakra mill-apikultura organika tista’ tevita li l-larva tmut bil-ġuħ. Sabiex tissaħħaħ il-possibbiltà ta’ sopravivenza tal-kolonja, huwa xieraq li l-kolonji tan-naħal jitħallew ukoll jiġu mitmugħa trab tad-dakra organiku. |
(4) |
Fir-rigward tar-rekwiżiti dwar l-oriġini tal-annimali tal-akkwakultura, b’mod partikolari l-produzzjoni ta’ eżemplari żgħar, it-trobbija tal-larva hija kkaratterizzata minn tliet fażijiet: il-fażi tat-tfaqqis tal-bajd u l-fażi awtotrofika meta l-larva tikkonsma r-riżervi mill-borża tal-isfar tagħha, il-fażi eterotropika meta l-larva tiġi mitmugħa bil-plankton u l-ftim finali għar-reġimi ġodda ta’ għalf. Billi l-aħħar fażi tal-iżvilupp tal-larva twassal għas-sura tal-età żgħira, jenħtieġ li jingħataw kundizzjonijiet ġodda għall-produzzjoni ta’ eżemplari żgħar li jinkorporaw l-aktar għarfien reċenti dwar is-settur f’konformità mal-prinċipji organiċi. |
(5) |
Ir-regoli attwali dwar l-għalf għall-annimali tal-akkwakultura karnivori jinkludu restrizzjoni kwantitattiva ġenerali fuq l-għalf li joriġina mill-pjanti. Billi d-dieta li tirriżulta ma tissodisfax il-ħtiġijiet ta’ nutrizzjoni tal-ispeċijiet u l-istadji kollha ta’ żvilupp, jenħtieġ li dik ir-restrizzjoni tiġi abolita. |
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848 jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Fl-interess taċ-ċarezza u taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Jannar 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS
L-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fil-Parti I, il-punt 1.3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
fil-punt 1.9.6.2 tal-Parti II, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(3) |
Il-Parti III hija emendata kif ġej:
|