EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D2111

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzojni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2111 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/221/UE fir-rigward tar-referenza għar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq għall-approvazzjoni ta’ miżuri nazzjonali biex jiġi limitat l-impatt ta’ ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura u annimali akkwatiċi selvaġġi f’konformità mal-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (notifikata bid-dokument C(2020) 9302) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2020/9302

OJ L 427, 17.12.2020, p. 14–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021D0260

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2020/2111/oj

17.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 427/14


ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2111

tas-16 ta’ Diċembru 2020

li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/221/UE fir-rigward tar-referenza għar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq għall-approvazzjoni ta’ miżuri nazzjonali biex jiġi limitat l-impatt ta’ ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura u annimali akkwatiċi selvaġġi f’konformità mal-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE

(notifikata bid-dokument C(2020) 9302)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali għall-annimali ta’ l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/221/UE (2) tapprova miżuri nazzjonali biex jiġi limitat l-impatt ta’ ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura u annimali akkwatiċi selvaġġi f’konformità mal-Artikolu 43 tad-Direttiva 2006/88/KE.

(2)

It-territorju tar-Renju Unit huwa elenkat fit-tieni kolonna tat-tabella stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/221/UE, bħala ħieles mill-mard elenkat fl-ewwel kolonna ta’ dik it-tabella.

(3)

F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Ftehim dwar il-Ħruġ), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, id-Direttiva 2006/88/KE kif ukoll l-atti tal-Kummissjoni bbażati fuqha, japplikaw għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq wara l-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ. Għal dik ir-raġuni, ir-referenzi għar-Renju Unit fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/221/UE jenħtieġ li jiġu sostitwiti b’referenzi għar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

(4)

Għalhekk, l-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/221/UE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(5)

Peress li l-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/221/UE huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 328, 24.11.2006, p.14.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/221/UE tal-15 ta’ April 2010 li tapprova miżuri nazzjonali biex jiġi limitat l-impatt ta’ ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura u annimali akkwatiċi selvaġġi b’konformità mal-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (ĠU L 98, 20.4.2010, p. 7).


ANNESS

“ANNESS I

Stati Membri (*1) u żoni meqjusa ħielsa mill-mard elenkati fit-tabella u approvati biex jieħdu miżuri nazzjonali ħalli jevitaw l-introduzzjoni ta’ dak il-mard f’konformità mal-Artikolu 43(2) tad-Direttiva 2006/88/KE

Marda

Stat Membru

Kodiċi

Demarkazzjoni ġeografika taż-żona ħielsa mill-marda (Stat Membru, żona, kompartiment)

Viremija tar-Rebbiegħa tal-karpjun (SVC)

Id-Danimarka

DK

It-territorju kollu

L-Irlanda

IE

It-territorju kollu

L-Ungerija

HU

It-territorju kollu

Il-Finlandja

FI

It-territorju kollu

L-Iżvezja

SE

It-territorju kollu

Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq)

UK(NI)

L-Irlanda ta’ Fuq

Marda batterika tal-kliewi (BKD)

L-Irlanda

IE

It-territorju kollu

Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq)

UK(NI)

L-Irlanda ta’ Fuq

Virus tan-nekrożi pankreatika infettiva (IPN)

Il-Finlandja

FI

Il-partijiet kontinentali tat-territorju

L-Iżvezja

SE

Il-partijiet kontinentali tat-territorju

Infezzjoni bil-Gyrodactylus salaris (GS)

L-Irlanda

IE

It-territorju kollu

Il-Finlandja

FI

Iż-żoni tal-ġbir tal-ilma ta’ Tenojoki u Näätämönjoki; iż-żoni tal-ġbir tal-ilma ta’ Paatsjoki, Tuulomajoki, u Uutuanjoki huma meqjusa bħala żoni ta’ lqugħ

Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq)

UK(NI)

L-Irlanda ta’ Fuq

Ostreid herpesvirus 1 μvar (OsHV-1 μVar)

L-Irlanda

IE

Kompartiment 1: Il-bajja ta’ Sheephaven

Kompartiment 3: Il-bajjiet ta’ Killala, Broadhaven u Blacksod

Kompartiment 4: Il-bajja ta’ Streamstown

Kompartiment 5: Il-bajjiet ta’ Bertraghboy u Galway

Kompartiment A: Il-mafqas tal-bajja ta’ Tralee

Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq)

UK(NI)

It-territorju tal-Irlanda ta’ Fuq għajr il-bajja ta’ Dundrum, il-bajja ta’ Killough, Lough Foyle, Carlingford Lough, Larne Lough u Strangford Lough

Infezzjoni bl-alfavirus tas-salmonidi (SAV)

Il-Finlandja

FI

Il-partijiet kontinentali tat-territorju


(*1)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.


Top