EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R2181

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2181 tas-16 ta’ Diċembru 2019 li jispeċifika karatteristiċi tekniċi fir-rigward ta’ punti komuni għal diversi settijiet tad-data skont ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2019/8842

OJ L 330, 20.12.2019, p. 16–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/2181/oj

20.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/16


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2181

tas-16 ta’ Diċembru 2019

li jispeċifika karatteristiċi tekniċi fir-rigward ta’ punti komuni għal diversi settijiet tad-data skont ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fil-livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008, u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ċerti punti statistiċi huma komuni għal diversi settijiet tad-data fost is-seba’ dominji kollha stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2019/1700. Fl-interess tal-komparabbiltà u biex ikunu żgurati l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni uniformi tagħhom madwar l-Unjoni, jenħtieġ jiġu speċifikati l-karatteristiċi tekniċi elenkati fl-Artikolu 7(2) ta’ dak ir-Regolament u dawn jenħtieġ japplikaw għad-dominji kollha.

(2)

L-istatistika hi meħtieġa kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell reġjonali. L-Istati Membri jenħtieġ jittrażmettu statistika lill-Kummissjoni mqassma skont l-unitajiet territorjali. Biex tiġi stabbilita statistika reġjonali komparabbli, id-data dwar l-unitajiet territorjali jenħtieġ għalhekk tingħata skont il-klassifikazzjoni NUTS.

(3)

L-istatistika dwar l-edukazzjoni, l-okkupazzjoni u s-setturi ekonomiċi jenħtieġ tkun komparabbli internazzjonalment, u għalhekk l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jenħtieġ jużaw klassifikazzjonijiet statistiċi li huma kompatibbli mal-klassifikazzjonijiet ISCED (2), ISCO (3) u NACE (4).

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-karatteristiċi tekniċi tal-popolazzjonijiet statistiċi u l-unitajiet tal-osservazzjoni, kif ukoll deskrizzjonijiet tal-varjabbli u tal-klassifikazzjonijiet statistiċi, għall-punti komuni għal diversi settijiet tad-data koperti mir-Regolament (UE) 2019/1700.

Artikolu 2

Definizzjonijiet użati biex jiġu speċifikati l-karatteristiċi tekniċi tas-settijiet tad-data

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“abitazzjoni” jew “unità residenzjali” tfisser binja, parti minnha, stabbiliment ieħor jew post tal-abitazzjoni użat għall-abitazzjoni tal-bnedmin, u tinkludi “abitazzjonijiet konvenzjonali” u “unitajiet oħra tal-akkomodazzjoni” kif definiti fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1201/2009 (5);

(2)

“unità domestika ta’ persuna waħda” tfisser unità domestika privata li fiha tgħix waħedha f’unità residenzjali separata, jew li tokkupa, bħala kerrej, xi kamra (jew kmamar) separata/i iżda li ma tikkondividix ma’ xi wieħed mill-okkupanti l-oħra tal-unità residenzjali biex tifforma parti minn unità domestika ta’ diversi persuni;

(3)

“unità domestika privata ta’ diversi persuni” tfisser unità domestika privata li fiha normalment jgħix grupp ta’ żewġ persuni jew aktar ġo unità residenzjali jew ġo parti minn unità residenzjali u li jikkondividi l-introjtu jew l-ispejjeż tal-unità domestika mal-membri l-oħra tal-unità domestika;

(4)

“membru tal-unità domestika” tfisser ir-residenza abitwali ta’ unità domestika privata;

(5)

“dar tal-familja” tfisser unità residenzjali okkupata mill-membri ta’ unità domestika ta’ diversi persuni, u minn persuna li tqatta’ xi ħin band’oħra iżda li żżomm rabtiet mill-qrib mal-membri tal-unità domestika privata ta’ diversi persuni, speċjalment permezz ta’ relazzjonijiet familjari jew soġġorni regolari;

(6)

“kondiviżjoni tal-introjtu tal-unità domestika” tfisser li persuna tikkontribwixxi għall-introjtu ta’ unità domestika privata jew li tibbenefika minn introjtu ta’ unità domestika privata, jew it-tnejn li huma;

(7)

“spejjeż tal-unità domestika” tfisser l-ispejjeż imġarrba minn membri ta’ unità domestika privata biex ikollhom l-essenzjali għall-għajxien. Dawn jinkludu l-ispejjeż relatati mad-dar (jiġifieri l-kera, l-imposti tad-dar jew tal-appartament, u l-assigurazzjoni residenzjali) kif ukoll spejjeż oħra relatati mal-ħajja ta’ kuljum, fosthom ħtiġijiet bħall-ikel, il-ħwejjeġ, il-prodotti sanitarji, l-għamara, it-tagħmir u l-utensili, l-ivvjaġġar minn post għall-ieħor u trasport ieħor, il-kura medika u l-assigurazzjoni, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-attivitajiet sportivi u divertenti u l-vaganzi;

(8)

“istituzzjoni” tfisser korp jew stabbiliment ġuridiku li jipprovdu akkomodazzjoni fit-tul lil grupp ta’ persuni u l-faċilitajiet u s-servizzi meħtieġa għall-ħajja ta’ kuljum. Il-maġġoranza tal-istituzzjonijiet jaqgħu fil-kategoriji li ġejjin:

sptarijiet, djar għall-konvalexxenza, stabbilimenti għall-persuni b’diżabbiltà, istituzzjonijiet psikjatriċi, djar tal-anzjani u djar tal-kura;

faċilitajiet tal-għajxien assistit u istituzzjonijiet tal-assistenza soċjali, inkluż dawk għall-persuni mingħajr saqaf, dawk li jitolbu l-ażil jew ir-refuġjati;

kampijiet militari u każermi;

istituzzjonijiet korrettivi u penali, ċentri taż-żamma u ta’ kustodja, ħabsijiet;

istituzzjonijiet reliġjużi;

dormitorji tal-istudenti terzjarji (skont arranġamenti speċifiċi).

Artikolu 3

Karatteristiċi tekniċi tal-popolazzjonijiet statistiċi u tal-unitajiet tal-osservazzjoni

1.   L-unitajiet tal-osservazzjoni għandhom ikunu unitajiet domestiċi privati jew membri ta’ unitajiet domestiċi privati.

2.   Meta persuna tkun tgħix regolarment f’iżjed minn abitazzjoni waħda, l-abitazzjoni li fiha din il-persuna tqattal-iżjed ħin tul is-sena għandha titqies bħala r-residenza abitwali tagħha, irrispettivament minn jekk din tkunx qiegħda band’oħra fil-pajjiż jew barra mill-pajjiż.

3.   Waqt l-applikazzjoni tal-kunċett statistiku ta’ residenza abitwali, il-każijiet partikolari għandhom jiġu trattati kif previst fl-Artikolu 4.

4.   Il-persuni li jgħixu bħala residenti abitwali fil-lukandi għandhom, fil-prinċipju, jiġu esklużi mill-popolazzjoni tal-unitajiet domestiċi privati. Iżda jistgħu jitqiesu li jappartjenu għal dik il-popolazzjoni jekk is-sitwazzjoni tagħhom tkun definita hekk fil-pajjiż ta’ residenza tagħhom, u f’dan il-każ dan għandu jiġi deskritt b’mod ċar fir-rapport tal-kwalità msemmi fir-Regolament (UE) 2019/1700.

5.   L-unitajiet domestiċi privati jistgħu jeskludu lill-persuni li jkollhom bżonn kenn u sussistenza minn istituzzjoni u li, fid-data ta’ referenza (kif definita għal ġbir speċifiku tad-data), qattgħu, jew aktarx iqattgħu, 12-il xahar jew aktar jgħixu hemm.

6.   Il-persuni li jwettqu servizz militari obbligatorju (koskritti) huma inklużi fil-popolazzjoni tal-unitajiet domestiċi privati jekk is-servizz tagħhom idum inqas minn 12-il xahar jew jekk iqattgħu ħin sinifikanti fid-dar tal-familja u jiddependu fuq il-ġenituri tagħhom, il-kustodji legali tagħhom, jew membri oħra tal-familja waqt li jkunu qed iwettqu s-servizz militari obbligatorju. B’deroga, għall-finijiet tal-ġbir tad-data għad-dominju tal-forza tax-xogħol, il-koskritti kollha għandhom jiġu esklużi mill-popolazzjoni tal-unitajiet domestiċi privati.

7.   Il-persuni kollha li normalment huma residenti, irrispettivament minn jekk humiex relatati ma’ xi membri oħra tal-unità domestika privata, għandhom jitqiesu li huma membri ta’ unità domestika privata ta’ diversi persuni jekk dawn ikunu jikkondividu l-introjtu jew l-ispejjeż tal-unità domestika ma’ membri oħra tal-unità domestika. Il-koinkwilini jew il-kookkupanti ta’ unità residenzjali li huma bbażati fuq kondiviżjoni ta’ unità domestika u li jikkondividu biss l-ispejjeż relatati mal-unità domestika, iżda li ma jikkondividux l-introjtu tal-unità domestika, ma għandhomx jitqiesu bħala parti minn unità domestika privata ta’ diversi persuni li tokkupa din l-unità residenzjali, anki jekk dawn ikunu jikkondividu xi spejjeż sussidjarji oħra tal-unità domestika.

8.   Jekk ma jkunx fattibbli li jiġi stabbilit jekk humiex issodisfati l-kriterji għal unitajiet domestiċi privati ta’ persuna waħda jew ta’ diversi persuni, għandhom jitqiesu l-fehmiet tal-persuna intervistata dwar is-sitwazzjoni tagħha fil-konfront tal-persuni l-oħra residenti fl-abitazzjoni.

9.   Meta f’abitazzjoni waħda jkunu jeżistu diversi unitajiet domestiċi privati, l-Istati Membri għandhom jimmiraw li jirreġistraw id-data għall-unitajiet domestiċi kollha f’din l-abitazzjoni.

10.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jevitaw li jirreġistraw l-istess persuni darbtejn.

Artikolu 4

Każijiet partikolari waqt l-applikazzjoni tal-kunċett ta’ residenza abitwali

1.   Persuna li tul il-ġimgħa taħdem ’il bogħod mid-dar tal-familja u li normalment fi tmiem il-ġimgħa terġa’ lura fid-dar tal-familja għandha tqis id-dar tal-familja bħala r-residenza abitwali tagħha, irrispettivament minn jekk il-post tax-xogħol tagħha jkunx band’oħra fil-pajjiż jew barra mill-pajjiż.

2.   L-istudenti tal-iskola primarja u sekondarja li jkunu ’l bogħod mid-dar tal-familja waqt il-perjodu tal-iskola għandhom iqisu d-dar tal-familja tagħhom bħala l-post tar-residenza abitwali tagħhom irrispettivament minn jekk ikunux qed isegwu l-edukazzjoni tagħhom band’oħra fil-pajjiż jew barra mill-pajjiż.

3.   F’każ ta’ minuri dipendenti li jalterna bejn żewġ postijiet ta’ residenza, il-post fejn dan iqatta’ ħafna mill-ħin tiegħu għandu jitqies bħala r-residenza abitwali tiegħu.

Jekk il-minuri jqattal-istess ammont ta’ ħin maż-żewġ gwardjani legali jew mal-ġenituri, il-post tar-residenza abitwali ta’ dak il-minuri għandha tkun il-post ta’ residenza tal-gwardjan legali jew tal-ġenitur li jirċievi l-benefiċċji tat-tfal jew, il-post ta’ residenza tal-gwardjan legali jew tal-ġenitur li jikkontribwixxi l-aktar għall-ispejjeż relatati mal-minuri.

Jekk ma tkun tapplika l-ebda waħda minn dawn ta’ hawn fuq, il-post fejn ikun jinsab il-minuri fid-data ta’ referenza (kif definit għal ġbir speċifiku tad-data) għandu jitqies bħala r-residenza abitwali tiegħu.

Fil-każ ta’ ġbir tad-data lonġitudinali, it-tfal li jalternaw bejn żewġ postijiet ta’ residenza għandhom jitqiesu fl-istess post ta’ residenza waqt mewġiet differenti tal-ġbir tad-data, sakemm ma nbidlitx is-sitwazzjoni tal-ħajja.

4.   Għall-ġbir tad-data organizzat għad-dominju tal-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien u d-dominju tal-konsum, għandhom japplikaw dawn ir-regoli speċifiċi addizzjonali li ġejjin:

(a)

il-persuni li jgħixu barra mid-dar tal-familja tagħhom għal perjodu ta’ żmien estiż minħabba xogħol, irrispettivament minn jekk ikunux fil-pajjiż jew barra mill-pajjiż, għandhom iqisu d-dar tal-familja tagħhom bħala l-post ta’ residenza abitwali tagħhom jekk dawn ikunu qed jikkontribwixxu ġmielu għall-introjtu tal-unità domestika u ma jkunux residenti abitwali ta’ xi unità domestika privata oħra;

(b)

l-istudenti terzjarji li jkunu ’l bogħod mid-dar tal-familja tagħhom waqt li jkunu qed isegwu l-edukazzjoni tagħhom f’kulleġġ jew l-università, irrispettivament minn jekk ikunux band’oħra fil-pajjiż jew barra mill-pajjiż, għandhom iqisu d-dar tal-familja tagħhom bħala l-post ta’ residenza abitwali tagħhom jekk dawn ikunu qed jibbenefikaw mill-introjtu tal-unità domestika u ma jkunux residenzi abitwali ta’ xi unità domestika privata oħra.

F’każijiet debitament ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx ir-regoli stabbiliti f’dan il-paragrafu. F’dawk il-każijiet, l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu fir-rapporti tal-kwalità tagħhom il-kriterji applikati u għandhom jiżguraw ir-rappurtar xieraq tad-data dwar it-trasferimenti bejn l-unitajiet domestiċi, inkluż il-pagamenti f’isem l-istudent.

Ir-regoli stabbiliti f’dan il-paragrafu jistgħu japplikaw ukoll għad-dominji l-oħra, u f’dan il-każ l-applikazzjoni tagħhom għandha tkun deskritta fir-rapporti tal-kwalità.

Artikolu 5

Deskrizzjoni tal-varjabbli u l-klassifikazzjonijiet statistiċi

L-Anness ta’ dan ir-Regolament jistabbilixxi deskrizzjonijiet u klassifikazzjonijiet għall-varjabbli komuni għal diversi settijiet tad-data.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 261I, 14.10.2019, p. 1.

(2)  Il-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Edukazzjoni, il-verżjoni tal-2011,http://uis.unesco.org/sites/default/files/documents/international-standard-classification-of-education-isced-2011-en.pdf (disponibbli wkoll bl-Ingliż u bil-Franċiż).

(3)  Il-Klassifika Internazzjonali Standard tal-Impjiegi, il-verżjoni tal-2008,http://ec.europa.eu/eurostat/documents/1978984/6037342/ISCO-08.pdf (din il-verżjoni hi bl-Ingliż, iżda tista’ tinstab ukoll bil-Franċiż u bil-Ġermaniż).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1201/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-suġġetti u tal-kategorizzazzjonijiet tagħhom (ĠU L 329, 15.12.2009, p. 29).


ANNESS

Id-deskrizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet għall-varjabbli komuni għal diversi settijiet tad-data skont ir-Regolament (UE) 2019/1700

Isem il-varjabbli

Deskrizzjoni tal-varjabbli

Kategoriji (klassifikazzjonijiet) tal-varjabbli għat-trażmissjoni tad-data lill-Kummissjoni (il-Eurostat)

Ġeneru

Il-ġeneru hu l-kombinazzjoni ta’ karatteristiċi bijoloġiċi u fiżjoloġiċi li jiddefinixxu persuna bħala maskili jew femminili. Meta l-ġeneru bijoloġiku ta’ persuna ma jkunx magħruf, l-informazzjoni tista’ tinbidel b’informazzjoni mid-data amministrattiva jew il-ġeneru awtodikjarat (data tal-istħarriġ).

Raġel

Mara

Età fi snin magħluqa

L-età fi snin magħluqa hi l-età tal-persuna fl-aħħar għeluq sninha qabel id-data ta’ referenza tal-ġbir tad-data jew tal-intervista, jiġifieri l-intervall taż-żmien bejn id-data tat-twelid u d-data ta’ referenza, espress fi snin magħluqa.

L-informazzjoni li ġejja għandha tingħata għal dan il-varjabbli:

Sena tat-twelid

Jekk id-data ta’ għeluq is-snin tkunx għaddiet fid-data ta’ referenza jew le

Data ta’ referenza

Id-data ta’ referenza hi speċifika għal kull ġbir tad-data (dominju) kif speċifikat fil-leġiżlazzjoni korrispondenti ta’ implimentazzjoni. Iżda fil-każ ta’ pajjiżi li jużaw sistema integrata ta’ stħarriġijiet tal-unitajiet domestiċi b’ġimgħa ta’ referenza fissa, id-data ta’ referenza tkun l-aħħar jum tal-ġimgħa ta’ referenza.

Sena tat-twelid (4 ċifri)

Id-data ta’ għeluq is-snin tkunx għaddiet fid-data ta’ referenza jew le

Data ta’ referenza (JJ/XX/SSSS)

Sħab li jgħixu fl-istess unità domestika

Sħab li jgħixu fl-istess unità domestika privata huma persuni li jgħixu ma’ persuna oħra meqjusa bħala sieħeb/sieħba abbażi tal-arranġamenti tal-għajxien attwali tagħhom fl-unità domestika privata, irrispettivament minn jekk ir-relazzjoni mas-sieħeb/sieħba tkunx irreġistrata legalment (eż. żwieġ jew unjoni ċivili) jew relazzjoni de facto.

“Sieħeb/sieħba” jista’ jiġi definit skont l-istatus tar-relazzjoni legali (ir-raġel jew il-mara jew is-sieħeb/sieħba ċivili) jew de facto (is-sieħeb/sieħba jew il-konkubin(a)) tar-relazzjoni.

Persuna li tgħix ma’ sieħeb/sieħba legali jew de facto

Persuna li ma tgħixx ma’ sieħeb/sieħba legali jew de facto

Ebda risposta  (1)

Mhux applikabbli  (2)

Tip ta’ unità domestika

It-tip ta’ unità domestika hu definit minn kompożizzjoni ta’ unità domestika privata, fejn:

“Ġenitur waħdu” hu ġenitur li ma jgħixx ma’ sieħeb/sieħba (legali jew de facto) fl-istess unità domestika privata li jkollu ħafna mir-responsabilitajiet ta’ kuljum fit-trobbija tal-ulied.

It-termini “wild” jew “ulied/tfal” jirreferu għall-preżenza ta’ iben tifel jew subien jew ta’ bint tifla jew bniet fl-unità domestika, ta’ iben jew bint naturali jew adottati, jew ta’ iben jew bint il-mara jew ir-raġel. “Iben jew bint naturali jew adottati jew iben jew bint il-mara jew ir-raġel” tirreferi għal membru (bijoloġiku) naturali, adottat jew miż-żwieġ preċedenti tal-familja, irrispettivament mill-età jew mill-istatus tas-sħubija jew tar-relazzjoni, li jkollu r-residenza abitwali tiegħu fl-unità domestika privata ta’ mill-anqas wieħed mill-ġenituri. “Adozzjoni” tfisser it-teħid u t-trattament ta’ wild bijoloġiku ta’ ġenituri oħra daqslikieku kienu tal-persuna stess kif previst mil-liġijiet tal-pajjiż fejn permezz ta’ proċess ġudizzjarju l-wild adottat — kemm jekk relatat jew le ma’ min jadottah — jikseb id-drittijiet u l-istatus ta’ wild bijoloġiku mwieled mill-ġenituri li jadottawh. “Iben jew bint il-mara jew ir-raġel” tirreferi għal sitwazzjoni meta ġenitur bi żwieġ ieħor jittratta wild is-sieħeb/sieħba tiegħu daqslikieku tiegħu sa fejn previst mil-liġijiet tal-pajjiż, mingħajr ma jadottah; it-tfal fosterjati u t-tfal tar-rispett mhumiex koperti minn din il-kategorija.

“Koppja” hi definita bħala par individwi meqjusa bħala sħab f’termini tal-arranġamenti tal-għajxien attwali tagħhom fl-unità domestika, irrispettivament minn jekk ir-relazzjoni mas-sieħeb/sieħba tkunx relazzjoni rreġistrata legalment (eż. żwieġ jew unjoni ċivili) jew de facto (konkubini).

Tipi oħra ta’ unitajiet domestiċi huma dawk li ma jaqgħux f’xi waħda mill-kategoriji ta’ hawn fuq

Unità domestika b’persuna waħda

Ġenitur waħdu b’mill-inqas wild wieħed li għandu inqas minn 25 sena

Ġenitur waħdu bit-tfal li lkoll għandhom 25 sena jew aktar

Koppja mingħajr tfal

Koppja b’mill-inqas wild wieħed li għandu inqas minn 25 sena

Koppja bit-tfal li lkoll għandhom 25 sena jew aktar

Tip ieħor ta’ unità domestika

Ebda risposta (1)

Status tal-attività ewlenija (awtodefinit)

L-istatus awtodefinit tal-attività ewlenija hu l-perċezzjoni proprja tal-persuna tal-aktar attività attwali importanti li tiddeskrivi kif il-persuna tipperċepixxi primarjament lilha nnifisha. Filwaqt li għal persuna partikolari jaf ikun japplika aktar minn status ta’ attività wieħed, l-aktar wieħed importanti hu dak meqjus mill-perċezzjoni tal-persuna stess u li jirreferi għas-sitwazzjoni attwali.

Il-kategorija “servizz militari jew ċivili obbligatorju” jaf ma tkunx tapplika f’xi pajjiżi, u f’dan il-każ għandha titneħħa.

Impjegata

Qiegħda

Irtirata

Inkapaċi taħdem minħabba problemi ta’ saħħa dejjiema

Studenta

Twettaq kompiti domestiċi

Servizz militari jew ċivili obbligatorju (jekk applikabbli)

Oħrajn

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Impjieg ewlieni full-time jew part-time (awtodefinit)

Il-varjabbli jiddeskrivi l-involviment tas-soltu tal-ħin fl-impjieg ewlieni ta’ persuna b’impjieg, abbażi tal-perċezzjoni tal-persuna stess (jiġifieri, awtodefinit) tas-sigħat tas-soltu maħduma fl-impjieg ewlieni.

Il-varjabbli jiddistingwi bejn impjiegi full-time jew part-time. It-terminu “impjieg” jintuża b’referenza għall-impjieg. Persuna li taħdem f’impjieg part-time normalment taħdem anqas sigħat minn ħaddiem full-time paragunabbli. Id-distinzjoni tirreferi għas-sigħat li persuna taħdem normalment fl-impjieg ewlieni tul perjodu ta’ referenza itwal u dan jiġi awtodefinit, jiġifieri l-persuna trid tiddeċiedi jekk l-impjieg ewlieni tagħha fil-kuntest tal-professjoni jew tal-intrapriża tagħha hux part-time jew full-time.

Impjieg full-time

Impjieg part-time

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Status tal-impjieg fl-impjieg ewlieni

Il-varjabbli hu bbażat fuq il-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Istatus fl-Impjieg (l-ICSE) u jirreferi għall-impjieg ewlieni ta’ persuna fl-impjieg, kif ġej:

Persuni li jaħdmu għal rashom bl-impjegati — persuni li jaħdmu fin-negozju, fil-prattika professjonali jew fl-azjenda agrikola tagħhom stess għall-fini li jagħmlu qligħ permezz tal-oġġetti jew tas-servizzi prodotti, u li jimpjegaw tal-anqas persuna waħda oħra.

Persuni li jaħdmu għal rashom mingħajr impjegati — persuni li jaħdmu fin-negozju, fil-prattika professjonali jew fl-azjenda agrikola tagħhom stess għall-fini li jagħmlu qligħ permezz tal-oġġetti jew tas-servizzi prodotti, u li ma jimpjegawx persuni oħra.

Impjegati — persuni li jaħdmu għal impjegatur pubbliku jew privat abbażi ta’ kuntratt bil-miktub jew verbali u li jirċievu pagament ta’ flus kontanti jew in natura.

Ħaddiema tal-familja (bla ħlas) — persuni li jgħinu lil membru ieħor tal-familja fit-tmexxija ta’ azjenda agrikola jew negozju ieħor tal-familja, diment li dawn ma jkunux jitqiesu bħala impjegati fis-sens li ma jistgħux jirċievu ħlas għal xogħolhom.

Persuna li taħdem għal rasha bl-impjegati

Persuna li taħdem għal rasha mingħajr impjegati

Impjegata

Ħaddiema tal-familja (bla ħlas)

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Attività ekonomika tal-unità lokali għall-impjieg ewlieni

Il-varjabbli jiddetermina s-settur jew l-attività ekonomiċi tal-unità lokali (l-intrapriża) li fiha jinsab l-impjieg ewlieni — ta’ persuna fl-impjieg — skont il-kategoriji stabbiliti mill-Klassifikazzjoni Statistika tal-Attivitajiet Ekonomiċi (NACE  (3) Rev. 2).

Il-livell ta’ dettall meħtieġ (livell ta’ 1, 2 jew 3 ċifri) hu speċifiku għall-kuntest għal kull ġbir tal-mikrodata:

NACE Rev. 2

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Okkupazzjoni fl-impjieg ewlieni

Il-varjabbli jiddetermina l-okkupazzjoni fl-impjieg ewlieni ta’ persuna fl-impjieg, klassifikata skont il-kategoriji stabbiliti mill-Klassifika Internazzjonali Standard tal-Impjiegi, il-verżjoni tal-2008 (ISCO-08)  (4).

Il-livell ta’ dettall meħtieġ (livell ta’ 2 jew 4 ċifri) hu speċifiku għall-kuntest għal kull ġbir tal-mikrodata:

ISCO-08

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Livell edukattiv milħuq

Il-livell edukattiv milħuq ta’ individwu hu l-ogħla livell ISCED (Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Edukazzjoni 2011  (5)) li ntemm b’suċċess. It-tlestija b’suċċess ta’ programm edukattiv hi vvalidata bi kwalifika rikonoxxuta uffiċjalment mill-awtoritajiet edukattivi nazzjonali rilevanti jew rikonoxxuta bħala ekwivalenti għal kwalifika oħra tal-edukazzjoni formali. Għall-pajjiżi li l-programmi edukattivi tagħhom, b’mod partikolari dawk li jappartjenu għal-livelli 1 u 2 tal-ISCED, ma jwasslux għal kwalifika, jista’ jintuża l-kriterju ta’ attendenza sħiħa tal-programm u ta’ kisba normali tal-aċċess għal livell edukattiv ogħla. Meta jiġi ddeterminat l-ogħla livell, jenħtieġ jitqiesu kemm l-edukazzjoni ġenerali kif ukoll dik vokazzjonali.

Il-kunċett ta’ “tlestija b’suċċess ta’ programm tal-edukazzjoni” tipikament jikkorrispondi għas-sitwazzjoni meta student jattendi korsijiet jew klassijiet u jikseb il-kwalifika finali relatata ma’ programm tal-edukazzjoni formali. F’dan ir-rigward, il-livell edukattiv milħuq jikkorrispondi għall-ogħla livell li ntemm b’suċċess fil-ġerarkija tal-ISCED.

Il-livell edukattiv milħuq hu ddefinit skont l-ISCED.

Il-kategorija “Mhux applikabbli” trid tintuża biex jingħaddu l-unitajiet statistiċi li huma parti mill-popolazzjoni tas-sors tad-data iżda li għalihom b’mod sistematiku ma tirrapporta l-ebda informazzjoni dwar il-varjabbli (eż. persuni taħt ċerta età).

Il-livell ta’ dettall tal-informazzjoni hu speċifiku għall-kuntest għal kull ġbir tad-data (id-dominju). Għal kull kategorija hemm indikati kodiċijiet ISCED-A fejn ikun hemm relazzjoni ta’ wieħed ma’ wieħed bejn kategorija u l-kodiċi Kategoriji addizzjonali huma speċifikati għal sitwazzjonijiet ta’ informazzjoni mhux kompluta dwar l-aċċess għall-edukazzjoni terzjarja jew l-orjentazzjoni kkunsidrati:

L-ebda edukazzjoni formali jew anqas mill-ISCED 1

0

ISCED 1 — Edukazzjoni primarja

1

ISCED 2 — Edukazzjoni sekondarja bażika

2

ISCED 3 — Edukazzjoni sekondarja għolja

3

ISCED 3 — Edukazzjoni sekondarja għolja — ġenerali

34

ISCED 3 — Edukazzjoni sekondarja għolja (ġenerali) — tlestija parzjali tal-livell, mingħajr aċċess dirett għall-edukazzjoni terzjarja

342

ISCED 3 — Edukazzjoni sekondarja għolja (ġenerali) — tlestija tal-livell, mingħajr aċċess dirett għall-edukazzjoni terzjarja

343

ISCED 3 — Edukazzjoni sekondarja ġenerali (ġenerali) — tlestija tal-livell, b’aċċess dirett għall-edukazzjoni terzjarja

344

ISCED 3 — Edukazzjoni sekondarja għolja (ġenerali) — mingħajr distinzjoni possibbli tal-aċċess għall-edukazzjoni terzjarja

-

ISCED 3 — Edukazzjoni sekondarja għolja — vokazzjonali

35

ISCED 3dukazzjoni sekondarja għolja (vokazzjonali) — tlestija parzjali tal-livell, mingħajr aċċess dirett għall-edukazzjoni terzjarja

352

ISCED 3 — Edukazzjoni sekondarja għaolja (vokazzjonali) — tlestija tal-livell, mingħajr aċċess dirett għall-edukazzjoni terzjarja

353

ISCED 3 — Edukazzjoni sekondarja għolja (vokazzjonali) — tlestija tal-livell, b’aċċess dirett għall-edukazzjoni terzjarja

354

ISCED 3 — Edukazzjoni sekondarja għolja (vokazzjonali) — mingħajr distinzjoni possibbli tal-aċċess għall-edukazzjoni terzjarja

-

ISCED 3 — Edukazzjoni sekondarja għolja — orjentazzjoni mhux magħrufa

-

ISCED 3 — Edukazzjoni sekondarja għolja (orjentazzjoni mhux magħrufa) — tlestija parzjali tal-livell, mingħajr aċċess dirett għall-edukazzjoni terzjarja

-

ISCED 3 — Edukazzjoni sekondarja għolja (orjentazzjoni mhux magħrufa) — tlestija tal-livell, mingħajr aċċess dirett għall-edukazzjoni terzjarja

-

ISCED 3 — Edukazzjoni sekondarja għolja (orjentazzjoni mhux magħrufa) — tlestija tal-livell, b’aċċess dirett għall-edukazzjoni terzjarja

-

ISCED 3 — Edukazzjoni sekondarja għolja (orjentazzjoni mhux magħrufa) — mingħajr distinzjoni possibbli tal-aċċess għall-edukazzjoni terzjarja

-

ISCED 4 — Edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja

4

ISCED 4 — Edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja — ġenerali

44

ISCED 4 — Edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja — vokazzjonali

45

ISCED 4 — Edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja — orjentazzjoni mhux magħrufa

-

ISCED 5 — Edukazzjoni terzjarja f’ċikli qosra

5

ISCED 5 — Edukazzjoni terzjarja f’ċikli qosra — ġenerali

54

ISCED 5 — Edukazzjoni terzjarja f’ċikli qosra — vokazzjonali

55

ISCED 5 — Edukazzjoni terzjarja f’ċikli qosra — orjentazzjoni mhux magħrufa

-

ISCED 6 — Baċellerat jew livell ekwivalenti

6

ISCED 7 — Masters jew livell ekwivalenti

7

ISCED 8 — Dottorat jew livell ekwivalenti

8

Ebda risposta

 

Mhux applikabbli

 

Pajjiż tat-twelid

Il-pajjiż tat-twelid ta’ individwu hu ddefinit bħala l-pajjiż tar-residenza abitwali ta’ omm l-individwu fil-ħin tal-ħlas, skont il-fruntieri nazzjonali attwali (u mhux skont il-fruntieri fis-seħħ fil-ħin tat-twelid).

Jekk l-informazzjoni dwar il-post tar-residenza abitwali tal-omm fil-ħin tal-ħlas ma tkunx disponibbli, għandu jiġi rrappurtat il-post fejn ikun seħħ it-twelid.

Il-lista tal-pajjiżi u l-kodiċijiet korrispondenti hi ddefinita skont il-lista tal-Kodiċi Standard tal-Eurostat (SCL) GEO  (6)

Pajjiż tat-twelid (Kodiċi tal-SCL GEO)

Twelid barra mill-pajjiż iżda l-pajjiż tat-twelid mhux magħruf

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Pajjiż taċ-ċittadinanza ewlenija

Il-varjabbli jirrapporta dwar il-pajjiż taċ-ċittadinanza ewlenija tal-persuna, definita bħala r-rabta legali partikolari bejn individwu u l-Istat tiegħu, miksuba bit-twelid jew b’naturalizzazzjoni, kemm jekk permezz ta’ dikjarazzjoni, għażla, żwieġ jew mezzi oħra skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Persuna li jkollha żewġ ċittadinanzi jew aktar għandha tiġi allokata lil pajjiż wieħed biss taċ-ċittadinanza, li jrid jiġi determinat skont din l-ordni ta’ prijorità:

il-pajjiż rapportatur,

jekk il-persuna ma jkollhiex iċ-ċittadinanza tal-pajjiż rapportatur: Stat Membru ieħor,

jekk il-persuna ma jkollhiex iċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru: pajjiż ieħor barra l-Unjoni.

F’każijiet oħra (eż. ċittadinanza doppja fejn iż-żewġ pajjiżi jkunu fl-Unjoni iżda l-ebda wieħed minnhom ma jkun il-pajjiż rapportatur), il-persuna tista’ tagħżel liema pajjiż taċ-ċittadinanza għandu jiġi rreġistrat jew, jekk din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, il-pajjiż rapportatur jista’ jiddetermina liema pajjiż taċ-ċittadinanza għandu jiġi allokat.

Il-lista tal-pajjiżi u l-kodiċijiet korrispondenti hi ddefinita skont il-lista tal-Kodiċi Standard tal-Eurostat (SCL) GEO (6).

Il-kategorija “Apolidi” tikkorrispondi għal persuna mingħajr ċittadinanza rikonoxxuta ta’ stat.

Pajjiż taċ-ċittadinanza ewlenija (il-kodiċi tal-SCL GEO)

Apolidi

Ċittadinanza barranija iżda l-pajjiż mhux magħruf

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Pajjiż tat-twelid tal-missier

Il-varjabbli jirrapporta dwar il-pajjiż tat-twelid ta’ missier il-persuna, jiġifieri l-pajjiż tar-residenza abitwali (bil-fruntieri attwali tiegħu, jekk l-informazzjoni tkun disponibbli) ta’ omm il-missier il-persuna fil-ħin tal-ħlas tiegħu, jew, fin-nuqqas ta’ dan, il-pajjiż (bil-fruntieri attwali tiegħu, jekk l-informazzjoni tkun disponibbli) li fih seħħ it-twelid ta’ missier il-persuna.

L-informazzjoni dwar il-pajjiż tat-twelid tal-missier trid tinkiseb skont l-istess regoli kif previsti għall-varjabbli “Pajjiż tat-twelid”.

Il-“missier” hu ġenitur maskili ta’ “iben jew bint”, li jkun (bijoloġiku) naturali, adottiv jew ir-raġel tal-omm/tal-missier bi żwieġ ieħor.

Jekk il-persuna jkollha mhux biss missier (bijoloġiku) naturali iżda anki eż. missier adottiv jew ir-raġel tal-omm/tal-missier bi żwieġ ieħor, il-pajjiż tat-twelid jenħtieġ jirreferi għal min tabilħaqq rabba lill-persuna u aġixxa bħala l-missier f’sens affettiv jew legali, eż. il-gwardjan raġel.

Jekk il-persuna jkollha ġenituri tal-istess ġeneru, li t-tnejn ikunu nisa, dan il-varjabbli jista’ jintuża biex jiġi rrappurtat il-pajjiż tat-twelid ta’ waħda mill-ommijiet.

Il-lista tal-pajjiżi u l-kodiċijiet korrispondenti hi ddefinita skont il-lista tal-Kodiċi Standard tal-Eurostat (SCL) GEO (6).

Pajjiż tat-twelid tal-missier (il-kodiċi tal-SCL GEO)

Missier twieled barra mill-pajjiż iżda l-pajjiż tat-twelid tal-missier mhux magħruf

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Pajjiż tat-twelid tal-omm

Il-varjabbli jirrapporta dwar il-pajjiż tat-twelid ta’ omm il-persuna, jiġifieri l-pajjiż tar-residenza abitwali (bil-fruntieri attwali tiegħu, jekk l-informazzjoni tkun disponibbli) ta’ omm l-omm il-persuna fil-ħin tal-ħlas tagħha jew, fin-nuqqas ta’ dan, il-pajjiż (bil-fruntieri attwali tiegħu, jekk l-informazzjoni tkun disponibbli) li fih seħħ it-twelid ta’ omm il-persuna.

L-informazzjoni dwar il-pajjiż tat-twelid tal-omm trid tinkiseb skont l-istess regoli kif previsti għall-varjabbli “Pajjiż tat-twelid”.

L-“omm” hi ġenitur mara ta’ “iben jew bint”, jew (bijoloġika) naturali, adottiva jew il-mara tal-missier/tal-omm bi żwieġ ieħor.

Jekk il-persuna jkollha mhux biss omm (bijoloġika) naturali iżda anki eż. missier adottiv jew il-mara tal-missier/tal-omm, il-pajjiż tat-twelid għandu jirreferi għal min tabilħaqq rabba lill-persuna u aġixxa bħala omm f’sens affettiv jew legali, eż. il-gwardjana mara.

Jekk il-persuna jkollha ġenituri tal-istess ġeneru, li t-tnejn ikunu rġiel, dan il-varjabbli jista’ jintuża biex jiġi rrappurtat il-pajjiż tat-twelid ta’ wieħed mill-missirijiet.

Il-lista tal-pajjiżi u l-kodiċijiet korrispondenti hi ddefinita skont il-lista tal-Kodiċi Standard tal-Eurostat (SCL) GEO (6).

Pajjiż tat-twelid tal-omm (Kodiċi tal-SCL GEO)

Omm twieldet barra mill-pajjiż iżda l-pajjiż tat-twelid tal-omm mhux magħruf

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Pajjiż ta’ residenza

Il-pajjiż ta’ residenza hu l-pajjiż li fih il-persuna jew l-unità domestika għandha r-residenza abitwali tagħha, skont il-fruntieri nazzjonali kurrenti.

Il-lista tal-pajjiżi u l-kodiċijiet korrispondenti hi ddefinita skont il-lista tal-Kodiċi Standard tal-Eurostat (SCL) GEO (6).

Pajjiż ta’ residenza (il-kodiċi tal-SCL GEO)

Reġjun ta’ residenza

Ir-reġjun ta’ residenza hu r-reġjun, fil-pajjiż ta’ residenza li fih il-persuna jew l-unità domestika għandha r-residenza abitwali tagħha, definit għall-Istati Membri abbażi tan-Nomenklatura tal-Unitajiet Territorjali għall-Istatistika (NUTS) imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 u fl-Anness I tiegħu.

Il-livell ta’ dettall (NUTS 1, 2 jew 3) hu speċifiku għall-kuntest għal kull ġbir tal-mikrodata:

Reġjun ta’ residenza (il-kodiċi NUTS)

Grad ta’ urbanizzazzjoni

Il-varjabbli jirrapporta dwar il-grad ta’ urbanizzazzjoni taż-żona li fiha l-persuna jew l-unità domestika għandha r-residenza abitwali tagħha, permezz tal-klassifikazzjoni tal-Unitajiet Amministrattivi Lokali (LAU) f’wieħed mit-tliet tipi ta’ żona:

1.

“Bliet”— żoni b’densità għolja ta’ popolazzjoni fejn tal-anqas 50 % tal-popolazzjoni tgħix f’ċentru urban.

2.

“Bliet żgħar u subborgi”— żoni b’densità intermedja fejn tal-anqas 50 % tal-popolazzjoni tgħix f’raggruppamenti urbani, iżda li mhumiex “bliet”.

3.

“Żoni rurali”— żoni b’popolazzjoni sparsa fejn aktar minn 50 % tal-popolazzjoni tgħix f’ċelloli tal-grilja rurali.

Bliet

Bliet żgħar u subborgi

Żoni rurali

Grilja tal-unitajiet domestiċi

Il-grilja tal-unitajiet domestiċi tirrapporta dwar il-kompożizzjoni tal-unitajiet domestiċi privati u r-relazzjonijiet intra-familjari bejn il-membri tal-unitajiet domestiċi. Il-grilja tal-unitajiet domestiċi għandha tkun fil-forma ta’ matriċi li jkun fiha r-relazzjonijiet bejn kull wieħed mill-membri kollha tal-unità domestika, fejn kull ringiela u kolonna tkun tikkorrispondi għal membru wieħed tal-unità domestika, u fejn ir-relazzjoni bejn il-membri tkun indikata mill-kategoriji standard fiċ-ċelloli fejn jiltaqgħu r-ringiela u l-kolonna tal-membri rispettivi, kif ġej:

“Sieħeb/sieħba” għandu jiġi definit skont l-istatus tas-sħubija jew tar-relazzjoni legali jew de facto.

Ir-“raġel” jew il-“mara” jew is-“sieħeb/sieħba ċivili” għandhom jiġu identifikati skont l-istat ċivili legali, jiġifieri l-istatus konjugali (legali) ta’ kull individwu fir-rigward tal-liġijiet taż-żwieġ (jew l-użanzi) tal-pajjiż (jiġifieri l-istatus de jure), inkluż is-sħab ċivili. Il-membri ta’ koppji tal-istess ġeneru jistgħu jkunu r-“raġel” jew il-“mara” jew is-“sieħeb/sieħba ċivili” jekk dan jiġi konkluż skont il-liġijiet taż-żwieġ (jew l-użanzi) tal-pajjiż.

“Sieħeb/sieħba” jew “konkubin” hu identifikat skont ir-relazzjoni de facto, jiġifieri l-istatus tas-sħubija jew tar-relazzjoni ta’ kull individwu f’termini tal-arranġamenti tal-għajxien attwali tiegħu fl-unità domestika.

“Iben” jew “bint”, kemm jekk naturali jew adottati jew iben jew bint miż-żwieġ ta’ qabel.

“Iben jew bint naturali naturali jew adottati” jew “iben jew bint il-mara jew ir-raġel” tirreferi għal membru (bijoloġiku) naturali, adottat jew miż-żwieġ ta’ qabel tal-familja (irrispettivament mill-età jew mill-istatus tas-sħubija jew tar-relazzjoni) li jkollu r-residenza abitwali fl-unità domestika ta’ mill-anqas wieħed mill-ġenituri. “Adozzjoni” tfisser it-teħid u t-trattament ta’ wild bijoloġiku ta’ ġenituri oħra daqslikieku tal-persuna adottiva stess sa fejn dan ikun previst mil-liġijiet tal-pajjiż. Permezz ta’ proċess ġudizzjarju, sew jekk relatat mal-adottatur u sew jekk le, il-wild adottat jikseb id-drittijiet u l-istatus ta’ wild bijoloġiku mwieled għall-ġenituri adottivi.

“Iben jew bint miż-żwieġ ta’ qabel” tirreferi għal sitwazzjoni meta ġenitur bi żwieġ ieħor jittratta lil wild is-sieħeb/sieħba tiegħu daqslikieku tiegħu sa fejn dan ikun previst mil-liġijiet tal-pajjiż, mingħajr ma jadottah.

“Iben jew bint tar-rispett” hi persuna li tkun is-sieħeb/sieħba legali jew de facto ta’ wild persuna.

“Neputi(ja)” tfisser il-wild ta’ wild ta’ persuna, inkluż it-tfal naturali, adottati u tar-rispett.

“Ġenitur” hu l-kontroparti tal-“iben jew bint naturali jew adottati” (ġenitur naturali jew adottiv) jew “iben jew bint miż-żwieġ ta’ qabel” (ġenitur bi żwieġ ieħor).

“Ġenitur tar-rispett” hi persuna li tkun ġenitur tas-sieħeb/sieħba legali jew de facto ta’ persuna.

“Nannu/a” tfisser ġenitur ta’ ġenitur ta’ persuna, inkluż il-ġenitur naturali, adottiv u bi żwieġ ieħor.

“Aħwa” tirreferi għal aħwa rġiel u nisa bijoloġiċi, adottivi jew bi żwieġ ieħor.

“Qarib ieħor” tirreferi għal qraba oħra mhux inklużi fil-lista msemmija fuq, bħall-kuġini, iz-zijiet jew in-neputijiet eċċ. u tkopri wkoll lin-neputijiet tar-rispett, in-nanniet tar-rispett u l-aħwa tar-rispett.

“Persuna oħra mhux qariba” tirreferi għal persuni mhux qraba, bħall-aupairs, il-ħbieb jew l-istudenti konkubini, eċċ. Anki t-tfal iffosterjati għandhom jiġu inklużi f’din il-kategorija.

Il-livell ta’ dettall tal-informazzjoni hu speċifiku għall-kuntest għal kull ġbir tal-mikrodata.

Sieħeb/sieħba

Ir-raġel jew il-mara jew is-sieħeb/sieħba ċivili

Sieħeb/sieħba jew konkubin(a)

Iben jew bint

Iben jew bint naturali jew adottati

Iben jew bint il-mara jew ir-raġel

Tifel jew tifla tar-rispett

Neputi(ja)

Ġenitur

Ġenitur naturali jew adottiv

Ġenitur bi żwieġ ieħor

Ġenitur tar-rispett

Nannu/a

Aħwa

Aħwa naturali

Aħwa tar-rispett

Qarib ieħor

Persuna oħra mhux qariba

Ebda risposta (1)

Daqs tal-unità domestika

Id-daqs tad-dar domestika hu definit bħala n-numru totali ta’ membri ta’ unità domestika privata.

Il-varjabbli jipprovdi informazzjoni dwar in-numru eżatt tal-membri tal-unità domestika.

Numru totali tal-membri tal-unità domestika

Ebda risposta

Stat tal-pussess tal-unità domestika

Il-varjabbli jirreferi għall-arranġamenti li skont dawn unità domestika privata tokkupa unità tal-abitazzjoni kollha jew parti minnha, fejn:

Il-kategoriji “Sid b’ipoteka pendenti” u “Sid mingħajr ipoteka pendenti” iridu jintużaw għall-unitajiet domestiċi privati fejn tal-anqas membru wieħed ta’ dik l-unità domestika jkun is-sid tal-unità tal-abitazzjoni fejn tgħix l-unità domestika, irrispettivament minn jekk xi membru ieħor tal-unità domestika hux inkwilin tal-unità tal-abitazzjoni kollha jew ta’ parti minnha. Persuna hi sid jekk ikollha titolu, indipendentement minn jekk id-dar tkunx tħallset kollha jew le. Sid tar-riverżjoni għandu jitqies bħala s-sid.

Il-kategorija “Sid b’ipoteka pendenti” tapplika għas-sitwazzjonijiet meta s-sid ikollu jħallas tal-anqas ipoteka pendenti waħda jew l-imgħax pendenti fuq l-ipoteka, jew it-tnejn, meħuda biex jixtri din l-unità tal-abitazzjoni.

Il-kategorija “Sid mingħajr ipoteka pendenti” tapplika għas-sitwazzjonijiet meta la hemm ipoteka pendenti u lanqas imgħax li għandu jitħallas lura fuq l-ipoteka. Il-ħlas ta’ ipoteki jew ta’ self fuq id-djar, jew it-tnejn, għal xi unità tal-abitazzjoni oħra (eż. għal abitazzjoni oħra) jew għal tiswijiet, għal rinnovazzjoni, għal manutenzjoni, jew għal xi skop mhux tal-abitazzjoni ma jikkwalifikax.

Il-kategoriji “inkwilin, kera bil-prezz tas-suq” jew “inkwilin, kera bi prezz imnaqqas” iridu jintużaw għall-unitajiet domestiċi li tagħhom tal-anqas membru wieħed ikun il-kerrej (unità tal-abitazzjoni mikrija mingħand is-sid) jew is-subinkwilin (unità tal-abitazzjoni sottomikrija mingħand xi ħadd li hu stess ikun inkwilin) tal-unità tal-abitazzjoni fejn ikun joqgħod, u fejn l-ebda membru ma jkun is-sid ta’ dik l-unità tal-abitazzjoni.

Il-kategorija “inkwilin, kera bil-prezz tas-suq” tapplika għall-unitajiet domestiċi li minnhom tal-anqas membru wieħed hu l-inkwilin jew is-subinkwilin li jħallas il-kera bi prezzijiet prevalenti jew tas-suq. Il-kategorija tapplika wkoll meta titħallas kera bil-prezz tas-suq iżda din tiġi rkuprata parzjalment jew kollha minn benefiċċji tal-akkomodazzjoni jew minn sorsi oħra, inkluż sorsi pubbliċi, tal-karità jew privati.

Il-kategorija “inkwilin, kera bi prezz imnaqqas” tkopri l-unitajiet domestiċi li jgħixu f’unitajiet tal-abitazzjoni bi prezz imnaqqas, jiġifieri bi prezz li jkun anqas mill-prezz tas-suq (iżda mhux mingħajr kera), u tinkludi l-każijiet meta t-tnaqqis fil-prezz jingħata:

(a)

bil-liġi

(b)

minħabba skema ta’ abitazzjoni soċjali

(c)

għal raġunijiet privati

(d)

minn impjegatur

Il-kategorija “inkwilin, mingħajr kera” tkopri l-unitajiet domestiċi li jgħixu f’unitajiet tal-abitazzjoni mingħajr kera, jiġifieri meta ma titħallas l-ebda kera, u tinkludi l-każijiet meta l-kera mingħajr ħlas tingħata

(a)

bil-liġi

(b)

minħabba skema ta’ abitazzjoni soċjali

(c)

għal raġunijiet privati

(d)

minn impjegatur

Il-kategorija “Mhux applikabbli” tkopri l-unitajiet domestiċi privati kollha li ma jgħixux f’abitazzjonijiet konvenzjonali kif definit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1201/2009.

Sid mingħajr ipoteka pendenti

Sid b’ipoteka pendenti

Inkwilin, kera bil-prezz tas-suq

Inkwilin, kera bi prezz imnaqqas

Inkwilin, mingħajr kera

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli

Introjtu kurrenti nett fix-xahar tal-unità domestika

Il-varjabbli jirrapporta dwar l-introjtu kurrenti nett fix-xahar ta’ unità domestika privata, jiġifieri t-total tal-introjtu tal-membri kollha tal-unità domestika riċevut individwalment jew kollha f’daqqa — inkluż l-introjtu minn impjieg, minn benefiċċji soċjali, u introjtu ieħor fi flus, u wara t-tnaqqis ta’ trasferimenti ta’ flus imħallsa lil unitajiet domestiċi oħra — wara t-taxxi u l-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni soċjali.

Il-varjabbli għandu l-għan li jipprovdi informazzjoni dwar l-introjtu tal-unità domestika li jibqa’ disponibbli biex jintefaq jew jiġġemma’ kull xahar bħala medja. Jekk l-introjtu tal-unità domestika jvarja sostanzjalment minn xahar għal xahar, trid tingħata stima tal-introjtu nett tipiku jew tas-soltu fix-xahar li tkun tirrifletti s-sitwazzjoni tal-introjtu kurrenti tal-unità domestika. Jekk l-introjtu tal-unità domestika fix-xahar ivarja sostanzjalment tul is-sena bħal fil-każ ta’ attività staġunali, trid tingħata l-medja fix-xahar tal-introjtu annwali.

L-introjtu kurrenti nett fix-xahar irid jingħata bħala introjtu kurrenti nett totali tal-unità domestika jew bħala wieħed mill-ħames gruppi ta’ introjtu ekwivalizzat.

Il-limiti bejn il-ħames gruppi ta’ introjtu ekwivalizzat huma determinati mill-kwintili tad-distribuzzjoni tal-varjabbli u huma definiti kif ġej:

“Grupp ta’ introjtu kurrenti nett ekwivalizzat fix-xahar aktar baxx” jikkorrispondi għall-unitajiet domestiċi b’livell ta’ introjtu ekwivalizzat anqas mill-ewwel kwintil.

“Grupp ta’ introjtu kurrenti nett ekwivalizzat fix-xahar baxx sa medju” jikkorrispondi għall-unitajiet domestiċi b’livell ta’ introjtu ekwivalizzat daqs jew akbar mill-ewwel kwintil u inqas mit-tieni kwintil.

“Grupp ta’ introjtu kurrenti nett ekwivalizzat fix-xahar medju” jikkorrispondi għall-unitajiet domestiċi b’livell ta’ introjtu ekwivalizzat daqs jew akbar mit-tieni kwintil u anqas mit-tielet kwintil.

“Grupp ta’ introjtu kurrenti nett ekwivalizzat fix-xahar medju sa għoli” jikkorrispondi għall-unitajiet domestiċi b’livell ta’ introjtu ekwivalizzat daqs jew akbar mit-tielet kwintil u anqas mir-raba’ kwintil.

“Grupp ta’ introjtu kurrenti nett ekwivalizzat fix-xahar għoli” jikkorrispondi għall-unitajiet domestiċi b’livell ta’ introjtu ekwivalizzat daqs jew akbar mir-raba’ kwintil.

L-ekwivalizzazzjoni tikkonsisti fl-applikazzjoni ta’ ponderazzjonijiet għall-membri tal-unitajiet domestiċi li jirriflettu d-differenzi fid-daqs u fil-kompożizzjoni tal-unità domestika, kif ġej: ponderazzjoni ta’ 1,0 tiġi applikata għall-ewwel membru tal-unità domestika li għandu 14-il sena jew aktar; 0,5 għat-tieni u għal kull membru sussegwenti li għandu 14-il sena jew aktar, u 0,3 għal kull wild li għandu anqas minn 14-il sena.

Grupp ta’ introjtu kurrenti nett ekwivalizzat fix-xahar aktar baxx

Grupp ta’ introjtu kurrenti nett ekwivalizzat fix-xahar baxx sa medju

Grupp ta’ introjtu kurrenti nett ekwivalizzat fix-xahar medju

Grupp ta’ introjtu kurrenti nett ekwivalizzat fix-xahar medju sa għoli

Grupp ta’ introjtu kurrenti nett ekwivalizzat fix-xahar ogħla

Introjtu kurrenti nett totali fix-xahar tal-unità domestika (numru espress bil-munita nazzjonali)

Ebda risposta (1)

Permanenza tal-impjieg ewlieni

Il-varjabbli jiddistingwi jekk l-impjieg ewlieni għandux durata limitata (jiġifieri l-impjieg jew il-kuntratt jintemmx wara perjodu predefinit), jew hux ibbażat fuq kuntratt permanenti mingħajr tmiem fiss. Il-varjabbli jirreferi għall-impjieg ewlieni ta’ persuna fl-impjieg li tkun qed taħdem bħala impjegata.

It-terminu “impjieg” jintuża b’referenza għall-impjieg. Il-kriterju li jiddetermina jekk persuna tkunx fl-impjieg hu speċifiku għall-kuntest għal kull ġbir tal-mikrodata.

Impjieg wieħed hu sett ta’ kompiti u dmirijiet imwettqa għal unità ekonomika waħda. Il-persuni jista’ jkollhom impjieg wieħed jew aktar. Għall-impjegati, kull kuntratt jista’ jitqies bħala sett separat ta’ kompiti u dmirijiet, u għaldaqstant bħala impjieg separat. F’każijiet ta’ involviment f’diversi impjiegi, l-impjieg ewlieni jkun dak bl-itwal sigħat normalment maħduma, kif definit fl-istandards statistiċi internazzjonali fuq il-ħin tax-xogħol.

Impjieg b’kuntratt għal terminu fiss jintemm wara perjodu ta’ żmien predeterminat (b’data magħrufa), jew wara perjodu mhux prestabbilit, iżda xorta definit bi kriterji oġġettivi, bħat-tlestija ta’ kompitu jew il-perjodu ta’ assenza ta’ impjegat sostitwit temporanjament.

Impjieg b’kuntratt li ma għandux tmiem predefinit bħal dan, jitqies permanenti.

Dak li jgħodd bħala impjieg hu l-ftehim kuntrattwali jew dak informali jew verbali tar-relazzjoni tal-impjieg, u mhux l-istennija li r-rispondent jaf jitlef l-impjieg tiegħu, il-pjan tiegħu li jitlaq mill-impjieg, ix-xewqa tiegħu li jibqa’ fl-impjieg jew il-probabbiltà li jibqa’ fl-impjieg b’mod permanenti.

Il-livell ta’ dettall tal-informazzjoni hu speċifiku għall-kuntest għal kull ġbir tal-mikrodata.

Kuntratt għal terminu fiss

kuntratt bil-miktub għal terminu fiss

ftehim verbali għal terminu fiss

Impjieg permanenti

kuntratt bil-miktub permanenti

ftehim verbali permanenti

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Responsabbiltajiet superviżorji

Il-varjabbli jirreferi għall-impjieg ewlieni attwali ta’ persuna fl-impjieg li tkun impjegata u jiddistingwi bejn impjegati b’kompiti superviżorji u dawk mingħajrhom. Persuna titqies li għandha responsabbiltajiet superviżorji jekk formalment tkun twettaq superviżjoni tax-xogħol ta’ mill-anqas persuna oħra. Ir-responsabbiltajiet lejn l-apprendisti u t-trainees ma jgħoddux bħala superviżjoni u lanqas il-kontrolli tal-kwalità (verifika tal-output tas-servizzi iżda mhux il-ħidma li jagħmlu persuni oħrajn) jew il-konsulenzi.

Iva

Le

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Sena meta l-persuna bdiet taħdem għall-impjegatur tagħha jew għal rasha

Il-varjabbli jirreferi għall-impjieg ewlieni attwali ta’ persuna fl-impjieg u jirrapporta dwar is-sena meta l-persuna bdiet taħdem għall-impjegatur attwali tagħha jew għal rasha fin-negozju attwali.

Sena meta l-persuna bdiet taħdem għall-impjegatur attwali jew għal rasha fl-impjieg ewlieni (espressa f’erba’ ċifri)

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Daqs tal-unità lokali għall-impjieg ewlieni

Il-varjabbli jirreferi għall-impjieg ewlieni ta’ persuna fl-impjieg u jirrapporta dwar in-numru ta’ persuni li jaħdmu għall-unità lokali inkluż dawk li jaħdmu fil-post tal-unità, u dawk li jaħdmu barra u li organizzazzjonalment jappartjenu għaliha u li jitħallsu minnha. Tinkludi wkoll lis-sidien tax-xogħol u lis-sħab li jaħdmu regolarment fl-unità u lill-ħaddiema bla ħlas tal-familja, kif ukoll lill-ħaddiema part-time li jitħallsu. Anki l-ħaddiema staġunali, l-apprendisti, it-trainees u l-ħaddiema mid-dar li jitħallsu huma inklużi.

L-unità lokali hi intrapriża jew parti minnha li tkun tinsab f’post identifikat ġeografikament.

Numru eżatt ta’ persuni, jekk bejn 1 u 9

Minn 10 sa 19-il persuna

Minn 20 sa 49 persuna

Minn 50 sa 249 persuna

250 persuna jew aktar

Mhux magħruf iżda anqas minn 10 persuni

Mhux magħruf iżda 10 persuni jew aktar

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Eżistenza ta’ esperjenza preċedenti tal-impjieg

Il-varjabbli jipprovdi informazzjoni dwar jekk persuna — li mhix fl-impjieg — kinitx fl-impjieg qabel (skont id-definizzjoni ta’ impjieg  (7) tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol), u dwar jekk l-esperjenza preċedenti tal-impjieg kinitx limitata jew le għal xogħol purament okkażjonali.

Il-kategorija “Il-persuna qatt ma kienet fl-impjieg” tkopri lill-persuni li qatt ma kellhom esperjenza tal-impjieg.

Il-kategorija “Il-persuna għandha esperjenza tal-impjieg limitata għal xogħol purament okkażjonali” tkopri lill-persuni li għandhom esperjenza tal-impjieg, u din l-esperjenza hi limitata għal xogħol purament okkażjonali. Għall-finijiet ta’ dan il-varjabbli, jenħtieġ li x-xogħol ta’ koskritt ma jitqiesx bħala esperjenza tal-impjieg.

Il-kategorija “Il-persuna għandha esperjenza tal-impjieg li mhux xogħol purament okkażjonali” tkopri lill-persuni li għandhom esperjenza tal-impjieg, għajr il-każijiet meta din l-esperjenza hi limitata għal xogħol purament okkażjonali.

Il-persuna qatt ma kienet fl-impjieg

Il-persuna għandha esperjenza tal-impjieg limitata għal xogħol purament okkażjonali

Il-persuna għandha esperjenza tal-impjieg li mhux xogħol purament okkażjonali

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ formali (student jew apprendist) fil-perjodu ta’ referenza

Il-varjabbli jkejjel il-parteċipazzjoni ta’ persuna fl-edukazzjoni u t-taħriġ formali billi jistabbilixxi jekk il-persuna hix reġistrata bħala student jew apprendist fi programm tal-edukazzjoni formali tul il-perjodu ta’ referenza (li jrid jiġi definit għal kull ġbir tal-mikrodata).

Iva

Le

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Livell tal-attività attwali jew l-aktar edukazzjoni jew taħriġ formali riċenti

Il-varjabbli jkejjel il-livell tal-aktar attività riċenti tal-edukazzjoni jew t-taħriġ formali — li persuna pparteċipat fiha tul perjodu ta’ referenza partikolari (li jrid jiġi definit għal kull ġbir tal-mikrodata) — skont il-kategoriji tal-Istandard Internazzjonali tal-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Edukazzjoni għall-Programmi tal-Edukazzjoni 2011 (5) (ISCED-P 2011).

Il-livell ta’ dettall tal-informazzjoni hu speċifiku għall-kuntest għal kull ġbir tad-data (id-dominju). Għal kull kategorija hemm indikati kodiċijiet ISCED-P fejn ikun hemm relazzjoni ta’ wieħed ma’ wieħed bejn kategorija u l-kodiċi

ISCED 0 — Edukazzjoni bikrija

0

ISCED 1 — Edukazzjoni primarja

1

ISCED 2 — Edukazzjoni sekondarja bażika

2

ISCED 3 — Edukazzjoni sekondarja għolja

3

ISCED 3 — Edukazzjoni sekondarja għolja — ġenerali

34

ISCED 3 — Edukazzjoni sekondarja għolja — vokazzjonali

35

ISCED 3 — Edukazzjoni sekondarja għolja — orjentazzjoni mhux magħrufa (8)

-

ISCED 4 — Edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja

4

ISCED 4 — Edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja — ġenerali

44

ISCED 4 — Edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja — vokazzjonali

45

ISCED 4 — Edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja — orjentazzjoni mhux magħrufa (8)

-

ISCED 5 — Edukazzjoni terzjarja f’ċikli qosra

5

ISCED 5 — Edukazzjoni terzjarja f’ċikli qosra — ġenerali

54

ISCED 5 — Edukazzjoni terzjarja f’ċikli qosra — vokazzjonali

55

ISCED 5 — Edukazzjoni terzjarja f’ċikli qosra — orjentazzjoni mhux magħrufa (8)

-

ISCED 6 — Baċellerat jew livell ekwivalenti

6

ISCED 7 — Masters jew livell ekwivalenti

7

ISCED 8 — Dottorat jew livell ekwivalenti

8

Ebda risposta (1)

 

Mhux applikabbli (2)

 

Sena meta ntlaħaq b’suċċess l-ogħla livell edukattiv

Is-sena meta ntlaħaq b’suċċess l-ogħla livell edukattiv (espressa b’erba’ ċifri)

Il-varjabbli jirreferi għas-sena meta ntlaħaq b’suċċess l-ogħla livell edukattiv u jikkonċerna lil persuni li ħalqu livell edukattiv tal-edukazzjoni primarja (ISCED 1) jew ogħla.

Il-kategorija “Mhux applikabbli” tkopri individwi mingħajr edukazzjoni formali jew li laħqu livell edukattiv anqas mill-edukazzjoni primarja (ISCED 1). Il-kategorija “Mhux applikabbli” trid tintuża wkoll biex jingħaddu l-unitajiet statistiċi li huma parti mill-popolazzjoni tas-sors tad-data iżda li għalihom b’mod sistematiku ma tirrapporta l-ebda informazzjoni dwar il-varjabbli (eż. persuni taħt ċerta età).

Sena meta ntemm b’suċċess l-ogħla livell edukattiv (4 ċifri)

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Qasam tal-ogħla livell edukattiv milħuq b’suċċess

Il-qasam tal-ogħla livell edukattiv milħuq b’suċċess minn persuni li laħqu livell edukattiv tal-ISCED 3 jew ogħla.

Il-qasam tal-ogħla livell edukattiv milħuq b’suċċess hu bbażat fuq “Oqsma tal-Edukazzjoni u tat-Taħriġ ISCED” (ISCED-F 2013)  (8) Il-qasam hu d-dominju wiesa’, il-fergħa jew is-suġġett tal-kontenut kopert minn programm edukattiv jew kwalifika.

Il-kategorija “Mhux applikabbli” tkopri lil individwi mingħajr edukazzjoni formali jew li laħqu livell edukattiv anqas mill-ISCED 3.

Il-livell ta’ dettall tal-informazzjoni hu speċifiku għall-kuntest għal kull ġbir tad-data (id-dominju). Għal kull kategorija hemm indikati kodiċijiet ISCED-F fejn ikun hemm relazzjoni ta’ wieħed ma’ wieħed bejn kategorija u l-kodiċi  (9):

Programmi u kwalifiki ġeneriċi

00

Programmi u kwalifiki bażiċi

001

Litteriżmu u numeriżmu

002

Ħiliet u żvilupp personali

003

Programmi u kwalifiki ġeneriċi mhux definiti aktar

(009)

Edukazzjoni

01

Edukazzjoni

011

Programmi u kwalifiki interdixxiplinari li jinvolvu l-edukazzjoni

018

Arti u studji umanistiċi

02

Arti

021

Studji umanistiċi (għajr il-lingwi)

022

Lingwi

023

Programmi u kwalifiki interdixxiplinari li jinvolvu l-arti u l-istudji umanistiċi

028

Arti u studji umanistiċi mhux definiti aktar

(029)

Xjenzi soċjali, ġurnaliżmu u informazzjoni

03

Xjenzi soċjali u komportamentali

031

Ġurnaliżmu u informazzjoni

032

Programmi u kwalifiki interdixxiplinari li jinvolvu xjenzi soċjali, ġurnaliżmu u informazzjoni

038

Xjenzi soċjali, ġurnaliżmu u informazzjoni mhux definiti aktar

(039)

Negozju, amministrazzjoni u liġi

04

Negozju u amministrazzjoni

041

Liġi

042

Programmi u kwalifiki interdixxiplinari li jinvolvu negozju, amministrazzjoni u liġi

048

Negozju, amministrazzjoni u liġi mhux definiti aktar

(049)

Xjenzi naturali, matematika, statistiki

05

Xjenzi bijoloġiċi u relatati

051

Ambjent

052

Xjenzi fiżiċi

053

Matematika u statistika

054

Programmi u kwalifiki interdixxiplinari li jinvolvu xjenzi naturali, matematika u statistiki

058

Xjenzi naturali, matematika u statistiki mhux definiti aktar

(059)

Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICTs)

06

Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni

061

Programmi u kwalifiki interdixxiplinari li jinvolvu t-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICTs)

068

Inġinerija, manifattura u kostruzzjoni

07

Inġinerija u snajja’ tal-inġinerija

071

Manifattura u pproċessar

072

Arkitettura u kostruzzjoni

073

Programmi u kwalifiki interdixxiplinari li jinvolvu inġinerija, manifattura u kostruzzjoni

078

Inġinerija, manifattura u kostruzzjoni mhux definiti aktar

(079)

Agrikoltura, forestrija, sajd u studji veterinarji

08

Agrikoltura

081

Forestrija

082

Sajd

083

Studji veterinarji

084

Programmi u kwalifiki interdixxiplinari li jinvolvu agrikoltura, forestrija, sajd u studji veterinarji

088

Agrikoltura, forestrija, sajd u studji veterinarji mhux definiti aktar

(089)

Saħħa u benesseri

09

Saħħa

091

Benesseri

092

Programmi u kwalifiki interdixxiplinari li jinvolvu s-saħħa u l-benesseri

098

Saħħa u benesseri mhux definiti aktar

(099)

Servizzi

10

Servizzi personali

101

Servizzi tal-iġjene u tas-saħħa okkupazzjonali

102

Servizzi tas-sigurtà

103

Servizzi tat-trasport

104

Programmi u kwalifiki interdixxiplinari li jinvolvu servizzi

108

Servizzi mhux definiti aktar

(109)

Ebda risposta

 

Mhux applikabbli

 

Durata tas-soġġorn fil-pajjiż ta’ residenza fi snin sħaħ

Id-durata tas-soġġorn fil-pajjiż ta’ residenza fi snin sħaħ tiddeskrivi l-intervall taż-żmien minn meta persuna tkun stabbiliet l-aktar residenza abitwali riċenti tagħha fil-pajjiż rapportatur, espress fi snin sħaħ, bħala waħda minn dawn li ġejjin:

Imwielda f’dan il-pajjiż u qatt ma għexet barra mill-pajjiż għal perjodu minimu ta’ sena, u tkopri lil dawk il-persuni li twieldu fil-pajjiż rapportatur u li qatt ma kellhom ir-residenza abitwali tagħhom f’pajjiż ieħor għajr il-pajjiż rapportatur għal tal-anqas sena.

Numru ta’ snin fil-pajjiż minn meta ġiet stabbilita l-aħħar ir-residenza abitwali f’dan il-pajjiż — numru sħiħ li jiddeskrivi l-perjodu taż-żmien minn meta persuna tkun stabbiliet l-aktar residenza abitwali riċenti tagħha sad-data ta’ referenza (speċifika għal kull ġabra ta’ mikrodata soċjali) fi snin sħaħ.

Imwielda f’dan il-pajjiż u qatt ma għexet barra mill-pajjiż għal perjodu minimu ta’ sena

Numru ta’ snin f’dan il-pajjiż (mill-aħħar stabbiliment tal-post ta’ residenza abitwali f’dan il-pajjiż) (2 ċifri)

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Saħħa ġenerali awtoperċepita

Is-saħħa ġenerali awtoperċepita hi valutazzjoni soġġettiva mill-individwu dwar is-saħħa tal-persuna b’mod ġenerali (aktar milli l-istat attwali tas-saħħa jew xi problemi temporanji possibbli tas-saħħa), inkluż dimensjonijiet differenti tas-saħħa, jiġifieri l-funzjonament fiżiku u emozzjonali, is-saħħa mentali (li tkopri l-benesseri psikoloġiku u d-disturbi mentali), u sinjali u sintomi bijomediċi.

Tajba ħafna

Tajba

Passabbli (la tajba u lanqas ħażina)

Ħażina

Ħażina ħafna

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Problema ta’ saħħa dejjema

Il-varjabbli “problemi ta’ saħħa dejjiema” hu valutazzjoni soġġettiva mill-individwu rigward il-problemi tas-saħħa kroniċi ta’ persuna li tkopri dimensjonijiet fiżiċi, emozzjonali, komportamentali u mentali differenti tas-saħħa, tal-mard u tad-disturbi, kif ukoll uġigħ, nuqqas ta’ saħħa minħabba aċċidenti u korrimenti jew kundizzjonijiet konġenitali. Il-karatteristiċi ta’ kundizzjoni li ilha teżisti jew kronika huma li din tkun permanenti u tista’ tkun mistennija li teżiġi perjodu twil ta’ superviżjoni, ta’ osservazzjoni jew ta’ kura. Jenħtieġ li l-mard jew l-problemi ta’ saħħa dejjiema jkunu ilhom (jew kienu rikorrenti) jew ikunu mistennija jdumu (jirrikorru) għal 6 xhur jew aktar.

Il-kategorija “Iva” tirreferi għall-okkorrenza ta’ problema ta’ saħħa dejjiema jew kronika waħda jew aktar, u “Le” tirreferi għan-nuqqas ta’ xi problema ta’ saħħa dejjiema jew kronika kif perċepita mir-rispondent.

Iva

Le

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Limitazzjoni fl-attivitajiet minħabba problemi tas-saħħa

Il-varjabbli jkejjel il-livell awtovalutat individwali ta’ limitazzjoni jew limitazzjonijiet kontinwi dejjiema (ta’ mill-anqas 6 xhur) minħabba problema jew problemi ta’ saħħa (kemm jekk fiżiċi, mentali jew emozzjonali, inkluż indeboliment jew limitazzjonijiet minħabba xjuħija) fil-parteċipazzjoni fl-attivitajiet li l-persuna normalment kienet twettaq.

Attività hi definita bħala t-twettiq ta’ kompitu jew ta’ azzjoni minn individwu. Il-limitazzjonijiet ta’ attività huma definiti bħala diffikultajiet minn individwu fit-twettiq ta’ attività, ivvalutati skont standard tal-popolazzjoni ġeneralment aċċettat, fir-rigward tal-aspettattivi kulturali u soċjali b’rabta mal-attivitajiet li normalment jagħmlu n-nies, li jkopru l-firxa kollha tax-xogħol jew tal-attivitajiet fl-iskola, fid-dar u fil-ħin liberu.

Jenħtieġ li l-persuni b’kundizzjonijiet tas-saħħa rikorrenti jew li jvarjaw ikunu jirreferu għall-aktar sitwazzjoni frekwenti li taffettwa l-attivitajiet tas-soltu tagħhom:

“Limitazzjoni serja” tfisser li t-twettiq jew l-eżekuzzjoni ta’ attività ma jistgħux isiru jew isiru biss b’diffikultà estrema u normalment bl-għajnuna ta’ persuni oħra.

“Limitazzjoni iżda mhux serja” tfisser li t-twettiq jew l-eżekuzzjoni ta’ attività tas-soltu tista’ ssir b’xi diffikultajiet, iżda normalment mingħajr il-ħtieġa ta’ għajnuna ta’ persuni oħra (jew normalment l-għajnuna ma tkunx ta’ kuljum).

“Ebda limitazzjoni affattu” tfisser li t-twettiq jew l-eżekuzzjoni ta’ attivitajiet tas-soltu jistgħu jsiru mingħajr diffikultà, jew li kull limitazzjoni possibbli tal-attività ma tkunx damet aktar mill-aħħar 6 xhur.

Limitatazzjoni serja

Limitatazzjoni iżda mhux serja

Ebda limitazzjoni affattu

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli (2)

Modi tal-intervista użata

Il-varjabbli jirrapporta dwar il-metodu użat biex tinġabar l-informazzjoni mingħand ir-rispondent. Jekk id-data mingħand rispondent tinġabar b’diversi modi, il-varjabbli jirrapporta dwar l-aktar mod użat b’mod predominanti.

Fil-PAPI, il-CAPI u l-CATI, ikun hemm preżenti intervistatur. Il-CAWI hu awtoamministrat u r-rispondent isegwi skritt mogħti fuq is-sit web.

Il-kategorija “Oħrajn” tapplika meta l-mod użat tal-intervista ma jkunx kopert mill-kategoriji l-oħra, eż. intervista awtoamministrata assistita bil-karti (PASI) jew intervista awtoamministrata assistita b’kompjuter mhux ibbażat fuq il-web (CASI).

Il-kategorija “Mhux applikabbli” trid tintuża biex jingħaddu l-unitajiet statistiċi — li huma parti mill-popolazzjoni tas-sors tad-data— li għalihom ma tiġi rrappurtata l-ebda informazzjoni dwar dan il-varjabbli, eż. fil-każ ta’ persuni taħt ċerta età, kif ukoll fil-każ li l-informazzjoni kollha tkun inkisbet minn reġistri (jiġifieri data amministrattiva) jew imputata, jew it-tnejn, u ma tkun saret l-ebda intervista.

Intervista personali assistita bil-karti (PAPI)

Intervista personali assistita b’kompjuter (CAPI)

Intervista tat-telefown assistita b’kompjuter (CATI)

Intervista fuq il-web assistita b’kompjuter (CAWI)

Oħrajn

Mhux applikabbli

Tip ta’ parteċipazzjoni fl-istħarriġ

Il-varjabbli jirrapporta dwar jekk l-informazzjoni mitluba ġietx mogħtija mir-rispondent magħżul, jew permezz ta’ persuna oħra (rispondent bi prokura).

Ir-rispondent magħżul hu l-persuna indikata fid-dispożizzjonijiet għal kull ġbir tal-mikrodata, li tintalab tagħti l-informazzjoni.

“Parteċipazzjoni diretta” tirreferi għal sitwazzjoni meta r-rispondent magħżul jagħti l-informazzjoni mitluba waħdu hu stess. Il-parteċipazzjoni diretta tinkludi wkoll każijiet meta r-rispondent magħżul ikun ta l-informazzjoni mitluba bl-għajnuna ta’ persuna oħra (eż. traduzzjoni, assistenza fiżika) u jkun ivvalida t-tweġibiet mogħtija.

“Parteċipazzjoni indiretta” tirreferi għal sitwazzjoni meta l-informazzjoni mitluba lir-rispondent magħżul tkun tatha persuna terza (jiġifieri rispondent bi prokura) mingħajr ma tkun ġiet validata mir-rispondent magħżul.

Il-kategorija “Mhux applikabbli” trid tintuża biex jingħaddu l-unitajiet statistiċi — li huma parti mill-popolazzjoni tas-sors tad-data— li għalihom ma tiġi rrappurtata l-ebda informazzjoni dwar dan il-varjabbli kif ukoll fil-każ li l-informazzjoni kollha tkun inkisbet minn reġistri (jiġifieri data amministrattiva) jew imputata, jew it-tnejn, u ma tkun saret l-ebda intervista.

Parteċipazzjoni diretta

Parteċipazzjoni indiretta

Ebda risposta (1)

Mhux applikabbli

Strat

L-istrat primarju li jikkorrispondi għal kull unità tal-osservazzjoni (persuna individwali jew unità domestika) jekk il-popolazzjoni fil-mira (jew parti minnha) tkun stratifikata fl-ewwel stadju tad-disinn tal-kampjun, filwaqt li jipprovdi kodiċijiet tal-identifikazzjoni għall-istrati differenti (identifikatur tal-istrat). Stratifikazzjoni ta’ popolazzjoni tfisser li din tinqasam f’subpopolazzjonijiet li ma jirkbux fuq xulxin, imsejħa strati. Imbagħad jintgħażlu kampjuni indipendenti f’kull strat.

L-informazzjoni rreġistrata tirreferi dejjem għas-sitwazzjoni fil-mument tal-għażla tal-unità statistika kkonċernata (persuna individwali jew unità domestika).

Il-kategorija “Identifikatur tal-istrat” tipprovdi l-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-istrat li tappartjeni għalih kull unità tal-osservazzjoni (individwu jew unità domestika). Il-kodiċijiet tal-identifikazzjoni tal-istrat iridu jintużaw jekk il-popolazzjoni fil-mira tkun ġiet stratifikata, jew jekk ikunu tqiesu l-unitajiet primarji tal-kampjunar awtorappreżentattivi (il-PSUs).

Il-kategorija “Mhux applikabbli” trid tintuża jekk il-popolazzjoni fil-mira ma tkunx ġiet stratifikata fl-ewwel stadju tal-proċess tal-kampjunar (eż. meta l-kampjun ikun ittieħed b’kampjunar aleatorju sempliċi jew b’kampjunar aleatorju minn raggruppamenti), u ma jkunux tqiesu l-PSUs awtorappreżentattivi.

Identifikatur tal-istrat

Mhux applikabbli

Unità Primarja tal-Kampjunar (PSU)

Il-varjabbli jirrapporta dwar l-unità primarja tal-kampjunar (il-PSU) li tikkorrispondi għal kull unità tal-osservazzjoni (persuna individwali jew unità domestika) jekk il-popolazzjoni fil-mira tinqasam f’raggruppamenti, filwaqt li jipprovdi l-kodiċijiet tal-identifikazzjoni għar-raggruppamenti jew il-PSUs.

Popolazzjoni tinqasam f’raggruppamenti (jiġifieri f’subpopolazzjonijiet mhux konġunti) jekk il-kampjunar ta’ elementi diretti jkun impossibbli (minħabba nuqqas ta’ qafas tal-kampjunar) jew inkella l-implimentazzjoni tiegħu tkun għalja wisq (il-popolazzjoni jkollha distribuzzjoni ġeografika wiesgħa). Imbagħad jintgħażel kampjun tar-raggruppamenti (PSUs) fl-ewwel stadju tal-proċess tal-kampjunar.

L-informazzjoni rreġistrata dejjem tirreferi għas-sitwazzjoni fil-mument tal-għażla tal-unità kkonċernata (individwu jew unità domestika).

Il-kategorija “Identifikatur primarju tal-unità tal-kampjunar” tipprovdi l-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-PSU (fost il-PSUs magħżula) li tappartjeni għalih kull unità tal-osservazzjoni (individwu jew domestika), jekk il-popolazzjoni fil-mira tkun inqasmet f’raggruppamenti fl-ewwel stadju tal-kampjunar.

Il-kategorija “Mhux applikabbli” trid tintuża meta l-popolazzjoni fil-mira ma tkunx ġiet raggruppata fl-ewwel stadju tal-proċess tal-kampjunar, eż. meta l-kampjun ikun ittieħed b’kampjunar aleatorju sempliċi jew b’kampjunar aleatorju stratifikat.

Identifikatur primarju tal-unità tal-kampjunar

Mhux applikabbli


(1)  Il-kategorija “Ebda risposta” trid tintuża għall-każijiet ta’ nonrisponsività, eż. ir-rispondent ma jafx it-tweġiba jew jirrifjuta li jwieġeb.

(2)  Il-kategorija “Mhux applikabbli” trid tintuża għall-każijiet barra mill-ambitu ta’ varjabbli speċifiku, jiġifieri bħala riżultat tal-applikazzjoni ta’ filtru għal dak il-varjabbli, u trid tintuża wkoll biex jingħaddu l-unitajiet statistiċi – li huma parti mill-popolazzjoni tas-sors tad-data – li għalihom ma tiġi rrapportata b’mod sistematiku l-ebda informazzjoni dwar dan il-varjabbli, eż. fil-każ ta’ persuni taħt ċerta età.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90, kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(4)  http://ec.europa.eu/eurostat/documents/1978984/6037342/ISCO-08.pdf (il-verżjoni bl-Ingliż, disponibbli wkoll bil-Franċiż u bil-Ġermaniż).

(5)  http://uis.unesco.org/sites/default/files/documents/international-standard-classification-of-education-isced-2011-en.pdf (disponibbli bl-Ingliż u bil-Franċiż).

(6)  http://uis.unesco.org/sites/default/files/documents/international-standard-classification-of-education-isced-2011-en.pdf (disponibbli bl-Ingliż u bil-Franċiż).

(7)  Dawk li qatt ma kellhom esperjenza tal-impjieg f’impjieg bi ħlas jew qligħ, b’mill-anqas siegħa xogħol fil-ġimgħa.

(8)  http://uis.unesco.org/sites/default/files/documents/isced-fields-of-education-and-training-2013-en.pdf (disponibbli bl-Ingliż u bil-Franċiż).

(9)  Il-kodiċijiet (009), (029), (039), (049), (059), (079), (089), (099), (109) huma kodiċijiet mhux tal-ISCED.


Top