This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D0170
Council Decision (CFSP) 2020/170 of 6 February 2020 amending Decision 2010/231/CFSP concerning restrictive measures against Somalia
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/170 tas-6 ta’ Frar 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2010/231/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/170 tas-6 ta’ Frar 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2010/231/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja
ST/13666/2019/INIT
ĠU L 36, 7.2.2020, p. 5–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
7.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 36/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/170
tas-6 ta’ Frar 2020
li temenda d-Deċiżjoni 2010/231/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta’ April 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/231/PESK (1). |
(2) |
Fil-15 ta’ Novembru 2019, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2498 (2019). Dik ir-Riżoluzzjoni tafferma mill-ġdid embargo ġenerali u sħiħ fuq l-armi fuq is-Somalja u temenda l-eżenzjonijiet, l-approvazzjonijiet bil-quddiem u n-notifiki dwar il-kunsinna ta’ armi u materjali relatati lejn is-Somalja. Ir-Riżoluzzjoni tafferma mill-ġdid il-projbizzjoni fuq l-importazzjoni tal-faħam mis-Somalja, u tintroduċi wkoll restrizzjonijiet fuq il-bejgħ, il-forniment u t-trasferiment ta’ apparat esplożiv improvviżat lejn is-Somalja. |
(3) |
Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/231/PESK tiġi emendata skont dan. |
(4) |
Hija neċessarja aktar azzjoni mill-Unjoni biex jiġu implimentati ċerti miżuri f’din id-Deċiżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2010/231/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 1c 1. Soġġett għall-Artikolu 1(3), il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment dirett jew indirett lis-Somalja ta’ komponenti ta’ apparat esplożiv improvviżat li jidhru fuq il-Lista Militari Komuni tal-UE, u li jingħataw fl-Anness IV għal din id-Deċiżjoni, minn ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri, għandu jkun ipprojbit kemm jekk joriġina u kif ukoll jekk ma joriġinax fit-territorji tagħhom. 2. Il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment dirett jew indirett lis-Somalja ta’ komponenti ta’ apparat esplożiv improvviżat oħra, kif elenkat fl-Anness V għal din id-Deċiżjoni, għandu jkun soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Huma m’għandhomx jagħtu din l-awtorizzazzjoni jekk ikun hemm biżżejjed evidenza li turi li l-oġġetti ser jintużaw, jew hemm riskju sinifikanti li jistgħu jintużaw, fil-manifattura fis-Somalja ta’ apparat esplożiv improvviżat. 3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bil-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment tal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 2 fi żmien 15-il jum ta’ xogħol wara li jsir il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment. In-notifiki għandu jkun fihom l-informazzjoni rilevanti kollha, inkluż l-iskop tal-użu tal-oġġetti, l-utent finali, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kwantità tal-oġġetti li jridu jiġu ttrasportati. Huma għandhom jiżguraw li l-Gvern Federali tas-Somalja u l-Istati Membri Federali jingħataw assistenza finanzjarja u assistenza teknika adegwata biex jistabbilixxu salvagwardji xierqa għall-ħażna u d-distribuzzjoni ta’ dawn il-materjali. 4. L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-eżerċizzju ta’ viġilanza minn persuni fiżiċi u ġuridiċi soġġetti għall-ġurisdizzjoni tagħhom, fir-rigward tal-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment dirett jew indirett ta’ prekursuri esplożivi u materjali lejn is-Somalja li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ apparat esplożiv improvviżat, minbarra l-oġġetti elenkati fl-Annessi IV u V għal din id-Deċiżjoni. L-Istati Membri għandhom iżommu reġistri tat-tranżazzjonijiet li jafu bihom rigward xiri suspettuż ta’ oġġetti oħra bħal dawn jew mistoqsijiet dwarhom minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi fis-Somalja, u għandhom jaqsmu din l-informazzjoni mal-Gvern Federali tas-Somalja, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet u l-Bord ta’ Esperti dwar is-Somalja.”. |
(3) |
l-Anness II jiġi sostitwit bl-Anness I għal din id-Deċiżjoni. |
(4) |
l-Anness III jiżdied kif stabbilit fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni. |
(5) |
l-Anness IV jiżdied kif stabbilit fl-Anness III għal dan id-Deċiżjoni. |
(6) |
l-Anness V jiżdied kif stabbilit fl-Anness IV għal dan id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
A. METELKO-ZGOMBIĆ
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta’ April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja u li tirrevoka l-Pożizzjoni Komuni 2009/138/PESK (ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17).
ANNESS I
“ANNESS II
LISTA TA’ PUNTI MSEMMIJA FIL-PUNT (F)(I) TAL-ARTIKOLU 1(3)
1.
Missili mill-art għas-sema, inklużi s-Sistemi ta’ Difiża li Jinġarru mill-Bniedem kontra Attakki mill-Ajru (MANPADS).
2.
Armi b’kalibru akbar minn 12,7 mm, u komponenti ddisinjati apposta għal dawn, u munizzjon assoċjat. (Dan ma jinkludix tagħmir li jispara r-rokits minn fuq l-ispallejn kontra t-tankijiet bħall-RPGs jew l-LAWs, granati tal-azzarini, jew tagħmir li jwaddab il-granati).
3.
Busijiet b’kalibru akbar minn 82 mm u munizzjon assoċjat.
4.
Armamenti ggwidati anti-tank, inklużi Missili Ggwidati Anti-tank (ATGMs) u munizzjon u komponenti speċjali ddisinjati għal dawn l-oġġetti.
5.
Kargi u apparat iddisinjati jew modifikati speċifikament għall-użu militari; mini u materjal relatat.
6.
Strumenti ottiċi ta’ mira għall-armi b’kapaċità ta’ viżjoni bil-lejl.
7.
Inġenji tal-ajru, iddisinjati jew modifikati speċifikament għall-użu militari (“Inġenji tal-ajru” tfisser inġenji tal-ajru bil-ġewnaħ fiss, ġewnaħ b’ġometrija varjabbli, ġewnaħ rotanti, rotor li jista’ jinklina jew vettura bil-ġewnaħ inklinat, jew ħelikopter).
8.
“Bastimenti” u vetturi amfibi ddisinjati jew modifikati speċifikament għall-użu militari. (“Bastiment” tinkludi kwalunkwe vapur, vettura b’effett tal-wiċċ, bastiment ta’ żona ta’ pjan tal-ilma żgħir jew aliskaf u l-buq jew parti tal-buq ta’ bastiment.)
9.
Vetturi tal-ajru għall-ġlied bla bdot (elenkati bħala Kategorija IV fir-Reġistru tan-NU ta’ Armi Konvenzjonali).
ANNESS II
“ANNESS III
LISTA TA’ PUNTI MSEMMIJA FIL-PUNTI (F)(II) U (III) TAL-ARTIKOLU 1(3)
1.
Kull tip ta’ arma b’kalibru sa 12,7 mm, u l-munizzjon assoċjat.
2.
RPG-7 u azzarini mingħajr imbuttatura wara l-isparatura, u l-munizzjon assoċjat.
3.
Elmi manifatturati skont standards jew speċifikazzjoni militari, jew standards nazzjonali komparabbli.
4.
Korazzi kontra l-balal jew ilbies protettiv, kif ġej:
(a) |
korazzi kontra l-balal ratba jew ilbies protettiv, manifatturati skont standards jew speċifikazzjonijiet militari, jew l-ekwivalenti tagħhom (standards jew speċifikazzjonijiet militari jinkludu, bħala minimu, speċifikazzjonijiet għal protezzjoni ta’ frammentazzjoni); |
(b) |
korazzi kontra l-balal iebsa li jipprovdu protezzjoni ballistika sal-livell III jew aktar (NIJ 0101.06 ta’ Lulju 2008) jew l-ekwivalenti nazzjonali. |
5.
Vetturi ta’ fuq l-art iddisinjati jew modifikati speċifikament għall-użu militari.
6.
Tagħmir ta’ komunikazzjoni ddisinjat jew immodifikat speċifikament għall-użu militari.
7.
Tagħmir għall-ippożizzjonar tas-Sistemi Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS), iddisinjat jew modifikat speċifikament għall-użu militari.
ANNESS III
“ANNESS IV
LISTA TA’ PUNTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1C(1)
1.
Tetril (trinitrofenilmetilnitrammina).
2.
Tagħmir li jkun kemm maħsub apposta għal użu militari u ddiżinjat apposta biex jattiva, jimmotorizza b’output operattiv ta’ darba, jispara jew jiddetona Apparat Splussiv Improvviżat (IEDs).
3.
“Teknoloġija”“meħtieġa” għall-“produzzjoni” jew l-“użu” tal-oġġetti elenkati fil-paragrafi 1 u 2. (Id-definizzjonijiet tat-termini “teknoloġija”, “meħtieġa”, “produzzjoni” u “użu” huma mill-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea (1).)
ANNESS IV
ANNESS V
LISTA TA’ PUNTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1C(2)
1.
Tagħmir u apparat, mhux speċifikat fil-punt 2 tal-Anness IV, li jkun iddiżinjat apposta biex jinizja splussivi b’mezzi elettriċi jew mhux elettriċi, (pereżempju, settijiet tal-isparar, detonaturi, tagħmir tat-tqabbid, ħabel detonanti).
2.
“Teknoloġija”“meħtieġa” għall-“produzzjoni” jew l-“użu” tal-oġġetti elenkati fil-paragrafu 1. (Id-definizzjonijiet tat-termini “teknoloġija”, “meħtieġa”, “produzzjoni” u “użu” jinsabu fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea.)
3.
Materjali splussivi, kif ġej, u taħlitiet li jkollhom waħda jew aktar minn dawn:
(a) |
Żejt Kombustibbli tan-Nitrat tal-Ammonju (ANFO); |
(b) |
Nitroċellulożju (li fih aktar minn 12.5 % nitroġenu skont il-piż); |
(c) |
Nitroglikol; |
(d) |
Tetranitrat tal-pentaeritritol (PETN); |
(e) |
Klorur tal-pikril; |
(f) |
2,4,6-Trinitrotoluwen (TNT). |
4.
Prekursuri ta’ splussivi:
(a) |
Nitrat tal-ammonju; |
(b) |
Nitrat tal-potassju; |
(c) |
Klorat tas-sodju; |
(d) |
Aċidu nitriku; |
(e) |
Aċidu sulfuriku. |