EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R0213
Council Regulation (EU) 2020/213 of 17 February 2020 amending Regulation (EC) No 314/2004 concerning certain restrictive measures in respect of Zimbabwe
Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/213 tas-17 ta’ Frar 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe
Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/213 tas-17 ta’ Frar 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe
ST/5517/2020/INIT
OJ L 45, 18.2.2020, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
18.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 45/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2020/213
tas-17 ta’ Frar 2020
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/215 tas-17 ta’ Frar 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 314/2004 (2) jagħti effett lil diversi miżuri previsti mid-Deċiżjoni 2011/101/PESK (3), inkluż l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi ta’ ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi. |
(2) |
Fis-17 ta’ Frar 2020 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/215, li emendat it-titolu tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK u ssospendiet il-miżuri restrittivi fir-rigward ta’ persuna waħda. |
(3) |
Jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 314/2004 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 314/2004 huwa emendat kif ġej:
(1) |
It-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe”. |
(2) |
L-Anness IV huwa sostitwit bl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES.
(1) Ara paġna 4 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 tad-19 ta’ Frar 2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (ĠU L 55, 24.2.2004, p. 1).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6).
ANNESS
“ANNESS IV
LISTA TA’ PERSUNI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(4)
Persuni
|
Isem (u kwalunkwe psewdonimu) |
3. |
Chiwenga, Constantine |
4. |
Shiri, Perence (magħruf ukoll bħala Bigboy) Samson Chikerema |
5. |
Sibanda, Phillip Valerio (magħruf ukoll bħala Valentine) |
6. |
Mugabe, Grace. |