EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D1996

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzojni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1996 tal-4 ta’ Diċembru 2020 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1742 dwar ċertu miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fir-Renju Unit (notifikata bid-dokument C(2020) 8763) (It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2020/8763

OJ L 410, 7.12.2020, p. 100–103 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2020/1996/oj

7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 410/100


ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1996

tal-4 ta’ Diċembru 2020

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1742 dwar ċertu miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fir-Renju Unit

(notifikata bid-dokument C(2020) 8763)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha, flimkien mal-Artikolu 131 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“Ftehim dwar il-Ħruġ”),

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju applikabbli għall-kummerċ intra-Unjoni ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha, flimkien mal-Artikolu 131 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1742 (3) ġiet adottata wara tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) tas-sottotip H5N8 f’azjendi fejn jinżamm il-pollam jew għasafar oħra tat-trobbija fir-Renju Unit, u wara l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza mill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (4).

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1742 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti mir-Renju Unit, f’konformità mad-Direttiva 2005/94/KE, iridu jinkludu tal-anqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(3)

Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1742, ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni b’tifqigħat ġodda ta’ HPAI tas-sottotip H5N8 f’azjendi fejn jinżamm il-pollam jew għasafar oħra tat-trobbija f’Leicestershire u f’Yorkshire tat-Tramuntana, u li ħa l-miżuri neċessarji meħtieġa f’konformità mad-Direttiva 2005/94/KE, inkluż l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza madwar dawn it-tifqigħat il-ġdida.

(4)

Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri b’kollaborazzjoni mar-Renju Unit, u ħarġet sodisfatta li l-fruntieri taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti mill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit, jinsabu ’l bogħod biżżejjed mill-azjendi fejn ġew ikkonfermati t-tifqigħat il-ġdida ta’ HPAI tas-sottotip H5N8.

(5)

Sabiex jiġi evitat kull disturb bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u biex jiġi evitat li pajjiżi terzi jimponu ostakli mhux iġġustifikati għall-kummerċ, jeħtieġ li jiġu deskritti malajr fil-livell tal-Unjoni, b’kollaborazzjoni mar-Renju Unit, iż-żoni l-ġodda ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti mir-Renju Unit f’konformità mad-Direttiva 2005/94/KE. Għaldaqstant, jenħtieġ li ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza elenkati għar-Renju Unit fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1742 jiġu emendati.

(6)

Bl-istess mod, jenħtieġ li jiġi emendat l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1742 biex jiġu aġġornati r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni biex jitqiesu ż-żoni l-ġodda ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti f’konformità mad-Direttiva 2005/94/KE mir-Renju Unit u t-tul ta’ żmien tar-restrizzjonijiet li japplikaw fihom.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1742 tiġi emendata skont dan.

(8)

Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni, rigward it-tixrid tal-HPAI tas-sottotip H5N8, huwa importanti li l-emendi lill-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1742 li qed isiru permezz ta’ din id-Deċiżjoni jidħlu fis-seħħ kemm jista’ jkun malajr.

(9)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1742 huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1742 tal-20 ta’ Novembru 2020 dwar ċerti miżuri protettivi fir-rigward ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fir-Renju Unit (ĠU L 392, 23.11.2020, p. 60).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).


ANNESS

ANNESS

PARTI A

Żona ta’ protezzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 1:

Ir-Renju Unit

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE

Those parts of Cheshire County (ADNS code 00140) contained within a circle of a radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N53.25 and W2.81

27.11.2020

Those parts of Herefordshire County (ADNS code 00051) contained within a circle of a radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N52.17 and W2.81

8.12.2020

Those parts of Leicestershire County (ADNS code 00152) contained within a circle of a radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N52.78 and W0.86

16.12.2020

Those parts of North Yorkshire County (ADNS code 00176) contained within a circle of a radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N54.30 and W1.47

23.12.2020

PARTI B

Żona ta’ sorveljanza kif imsemmi fl-Artikolu 1:

Ir-Renju Unit

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE

Those parts of Cheshire County (ADNS code 00140) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N53.25 and W2.81

6.12.2020

Those parts of Cheshire County (ADNS code 00140) contained within a circle of a radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N53.25 and W2.81

From 28.11.2020 until 6.12.2020

Those parts of Herefordshire County (ADNS code 00051) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N52.17 and W2.81

17.12.2020

Those parts of Herefordshire County (ADNS code 00051) contained within a circle of a radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N52.17 and W2.81

From 9.12.2020 until 17.12.2020

Those parts of Leicestershire County (ADNS code 00152) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N52.78 and W0.86

25.12.2020

Those parts of Leicestershire County (ADNS code 00152) contained within a circle of a radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N52.78 and W0.86

From 17.12.2020 until 25.12.2020

Those parts of North Yorkshire County (ADNS code 00176) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N54.30 and W1.47

31.12.2020

Those parts of North Yorkshire County (ADNS code 00176) contained within a circle of a radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N54.30and W1.47

From 24.12.2020 until 31.12.2020


Top