EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R2199R(02)

Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2199 tas-17 ta’ Ottubru 2019 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 tat-30 ta’ Diċembru 2019)

OJ L 72, 9.3.2020, p. 28–29 (BG, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
OJ L 72, 9.3.2020, p. 30–31 (ES)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/2199/corrigendum/2020-03-09/oj

9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/28


Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2199 tas-17 ta’ Ottubru 2019 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 tat-30 ta’ Diċembru 2019 )

Fil-paġna 163, il-punti 6A002.b sa 6A002.f jinbidlu b’dan li ġej:

‘b.

“Sensuri monospettrali li juru l-immaġni” u “sensuri multispettrali li juru l-immaġni”, iddisinjati għal applikazzjonjiet ta’ telerilevament u li għandhom kwalunkwe wieħed minn dan li ġej:

1.

Kamp ta’ viżjoni istantanju (IFOV) ta’ inqas minn 200 μrad (mikroradjanti); jew

2.

Speċifikati sabiex jaħdmu fil-medda tat-tul ta’ mewġ ta’ iżjed minn 400 nm iżda mhux iżjed minn 30 000 nm u li għandhom dan kollu li ġej:

a.

Jipprovdu ħruġ ta’ data tal-immaġni f’format diġitali; u

b.

Li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

“Kwalifikati għall-użu spazjali”; jew

2.

Iddisinjati għall-ħidma fl-ajru, bl-użu ta’ rilevaturi li mhumiex tas-siliċju, u li għandhom IFOV ta’ inqas minn 2,5 mrad (milliradjani);

Nota:

6A002.b.1. ma jikkontrollax “sensuri monospettrali li juru l-immaġn i” b’rispons massimu fil-medda tat-tulijiet ta’ mewġ ogħla minn 300 nm iżda mhux iktar minn 900 nm u li jinkorporaw biss xi wieħed minn dawn id-detetturi mhux “kwalifikati għall-użu spazjal i” jew “matriċijiet fuq pjan fokal i” mhux “kwalifikati għall-użu spazjal i” li ġejjin:

1.

Charge Coupled Devices (CCD) mhux iddisinjati jew modifikati biex jiksbu “multiplikazzjoni ta’ ċarġ”; jew

2.

Apparat Semikonduttur tal-Ossidu tal-Metall Komplimentari (CMOS) mhux iddisinjat jew modifikat biex jikseb “multiplikazzjoni taċ-ċarġ”.

c.

Tagħmir għall-immaġni ta’ ‘viżjoni diretta’ li jinkorpora xi wieħed minn dan li ġej:

1.

Tubi li jintensifikaw l-immaġni speċifikati f’6A002.a.2.a. jew 6A002.a.2.b.;

2.

“Matriċi fuq pjan fokali” speċifikati f’6A002.a.3.; jew

3.

Detetturi semikondutturi speċifikati f’6A002.a.1.;

Nota Teknika:

“Viżjoni diretta” tirreferi għal tagħmir għall-immaġni li juri immaġni viżiva lill-osservatur uman mingħajr ma jbiddel l-immaġni f’sinjal elettroniku għall-viżjoni televiżiva, u li ma jistax jirreġistra jew jaħżen l-immaġni b’mezzi fotografiċi, elettroniċi jew b’xi mezz ieħor.

Nota:

6A002.c. ma jikkontrollax it-tagħmir kif ġej, meta jinkorpora fotokatodi li mhumiex GaAs jew GaInAs:

a.

Sistemi ta’ allarm kontra l-intrużjoni industrijali jew ċivili, ta’ kontroll jew kunteġġ tat-traffiku jew tal-moviment fl-industrija;

b.

Tagħmir mediku;

c.

Tagħmir industrijali użat għall-ispezzjoni, l-issortjar jew l-analiżi tal-karatteristiċi tal-materjali;

d.

Detetturi tal-fjammi għall-fran industrijali;

e.

Tagħmir iddisinjat apposta għall-użu fil-laboratorju.

d.

Komponenti ta’ sapport speċjali għas-sensuri ottiċi, kif ġej:

1.

Sistemi ta’ tkessiħ krijoġeniċi “kwalifikati għall-użu spazjali”;

2.

Sistemi ta’ tkessiħ krijoġeniċi mhux “kwalifikati għall-użu spazjali” b’temperatura tas-sors li jkessaħ taħt il-218 K (-55 °C), kif ġej:

a.

Tip biċ-ċiklu magħluq b’Ħin Medju Qabel il-Ħsara (MTTF) jew Ħin Medju Bejn Ħsarat (MTBF) speċifikat, ta’ aktar minn 2 500 siegħa;

b.

Sistemi żgħar awtoregolatorji ta’ tkessiħ Joule-Thomson (JT) b’dijametri esterni tal-kanna ta’ inqas minn 8 mm;

3.

Fibri sensuri ottiċi fabbrikati apposta kompożizzjonalment jew strutturalment, jew modifikati b’kisja, sabiex ikunu sensittivi għall-effetti akustiċi, termiċi, inerzjali, elettromanjetiċi jew għar-radjazzjoni nukleari;

Nota:

6A002.d.3. ma jikkontrollax fibri sensuri ottiċi miġburin iddisinjati apposta għal applikazzjonijiet ta’ sensuri ta’ spieri.

e.

Mhux użat.

f.

“Ċirkwiti integrati tal-qari” (“Read-out integrated circuits, “ROIC”) ddisinjati apposta għal “matriċijiet fuq il-pjan fokali” speċifikati f’6A002.a.3.

Nota:

6A002.f. ma jikkontrollax “ċirkwiti integrati tal-qari” ddisinjati b’mod speċjali għall-applikazzjonijiet awtopropulsivi ċivili.

Nota Teknika:

“Ċirkwit integrat tal-qari” (“ROIC”) huwa ċirkwit integrat iddisnjat biex ikun sottostanti għal “matriċi fuq il-pjan lokali” (focal plane array, “FPA”) jew marbut miegħu, u jintuża biex jaqra (jiġifieri jislet u jirreġistra) sinjali prodotti mill-elementi tad-detettur. Mill-inqas, ir-“ROIC” jaqra ċ-ċarġ mill-elementi tad-detettur billi jislet iċ-ċarġ u japplika funzjoni ta’ multiplexing b’mod li jżomm il-pożizzjoni spazjali relattiva u l-informazzjoni tal-orjentazzjoni tal-elementi tad-detettur għall-ipproċesar fir-“ROIC” u barra minnu.’


Top