EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D0752

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/752 tas-27 ta’ Mejju 2020 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Belarussja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi

ST/12362/2019/REV/2

OJ L 180, 9.6.2020, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/752/oj

Related international agreement

9.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 180/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/752

tas-27 ta’ Mejju 2020

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Belarussja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1915 (2), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Belarussja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”) ġie ffirmat fit-8 ta’ Jannar 2020, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

(2)

Fid-Dikjarazzjoni tas-Summit tas-Sħubija tal-Lvant tas-7 ta’ Mejju 2009, l-Unjoni u l-pajjiżi sħab esprimew l-appoġġ politiku tagħhom lejn il-liberalizzazzjoni tar-reġim tal-viża f’ambjent sikur u affermaw mill-ġdid l-intenzjoni tagħhom li jieħdu passi gradwali lejn sistema mingħajr viża għaċ-ċittadini tagħhom fiż-żmien opportun.

(3)

L-iskop tal-Ftehim hu li jiffaċilita, fuq il-bażi ta’ reċiproċità, il-ħruġ ta’ viżi għal soġġorn intenzjonat ta’ mhux aktar minn 90 jum f’kull perijodu ta’ 180 jum għaċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-Belarussja.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda ma tiħux sehem skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (3); għalhekk l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(5)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(6)

Il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tas-sigurtà u l-integrità tas-sistema tal-Belarussja għall-ħruġ ta’ passaporti diplomatiċi bijometriċi u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom.

(7)

Il-Ftehim jenħtieġ li jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Belarussja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (4).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 14(1) tal-Ftehim (5).

Artikolu 3

Il-Kummissjoni Ewropea, megħjuna mir-rappreżentanti tal-Istati Membri, għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 12 tal-Ftehim.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

G. GRLIĆ RADMAN


(1)  Approvazzjoni tat-13 ta’ Mejju 2020 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1915 tal-14 ta’ Ottubru 2019 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Belarussja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi (ĠU L 297, 18.11.2019, p. 1).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(4)  Ara paġna 3 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(5)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi pubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


Top