EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R2146

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2146 tas-26 ta’ Novembru 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika dwar l-enerġija, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-aġġornamenti għall-istatistika annwali, l-istatistika ta’ kull xahar u l-istatistika ta’ kull xahar fuq żmien qasir dwar l-enerġija (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

OJ L 325, 16.12.2019, p. 43–98 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/2146/oj

16.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 325/43


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2146

tas-26 ta’ Novembru 2019

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika dwar l-enerġija, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-aġġornamenti għall-istatistika annwali, l-istatistika ta’ kull xahar u l-istatistika ta’ kull xahar fuq żmien qasir dwar l-enerġija

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 9(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni, it-trażmissjoni, l-evalwazzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika komparabbli tal-enerġija fl-Unjoni.

(2)

L-istatistika dwar l-enerġija jeħtieġ tevolvi kontinwament minħabba l-pass mgħaġġel tal-progress teknoloġiku, l-evoluzzjoni tal-politiki tal-enerġija tal-Unjoni u l-importanza li l-miri tal-Unjoni u l-monitoraġġ tal-progress biex dawn jintlaħqu jissejsu fuq data uffiċjali dwar l-enerġija. Għalhekk hemm bżonn isiru aġġornamenti regolari tal-qafas tar-rapportar tal-istatistika Ewropea dwar l-enerġija biex dan ikun jirrifletti l-ħtiġijiet li kulma jmur qed jikbru jew jinbidlu.

(3)

Il-Kummissjoni identifikat diversi aspetti tal-istatistika annwali, ta’ kull xahar u ta’ kull xahar fuq żmien qasir dwar l-enerġija li jeħtieġ jiġu aġġornati. Dawn jikkonċernaw b’mod partikolari d-diżaggregazzjoni akbar tal-istatistika dwar il-konsum tal-enerġija finali fl-industrija, aġġustamenti kunċettwali għad-definizzjonijiet tal-kummerċ tal-gass naturali biex titjieb il-konsistenza, li ċerti entrati tar-rapportar ikunu obbligatorji, u t-titjib fit-tempestività tal-ġbir tad-data ta’ kull xahar għall-faħam u l-elettriku. Il-Kummissjoni ddiskutiet u qablet mal-Istati Membri dwar diversi aspetti tekniċi, inkluż l-ambitu, il-fattibbiltà, l-ispejjeż tal-produzzjoni, il-kunfidenzjalità u l-piż tar-rapportar mal-Istati Membri.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1099/2008 jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008 jinbidlu bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 304, 14.11.2008, p. 1.


ANNESS

“ANNESS A

KJARIFIKI TAT-TERMINOLOĠIJA

Dan l-Anness jipprovdi spjegazzjonijiet, noti ġeografiċi u definizzjonijiet tat-termini użati fl-Annessi l-oħra, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dawn l-Annessi.

1.   NOTI ĠEOGRAFIĊI

Għal finijiet biss tar-rappurtar statistiku, japplikaw id-definizzjonijiet ġeografiċi li ġejjin:

l-Awstralja teskludi t-territorji esterni tagħha,

id-Danimarka teskludi l-Gżejjer Faroe u Greenland,

Franza tinkludi Monaco u d-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej ta’ Guadeloupe, Martinique, Guyane, Reunion u Mayotte,

l-Italja tinkludi San Marino u l-Vatikan (is-Santa Sede),

il-Ġappun jinkludi Okinawa,

il-Portugall jinkludi Açores u Madeira,

Spanja tinkludi l-Gżejjer Kanarji, il-Gżejjer Baleariċi, u Ceuta u Melilla,

l-Iżvizzera ma tinkludix il-Liechtenstein,

l-Istati Uniti jinkludu l-50 stat, id-Distrett ta’ Columbia, il-Gżejjer Verġni tal-Istati Uniti, Puerto Rico u Guam.

2.   AGGREGATI

Il-produtturi tal-elettriku u tas-sħana huma kklassifikati skont il-fini tal-produzzjoni:

produtturi tal-attività ewlenija huma produtturi ta’ sjieda privata jew pubblika li bħala l-attività ewlenija tagħhom jiġġeneraw l-elettriku u/jew is-sħana biex ibigħuha lil partijiet terzi,

awtoprodutturi huma produtturi ta’ sjieda privata jew pubblika li bħala attività li tappoġġa l-attività ewlenija tagħhom jiġġeneraw l-elettriku u/jew is-sħana b’mod sħiħ jew parzjali għall-użu tagħhom stess.

Nota:

il-Kummissjoni tista’ tiċċara aktar it-terminoloġija billi żżid referenzi tan-NACE (1) rilevanti skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(2), wara li tkun daħlet fis-seħħ reviżjoni tal-klassifikazzjoni tan-NACE.

2.1.   Provvista

2.1.1.   Produzzjoni/Produzzjoni Indiġena

Il-kwantitajiet tal-fjuwils estratti jew prodotti huma kkalkulati wara kull operazzjoni tat-tneħħija tal-materja inerti. Il-produzzjoni tinkludi l-kwantitajiet ikkonsmati mill-produttur waqt il-proċess tal-produzzjoni (eż. għat-tisħin jew għat-tħaddim tat-tagħmir u tal-awżiljarji) kif ukoll il-provvisti lil produtturi oħra tal-enerġija għat-trasformazzjoni jew għal użi oħrajn.

“Produzzjoni indiġena” tfisser produzzjoni minn riżorsi f’territorju speċifiku — it-territorju nazzjonali tal-pajjiż li qed jirrapporta.

2.1.2.   Prodotti rkuprati

Japplika għall-faħam iebes biss. Slurries u shale tal-munzelli tal-iskart irkuprati mill-minjieri.

2.1.3.   Irċevuti li ġejjin minn sorsi oħra

Il-kwantitajiet tal-fjuwils li l-produzzjoni tagħhom hi koperta b’rappurtar ieħor dwar il-fjuwil, iżda li huma mħallta bi fjuwil ieħor u kkonsmati bħala taħlita. Aktar dettalji dwar dan il-komponent iridu jiġu pprovduti bħala:

Irċevuti li ġejjin minn sorsi oħra: Faħam

Irċevuti li ġejjin minn sorsi oħra: Żejt u prodotti taż-żejt mhux maħdum

Irċevuti li ġejjin minn sorsi oħra: Gass Naturali

Irċevuti li ġejjin minn sorsi oħra: Sorsi ta’ Enerġija Rinnovabbli

2.1.4.   Importazzjonijiet/Esportazzjonijiet

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, “importazzjonijiet” tirriferi għall-oriġini finali (il-pajjiż fejn ikun sar il-prodott tal-enerġija) għal użu fil-pajjiż u “esportazzjonijiet” tirreferi għall-pajjiż finali tal-konsum tal-prodott tal-enerġija li jkun sar. L-ammonti jitqiesu importati jew esportati meta dawn ikunu qasmu l-fruntieri politiċi tal-pajjiż, kemm jekk kien hemm awtorizzazzjoni doganali u kemm jekk le.

Meta ma tista’ tiġi rrappurtata l-ebda oriġini jew l-ebda destinazzjoni, tista’ tintuża “Mhux speċifikata/Oħrajn”.

2.1.5.   Bunkers tal-Baħar Internazzjonali

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsenjati lill-bastimenti li jtajru xi bandiera u li jintużaw fit-tbaħħir internazzjonali. In-navigazzjoni internazzjonali tista’ ssir fuq il-baħar, fuq għadajjar u passaġġi tal-ilma interni, u f’ilmijiet kostali. Dawn li ġejjin huma esklużi:

il-konsum mill-bastimenti involuti fin-navigazzjoni domestika; jenħtieġ li d-distinzjoni domestika/internazzjonali tiġi stabbilita abbażi tal-port tat-tluq u tal-port tal-wasla, u mhux skont il-bandiera jew in-nazzjonalità tal-bastiment;

il-konsum mill-bastimenti tas-sajd;

il-konsum mill-forzi militari.

2.1.6.   Bidliet fl-Istokkijiet

Id-differenza bejn il-livell tal-istokk tal-ftuħ u l-livell tal-istokk tal-għeluq għall-istokk miżmum fit-territorju nazzjonali. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, żieda fl-istokk tintwera bħala numru negattiv u tnaqqis fl-istokk jintwera bħala numru pożittiv.

2.1.7.   L-Istokkijiet Totali tal-Ftuħ u tal-Għeluq fit-Territorju Nazzjonali

L-istokkijiet kollha fit-territorju nazzjonali, inkluż l-istokkijiet miżmuma mill-gvernijiet, mill-konsumaturi ewlenin u mill-organizzazzjonijiet li jżommu l-istokkijiet, l-istokkijiet miżmuma abbord bastimenti tal-oċean li jkunu deħlin, l-istokkijiet miżmuma f’żoni riżervati u l-istokkijiet miżmuma għal oħrajn, kemm jekk skont ftehim governattiv bilaterali u kemm jekk le. Il-ftuħ u l-għeluq jirreferu għall-ewwel u għall-aħħar jum tal-perjodu tar-rappurtar, rispettivament. L-istokk jinkludi l-istokkijiet miżmuma f’kull tip ta’ faċilità tal-ħażna speċjali, jew fuq il-wiċċ jew taħt l-art.

2.1.8.   Użu dirett

Żejt (Żejt mhux raffinat u prodotti taż-żejt mhux maħdum) użat direttament mingħajr ma jiġi pproċessat f’raffineriji taż-żejt mhux maħdum. Jinkludi ż-żejt mhux raffinat maħruq għall-ġenerazzjoni tal-elettriku.

2.1.9.   Prodotti Primarji Rċevuti

Jinkludu l-kwantitajiet taż-żejt mhux raffinat indiġenu jew importat (inkluż il-kondensat) u l-NGL (2) indiġenu użati direttament mingħajr ma jiġu pproċessati f’raffinerija taż-żejt mhux maħdum, u l-kwantitajiet tal-flussi lura mill-industrija petrokimika li, għalkemm mhux fjuwil primarju, jintużaw direttament.

2.1.10.   Produzzjoni Grossa tar-Raffinerija

Il-produzzjoni tal-prodotti finali f’raffinerija jew f’impjant tat-taħlit. Għajr it-telf mir-raffineriji, iżda inkluż il-fjuwil tar-raffinerija.

2.1.11.   Prodotti Riċiklati

Il-prodotti finali li jgħaddu għat-tieni darba min-network tat-tqegħid fis-suq, wara li jkunu ġew ikkonsenjati lill-konsumaturi finali (eż. lubrikanti użati li qed jiġu pproċessati mill-ġdid). Dawn il-kwantitajiet jenħtieġ jiġu distinti mill-flussi lura petrokimiċi.

2.1.12.   Flussi Lura

Il-prodotti finali jew semifinali li jiġu rritornati mill-konsumaturi finali lir-raffineriji għall-ipproċessar, għat-taħlit jew għall-bejgħ. Ġeneralment dawn ikunu prodotti sekondarji tal-manifattura petrokimika.

2.1.13.   Trasferimenti tal-Interprodotti

Il-kwantitajiet ikklassifikati mill-ġdid għax tkun inbidlet l-ispeċifikazzjoni tagħhom jew għax ikunu tħalltu fi prodott ieħor. Entrata negattiva għal prodott wieħed tiġi kkumpensata b’entrata pożittiva (jew b’diversi entrati) għal prodott wieħed jew għal diversi prodotti u viċiversa; l-effett nett totali jenħtieġ ikun żero.

2.1.14.   Prodotti Trasferiti

Il-prodotti taż-żejt mhux maħdum importati li jiġu kklassifikati mill-ġdid bħala materja prima għal aktar ipproċessar fir-raffinerija, mingħajr ma jiġu kkonsenjati lill-konsumaturi finali.

2.1.15.   Differenzi Statistiċi

Il-valur ikkalkulat, definit bħala d-differenza bejn il-kalkolu mill-perspettiva tal-provvista (approċċ minn fuq għal isfel) u l-kalkolu mill-perspettiva tal-konsum (approċċ minn isfel għal fuq). Kwalunkwe differenza statistika maġġuri jenħtieġ tiġi spjegata.

2.2.   Settur tat-Trasformazzjoni

Fis-settur tat-trasformazzjoni, għandhom jiġu rrappurtati biss il-kwantitajiet tal-fjuwils li ġew trasformati fi fjuwils oħra. Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati għat-tisħin, għat-tħaddim tat-tagħmir u b’mod ġenerali biex jappoġġaw it-trasformazzjoni, jenħtieġ jiġu ddikjarati fis-settur tal-enerġija.

2.2.1.   Produtturi tal-Attività Ewlenija tal-Elettriku BISS

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati minn produtturi tal-attività ewlenija biex jipproduċu l-elettriku f’unitajiet/impjanti tal-elettriku biss.

2.2.2.   Unitajiet tas-Sħana u tal-Enerġija Kkombinati (CHP) tal-Produtturi tal-Attività Ewlenija

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati minn produtturi tal-attività ewlenija biex jipproduċu l-elettriku u/jew is-sħana f’unitajiet/impjanti tas-sħana u tal-enerġija kkombinati (CHP).

2.2.3.   Produtturi tal-Attività Ewlenija tas-Sħana BISS

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati minn produtturi tal-attività ewlenija biex jipproduċu s-sħana f’unitajiet/impjanti tas-sħana biss.

2.2.4.   Awtoprodutturi tal-Elettriku BISS

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati mill-awtoprodutturi biex jipproduċu l-elettriku f’unitajiet/impjanti tal-elettriku biss.

2.2.5.   Unitajiet tas-Sħana u tal-Enerġija Kkombinati (CHP) tal-Awtoprodutturi

Il-kwantitajiet kollha tal-fjuwils użati mill-awtoprodutturi biex jipproduċu l-elettriku u l-parti proporzjonali tal-fjuwils użati biex jipproduċu s-sħana mibjugħa f’unitajiet tas-Sħana u tal-Enerġija Kkombinati (CHP). Il-parti proporzjonali tal-fjuwils użati għall-produzzjoni tas-sħana li ma tkunx inbiegħet (sħana awtokkunsmata) trid tiġi rrappurtata skont is-settur speċifiku tal-konsum finali tal-enerġija abbażi tal-klassifikazzjoni tan-NACE. Is-sħana mhux mibjugħa iżda kkonsenjata lil entitajiet oħra skont ftehimiet mhux finanzjarji jew lil entitajiet bi sjieda differenti għandha tiġi rrappurtata skont l-istess prinċipju bħas-sħana mibjugħa.

2.2.6.   Awtoprodutturi tal-Elettriku BISS

Il-parti proporzjonali tal-fjuwils użati għall-produzzjoni tas-sħana mibjugħa f’unitajiet/impjanti tas-sħana biss mill-awtoprodutturi. Il-parti proporzjonali tal-fjuwils użati għall-produzzjoni tas-sħana li ma tkunx inbiegħet (sħana awtokkunsmata) trid tiġi rrappurtata skont is-settur speċifiku tal-konsum finali tal-enerġija abbażi tal-klassifikazzjoni tan-NACE. Is-sħana mhux mibjugħa iżda kkonsenjata lil entitajiet oħra skont ftehimiet mhux finanzjarji jew lil entitajiet bi sjieda differenti għandha tiġi rrappurtata skont l-istess prinċipju bħas-sħana mibjugħa.

2.2.7.   Impjanti tal-Fjuwils bil-Privattiva

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati f’impjanti tal-fjuwils bil-privattiva għall-produzzjoni tal-fjuwil bil-privattiva.

2.2.8.   Fran tal-Kokk

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati fil-fran tal-kokk għall-produzzjoni tal-kokk tal-fran tal-kokk u tal-gass tal-fran tal-kokk.

2.2.9.   Impjanti BKB/PB

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati għall-produzzjoni tal-mattunelli tal-faħam kannella (BKB) f’impjanti BKB u l-kwantitajiet tal-fjuwils użati f’impjanti tal-mattunnelli tal-pit għall-produzzjoni tal-mattunelli tal-pit (PB).

2.2.10.   Impjanti tal-Manifattura tal-Gass

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati għall-produzzjoni tal-gass tal-impjanti tal-gass f’impjanti tal-manifattura tal-gass u f’impjanti tal-gassifikazzjoni tal-faħam.

2.2.11.   Forn tal-blast

Il-kwantitajiet tal-fjuwils li jidħlu f’reċipjent tal-forn tal-blast, kemm mill-għatu flimkien mal-mineral tal-ħadid, kif ukoll bit-tuyeres fil-qiegħ flimkien mal-arja msaħħna tal-funderija.

2.2.12.   Likwifazzjoni tal-Faħam

Il-kwantitajiet tal-fjuwil użati għall-produzzjoni taż-żejt sintetiku.

2.2.13.   Impjanti tal-gass għal likwidu

Il-kwantitajiet tal-fjuwils gassużi konvertiti fi fjuwils likwidi.

2.2.14.   Impjanti tal-Produzzjoni tal-Faħam tal-Kannol

Il-kwantitajiet tal-bijofjuwils solidi konvertiti f’faħam tal-kannol.

2.2.15.   Raffineriji taż-Żejt mhux Maħdum

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati għall-produzzjoni tal-prodotti taż-żejt mhux maħdum.

2.2.16.   Impjanti tat-taħlit tal-gass naturali (għall-gass naturali mħallat)

Il-kwantitajiet tal-gassijiet imħallta ma’ gass naturali għal ġol-grillja tal-gass (in-network tal-gass).

2.2.17.   Għat-taħlit ma’ gażolina tal-magni/diżil/pitrolju:

Il-kwantitajiet tal-bijofuwils likwidi mħallta mal-kontropartijiet fossili tagħhom.

2.2.18.   Mhux Speċifikati Band’Oħra

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati għall-attivitajiet tat-trasformazzjoni li mhumiex inklużi band’oħra. Jekk użati, kulma jiġi inkluż taħt din l-intestatura jenħtieġ jiġi spjegat fir-rapport.

2.3.   Settur tal-Enerġija

Il-kwantitajiet ikkonsmati mill-industrija tal-enerġija biex jappoġġaw l-operazzjonijiet tal-estrazzjoni (tħaffir fil-minjieri, produzzjoni taż-żejt u tal-gass) jew l-operazzjonijiet tal-impjanti relatati mal-attivitajiet tat-trasformazzjoni. Dan jikkorrispondi għan-NACE Rev. 2, id-Diviżjonijiet 05, 06, 19 u 35, għan-NACE Rev. 2, il-Grupp 09.1 u għan-NACE Rev. 2, il-klassijiet 07.21 u 08.92.

Għajr il-kwantitajiet tal-fjuwils trasformati f’forma ta’ enerġija oħra (li jenħtieġ tiġi rrappurtata taħt is-settur tat-trasformazzjoni) jew użati biex jappoġġaw it-tħaddim tal-pipelines tat-taħlitiet (slurries) biż-żejt, bil-gass u bil-faħam (li jenħtieġ jiġu rrappurtati fis-settur tat-trasport).

Inkluż il-manifattura ta’ materjali kimiċi għall-fissjoni u għall-fużjoni atomika u l-prodotti ta’ dawn il-proċessi.

2.3.1.   Użu mill-Impjanti stess tal-Elettriku, tas-CHP u tas-Sħana

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati bħala enerġija għal operazzjonijiet ta’ appoġġ f’impjanti b’unitajiet tal-elettriku biss, tas-sħana biss u tas-CHP.

2.3.2.   Minjieri tal-Faħam

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati bħala enerġija biex jappoġġaw l-estrazzjoni u l-preparazzjoni tal-faħam fl-industrija tat-tħaffir fil-minjieri għall-faħam. Il-faħam maħruq f’impjanti tal-enerġija fid-dħul għal minjiera tal-faħam jenħtieġ jiġi rrappurtat fis-settur tat-trasformazzjoni.

2.3.3.   Impjanti tal-Fjuwils bil-Privattiva

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati bħala enerġija li jappoġġaw operazzjonijiet f’impjanti tal-fjuwils bil-privattiva.

2.3.4.   Fran tal-Kokk

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati bħala enerġija biex jappoġġaw l-operazzjonijiet fil-fran tal-kokk (impjanti tal-kokk).

2.3.5.   Impjanti BKB/PB

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati bħala enerġija biex jappoġġaw l-operazzjonijiet f’impjanti BKP/PB (impjanti tal-agglomerazzjoni).

2.3.6.   Impjanti tal-Manifattura tal-Gass/impjanti tal-gassifikazzjoni

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati bħala enerġija biex jappoġaw l-operazzjonijiet f’impjanti tal-manifattura tal-gass u f’impjanti tal-gassifikazzjoni tal-faħam.

2.3.7.   Fran tal-blast

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati bħala enerġija biex jappoġġaw l-operazzjonijiet fil-fran tal-blast.

2.3.8.   Likwifazzjoni tal-Faħam

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati bħala enerġija biex jappoġġaw l-operazzjonijiet f’impjanti tal-likwifazzjoni tal-faħam.

2.3.9.   Likwifazzjoni (LNG)/rigassifikazzjoni

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati bħala enerġija biex jappoġġaw l-operazzjonijiet f’impjanti tal-likwifazzjoni tal-gass naturali u tar-rigassifikazzjoni.

2.3.10.   Impjanti tal-gassifikazzjoni (bijogass)

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati bħala enerġija biex jappoġġaw l-operazzjonijiet f’impjanti tal-gassifikazzjoni tal-bijogass.

2.3.11.   Impjanti tal-gass għal likwidu (GTL)

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati bħala enerġija biex jappoġġaw l-operazzjonijiet f’impjanti tal-konverżjoni tal-gass għal likwidu.

2.3.12.   Impjanti tal-Produzzjoni tal-Faħam tal-Kannol

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati bħala enerġija biex jappoġġaw l-operazzjonijiet f’impjanti tal-produzzjoni tal-faħam tal-kannol.

2.3.13.   Raffineriji taż-Żejt mhux Maħdum

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati bħala enerġija biex jappoġġaw l-operazzjonijiet f’raffineriji taż-żejt mhux maħdum.

2.3.14.   Estrazzjoni taż-Żejt u l-Gass

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati fil-faċilitajiet tal-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali. Għajr it-telf mill-pipelines (li għandu jiġi rrappurtat bħala telf mid-distribuzzjoni) u l-kwantitajiet tal-enerġija użata biex jitħaddmu l-pipelines (li għandhom jiġu rrappurtati fis-settur tat-trasport).

2.3.15.   Mhux speċifikati band’oħra — Enerġija

Il-kwantitajiet tal-fjuwils relatati mal-attivitajiet tal-enerġija mhux inklużi band’oħra. Jekk użati, kulma jiġi inkluż taħt din l-intestatura jenħtieġ jiġi spjegat fir-rapport.

2.4.   Telf mid-distribuzzjoni

Il-kwantitajiet tat-telf tal-fjuwil li jiġri minħabba t-trasport u d-distribuzzjoni.

2.5.   Konsum finali mhux tal-enerġija

Il-kwantitajiet tal-fjuwils fossili użati għal finijiet mhux tal-enerġija — fjuwils mhux maħruqa.

2.6.   Konsum finali tal-enerġija (speċifikazzjonijiet ta’ użu finali)

2.6.1.   Settur tal-Industrija

Dan jirreferi għall-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati mill-impriża industrijali biex tappoġġa l-attivitajiet ewlenin tagħha.

Għall-unitajiet tas-sħana biss jew tas-CHP, għandhom jiġu rrappurtati biss il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati għall-produzzjoni tas-sħana użata mill-entità nnifisha (sħana awtokkonsmata). Jenħtieġ li l-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati għall-produzzjoni tas-sħana mibjugħa u għall-produzzjoni tal-elettriku jiġu rappurtati taħt is-settur tat-trasformazzjoni xieraq.

2.6.1.1.   Tħaffir fil-Minjieri u fil-Barrieri: NACE Rev. 2, id-Div 07 (għajr 07.21) u d-Div 08 (għajr 08.92); NACE Rev. 2, il-Grupp 09.9.

2.6.1.1.1.   Estrazzjoni tal-metalli mhux maħduma [NACE Rev. 2, id-Div 07; għajr in-NACE Rev. 2, il-Klassi 07.21 Tħaffir fil-minjieri tal-uranju u t-torju]

2.6.1.1.2.   Tħaffir ieħor fil-minjieri u fil-barrieri [NACE Rev. 2, id-Div. 08; għajr in-NACE Rev. 2, il-Klassi 08.92 Estrazzjoni tal-pit]

2.6.1.1.3.   Attivitajiet ta’ appoġġ għat-tħaffir fil-minjieri [NACE Rev. 2, id-Div. 09; għajr in-NACE Rev. 2, il-Grupp 09.1 Attivitajiet ta’ appoġġ għall-estrazzjoni taż-żejt mhux maħdum u tal-gass naturali]

2.6.1.2.   Ikel, Xorb u Tabakk: NACE Rev. 2, id-Div 10, 11 u 12.

2.6.1.2.1.   Manifattura tal-prodotti tal-injam [NACE Rev. 2, id-Div. 10]

2.6.1.2.2.   Manifattura tax-xorb [NACE Rev. 2, id-Div. 11]

2.6.1.2.3.   Manifattura tal-prodotti tat-tabakk [NACE Rev. 2, id-Div. 12]

2.6.1.3.   Tessut u Ġilda [NACE Rev. 2, id-Div. 13, 14 u 15; inkluż il-Manifattura tat-tessuti, il-Manifattura tal-ħwejjeġ li jintlibsu u l-Manifattura tal-ġilda u ta’ prodotti relatati]

2.6.1.4.   Injam u Prodotti tal-Injam — il-Manifattura tal-injam u tal-prodotti tal-injam u tas-sufra, għajr l-għamara; il-manifattura ta’ oġġetti tat-tiben u ta’ materjali tat-trizza [NACE Rev. 2, id-Div. 16]

2.6.1.5.   Polpa, Karti u Stampar: NACE Rev. 2, id-Div 17 u 18.

2.6.1.5.1.   Manifattura tal-karta u tal-prodotti tal-karta [NACE Rev. 2, id-Div. 17]

2.6.1.5.1.1.   Manifattura tal-polpa [NACE Rev. 2, il-Klassi 17.11]

2.6.1.5.1.2.   Karta u prodotti tal-karta oħrajn [NACE Rev. 2, il-Klassi 17.12 u NACE Rev. 2, il-Grupp 17.2]

2.6.1.5.2.   L-istampar u r-riproduzzjoni ta’ midja rrekordjata [NACE Rev. 2, id-Div. 18]

2.6.1.6.   Sustanzi Kimiċi u Petrokimiċi: NACE Rev. 2, id-Div 20 u 21.

2.6.1.6.1.   Manifattura tal-kimiki u tal-prodotti kimiċi [NACE Rev. 2, id-Div. 20]

2.6.1.6.2.   Manifattura tal-prodotti farmaċewtiċi bażiċi u tal-preparazzjonijiet farmaċewtiċi [NACE Rev. 2, id-Div. 21]

2.6.1.7.   Minerali li mhumiex Metalliċi [NACE Rev. 2, id-Div. 23]

2.6.1.7.1.   Manifattura tal-ħġieġ u tal-prodotti tal-ħġieġ [NACE Rev. 2, il-Grupp 23.1]

2.6.1.7.2.   Manifattura tas-siment, tal-ġir u tal-ġibs (inkluż il-klinker) [NACE Rev. 2, il-Grupp 23.5]

2.6.1.7.3.   Prodotti minerali oħra mhux metalliċi [NACE Rev. 2, il-Gruppi 23.2, 23.3, 23.4, 23.6, 23.7 u 23.9]

2.6.1.8.   Ħadid u Azzar [Manifattura tal-metalli bażiċi A: NACE Rev. 2, il-Grupp 24.1, 24.2 u 24.3 u l-Klassijiet 24.51 u 24.52]

2.6.1.9.   Industriji tal-metalli li ma fihomx ħadid [Manifattura tal-metalli bażiċi B: NACE Rev. 2, il-Grupp 24.4 u l-Klassijiet 24.53 u 24.54]

2.6.1.9.1.   Produzzjoni tal-aluminju [NACE Rev. 2, il-Klassi 24.42]

2.6.1.9.2.   Industriji oħra tal-metalli li ma fihomx ħadid [NACE Rev. 2, il-Grupp 24.4 — għajr in-NACE Rev. 2, il-Klassi 24.42; NACE Rev. 2, il-Klassijiet 24.53 u 24.54]

2.6.1.10.   Makkinarju: NACE Rev. 2, id-Div 25, 26, 27 u 28.

2.6.1.10.1.   Manifattura ta’ prodotti tal-metall fabbrikat, għajr il-makkinarju u t-tagħmir [NACE Rev. 2, id-Div. 25]

2.6.1.10.2.   Manifattura tal-prodotti tal-kompjuters, elettroniċi u ottiċi [NACE Rev. 2, id-Div. 26]

2.6.1.10.3.   Manifattura tat-tagħmir elettriku [NACE Rev. 2, id-Div. 27]

2.6.1.10.4.   Manifattura tal-makkinarju u tat-tagħmir n.e.c [NACE Rev. 2, id-Div. 28]

2.6.1.11.   Tagħmir tat-Trasport: L-industriji relatati mat-tagħmir li jintuża għat-trasport [NACE, id-Div. 29 u 30; inkluż il-Manifattura tal-vetturi bil-mutur, tat-trejlers u s-semitrejlers u l-Manifattura ta’ tagħmir ieħor tat-trasport]

2.6.1.12.   Mhux Speċifikati Band’Oħra — Industrija: NACE, id-Div 22, 31 u 32

2.6.1.12.1.   Manifattura tal-prodotti tal-gomma u tal-plastik [NACE, id-Div. 22]

2.6.1.12.2.   Manifattura tal-għamara [NACE Rev. 2, id-Div. 31]

2.6.1.12.3.   Manifattura oħra [NACE Rev. 2, id-Div. 32]

2.6.1.13.   Kostruzzjoni [NACE Rev. 2, id-Div. 41, 42 u 43]

2.6.2.   Settur tat-Trasport

Enerġija użata fl-attivitajiet kollha tat-trasport irrispettivament mill-kategorija tan-NACE (is-settur ekonomiku) fejn isseħħ l-attività. Jenħtieġ li l-fjuwils użati għat-tisħin u għat-tidwil fl-istazzjonijiet tal-ferrovija, fil-vened tax-xarabanks, fuq il-mollijiet tal-bastimenti u fl-ajruporti jiġu rrappurtati taħt “Servizzi Kummerċjali u Pubbliċi” u mhux fis-settur tat-trasport.

2.6.2.1.   Ferroviji

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati mit-traffiku tal-ferroviji, inkluż il-ferroviji industrijali u t-trasport bil-ferroviji bħala parti minn sistemi tat-trasport urbani u suburbani (pereżempju il-ferroviji, it-trams, il-metros).

2.6.2.2.   Navigazzjoni Domestika

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsenjati lill-bastimenti li jtajru xi bandiera u li mhumiex involuti fit-tbaħħir internazzjonali (ara Bunkers tal-baħar internazzjonali). Jenħtieġ li d-distinzjoni domestika/internazzjonali tiġi stabbilita abbażi tal-port tat-tluq u tal-port tal-wasla, u mhux skont il-bandiera jew in-nazzjonalità tal-bastiment.

2.6.2.3.   Bit-triq

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati fil-vetturi tat-triq. Inkluż il-fjuwil użat mill-vetturi agrikoli fuq l-awtostradi u l-lubrikanti għall-użu fil-vetturi tat-triq.

Għajr l-enerġija użata f’magni stazzjonarji (ara “Settur Ieħor”), fit-tratturi li ma jintużawx fl-awtostradi (ara “Agrikoltura”), għal użu militari fil-vetturi tat-triq (ara “Settur Ieħor — Mhux Speċifikati Band’Oħra”), għall-bitumen użat fil-kisi tat-toroq u l-enerġija użata fil-magni fis-siti tal-kostruzzjoni (ara “Industrija”, is-subsettur “Kostruzzjoni”).

2.6.2.4.   Trasport bil-Pipeline

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati bħala enerġija fl-appoġġ u fit-tħaddim tal-pipelines li jittrasportaw il-gassijiet, il-likwidi, is-slurries u komoditajiet oħrajn. Inkluż l-enerġija użata għall-istazzjonijiet tal-fjuwil u għall-manutenzjoni tal-pipelines. Għajr l-enerġija użata għad-distribuzzjoni bil-pipelines tal-gass naturali jew tal-gass manifatturat, il-misħun jew l-istim mid-distributur lejn l-utenti finali (li għandu jiġi rrappurtat fis-settur tal-enerġija), l-enerġija użata għad-distribuzzjoni finali tal-ilma lill-utenti fl-unitajiet domestiċi, lill-utenti industrijali, lill-utenti kummerċjali u lil utenti oħrajn (li għandhom jiġu inklużi f’Servizzi Kummerċjali u Pubbliċi) u t-telf li jiġri waqt dan it-trasport bejn id-distributur u l-utenti finali (li għandu jiġi rrappurtat bħala telf mid-distribuzzjoni).

2.6.2.5.   Avvjazzjoni Internazzjonali

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsenjati lill-inġenji tal-ajru għall-avjazzjoni internazzjonali. Jenħtieġ li d-distinzjoni domestika/internazzjonali tkun stabbilita abbażi tal-post tat-tluq u tal-ħatt u mhux skont in-nazzjonalità tal-linja tal-ajru. Għajr il-fjuwils użati mil-linji tal-ajru għall-vetturi tat-triq tagħhom (li għandhom jiġu rrappurtati f’“Mhux Speċifikati Band’Oħra — Trasport”) u għall-użu militari tal-fjuwils tal-avjazzjoni (li għandhom jiġu rrappurati f’“Mhux Speċifikati Band’Oħra — Oħrajn”).

2.6.2.6.   Avvjazzjoni Domestika

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsenjati lill-inġenji tal-ajru għall-avjazzjoni domestika. Inkluż il-fjuwil użat għal finijiet oħra għajr it-titjiriet, eż. l-ittestjar ta’ qabel tal-magni. Jenħtieġ li d-distinzjoni domestika/internazzjonali tkun stabbilita abbażi tal-post tat-tluq u tal-ħatt u mhux skont in-nazzjonalità tal-linja tal-ajru. Dan jinkludi l-vjaġġi ta’ tul konsiderevoli bejn żewġ ajruporti f’pajjiż b’territorji extra-Ewropej. Għajr il-fjuwils użati mil-linji tal-ajru għall-vetturi tat-triq tagħhom (li għandhom jiġu rrappurtati f’“Mhux Speċifikati Band’Oħra — Trasport”) u għall-użu militari tal-fjuwils tal-avjazzjoni (li għandhom jiġu rrappurati f’“Mhux Speċifikati Band’Oħra — Oħrajn”).

2.6.2.7.   Mhux Speċifikati Band’Oħra — Trasport

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati għall-attivitajiet tat-trasport li mhumiex inklużi band’oħra. Inkluż il-fjuwils użati mil-linji tal-ajru għall-vetturi tat-triq tagħhom u l-fjuwils użati fil-portijiet għat-tagħmir tal-ħatt mill-bastimenti, diversi tipi ta’ krejnijiet. Jekk użati, kulma jiġi inkluż taħt din l-intestatura jenħtieġ jiġi spjegat fir-rapport.

2.6.3.   Setturi Oħra

Din il-kategorija tkopri l-kwantitajiet tal-fjuwils użati f’setturi mhux imsemmija speċifikament jew li ma jagħmlux parti mit-trasformazzjoni, l-enerġija, l-industrija jew it-trasport.

2.6.3.1.   Servizzi Kummerċjali u Pubbliċi

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati min-negozji u mill-uffiċċji fis-setturi pubbliċi u privati. NACE Rev. 2, id-Div 33, 36, 37, 38, 39, 45, 46, 47, 52, 53, 55, 56, 58, 59, 60, 61, 62, 63, 64, 65, 66, 68, 69, 70, 71, 72, 73, 74, 75, 77, 78, 79, 80, 81, 82, 84 (għajr il-Klassi 84.22), 85, 86, 87, 88, 90, 91, 92, 93, 94, 95, 96 u 99. Jenħtieġ li l-fjuwils użati għat-tisħin u għat-tidwil fl-istazzjonijiet tal-ferrovija, fil-vened tax-xarabanks, fuq il-mollijiet tal-bastimenti u fl-ajruporti jiġu rrappurtati f’din il-kategorija, inkluż il-fjuwils użati għall-attivitajiet kollha li mhumiex tat-trasport tan-NACE Rev. 2, id-Div 49, 50 u 51.

2.6.3.2.   Unitajiet Domestiċi

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati mill-unitajiet domestiċi kollha inkluż l-“unitajiet domestiċi b’persuni impjegati”. NACE Rev. 2, id-Div 97 u 98.

Id-definizzjonijiet speċifiċi li ġejjin japplikaw għas-settur tal-unitajiet domestiċi:

Unità domestika hija persuna li tgħix waħedha jew grupp ta’ persuni li jgħixu flimkien fl-istess abitazzjoni privata u li jaqsmu l-ispejjeż, inkluż il-forniment konġunt tal-essenzjali għall-għajxien. Għaldaqstant is-settur tal-unitajiet domestiċi, magħruf ukoll bħala s-settur residenzjali jew domestiku huwa grupp kollettiv tal-unitajiet domestiċi kollha f’pajjiż.

Jenħtieġ li residenzi kollettivi permanenti (eż. ħabsijiet) jew temporanji (eż. sptarijiet) ikunu esklużi għax dawn huma koperti taħt il-konsum fis-settur tas-servizzi. Jenħtieġ li l-enerġija użata fl-attivitajiet kollha tat-trasport tiġi rrappurtata fis-settur tat-trasport u mhux fis-settur tal-unitajiet domestiċi.

Anki l-konsum tal-enerġija assoċjat mal-attivitajiet ekonomiċi sinifikanti tal-unitajiet domestiċi jenħtieġ ikun eskluż mill-konsum totali tal-enerġija fl-unitajiet domestiċi. Dawn l-attivitajiet jinkludu l-attivitajiet ekonomiċi agrikoli fl-azjendi agrikoli żgħar u attivitajiet ekonomiċi oħra mwettqa fir-residenza ta’ unità domestika, u jenħtieġ jiġu rrappurtati fis-settur xieraq tal-konsum finali.

2.6.3.2.1.   Tisħin tal-ispazju:

Dan is-servizz tal-enerġija jirreferi għall-użu tal-enerġija li jipprovdi s-sħana f’żona interna ta’ residenza.

2.6.3.2.2.   Tkessiħ tal-ispazju:

Dan is-servizz tal-enerġija jirreferi għall-użu tal-enerġija għat-tkessiħ ta’ residenza, permezz ta’ sistema u/jew unità tar-refriġerazzjoni.

Il-fannijiet, il-blowers u tagħmir ieħor li mhumiex konnessi ma’ unità tar-refriġerazzjoni huma esklużi minn din it-taqsima, iżda jenħtieġ ikunu koperti mit-taqsima tat-“Tagħmir tat-tidwil u tal-elettriku”.

2.6.3.2.3.   Tisħin tal-ilma:

Dan is-servizz tal-enerġija jirreferi għall-użu tal-enerġija għat-tisħin tal-ilma għall-ilma ġieri sħun, il-banjijiet, it-tindif u applikazzjonijiet oħra mhux tat-tisjir.

It-tisħin tal-pixxini hu eskluż iżda jenħtieġ ikun kopert fit-taqsima ta’ “Użi finali ieħor”.

2.6.3.2.4.   Tisjir:

Dan is-servizz tal-enerġija jirreferi għall-użu tal-enerġija għat-tħejjija tal-ikel.

It-tagħmir għat-tisjir awżiljari (microwaves, ktieli, magni tal-kafè, eċċ) huma esklużi u jeħtieġ ikunu koperti fit-taqsima tat-“Tagħmir tat-tidwil u tal-elettriku”.

2.6.3.2.5.   Tagħmir tat-tidwil u tal-elettriku (elettriku biss):

L-użu tal-elettriku għat-tidwil u kull tagħmir ieħor tal-elettriku f’residenza mhux kkunsidrat f’Użi finali oħra.

2.6.3.2.6.   Użi finali oħra:

Kull konsum tal-enerġija ieħor fl-unitajiet domestiċi, bħall-użu tal-enerġija minn attivitajiet fil-miftuħ u xi attivitajiet oħra li mhumiex inklużi fil-ħames użi finali tal-enerġija msemmija hawn fuq (eż. lawn mowers, tisħin tal-pixxina, ħiters ta’ barra, barbikjus fil-miftuħ, sawni, eċċ.).

2.6.3.3.   Agrikoltura/Forestrija

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati minn utenti klassifikati bħala agrikultura, kaċċa u forestrija; NACE Rev. 2, id-Div 01 u 02.

2.6.3.4.   Sajd

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsenjati għas-sajd intern, kostali u fil-baħar fond. Jenħtieġ li s-sajd ikun ikopri l-fjuwils ikkonsenjati lill-bastimenti li jtajru xi bandiera u li ħadu l-fjuwil fil-pajjiż (inkluż is-sajd internazzjonali) u l-enerġija użata fl-industrija tas-sajd. NACE Rev. 2, id-Div 03.

2.6.3.5.   Mhux Speċifikati Band’Oħra — Oħrajn

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati għal attivitajiet li mhumiex inklużi band’oħra (bħan-NACE Rev. 2, il-Klassi 84.22). Din il-kategorija tinkludi l-użu militari tal-fjuwil għal konsum mobbli u stazzjonarju kollu (eż. bastimenti, inġenji tal-ajru, toroq u enerġija użata f’postijiet tal-għajxien), irrispettivament minn jekk il-fjuwil ikkonsenjat hux għall-militar ta’ dak il-pajjiż jew għall-militar ta’ pajjiż ieħor. Jekk użati, kulma jiġi inkluż taħt din l-intestatura jenħtieġ jiġi spjegat fir-rapport.

3.   PRODOTTI

3.1.   Faħam (Fjuwils fossili solidi u gassijiet manifatturati)

3.1.1.   Faħam iebes

Il-faħam iebes hu prodott aggregat daqs is-somma totali tal-antraċite, il-faħam tal-kokk u faħam bituminuż ieħor.

3.1.2.   Antraċite

Faħam ta’ livell għoli li jintuża għal applikazzjonijiet industrijali u domestiċi. Ġeneralment dan ikollu inqas minn 10 % ta’ materja volatili u kontenut għoli ta’ karbonju (madwar 90 % ta’ karbonju fiss). Il-valur kalorifiku gross tiegħu hu aktar minn 24 000 kJ/kg fuq bażi ħielsa mill-irmied iżda niedja.

3.1.3.   Faħam tal-kokk

Faħam bituminuż bi kwalità li tippermetti l-produzzjoni ta’ kokk (kokk tal-fran tal-kokk) adattat biex jappoġġa ċarġ ta’ fran tal-blast. Il-valur kalorifiku gross tiegħu hu aktar minn 24 000 kJ/kg fuq bażi ħielsa mill-irmied iżda niedja.

3.1.4.   Faħam bituminuż ieħor

Faħam użat biex jiġi ġġenerat l-istim u li jinkludi l-faħam bituminuż kollu li mhux inkluż la taħt faħam tal-kokk u lanqas taħt l-antraċite. Hu kkaratterizzat minn materja aktar volatili mill-antraċite (aktar minn 10 %) u kontenut ta’ karbonju aktar baxx (inqas minn 90 % ta’ karbonju fiss). Il-valur kalorifiku gross tiegħu hu aktar minn 24 000 kJ/kg fuq bażi ħielsa mill-irmied iżda niedja.

3.1.5.   Faħam kannella

Il-faħam kannella hu prodott aggregat ugwali għas-somma totali tal-faħam subbituminuż u l-linjite.

3.1.6.   Faħam subbituminuż ieħor

Jirreferi għall-faħam li ma jagħqadx b’valur kalorifiku gross ta’ bejn 20 000 kJ/kg u 24 000 kJ/kg li fih aktar minn 31 % ta’ materja volatili fuq bażi ħielsa minn materja minerali xotta.

3.1.7.   Linjite

Faħam li ma jagħqadx b’valur kalorifiku gross ta’ inqas minn 20 000 kJ/kg u aktar minn 31 % ta’ materja volatili fuq bażi ħielsa minn materja minerali xotta.

3.1.8.   Fjuwil bil-Privattiva

Fjuwil kompost manifatturat minn trab fin tal-faħam iebes biż-żieda ta’ aġent li jgħaqqad. Għaldaqstant l-ammont ta’ fjuwil bil-privattiva manifattuar jista’ jkun xi ftit iżjed mill-ammont proprja ta’ faħam ikkunsmat fil-proċess tat-trasformazzjoni.

3.1.9.   Kokk tal-fran tal-kokk

Il-prodott solidu miksub mill-karbonizzazzjoni tal-faħam, l-aktar tal-faħam tal-kokk, f’temperatura għolja; għandu kwantità baxxa ta’ umdità u għandu materja volatili. Il-kokk tal-fran tal-kokk jintuża l-aktar fl-industrija tal-ħadid u tal-azzar, u jaġixxi bħala sors tal-enerġija u aġent kimiku.

Ir-riħ tal-kokk u l-kokk tal-funderija għandhom jiġu rrappurtati f’din il-kategorija.

Jenħtieġ li s-semikokk (prodott solidu miksub mill-karbonizzazzjoni tal-faħam f’temperatura baxxa) jiġi inkluż f’din il-kategorija. Is-semikokk jintuża bħala fjuwil għat-tisħin jew mill-impjant tat-trasformazzjoni nnifsu.

Din l-intestatura tinkludi wkoll il-kokk, ir-riħ tal-kokk u s-semikokk magħmul mil-linjite.

3.1.10.   Kokk tal-gass

Prodott sekondarju tal-faħam iebes użat għall-produzzjoni tal-gass tal-ibliet f’impjanti tal-gass. Il-kokk tal-gass jintuża għal finijiet ta’ tisħin.

3.1.11.   Qatran tal-faħam

Riżultat ta’ distillazzjoni distruttiva tal-faħam bituminuż. Il-qatran tal-faħam hu l-prodott sekondarju likwidu tad-distillazzjoni tal-faħam biex isir il-kokk fil-proċess tal-fran tal-kokk jew jiġi prodott mill-faħam kannella (“qatran ta’ temperatura baxxa”).

3.1.12.   BKB (Mattunelli tal-Faħam Kannella)

Il-BKB hu fjuwil kompost manifatturat mil-linjite jew mill-faħam subbituminuż, magħmul billi jingħata l-forma ta’ mattunelli taħt pressjoni għolja mingħajr ma jinżied l-ebda aġent li jgħaqqad, inkluż it-trab fin u t-trab tal-linjite niexef.

3.1.13.   Gassijiet manifatturati

Il-gassijiet manifatturati huma aggregat ta’ prodott ugwali għas-somma totali tal-gass tal-impjanti tal-gass, il-gass tal-fran tal-kokk, il-gass tal-fran tal-blast u gassijiet irkuprati oħra.

3.1.14.   Gass tal-manifattura tal-gass

Ikopri t-tipi kollha ta’ gassijiet magħmulin f’impjanti ta’ utilità pubblika jew f’impjanti privati, bil-għan ewlieni jkun il-manifattura, it-trasport u d-distribuzzjoni tal-gass. Dan jinkludi l-gass magħmul mill-karbonizzazzjoni (inkluż il-gass magħmul mill-fran tal-kokk u trasferit għal gass tal-impjanti tal-gass), permezz tal-gassifikazzjoni totali u b’arrikkiment jew mingħajr arrikkament ta’ prodotti taż-żejt (LPG, żejt tal-fjuwil residwu, eċċ.), u b’riformazzjoni u taħlit sempliċi ta’ gassijiet u/jew ajra, inkluż it-taħlit ma’ gass naturali li jiġi distribwit u kkonsmat tul il-grillja tal-gass naturali. Jenħtieġ li l-ammont ta’ gass li jirriżulta mit-trasferimenti ta’ gassijiet tal-faħam oħrajn għal gass tal-impjanti tal-gass jiġi rrappurtat bħala l-produzzjoni tal-gass tal-impjanti tal-gass.

3.1.15.   Gass tal-Fran tal-Kokk

Il-gass tal-fran tal-kokk hu gass miksub bħala prodott sekondarju mill-manifattura tal-kokk tal-fran tal-kokk għall-produzzjoni tal-ħadid u tal-azzar.

3.1.16.   Gass tal-fran tal-blast

Il-gass tal-fran tal-blast hu magħmul waqt il-ħruq tal-kokk fil-kalkari tal-funderija fl-industrija tal-ħadid u tal-azzar. Dan jiġi rkuprat u użat bħala fjuwil, parti minnu fl-impjant u parti oħra minnu fi proċessi oħra tal-industrija tal-azzar jew f’impjanti tal-enerġija mgħammra biex jaħarquh.

3.1.17.   Gassijiet irkuprati oħrajn

Prodott sekondarju mill-produzzjoni tal-azzar f’forn tal-ossiġnu, irkuprat malli jinħareġ mill-forn. Il-gassijiet huma magħrufa wkoll bħala gass konvertitur, gass LD jew gass BOS. Jenħtieġ li l-kwantità tal-fjuwil irkuprat tiġi rrappurtata fuq bażi ta’ valur kalorifiku gross. Dan ikopri wkoll il-gassijiet manifatturati mhux speċifikati li mhumiex imsemmija hawn fuq, bħall-gassijiet kombustibbli b’oriġini karbonika solida rkuprati mill-manifattura u minn proċessi kimiċi mhux definiti band’oħra.

3.1.18.   Pit

Il-pit hu depożitu sedimentarju li jinħaraq, li huwa artab, poruż jew kompressat, u li ġej mill-pjanti b’kontenut għoli ta’ ilma (sa 90 % meta mhux proċessat), li jitqatta’ faċilment, b’kulur li jvarja mill-kannella ċar għall-kannella skur. Il-pit jinkludi l-pit tat-torba u l-pit mitħun. Dan ma jinkludix il-pit użat għal finijiet li mhumiex tal-enerġija.

3.1.19.   Prodotti tal-Pit

Prodotti bħal mattunelli tal-pit derivati direttament jew indirettament mill-pit tat-torba u mill-pit mitħun.

3.1.20.   Shale taż-żejt u ramel taż-żejt

Ix-shale taż-żejt u r-ramel taż-żejt huma blat sedimentarju li jkun fih materja organika fil-forma ta’ keroġenu. Il-keroġenu hu materjal tax-xama’ rikk fl-idrokarburi meqjus bħala prekursur taż-żejt mhux maħdum. Ix-shale taż-żejt jista’ jinħaraq direttament jew jiġi pproċessat permezz tat-tisħin biex jiġi estratt iż-żejt tax-shale. Jenħtieġ li ż-żejt tax-shale u l-prodotti l-oħra derivati mil-likwifazzjoni jiġu rrappurtati bħal idrokarburi oħra fi ħdan il-prodotti taż-żejt mhux maħdum.

3.2.   Gass naturali

3.2.1.   Gass Naturali

Il-gass naturali jinkludi gassijiet li jokkorru bħala depożiti taħt l-art, likwifikati jew gassużi, li jikkonsistu l-aktar minn metan, indipendenti mill-metodu tal-estrazzjoni (konvenzjonali u mhux konvenzjonali). Jinkludi kemm gass “mhux assoċjat” li joriġina minn faċilitajiet li jipproduċu l-idrokarburi biss f’forma ta’ gass, u gass “assoċjat” li ġie magħmul b’mod assoċjat maż-żejt mhux raffinat kif ukoll metanu irkuprat mill-minjieri tal-faħam (gass tal-minjieri tal-faħam tal-ħaġra u l-bini tagħha) jew minn saffi tal-faħam (gass tas-saffi tal-faħam). Il-gass naturali ma jinkludix il-bijogass u l-gassijiet manifatturati. It-trasferimenti ta’ dawn il-prodotti lejn in-network tal-gass naturali għandhom jiġu rrappurtati b’mod separat mill-gass naturali. Il-gass naturali jinkludi l-gass naturali likwifikat (l-LNG) u l-gass naturali kompressat (is-CNG).

3.3.   Elettriku u sħana

3.3.1.   Elettriku

L-elettriku jirreferi għat-trasferiment tal-enerġija permezz tal-fenomenu fiżiku li jinvolvi ċarġis elettriċi u l-effetti tagħhom meta jkunu weqfin u qed jiċċaqilqu. Għandu jiġi rrapurtat l-elettriku kollu li jintuża, li jsir u li jiġi kkonsmat, inkluż dak barra n-network (off-grid) u awtokkonsmat.

3.3.2.   Sħana (Sħana derivata)

Is-sħana tirreferi għall-enerġija miksuba mill-moviment translazzjonali, rotazzjonali u vibrazzjonali tal-kostitwenti tal-materja kif ukoll minn tibdil fl-istat fiżiku tagħha. Għandha tiġi rrappurtata s-sħana kollha maħluqa, għajr is-sħana magħmula mill-awtoprodutturi għall-użu tagħhom stess u mhux mibjugħa; il-forom l-oħra kollha tas-sħana huma rrappurtati bħala użu ta’ prodotti li minnhom ġiet magħmula s-sħana.

3.4.   Żejt (żejt mhux raffinat u prodotti taż-żejt mhux maħdum)

3.4.1.   Żejt mhux raffinat

Iż-żejt mhux raffinat hu żejt minerali b’oriġini naturali li jinkludi taħlita ta’ idrokarburi u impuritajiet assoċjati, bħall-kubrit. Jeżisti fil-fażi likwida b’temperatura u pressjoni normali tas-superfiċje u l-karatteristiċi fiżiċi tiegħu (id-densità, il-viskożità, eċċ.) ivarjaw ferm. Din il-kategorija tinkludi l-kondensati tal-impjant tat-trattament jew taż-żona ta’ sfruttament irkuprati minn gassijiet assoċjati jew mhux assoċjati fejn jitħalltu mal-fluss taż-żejt kummerċjali mhux raffinat. Il-kwantitajiet għandhom jiġu rrappurtati indipendentement mill-metodu tal-estrazzjoni (konvenzjonali u mhux konvenzjonali). Iż-żejt mhux raffinat jeskludi l-NGL.

3.4.2.    Likwidi ta’ gass naturali (NGL)

L-NGL huma idrokarburi likwidi jew likwifikati rkuprati minn gass naturali f’faċilitajiet tas-separazzjoni jew f’impjanti tal-ipproċessar tal-gass. L-NGL jinkludu l-etanu, il-propan, il-butan (normali u iso-), l-(iso) pentan u l-pentani plus (xi drabi msejjaħ gażolina naturali jew kondensat tal-impjant).

3.4.3.   Materja Prima tar-Raffineriji

Materja prima tar-raffineriji hi żejt ipproċessat maħsub għal aktar ipproċessar (eż. żejt tal-fjuwil tad-distillazzjoni diretta jew żejt tal-gass tal-vakwu) għajr għat-taħlit. B’aktar ipproċessar, din tinbidel f’komponent wieħed jew aktar u/jew fi prodotti finali. Din id-definizzjoni tkopri wkoll il-prodotti li jgħaddu lura mill-industrija petrokimika għall-industrija tar-raffinar (eż. il-gażolina bil-piroliżi, il-frazzjonijiet C4, iż-żejt tal-fjuwil u l-frazzjonijiet taż-żejt tal-gass).

3.4.4.   Addittivi/Ossiġenati

L-addittivi huma sustanzi mhux idrokarburi miżjuda jew imħallta ma’ prodotti taż-żejt mhux maħdum biex jimmodifikaw il-proprjetajiet tagħhom (ottan, ċetan, proprjetajiet kesħin, eċċ.). L-addittivi jinkludu l-ossiġenati (bħall-alkoħols (metanol, etanol), eteri (metil terzjarju butil eter(MTBE), etil terzjarju butil eter (ETBE), terzjarju amil metil eter (TAME), eċċ.), esteri (bħal żejt tal-kolza jew dimetilester, eċċ.), komposti kimiċi (bħal ċomb tetrametil (TML), ċomb tetraetil (TEL) u deterġenti). Jenħtieġ li l-kwantitajiet ta’ addittivi/ossiġenati (alkoħol, eteri, esteri u komposti kimiċi oħra) rrappurtati f’din il-kategorija jkunu relatati mal-kwantitajiet imħallta mal-fjuwils jew għal użu bħala fjuwil. Din il-kategorija tinkludi l-bijofjuwils li huma mħallta ma’ fjuwils fossili likwidi.

3.4.5.   Bijofjuwils f’Addittivi/Ossiġenati

Il-kwantitajiet tal-bijofjuwils likwidi rrappurtati f’din il-kategorija għandhom x’jaqsmu mal-bijofjuwils likwidi mħallta u jirreferu biss għall-porzjon tal-bijofjuwil likwidu u mhux għall-volum totali tal-likwidi li fihom jiġu mħallta l-bijofjuwils. Dawn jeskludu l-bijofjuwils likwidi kollha li ma jkunux tħalltu.

3.4.6.   Idrokarburi oħra

Żejt mhux raffinat sintetiku mir-ramel tal-qatran, żejt tax-shale, eċċ., likwidi mil-likwefazzjoni tal-faħam, il-produzzjoni ta’ likwidi mill-konverżjoni tal-gass naturali f’gażolina, idroġenu u żjut emulsifikati (eż. orimulsjoni); għajr ix-shale taż-żejt; inkluż iż-żejt tax-shale (prodott sekondarju).

3.4.7.   Prodotti taż-żejt mhux maħdum

Il-prodotti taż-żejt mhux maħdum huma prodott aggregat ugwali għas-somma totali ta’ gass tar-raffineriji, etan, gassijiet likwifikati miż-żejt, nafta, gażolina tal-magni, gażolina tal-avjazzjoni, fjuwil tal-ġett tat-tip tal-gażolina, fjuwil tal-ġett tat-tip tal-pitrolju, pitrolju ieħor, żejt tal-gass/diżil, żejt kombustibbli, spirtu abjad u SPB, lubrikanti, bitumen, xama’ tal-paraffina, kokk taż-żejt mhux maħdum u prodotti oħra.

3.4.8.   Gass tar-Raffineriji

Il-gass tar-raffineriji jinkludi taħlita ta’ gassijiet mhux kondensati li tikkonsisti l-aktar f’idroġenu, metan, etan u olefini miksuba waqt id-distillazzjoni taż-żejt mhux raffinat jew it-trattament ta’ prodotti taż-żejt (eż. cracking) f’raffineriji. Dan jinkludi wkoll il-gassijiet li ritornati lura mill-industrija petrokimika.

3.4.9.   Etan

Idrokarbur ta’ katina miftuħa u gassuż b’mod naturali (C2H6) estratt mill-flussi tal-gass naturali u tal-gass tar-raffineriji.

3.4.10.   Gassijiet Likwifikati miż-Żejt Mhux Maħdum (LPG)

L-LPG huma idrokarburi paraffiniċi ħfief derivati mill-impjanti tal-proċessi tar-raffineriji, tal-istabbilizzazzjoni taż-żejt mhux raffinat u tal-ipproċessar tal-gass naturali. Dawn jikkonsistu l-aktar minn propan (C3H8) u butan (C4Hl0) jew taħlita tat-tnejn. Jistgħu jinkludu wkoll il-propilen, il-butilen, l-isopropilen u l-isobutilen. L-LPG normalment ikunu likwifikati bi pressjoni għat-trasport u għall-ħażna.

3.4.11.   Nafta

In-nafta hi materja prima maħsuba għall-industrija petrokimika (eż. il-manifattura tal-etilen jew il-produzzjoni tal-aromatiċi) jew għall-produzzjoni tal-gażolina bir-riforma jew bl-iżomerizzazzjoni fir-raffinerija. In-nafta tinkludi l-materjal fil-medda tad-distillazzjoni ta’ bejn it-30 °C u l-210 °C jew f’xi parti minn din il-medda.

3.4.12.   Gażolina tal-Magni

Il-gażolina tal-magni tikkonsisti f’taħlita ta’ idrokarburi ħfief li jiddistillaw bejn 35 °C u 215 °C. Din tintuża bħala fjuwil għall-magni fl-art ta’ tqabbid bi spark. Il-gażolinatal-magni tista’ jinkludi addittivi, ossiġenati u aġenti li jtejbu l-ottan, inkluż komposti taċ-ċomb. Tinkludi komponenti ta’ taħlit tal-gażolina tal-magni (għajr addittivi/ossiġenati), eż. alkilati, gażolina iżomerata, gażolina riformata, gażolina cracked maħsuba biex tintuża bħala gażolina tal-magni finali. Il-gażolina tal-magni hi prodott aggregat ugwali għas-somma totali tal-bijogażolina mħallta (bijogażolina fil-gażolina tal-magni) u tal-gażolina mhux bijoloġika.

3.4.12.1.   Bijogażolina mħallta (bijogażolina fil-gażolina tal-magni)

Bijogażolina li ġiet imħallta fil-gażolina tal-magni.

3.4.12.2.   Gażolina mhux bijoloġika

Il-parti li jibqa’ mill-gażolina tal-magni — gażolina tal-magni mingħajr il-bijogażolina mħallta (fil-biċċa l-kbira din hi gażolina tal-magni b’oriġini fossili).

3.4.13.   Gażolina tal-avjazzjoni

Spirtu tal-magni mħejji speċjalment għall-magni bil-pistuni tal-avjazzjoni, b’numru ta’ ottan adattat għall-magna, punt tal-iffriżar ta’ –60 °C u medda tad-distillazzjoni ġeneralment fil-limiti ta’ bejn 30 °C u 180 °C.

3.4.14.   Fjuwil tal-ġett tat-tip tal-gażolina (fjuwil tal-ġett tat-tip nafta jew JP4)

Dan jinkludi ż-żjut tal-idrokarbur ħafif kollha għall-użu f’unitajiet tal-enerġija tat-turbini tal-avjazzjoni, li jiddistillaw bejn il-100 °C u l-250 °C. Dawn jinkisbu b’taħlita ta’ pitrolji u gażolina jew nafti b’tali mod li l-kontenut aromatiku ma jkunx jaqbeż il-25 % f’volum, u l-pressjoni tal-fwar tkun bejn it-13,7 kPa u l-20,6 kPa.

3.4.15.   Fjuwil tal-ġett tat-tip tal-pitrolju

Distillat użat għall-unitajiet tal-enerġija tat-turbini tal-avjazzjoni. Għandu l-istess karatteristiċi tad-distillazzjoni ta’ bejn il-150 °C u t-300 °C (ġeneralment mhux aktar minn 250 °C) u punt tal-fjammabbiltà bħall-pitrolju. Barra minn hekk, ċerti speċifikazzjonijiet partikolari tiegħu (bħall-punt tal-iffriżar) jiġu stabbiliti mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru. Jinkudi komponenti tat-taħlit tal-pitrolju. Fjuwil tal-ġett tat-tip tal-pitrolju hu prodott aggregat ugwali għas-somma totali ta’ pitrolju bijoloġiku tal-ġett imħallat (pitrolju bijoloġiku tal-ġett fi fjuwil tal-ġett tat-tip tal-pitrolju) u pitrolju mhux bijoloġiku tal-ġett.

3.4.15.1.   Pitrolju bijoloġiku tal-ġett imħallat (pitrolju bijoloġiku tal-ġett fi fjuwil tal-ġett tat-tip tal-pitrolju)

Pitrolju bijoloġiku tal-ġett li tħallat fi fjuwil tal-ġett tat-tip tal-pitrolju.

3.4.15.2.   Pitrolju tal-ġett mhux bijoloġiku

Il-parti li jibqa’ mill-fjuwil tal-ġett tat-tip tal-pitrolju — fjuwil tal-ġett tat-tip tal-pitrolju għajr il-pitrolju bijoloġiku tal-ġett imħallat (fil-biċċa l-kbira dan hu fjuwil tal-ġett tat-tip tal-pitrolju b’oriġini fossili).

3.4.16.   Pitrolju ieħor

Distillat taż-żejt mhux maħdum irfinut li jintuża f’setturi għajr fit-trasport bl-inġenji tal-ajru. Jiddistilla bejn il-150 °C u t-300 °C.

3.4.17.   Żejt tal-gass/diżil (Żejt tal-fjuwil iddistillat)

Żejt tal-gass/diżil hu primarjament distillat medju li jiddistilla b’temperatura ta’ bejn il-180 °C u t-380 °C. Jinkludi komponenti tat-taħlit. Jinstab f’diversi gradi, u jiddependi mill-użi. Iż-żejt tal-gass/diżil jinkludi żejt tad-diżil għat-triq għal magni diżil tal-karozzi u t-trakkijiet li jaqbdu bil-kompressjoni. Iż-żejt tal-gass/diżil jinkludi żejt ħafif għat-tisħin għal użi industrijali u kummerċjali, diżil marittimu u diżil użat fit-traffiku tal-ferroviji, żejt tal-gass ieħor li jinkludi żjut tal-gass tqal oħra li jiddistillaw bejn it-380 °C u l-540 °C u li jintużaw bħala materja prima petrokimika. Iż-żejt tal-gass/diżil hu prodott aggregat ugwali għas-somma totali ta’ bijodiżils imħallta (bijodiżils fiż-żejt tal-gass/diżil) u diżils mhux bijoloġiċi.

3.4.17.1.   Bijodiżils imħallta (bijodiżils fiż-żejt tal-gass/diżil)

Bijodiżils li tħalltu fiż-żejt tal-gass/diżil.

3.4.17.2.   Bijodiżils mhux bijoloġiċi

Il-parti li jibqa’ miż-żejt tal-gass/diżil — żejt tal-gass/diżil għajr il-bijodiżils imħallta (fil-biċċa l-kbira dan hu żejt tal-gass/diżil b’oriġini fossili).

3.4.18.   Żejt tal-fjuwil (żejt tal-fjuwil tqil)

Iż-żjut tal-fjuwil (tqal) residwi kollha (inkluż dawk miksuba bit-taħlit). Il-viskożità kinematika hi aktar minn 10 cSt f’temperatura ta’ 80 °C. Il-punt tal-fjammabbiltà huwa dejjem aktar minn 50 °C u d-densità hija dejjem aktar minn 0,90 kg/l. Iż-żejt tal-fjuwil hu prodott aggregat ugwali għas-somma totali ta’ żejt tal-fjuwil b’kontenut baxx ta’ kubrit u żejt tal-fjuwil b’kontenut għoli ta’ kubrit.

3.4.18.1.   Żejt tal-fjuwil b’kontenut baxx ta’ kubrit (LSFO)

Żejt tal-fjuwil b’kontenut ta’ kubrit inqas minn 1 %.

3.4.18.2.   Żejt tal-fjuwil b’kontenut għoli ta’ kubrit (HSFO)

Żejt tal-fjuwil b’kontenut ta’ kubrit ta’ 1 % jew aktar.

3.4.19.   Spirtu Abjad u SBP

L-ispirtu abjad u l-SBP huma definiti bħala intermedji tad-distillat irfinut b’distillazzjoni fil-medda tan-nafta/tal-pitrolju. Dawn jinkludu l-ispirtu industrijali (imsejjaħ ukoll SBP; żjut ħfief li jiddistillaw bejn it-30 °C u l-200 °C f’7 jew 8 gradi ta’ spirtu industrijali, skont il-pożizzjoni tal-qatgħa fil-medda tad-distillazzjoni — il-gradi huma ddefiniti skont id-differenza fit-temperatura bejn il-punti tad-distillazzjoni b’volum ta’ 5 % u b’volum ta’ 90 %, li ma tkunx aktar minn 60 °C) u l-ispirti bojod (l-ispirtu industrijali b’punt tal-fjammabbiltà ’l fuq minn 30 °C u l-medda tad-distillazzjoni tkun bejn il-135 °C u l-200 °C).

3.4.20.   Lubrikanti

Idrokarburi prodotti mill-prodott sekondarju tad-distillat. Dawn jintużaw l-aktar biex tonqos il-frizzjoni bejn is-superfiċji li jġorru l-piżijiet. Jinkludu l-gradi maħduma kollha taż-żejt tal-lubrikazzjoni, miż-żejt tal-magħżel saż-żejt taċ-ċilindri, u dawk kollha li jintużaw fil-griżijiet, fiż-żjut tal-magni u fil-gradi kollha tal-istokkijiet b’bażi taż-żejt tal-lubrikazzjoni.

3.4.21.   Bitumen

Idrokarbur solidu, semi-solidu jew viskuż bi struttura kollojdali, li l-kulur tiegħu jvarja mill-kannella għall-iswed, miksub bħala residwu fid-distillazzjoni taż-żejt mhux raffinat, bid-distillazzjoni f’vakwu tar-residwi taż-żejt minn distillazzjoni atmosferika. Il-bitumen ta’ spiss jissejjaħ asfalt u jintuża l-aktar għall-bini tat-toroq u għal materjal tas-soqfa. Jinkludi l-bitumen fluwidizzat u l-bitumen ridott.

3.4.22.   Xama’ tal-paraffina

Dawn huma idrokarburi alifatiċi saturati. Din ix-xama’ hi residwi estratti bi tneħħija tax-xama’ miż-żjut tal-lubrikazzjoni. Għandhom struttura kristallina li hija ftit jew wisq fina skont il-grad. Il-karatteristiċi ewlenin tagħhom huma dawn li ġejjin: mingħajr kulur, mingħajr riħa u trasluċidi, b’punt tat-tidwib aktar minn 45 °C.

3.4.23.   Kokk taż-żejt mhux maħdum

Prodott sekondarju iswed u solidu, miksub l-aktar bit-tfarrik u l-karbonizzazzjoni ta’ materja prima dderivata miż-żejt mhux maħdum, mill-qigħan bil-vakwu, mill-qatran u miż-żiftijiet fi proċessi bħall-ikkokkjar imdewwem jew l-ikkokkjar fluwidu. Dan jikkonsisti l-aktar minn karbonju (bejn 90 sa 95 %) u għandu kontenut baxx ta’ rmied. Jintuża bħala materja prima fil-fran tal-kokk għall-industrija tal-azzar, għal finijiet ta’ tisħin, għall-manifattura tal-elettrodi u għall-produzzjoni tal-kimiċi. L-aktar żewġ kwalitajiet importanti huma “il-kokk l-aħdar” u “il-kokk kalċinat”. Jinkludi “il-kokk katalist” depożitat fuq il-katalista tul il-proċessi tar-raffinar; dan il-kokk ma jistax jiġi rkuprat u ġeneralment jinħaraq bħala fjuwil tar-raffineriji.

3.4.24.   Prodotti oħrajn

Il-prodotti l-oħra kollha li ma jissemmewx b’mod speċifiku hawn fuq, pereżempju: il-qatran u l-kubrit. Jinkludu l-aromatiċi (eż. il-BTX jew il-benżen, it-toluwen u l-ksilen) u l-olefini (eż. il-propilen) magħmulin fir-raffineriji.

3.5.   Enerġija rinnovabbli u enerġija mill-iskart

3.5.1.   Idro

L-enerġija potenzjali u kinetika tal-ilma kkonvertita f’elettriku fl-impjanti idroelettriċi. L-idro hu prodott aggregat ugwali għas-somma totali ta’ impjanti idro puri, impjanti idro mħallta u impjanti ta’ ħżin ippompjat pur.

3.5.1.1.   Impjanti idro puri

L-impjanti idro li jużaw biss fluss ’il ġewwa ta’ ilma naturali dirett u ma għandhom l-ebda kapaċità għal ħażna bil-pompa idro (li tippompja l-ilma ’l fuq).

3.5.1.2.   Impjanti idro mħallta

L-impjanti idro bi fluss ’il ġewwa ta’ ilma naturali f’riżerva ta’ fuq fejn parti mit-tagħmir jew it-tagħmir kollu jista’ jintuża għall-ippumpjar tal-ilma ’l fuq; l-elettriku ġġenerat hu konsegwenza tal-fluss ’il ġewwa tal-ilma naturali kif ukoll tal-ilma li qabel ikun ġie ppumpjat ’il fuq.

3.5.1.3.   Impjanti ta’ ħżin ippompjat puri

L-impjanti idro li ma jkollhom l-ebda fluss ’il ġewwa ta’ ilma naturali fir-riżerva ta’ fuq; il-maġġoranza l-kbira tal-ilma li jiġġenera l-elettriku ikun ġie ppumpjat ’il fuq qabel; għajr l-ilma tax-xita u tal-borra.

3.5.2.   Enerġija ġeotermali

L-enerġija disponibbli bħala sħana emessa minn ġol-qoxra tad-dinja, ġeneralment fil-forma ta’ ilma sħun jew stim; għajr is-sħana ambjentali maħkuma minn pompi tas-sħana bis-sors tas-sħana mill-art. Il-produzzjoni tal-enerġija ġeotermali hija d-differenza bejn l-entalpija tal-fluwidu magħmul fil-ħofra għall-ilma tal-produzzjoni u dik tal-fluwidu li eventwalment jintrema.

3.5.3.   Solari

Is-solari hu prodott aggregat ugwali għas-somma totali ta’ fotovoltajċi solari u termali solari.

3.5.3.1.   Fotovoltajċi solari

Id-dawl tax-xemx ikkonvertit f’elettriku bl-użu ta’ ċelluli solari li jiġġeneraw l-elettriku meta esposti għad-dawl. Għandu jiġi rrappurtat l-elettriku kollu magħmul (inkluż il-produzzjoni fuq skala żgħira u l-installazzjonijiet barra n-network).

3.5.3.2.   Termal solari

Is-sħana mir-radjazzjoni tax-xemx (id-dawl tax-xemx) sfruttata għal finijiet ta’ enerġija utli. Bħala eżempju, din tinkludi l-impjanti termoelettriċi solari u s-sistemi attivi tal-produzzjoni tal-ilma sħun sanitarju jew tat-tisħin tal-ispazju fil-binjiet. Din il-produzzjoni tal-enerġija hija s-sħana disponibbli għall-mezz tat-trasferiment tas-sħana, jiġifieri l-enerġija inċidenti solari mingħajr it-telf ottiku u tal-kolletturi. L-enerġija solari maqbuda minn sistemi passivi tat-tisħin, tat-tkessiħ u tat-tidwil tal-bini ma għandhiex tiġi inkluża; għandha tiġi inkluża biss l-enerġija solari relatata mas-sistemi attivi.

3.5.4.   Marea, Mewġ, Oċean

L-enerġija mekkanika dderivata mill-moviment tal-marea, mill-moviment tal-mewġ jew mill-kurrent tal-oċean u sfruttata għall-ġenerazzjoni tal-elettriku.

3.5.5.   Riħ

L-enerġija kinetika tar-riħ sfruttata għall-ġenerazzjoni tal-elettriku fit-turbini tar-riħ. Ir-riħ hu prodott aggregat ugwali għas-somma totali ta’ riħ fuq l-art u riħ lil hinn mill-kosta.

3.5.5.1.   Riħ fuq l-art

Il-produzzjoni tal-elettriku mir-riħ f’postijiet fuq l-art (internament, inkluż il-lagi u ilmijiet interni oħra).

3.5.5.2.   Riħ lil hinn mill-kosta

Il-produzzjoni tal-elettriku f’postijiet lil hinn mill-kosta (eż. il-baħar, l-oċean u l-gżejjer artifiċjali). Fir-rigward tal-produzzjoni tar-riħ lil hinn mill-kosta ’il barra mill-ilmijiet territorjali tat-territorju kkonċernat, jenħtieġ jitqiesu l-installazzjonijiet kollha li jinsabu fiż-żona ekonomika esklussiva ta’ pajjiż.

3.5.6.   Skart industrijali (il-porzjon mhux rinnovabbli)

Għandu jiġi rrappurtat l-iskart b’oriġini industrijali mhux rinnovabbli li jiġi maħruq direttament f’installazzjonijiet speċifiċi għal finijiet ta’ enerġija sinifikanti. Jenħtieġ li l-kwantità tal-fjuwil użat tiġi rrappurtata fuq bażi ta’ valur kalorifiku nett. L-iskart inċinerat mingħajr irkupru ta’ enerġija hu eskluż. Jenħtieġ li l-porzjon rinnovabbli tal-iskart industrijali jiġi rrappurtat fil-kategorija tal-bijofjuwils li tiddeskrivih l-aħjar.

3.5.7.   Skart muniċipali:

L-iskart iġġenerat mid-djar, mill-isptarijiet u mis-settur terzjarju (b’mod ġenerali l-iskart kollu li jixbah l-iskart mid-djar), li jinħaraq direttament f’installazzjonijiet speċifiċi għal finijiet ta’ enerġija sinifikanti. Jenħtieġ li l-kwantità tal-fjuwil użat tiġi rrappurtata fuq bażi ta’ valur kalorifiku nett. L-iskart inċinerat mingħajr irkupru ta’ enerġija hu eskluż. L-iskart muniċipali hu prodott aggregat ugwali għas-somma totali tal-iskart muniċipali rinnovabbli u l-iskart muniċipali mhux rinnovabbli.

3.5.7.1.   Skart muniċipali rinnovabbli

Il-porzjon tal-iskart muniċipali li għandu oriġini bijoloġika.

3.5.7.2.   Skart muniċipali mhux rinnovabbli

Il-porzjon tal-iskart muniċipali li għandu oriġini mhux bijoloġika.

3.5.8.   Bijofjuwils

Il-bijofjuwils huma prodott aggregat ugwali għas-somma totali ta’ bijofjuwils solidi, bijogass u bijofjuwils likwidi. Il-bijofjuwils użati għal finijiet mhux ta’ enerġija huma esklużi mill-ambitu tal-istatistika dwar l-enerġija (pereżempju l-injam użat għall-kostruzzjoni jew għall-għamara, il-bijolubrikanti għal lubrikazzjoni tal-magni u l-bijobitumen użat għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq).

3.5.8.1.   Bijofjuwils Solidi

Ikopru l-materjal organiku solidu, mhux fossili b’oriġini bijoloġika (magħruf ukoll bħala l-bijomassa) li jista’ jintuża bħala fjuwil għall-produzzjoni tas-sħana jew għall-ġenerazzjoni tal-elettriku. Il-bijofjuwils solidi huma prodott aggregat ugwali għas-somma totali ta’ faħam tal-kannol, injam li jintuża bħala fjuwil, residwi u prodotti sekondarji tal-injam, likur iswed, bagasse, skart mill-annimali, materjali u residwi veġetali oħra u frazzjoni rinnovabbli tal-iskart industrijali.

3.5.8.1.1.   Faħam tal-Kannol

Il-faħam tal-kannol hu fjuwil manifatturat minn bijofjuwils solidi — ir-residwu solidu tad-distillazzjoni distruttiva u l-piroliżi tal-injam u materjal veġetali ieħor.

3.5.8.1.2.   Injam li jintuża bħala fjuwil, residwi u prodotti sekondarji tal-injam

L-injam li jintuża bħala fjuwil jew injam għall-ħruq (fil-forma ta’ zkuk, friegħi mejtin, gerbub jew biċċiet tal-injam) miksub minn foresti naturali jew ġestiti jew minn siġar iżolati. Jinkludi r-residwi tal-injam użati bħala fjuwil u li jżommu l-kompożizzjoni oriġinali tal-injam; jinkludi l-gerbub tal-injam. Il-karbonju u l-likur iswed huma esklużi. Jenħtieġ li l-kwantità tal-fjuwil użat tiġi rrappurtata fuq bażi ta’ valur kalorifiku nett.

3.5.8.1.2.1.   Gerbub tal-injam

Il-gerbub tal-injam hu prodott ċilindriku li ġie agglomerat minn residwi tal-injam permezz tal-kompressjoni.

3.5.8.1.3.   Likur iswed

L-enerġija mil-likur mingħajr alkalina miksuba mid-diġesturi tul il-produzzjoni ta’ kubrit jew polpa tas-soda meħtieġa għall-manifattura tal-karta. Jenħtieġ li l-kwantità tal-fjuwil użat tiġi rrappurtata fuq bażi ta’ valur kalorifiku nett.

3.5.8.1.4.   Bagasse

Il-fjuwil miksub mill-fibra li tibqa’ wara l-estrazzjoni tal-meraq fl-ipproċessar tal-kannamiela. Jenħtieġ li l-kwantità tal-fjuwil użat tiġi rrappurtata fuq bażi ta’ valur kalorifiku nett.

3.5.8.1.5.   Skart tal-annimali

L-enerġija mir-rawt tal-annimali, mir-residwi tal-laħam u l-ħut li meta jinxfu jintużaw direttament bħala fjuwil. Dan jeskludi l-iskart użat fl-impjanti tal-fermentazzjoni anaerobika. Il-gassijiet tal-fjuwil minn dawn l-impjanti jinkludihom taħt Bijogassijiet. Jenħtieġ li l-kwantità tal-fjuwil użat tiġi rrappurtata fuq bażi ta’ valur kalorifiku nett.

3.5.8.1.6.   Residwi u materjali veġetali oħrajn

Il-bijofjuwils mhux speċifikati band’oħra, inkluż it-tiben, il-qxur tal-ħaxix, il-qxur tal-ġewż mitħun, il-friegħi mejta miżbura, ir-residwi taż-żebbuġ u skart ieħor li joħroġ mill-manutenzjoni, mill-qtugħ u mill-ipproċessar tal-pjanti. Jenħtieġ li l-kwantità tal-fjuwil użat tiġi rrappurtata abbażi tal-valur kalorifiku nett.

3.5.8.1.7.   Porzjoni rinnovabbli tal-iskart industrijali

Il-porzjon rinnovabbli solidu tal-iskart industrijali maħruq direttament f’installazzjonijiet speċifiċi għal finijiet ta’ enerġija sinifikattiva (pereżempju iżda mhux biss, il-porzjon tal-lasktu naturali fit-tajers tal-lasktu mormija jew il-porzjon tal-fibri naturali fl-iskart tessili – mill-kategoriji tal-iskart 07.3 u 07.6, rispettivament, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 dwar l-istatistika tal-iskart). Jenħtieġ li l-kwantità tal-fjuwil użat tiġi rrappurtata fuq bażi ta’ valur kalorifiku nett.

3.5.8.2.   Bijogass

Gass li fih l-aktar metan u dijossidu tal-karbonju, magħmul b’diġestjoni anaerobika tal-bijomassa jew bi proċessi termali mill-bijomassa, inkluż il-bijomassa fl-iskart. Jenħtieġ li l-kwantità tal-fjuwil użat tiġi rrappurtata fuq bażi ta’ valur kalorifiku nett. Il-bijogass hua prodott aggregat ugwali għas-somma totali ta’ gass tal-miżbliet, gass tal-ħama tad-dranaġġ, bijogassijiet oħra mid-diġestjoni anaerobika u bijogassijiet minn proċessi termali.

3.5.8.2.1.   Gass tal-miżbliet

Il-bijogass magħmul mid-diġestjoni anaerobika tal-iskart tal-miżbliet.

3.5.8.2.2.   Gass tal-ħama tad-dranaġġ

Il-bijogass magħmul mill-fermentazzjoni anerobika tal-ħama tad-dranaġġ.

3.5.8.2.3.   Bijogassijiet oħra mid-diġestjoni anaerobika

Il-bijogass magħmul mill-fermentazzjoni anaerobika tal-islurries tal-annimali u tal-iskart tal-biċċeriji, tal-birreriji u ta’ industriji agro-alimentari oħra.

3.5.8.2.4.   Bijogassijiet minn proċessi termali

Il-bijogass magħmul minn proċessi termali (b’gassifikazzjoni jew piroliżi) tal-bijomassa.

3.5.8.3.   Bijofjuwils likwidi

Din il-kategorija tinkludi l-fjuwils likwidi kollha b’oriġini naturali (eż. prodotti mill-bijomassa u/jew il-frazzjoni tal-iskart bijodegradabbli), adattati biex jitħalltu ma’ fjuwils b’oriġini fossili jew biex jissostitwuhom. Il-kwantitajiet tal-bijofjuwils likwidi rrappurtati f’din il-kategorija jenħtieġ ikunu jinkludu l-kwantitajiet tal-bijofjuwil pur li ma jkunux tħalltu mal-fjuwils fossili. Għall-każ partikolari tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-bijofjuwils likwidi, hu rilevanti biss il-kummerċ tal-kwantitajiet li ma tħalltux mal-fjuwils tat-trasport (jiġifieri fil-forma pura tagħhom); il-kummerċ tal-bijofjuwils likwidi mħalltin fil-fjuwils tat-trasport jenħtieġ jiġi rrappurtat fil-kategorija tal-prodotti taż-żejt. Għandhom jiġu rrapportati biss il-bijofjuwils likwidi użati għal finijiet ta’ enerġija — maħruqa direttament jew imħallta mal-fjuwils fossili. Il-bijofjuwils likwidi huma prodott aggregat ugwali għas-somma totali tal-bijogażolina, il-bijodiżils, il-pitrolju bijoloġiku tal-ġett u bijofjuwils likwidi oħra.

3.5.8.3.1.   Biogażolina

Il-bijofjuwils likwidi adattati biex jitħalltu mal-gażolina tal-magni minn oriġini fossili jew biex jissostitwuha.

3.5.8.3.1.1.   Bijoetanol

L-etanol bħala parti mill-bijogażolina.

3.5.8.3.2.   Bijodiżils

Il-bijofjuwils likwidi adattati biex jitħalltu maż-żejt tal-gass/diżil minn oriġini fossili jew biex jissostitwuh.

3.5.8.3.3.   Pitrolju bijoloġiku tal-ġett

Il-bijofjuwils likwidi adattati biex jitħalltu mal-pitrolju tal-ġett minn oriġini fossili jew biex jissostitwuh.

3.5.8.3.4.   Bijofjuwils likwidi oħrajn

Il-bijofjuwils likwidi li ma huma inklużi fl-ebda waħda mill-kategoriji preċedenti.

3.5.9.   Sħana ambjentali

L-enerġija termali f’livell ta’ temperatura utli estratta (maqbuda) permezz ta’ pompi tas-sħana li għandhom bżonn l-elettriku jew enerġija awżiljarja oħra biex jaħdmu. Din l-enerġija termali tista’ tinħażen fl-arja ambjentali, taħt il-wiċċ ta’ art solida jew fl-ilma tas-superfiċje. Il-valuri għandhom jiġu rrappurtati bl-istess metodoloġija bħal dik użata għar-rappurtar tal-enerġija tas-sħana maqbuda minn pompi tas-sħana skont id-Direttiva 2009/28/KE, iżda jenħtieġ jiġu inklużi l-pompi tas-sħana kollha irrispettivament mil-livell ta’ prestazzjoni tagħhom.

ANNESS B

STATISTIKA ANNWALI DWAR L-ENERĠIJA

Dan l-Anness jiddeskrivi l-ambitu, l-unitajiet, il-perjodu rrappurtat, il-frekwenza, l-iskadenza u l-modalitajiet tat-trażmissjoni għall-ġbir tal-istatistika annwali dwar l-enerġija.

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-ġbir tad-data kollu speċifikat f’dan l-Anness:

(a)

Il-perjodu rrappurtat: Il-perjodu rrappurtat tad-data ddikjarata għandu jkun sena kalendarja (mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru), li tibda mis-sena ta’ referenza 2017.

(b)

Il-frekwenza: Id-data għandha tiġi ddikjarata fuq bażi annwali.

(c)

L-iskadenza għat-trażmissjoni tad-data: Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-data għandha tintbagħat sat-30 ta’ Novembru tas-sena wara s-sena rrappurtata.

(d)

Il-format tat-trażmissjoni: Il-format tat-trażmissjoni għandu jikkonforma mal-istandard tal-iskambju rilevanti speċifikat mill-Eurostat.

(e)

Il-metodu tat-trażmissjoni: Id-data għandha tintbagħat jew tittella’ b’mezzi elettroniċi fil-punt uniku tad-dħul tad-data tal-Eurostat.

Fl-Anness A hemm l-ispjegazzjonijiet tat-termini li għalihom ma tingħatax spjegazzjoni speċifika f’dan l-Anness.

1.   FJUWILS FOSSILI SOLIDI U GASSIJIET MANIFATTURATI

1.1.   Prodotti tal-enerġija applikabbli

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan il-ġbir tad-data japplika għall-prodotti kollha tal-enerġija elenkati fl-Anness A, il-Kapitolu 3.1. FAĦAM (Fjuwils fossili solidi u gassijiet manifatturati).

1.2.   Lista ta’ aggregati

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, il-lista ta’ aggregati li ġejja għandha tiġi ddikjarata għall-prodotti kollha tal-enerġija elenkati fil-paragrafu preċedenti.

1.2.1.   Provvista

1.2.1.1.   Produzzjoni

1.2.1.1.1.   Produzzjoni taħt l-art

Applikabbli biss għall-antraċite, il-faħam tal-kokk, faħam bituminuż ieħor, il-faħam subbituminuż u l-linjite.

1.2.1.1.2.   Produzzjoni fil-wiċċ

Applikabbli biss għall-antraċite, il-faħam tal-kokk, faħam bituminuż ieħor, il-faħam subbituminuż u l-linjite.

1.2.1.2.   Irċevuti li ġejjin minn sorsi oħra

Dan jikkonsisti f’żewġ komponenti:

slurries irkuprati, middlings u prodotti tal-faħam oħrajn ta’ grad baxx, li ma jistgħux jiġu kklassifikati skont it-tip tal-faħam, inkluż il-faħam irkuprat minn munzelli tal-iskart u minn reċipjenti oħra tal-iskart,

irċevuti li ġejjin minn sorsi oħra.

1.2.1.3.   Irċevuti li ġejjin minn sorsi oħra: minn prodotti taż-żejt

Mhux applikabbli għall-antraċite, għall-faħam tal-kokk, għal faħam bituminuż ieħor, għall-faħam subbituminuż, għal-linjite, għall-pit, u għax-shale taż-żejt u r-ramel taż-żejt.

1.2.1.4.   Irċevuti li ġejjin minn sorsi oħra: mill-gass naturali

Mhux applikabbli għall-antraċite, għall-faħam tal-kokk, għal faħam bituminuż ieħor, għall-faħam subbituminuż, għal-linjite, għall-pit, u għax-shale taż-żejt u r-ramel taż-żejt.

1.2.1.5.   Irċevuti li ġejjin minn sorsi oħra: minn sorsi rinnovabbli

Mhux applikabbli għall-antraċite, għall-faħam tal-kokk, għal faħam bituminuż ieħor, għall-faħam subbituminuż, għal-linjite, għall-pit, u għax-shale taż-żejt u r-ramel taż-żejt.

1.2.1.6.   Importazzjonijiet

1.2.1.7.   Esportazzjonijiet

1.2.1.8.   Bunkers tal-Baħar Internazzjonali

1.2.1.9.   Bidliet fl-Istokkijiet

1.2.2.   Settur tat-Trasformazzjoni

1.2.2.1.   Produtturi tal-Attività Ewlenija tal-Elettriku Biss

1.2.2.2.   Unitajiet tas-Sħana u tal-Enerġija Kkombinati (CHP) tal-Produtturi tal-Attività Ewlenija

1.2.2.3.   Produtturi tal-Attività Ewlenija tas-Sħana Biss

1.2.2.4.   Awtoprodutturi tal-Elettriku Biss

1.2.2.5.   Unitajiet tas-Sħana u tal-Enerġija Kkombinati (CHP) tal-Awtoprodutturi

1.2.2.6.   Awtoprodutturi tas-Sħana Biss

1.2.2.7.   Impjanti tal-Fjuwils bil-Privattiva

1.2.2.8.   Fran tal-Kokk

1.2.2.9.   Impjanti BKB/PB

1.2.2.10.   Impjanti tal-Manifattura tal-Gass

1.2.2.11.   Fran tal-blast

1.2.2.12.   Likwifazzjoni tal-Faħam

1.2.2.13.   Għall-Gass Naturali Mħallat

1.2.2.14.   Mhux Speċifikati Band’Oħra — Transformazzjoni

1.2.3.   Settur tal-Enerġija

1.2.3.1.   Impjanti tal-Elettriku, tas-CHP u tas-Sħana

1.2.3.2.   Minjieri tal-Faħam

1.2.3.3.   Impjanti tal-Fjuwils bil-Privattiva

1.2.3.4.   Fran tal-Kokk

1.2.3.5.   Impjanti BKB/PB

1.2.3.6.   Impjanti tal-Manifattura tal-Gass

1.2.3.7.   Fran tal-blast

1.2.3.8.   Raffineriji taż-Żejt mhux Maħdum

1.2.3.9.   Likwifazzjoni tal-Faħam

1.2.3.10.   Mhux Speċifikati Band’Oħra — Enerġija

1.2.4.   Telf mid-distribuzzjoni

It-telf mid-distribuzzjoni jinkludi wkoll l-ivvampjar ta’ gassijiet manifatturati.

1.2.5.   Użu mhux tal-enerġija

1.2.5.1.   Setturi tal-Industrija, tat-Trasformazzjoni u tal-Enerġija

L-użu mhux tal-enerġija fis-subsetturi kollha tal-industrija, tat-trasformazzjoni u tal-enerġija, eż. il-faħam użat biex isir il-metanol jew l-ammonjaka.

1.2.5.1.1.   Settur kimiku u petrokimiku

NACE Rev. 2, id-Div 20 u 21; l-użu mhux tal-enerġija tal-faħam jinkludi użi bħala materja prima biex jiġi magħmul il-fertilizzant u bħala materja prima għal prodotti petrokimiċi oħra.

1.2.5.2.   Settur tat-Trasport

L-użu mhux tal-enerġija fis-subsetturi kollha tat-Trasport.

1.2.5.3.   Setturi Oħra

L-użu mhux tal-enerġija fis-Servizzi Kummerċjali u Pubbliċi, fl-Unitajiet Domestiċi, fl-Agrikoltura u f’Mhux Speċifikati Band’Oħra — Oħrajn.

1.2.6.   Konsum Finali tal-Enerġija — Settur tal-Industrija

1.2.6.1.   Ħadid u Azzar

1.2.6.2.   Sustanzi Kimiċi u Petrokimiċi

1.2.6.3.   Metalli li ma fihomx ħadid

1.2.6.4.   Minerali li mhumiex Metalliċi

1.2.6.5.   Tagħmir tat-Trasport

1.2.6.6.   Makkinarju

1.2.6.7.   Tħaffir fil-Minjieri u fil-Barrieri

1.2.6.8.   Ikel, Xorb u Tabakk

1.2.6.9.   Polpa, Karti u Stampar

1.2.6.10.   Injam u Prodotti tal-Injam

1.2.6.11.   Kostruzzjoni

1.2.6.12.   Tessut u Ġilda

1.2.6.13.   Mhux Speċifikati Band’Oħra — Industrija

1.2.7.   Konsum Finali tal-Enerġija — Settur tat-Trasport

1.2.7.1.   Ferroviji

1.2.7.2.   Navigazzjoni Domestika

1.2.7.3.   Mhux Speċifikati Band’Oħra — Trasport

1.2.8.   Konsum Finali tal-Enerġija — Setturi Oħrajn

1.2.8.1.   Servizzi Kummerċjali u Pubbliċi

1.2.8.2.   Unitajiet Domestiċi

1.2.8.3.   Agrikoltura/Forestrija

1.2.8.4.   Sajd

1.2.8.5.   Mhux Speċifikati Band’Oħra — Oħrajn

1.2.9.   Importazzjonijiet skont il-pajjiż tal-oriġini u esportazzjonijiet skont il-pajjiż tad-destinazzjoni

Għandhom jiġu rrappurtati l-importazzjonijiet skont il-pajjiż tal-oriġini u l-esportazzjonijiet skont il-pajjiż tad-destinazzjoni. Applikabbli għall-antraċite, il-faħam tal-kokk, faħam bituminuż ieħor, il-faħam subbituminuż, il-linjite, il-fjuwils bil-privattiva, il-kokk tal-fran tal-kokk, il-qatran tal-faħam, il-BKB, il-pit, il-prodotti tal-pit u x-shale taż-żejt u r-ramel taż-żejt.

1.2.10.   Valuri kalorifiċi

Applikabbli għall-antraċite, il-faħam tal-kokk, faħam bituminuż ieħor, il-faħam subbituminuż, il-linjite, il-fjuwils bil-privattiva, il-kokk tal-fran tal-kokk, il-kokk tal-gass, il-qatran tal-faħam, il-BKB, il-pit, il-prodotti tal-pit u x-shale taż-żejt u r-ramel taż-żejt.

Kemm il-valuri kalorifiċi grossi kif ukoll dawk netti għandhom jiġu ddikjarati għall-aggregati li ġejjin:

1.2.10.1.   Produzzjoni

1.2.10.2.   Importazzjonijiet

1.2.10.3.   Esportazzjonijiet

1.2.10.4.   Użati fil-fran tal-kokk

1.2.10.5.   Użati fil-fran tal-blast

1.2.10.6.   Użati fl-Unitajiet tal-Elettriku biss, tas-Sħana biss u CHP tal-Produttur tal-Attività Ewlenija

1.2.10.7.   Użati fl-Industrija

1.2.10.8.   Għal Użi Oħra

1.3.   Unitajiet tal-kejl

Il-kwantitajiet irrappurtati għandhom jiġu ddikjarati f’kt (kilotunnellati), għajr għall-gassijiet manifatturati (il-gass tal-impjanti tal-gass, il-gass tal-fran tal-kokk, il-gass tal-fran tal-blast, gassijiet irkuprati oħra), fejn il-kwantità rrappurtata għandha tiġi ddikjarata f’TJ GCV (tera-joules abbażi tal-valuri kalorifiċi grossi).

Il-valuri kalorifiċi għandhom jiġu ddikjarati f’MJ/t (mega-joules għal kull tunnellata).

1.4.   Derogi u eżenzjonijiet

Mhux applikabbli.

2.   GASS NATURALI

2.1.   Prodotti tal-enerġija applikabbli

Dan il-Kapitolu jkopri r-rappurtar tal-gass naturali.

2.2.   Lista ta’ aggregati

Il-lista ta’ aggregati li ġejja għandha tiġi ddikjarata għall-gass naturali.

2.2.1.   Settur tal-Provvista

Il-kwantitajiet iddikjarati għas-settur tal-provvista għandhom jiġu espressi kemm f’unitajiet ta’ volum kif ukoll ta’ enerġija, u għandhom jinkludu l-valuri kalorifiċi grossi u netti.

2.2.1.1.   Produzzjoni Indiġena

Tinkludi l-produzzjoni lil hinn mill-kosta.

2.2.1.1.1.   Gass Assoċjat

Il-gass naturali magħmul b’assoċjazzjoni maż-żejt mhux raffinat.

2.2.1.1.2.   Gass Mhux Assoċjat

Il-gass naturali li joriġina minn faċilitajiet li jipproduċu biss idrokarburi fil-forma ta’ gass.

2.2.1.1.3.   Gass tal-Minjieri tal-Faħam tal-Ħaġra

Il-metanu prodott fil-minjieri tal-faħam jew minn saffi tal-faħam, imwassal permezz ta’ pajpijiet fis-superfiċje u kkonsmat fil-minjieri tal-faħam tal-ħaġra jew trażmess permezz ta’ katusa lill-konsumaturi.

2.2.1.2.   Irċevuti li Ġejjin Minn Sorsi Oħra

2.2.1.2.1.   Irċevuti li ġejjin minn sorsi oħra: Żejt u prodotti taż-żejt mhux maħdum

2.2.1.2.2.   Irċevuti li ġejjin minn sorsi oħra: Faħam

2.2.1.2.3.   Irċevuti li ġejjin minn sorsi oħra: Sorsi ta’ Enerġija Rinnovabbli

2.2.1.3.   Importazzjonijiet

2.2.1.4.   Esportazzjonijiet

2.2.1.5.   Bunkers tal-Baħar Internazzjonali

2.2.1.6.   Bidliet fl-Istokkijiet

2.2.1.7.   Konsum intern (Osservat)

2.2.1.8.   Gass rekuperabbli

Il-livelli tal-istokkijiet tal-ftuħ u tal-għeluq għandu jiġi ddikjarat separatament, bħala stokkijiet fit-territorju nazzjonali u stokkijiet miżmuma barra l-pajjiż, rispettivament. Il-“livell tal-istokk” tfisser il-kwantità ta’ gass disponibbli għal konsenja tul xi ċiklu tad-dħul u l-ħruġ. Dan jirreferi għall-gass naturali rikuperabbli maħżun f’faċilitajiet tal-ħżin speċjali (faċilità magħluqa tal-gass u/jew taż-żejt, akkwifikatur, kavità tal-melħ, kaverni mħallta, jew oħrajn) kif ukoll il-gass naturali likwifikat maħżun. Il-cushion gas għandu jiġi eskluż. Hawn ma japplikax ir-rekwiżit li għandhom jiġu ddikjarati l-valuri kalorifiċi.

2.2.1.9.   Gass Rilaxxat

Il-volum ta’ gass rilaxxat fl-arja fis-sit tal-produzzjoni jew fl-impjant tal-ipproċessar tal-gassijiet. Hawn ma japplikax ir-rekwiżit li għandhom jiġu ddikjarati l-valuri kalorifiċi.

2.2.1.10.   Gass Ivvampjat

Il-volum ta’ gass ivvampjat fis-sit tal-produzzjoni jew fl-impjant tal-ipproċessar tal-gass. Hawn ma japplikax ir-rekwiżit li għandhom jiġu ddikjarati l-valuri kalorifiċi.

2.2.2.   Settur tat-Trasformazzjoni

2.2.2.1.   Produtturi tal-Attività Ewlenija tal-Elettriku Biss

2.2.2.2.   Awtoprodutturi tal-Elettriku Biss

2.2.2.3.   Unitajiet tas-CHP tal-Produtturi tal-Attività Ewlenija

2.2.2.4.   Unitajiet tas-CHP tal-Awtoprodutturi

2.2.2.5.   Produtturi tal-Attività Ewlenija tas-Sħana Biss

2.2.2.6.   wtoprodutturi tas-Sħana Biss

2.2.2.7.   Impjanti tal-Manifattura tal-Gass

2.2.2.8.   Fran tal-Kokk

2.2.2.9.   Fran tal-blast

2.2.2.10.   Minn gass għal likwidi

2.2.2.11.   Mhux speċifikati — Trasformazzjoni

2.2.3.   Settur tal-Enerġija

2.2.3.1.   Minjieri tal-Faħam

2.2.3.2.   Estrazzjoni taż-Żejt u l-Gass

2.2.3.3.   Dħul fir-raffineriji taż-żejt

2.2.3.4.   Fran tal-Kokk

2.2.3.5.   Fran tal-blast

2.2.3.6.   Impjanti tal-Manifattura tal-Gass

2.2.3.7.   Impjanti tal-Elettriku, tas-CHP u tas-Sħana

2.2.3.8.   Likwifazzjoni (LNG) jew Gassifikazzjoni

2.2.3.9.   Minn Gass għal Likwidi

2.2.3.10.   Mhux Speċifikati Band’Oħra — Enerġija

2.2.4.   Telf mid-distribuzzjoni

2.2.5.   Settur tat-Trasport

Il-konsum finali tal-enerġija u l-konsum finali tan-non-enerġija għandhom jiġu ddikjarati separatament għall-aggregati li ġejjin.

2.2.5.1.   Bit-triq

2.2.5.2.   Trasport bil-Pipelines

2.2.5.3.   Mhux Speċifikati Band’Oħra — Trasport

2.2.6.   Settur tal-Industrija

Il-konsum finali tal-enerġija u l-konsum finali tan-non-enerġija għandhom jiġu ddikjarati separatament għall-aggregati li ġejjin.

2.2.6.1.   Ħadid u Azzar

2.2.6.2.   Sustanzi Kimiċi u Petrokimiċi

2.2.6.3.   Metalli li ma fihomx ħadid

2.2.6.4.   Minerali li mhumiex Metalliċi

2.2.6.5.   Tagħmir tat-Trasport

2.2.6.6.   Makkinarju

2.2.6.7.   Tħaffir fil-Minjieri u fil-Barrieri

2.2.6.8.   Ikel, Xorb u Tabakk

2.2.6.9.   Polpa, Karti u Stampar

2.2.6.10.   Injam u Prodotti tal-Injam

2.2.6.11.   Kostruzzjoni

2.2.6.12.   Tessut u Ġilda

2.2.6.13.   Mhux Speċifikati Band’Oħra — Industrija

2.2.7.   Setturi Oħra

Il-konsum finali tal-enerġija u l-konsum finali tan-non-enerġija għandhom jiġu ddikjarati separatament għall-aggregati li ġejjin.

2.2.7.1.   Servizzi Kummerċjali u Pubbliċi

2.2.7.2.   Unitajiet Domestiċi

2.2.7.3.   Agrikoltura/Forestrija

2.2.7.4.   Sajd

2.2.7.5.   Mhux Speċifikati Band’Oħra — Oħrajn

2.2.8.   Importazzjonijiet skont il-pajjiż tal-oriġini u esportazzjonijiet skont il-pajjiż tad-destinazzjoni

Għandhom jiġu ddikjarati kemm il-kwantitajiet totali tal-gass naturali kif ukoll il-parti minnu li hija LNG, skont il-pajjiż tal-oriġini għall-importazzjonijiet u skont il-pajjiż tad-destinazzjoni għall-esportazzjonijiet.

2.2.9.   Kapaċitajiet tal-Ħażna tal-Gass

Għandhom jiġu rrappurtati separatament bħala faċilitajiet tal-ħażna tal-gass gassuż u terminals tal-LNG (u għandha ssir distinzjoni ulterjuri bejn it-terminals tal-importazzjoni tal-LNG u t-terminals tal-esportazzjoni tal-LNG).

2.2.9.1.   Isem

L-isem tas-sit tal-faċilità tal-ħażna jew tat-terminal tal-LNG.

2.2.9.2.   Tip (għall-faċilitajiet tal-ħażna tal-gass gassuż biss)

It-tip ta’ ħażna, bħal faċilità magħluqa tal-gass, akkwifikatur, kavità tal-melħ, eċċ.

2.2.9.3.   Kapaċità ta’ Operazzjoni

Għall-faċilitajiet tal-ħażna tal-gass gassuż: il-kapaċità totali tal-ħażna tal-gass, mingħajr il-cushion gas. Il-cushion gas hu l-volum totali ta’ gass meħtieġ bħala inventarju permanenti biex jinżammu pressjonijiet adegwati fil-ġibjun tal-ħażna ta’ taħt l-art u r-rati ta’ konsenjabbiltà tul iċ-ċiklu kollu tal-produzzjoni.

Għat-terminals tal-LNG: il-kapaċità totali tal-ħażna tal-gass espressa f’ekwivalenti ta’ gass gassuż.

2.2.9.4.   L-Ogħla Livell ta’ Produzzjoni

Ir-rata massima meta l-gass jista’ jiġi rtirat mill-ħażna kkonċernata; din tikkorrispondi għall-kapaċità massima tal-irtirar.

2.2.9.5.   Kapaċità ta’ Rigassifikazzjoni jew ta’ Likwifazzjoni (għat-terminals tal-LNG biss)

Il-kapaċità ta’ rigressjoni għandha tiġi rrappurtata għat-terminals tal-importazzjoni, u l-kapaċità tal-likwifikazzjoni għandha tiġi rrapportata għat-terminals tal-esportazzjoni.

2.3.   Unitajiet tal-kejl

Il-kwantitajiet tal-gass naturali għandhom jiġu ddikjarati skont il-kontenut tal-enerġija tiegħu, jiġifieri f’TJ, abbażi tal-valur kalorifiku gross. Meta jkun hemm bżonn il-kwantitajiet fiżiċi, l-unità hi f’106 m3, jekk wieħed jassumi kundizzjonijiet ta’ referenza għall-gassijiet (15 °C, 101 325 Pa).

Il-valuri kalorifiċi għandhom jiġu ddikjarati f’kJ/m3, jekk wieħed jassumi kundizzjonijiet ta’ referenza għall-gassijiet (15 °C, 101 325 Pa).

Il-kapaċità ta’ operazzjoni għandha tiġi ddikjarata f’106 m3, jekk wieħed jassumi kundizzjonijiet ta’ referenza għall-gassijiet (15 °C, 101 325 Pa).

L-ogħla livell ta’ produzzjoni, il-kapaċità ta’ rigassifikazzjoni u ta’ likwifazzjoni għandhom jiġu ddikjarati f’106 m3/jum, jekk wieħed jassumi kundizzjonijiet ta’ referenza għall-gass (15 °C, 101 325 Pa).

3.   ELETTRIKU U SĦANA

3.1.   Prodotti tal-enerġija applikabbli

Dan il-kapitolu jkopri s-sħana u l-elettriku.

3.2.   Lista ta’ aggregati

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, il-lista ta’ aggregati li ġejja għandha tiġi ddikjarata għas-sħana u għall-elettriku.

3.2.1.   Produzzjoni tal-elettriku u tas-sħana

Id-definizzjonijiet speċifiċi li ġejjin japplikaw għall-aggregati tal-elettriku u tas-sħana diskussi f’dan il-Kapitolu:

Produzzjoni Grossa tal-Elettriku: is-somma totali tal-produzzjoni tal-enerġija elettrika mis-settijiet kollha li jiġġeneraw kollha kkonċernati (inkluż il-ħżin ippompjat) imkejla fit-terminali tal-produzzjoni tal-ġeneraturi ewlenija.

Produzzjoni Grossa tas-Sħana: is-sħana totali magħmula mill-installazzjoni u li tinkludi s-sħana użata mill-awżiljarji tal-installazzjoni li jużaw fluwidu sħun (it-tisħin tal-ispazju, it-tisħin tal-fjuwil likwidu, eċċ.) u t-telf fl-iskambji tas-sħana tal-installazzjoni/tan-network, kif ukoll is-sħana mill-proċessi kimiċi użati bħala forma primarja tal-enerġija.

Produzzjoni Netta tal-Elettriku: il-produzzjoni grossa tal-elettriku mingħajr l-enerġija elettrika assorbita mill-awżiljarji li jiġġeneraw u t-telf fit-trasformaturi tal-ġeneratur ewlieni.

Produzzjoni Netta tas-Sħana: is-sħana pprovduta lis-sistema tad-distribuzzjoni kif stabbilita abbażi tal-kejl tal-flussi ’l barra u l-flussi lura.

L-aggregati 3.2.1.1 sa 3.2.1.11 għandhom jiġu ddikjarati separatament għall-produtturi tal-attività ewlenija u għall-awtoprodutturi. F’dawn iż-żewġ tipi ta’ impjanti, il-produzzjoni netta u grossa tal-elettriku u tas-sħana għandhom jiġu ddikjarati għall-elettriku biss, għas-sħana biss u għall-unitajiet CHP, separatament kull fejn applikabbli.

3.2.1.1.   Nukleari

3.2.1.2.   Idro (applikabbli biss għall-elettriku)

3.2.1.3.   Enerġija ġeotermali

3.2.1.4.   Solari

3.2.1.5.   Marea, mewġ, oċean (applikabbli biss għall-elettriku)

3.2.1.6.   Riħ (applikabbli biss għall-elettriku)

3.2.1.7.   Fjuwils kombustibbli

Il-fjuwils li kapaċi jieħdu n-nar jew jinħarqu, jiġifieri li jagħmlu reazzjoni mal-ossiġnu biex iżidu t-temperatura b’mod sinifikanti, u li jinħarqu direttament għall-produzzjoni tal-elettriku u/jew tas-sħana.

3.2.1.8.   Pompi tas-Sħana (applikabbli biss għas-sħana)

3.2.1.9.   Bojlers elettriċi (applikabbli biss għas-sħana)

3.2.1.10.   Sħana minn Proċessi Kimiċi

Is-sħana li toriġina minn proċessi mingħajr enerġija bħala input, bħal reazzjoni kimika. Għajr is-sħana tal-iskart li toriġina minn proċessi li jeħtieġu l-enerġija, li trid tiġi rrappurtata bħala sħana magħmula mill-fjuwil korrispondenti.

3.2.1.11.   Sorsi oħra

3.2.2.   Provvista

Għal 3.2.2.1 u 3.2.2.2 il-kwantitajiet dikjarati għandhom ikunu koerenti mal-valuri ddikjarati għall-aggregati 3.2.1.1 sa 3.2.1.11.

3.2.2.1.   Produzzjoni Grossa Totali

3.2.2.2.   Produzzjoni Netta Totali

3.2.2.3.   Importazzjonijiet

L-ammonti ta’ elettriku jitqiesu bħala importati jew esportati meta jkunu qasmu l-fruntieri politiċi tal-pajjiż, kemm jekk kien hemm awtorizzazzjoni doganali u kemm jekk le. Jekk l-elettriku jgħaddi minn pajjiż, l-ammont għandu jiġi rrappurtat kemm bħala importazzjoni kif ukoll bħala esportazzjoni.

3.2.2.4.   Esportazzjonijiet

Ara l-ispjegazzjoni fi 3.2.2.3. “Importazzjonijiet”.

3.2.2.5.   Użati għall-Pompi tas-Sħana (applikabbli biss għall-elettriku)

3.2.2.6.   Użati għall-Bojlers Elettriċi (applikabbli biss għall-elettriku)

3.2.2.7.   Użati għal Ħżin Ippompjat — impjanti ta’ ħżin ippompjat puri (applikabbli biss għall-elettriku)

3.2.2.8.   Użati għal Ħżin Ippompjat — Impjanti idro mħallta (applikabbli biss għall-elettriku)

3.2.2.9.   Użati għall-Produzzjoni tal-Elettriku (applikabbli biss għas-sħana)

3.2.3.   Telf mid-distribuzzjoni

Għall-elettriku, jinkludi t-telf fit-trasformaturi li ma jitqisux bħala partijiet integrali mill-impjanti tal-enerġija.

3.2.4.   Konsum finali tal-enerġija — Settur tat-Trasport

Il-konsum finali tal-enerġija u l-konsum finali tan-non-enerġija għandhom jiġu ddikjarati separatament għall-aggregati li ġejjin.

3.2.4.1.   Ferroviji

3.2.4.2.   Trasport bil-Pipelines

3.2.4.3.   Bit-triq

3.2.4.4.   Mhux Speċifikati Band’Oħra — Trasport

3.2.5.   Konsum finali tal-enerġija — Setturi oħrajn

3.2.5.1.   Servizzi Kummerċjali u Pubbliċi

3.2.5.2.   Unitajiet Domestiċi

3.2.5.3.   Agrikoltura/Forestrija

3.2.5.4.   Sajd

3.2.5.5.   Mhux Speċifikati Band’Oħra — Oħrajn

3.2.6.   Settur tal-Enerġija

Għajr l-użu mill-impjanti stess tal-ħżin ippompjat, tal-pompi tas-sħana u tal-bojlers elettriċi.

3.2.6.1.   Minjieri tal-Faħam

3.2.6.2.   Estrazzjoni taż-Żejt u tal-Gass

3.2.6.3.   Impjanti tal-Fjuwils bil-Privattiva

3.2.6.4.   Fran tal-Kokk

3.2.6.5.   Impjanti BKB/PB

3.2.6.6.   Impjanti tal-Manifattura tal-Gass

3.2.6.7.   Fran tal-blast

3.2.6.8.   Raffineriji taż-Żejt mhux Maħdum

3.2.6.9.   Industrija Nukleari

3.2.6.10.   Impjanti tal-Likwifazzjoni tal-Faħam

3.2.6.11.   Impjanti tal-Likwifikazzjoni (LNG)/tar-Rigassifikazzjoni

3.2.6.12.   Impjanti tal-Gassifikazzjoni (bijogass)

3.2.6.13.   Minn Gass għal Likwidi

3.2.6.14.   Impjanti tal-Produzzjoni tal-Faħam tal-Kannol

3.2.6.15.   Mhux Speċifikati Band’Oħra — Enerġija

3.2.7.   Settur tal-industrija

3.2.7.1.   Ħadid u Azzar

3.2.7.2.   Sustanzi Kimiċi u Petrokimiċi

3.2.7.3.   Metalli li ma fihomx ħadid

3.2.7.4.   Minerali li mhumiex Metalliċi

3.2.7.5.   Tagħmir tat-Trasport

3.2.7.6.   Makkinarju

3.2.7.7.   Tħaffir fil-Minjieri u fil-Barrieri

3.2.7.8.   Ikel, Xorb u Tabakk

3.2.7.9.   Polpa, Karti u Stampar

3.2.7.10.   Injam u Prodotti tal-Injam

3.2.7.11.   Kostruzzjoni

3.2.7.12.   Tessut u Ġilda

3.2.7.13.   Mhux Speċifikati Band’Oħra — Industrija

3.2.8.   Importazzjonijiet u esportazzjonijiet

Għandhom jiġu rrappurtati l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-kwantitajiet tal-elettriku u tas-sħana skont il-pajjiż tal-oriġini u tad-destinazzjoni, rispettivament. Ara l-ispjegazzjoni fi 3.2.2.3. “Importazzjonijiet”.

3.2.9.   Produzzjoni netta minn awtoprodutturi

Għall-impjanti jew l-attivitajiet li ġejjin, il-produzzjoni netta tal-elettriku u l-ġenerazzjoni netta tas-sħana mill-awtoprodutturi għandha tiġi ddikjarata separatament għall-unitajiet tal-elettriku biss, tas-sħana biss u tas-CHP:

3.2.9.1.   Settur tal-Enerġija: Minjieri tal-Faħam

3.2.9.2.   Settur tal-Enerġija: Estrazzjoni taż-Żejt u tal-Gass

3.2.9.3.   Settur tal-Enerġija: Impjanti tal-Fjuwils bil-Privattiva

3.2.9.4.   Settur tal-Enerġija: Fran tal-Kokk

3.2.9.5.   Settur tal-Enerġija: Impjanti BKB/PB

3.2.9.6.   Settur tal-Enerġija: Impjanti tal-Manifattura tal-Gass

3.2.9.7.   Settur tal-Enerġija: Fran tal-blast

3.2.9.8.   Settur tal-Enerġija: Raffineriji taż-Żejt mhux Maħdum

3.2.9.9.   Settur tal-Enerġija: Impjanti tal-Likwifazzjoni tal-Faħam

3.2.9.10.   Settur tal-Enerġija: Impjanti tal-Likwifikazzjoni (LNG)/tar-Rigassifikazzjoni

3.2.9.11.   Settur tal-Enerġija: Impjanti tal-Gassifikazzjoni (bijogass)

3.2.9.12.   Settur tal-Enerġija: Minn Gass għal Likwidi

3.2.9.13.   Settur tal-Enerġija: Impjanti tal-Produzzjoni tal-Faħam tal-Kannol

3.2.9.14.   Settur tal-Enerġija: Mhux Speċifikati Band’Oħra — Enerġija

3.2.9.15.   Settur tal-industrija: Ħadid u Azzar

3.2.9.16.   Settur tal-industrija: Sustanzi Kimiċi u Petrokimiċi

3.2.9.17.   Settur tal-industrija: Metalli li ma fihomx ħadid

3.2.9.18.   Settur tal-industrija: Minerali li mhumiex Metalliċi

3.2.9.19.   Settur tal-industrija: Tagħmir tat-Trasport

3.2.9.20.   Settur tal-industrija: Makkinarju

3.2.9.21.   Settur tal-industrija: Tħaffir fil-Minjieri u fil-Barrieri

3.2.9.22.   Settur tal-industrija: Ikel, Xorb u Tabakk

3.2.9.23.   Settur tal-industrija: Polpa, Karti u Stampar

3.2.9.24.   Settur tal-industrija: Injam u Prodotti tal-Injam

3.2.9.25.   Settur tal-industrija: Kostruzzjoni

3.2.9.26.   Settur tal-industrija: Tessut u Ġilda

3.2.9.27.   Settur tal-industrija: Mhux Speċifikati Band’Oħra — Industrija

3.2.9.28.   Settur tat-Trasport: Ferroviji

3.2.9.29.   Settur tat-Trasport: Trasport bil-Pipelines

3.2.9.30.   Settur tat-Trasport: Bit-triq

3.2.9.31.   Settur tat-Trasport: Mhux Speċifikati Band’Oħra — Trasport

3.2.9.32.   Setturi oħra: Unitajiet Domestiċi

3.2.9.33.   Setturi oħra: Servizzi Kummerċjali u Pubbliċi

3.2.9.34.   Setturi oħra: Agrikoltura/Forestrija

3.2.9.35.   Setturi oħra: Sajd

3.2.9.36.   Setturi oħra: Mhux Speċifikati Band’Oħra — Oħrajn

3.2.10.   Produzzjoni tal-elettriku tas-sħana grossa mill-fjuwils kombustibbli

L-elettriku gross magħmul, is-sħana mibjugħa u l-kwantitajiet tal-fjuwils użati, inkluż l-enerġija totali korrispondenti tagħhom mill-kombustibbli kif elenkat hawn taħt, għandhom jiġu ddikjarati separatament għall-produtturi tal-attività ewlenija u għall-awtoprodutturi. Għal dawn iż-żewġ tipi ta’ produtturi, il-produzzjoni tal-elettriku u tas-sħana grossa għandha tiġi ddikjarata għall-unitajiet tal-elettriku biss, tas-sħana biss u tas-CHP, separatament kull fejn applikabbli.

3.2.10.1.   Antraċite

3.2.10.2.   Faħam tal-Kokk

3.2.10.3.   Faħam Bituminuż Ieħor

3.2.10.4.   Faħam Subbituminuż Ieħor

3.2.10.5.   Linjite

3.2.10.6.   Pit

3.2.10.7.   Fjuwil bil-Privattiva

3.2.10.8.   Kokk tal-Fran tal-Kokk

3.2.10.9.   Kokk tal-Gass

3.2.10.10.   Qatran tal-Faħam

3.2.10.11.   BKB (Mattunelli tal-Faħam Kannella)

3.2.10.12.   Gass tal-Impjanti tal-Gass

3.2.10.13.   Gass tal-Fran tal-Kokk

3.2.10.14.   Gass tal-Fran tal-Blast

3.2.10.15.   Gassijiet Irkuprati Oħrajn

3.2.10.16.   Prodotti tal-pit

3.2.10.17.   Shale taż-żejt u ramel taż-żejt

3.2.10.18.   Żejt mhux raffinat

3.2.10.19.   NGL

3.2.10.20.   Gass tar-Raffineriji

3.2.10.21.   LPG

3.2.10.22.   Nafta

3.2.10.23.   Fjuwil tal-Ġett tat-Tip tal-Pitrolju

3.2.10.24.   Pitrolju Ieħor

3.2.10.25.   Żejt tal-Gass/Diżil

3.2.10.26.   Żejt tal-Fjuwil

3.2.10.27.   Bitumen

3.2.10.28.   Kokk taż-Żejt Mhux Maħdum

3.2.10.29.   Prodotti taż-Żejt Oħra

3.2.10.30.   Gass Naturali

3.2.10.31.   Skart Industrijali

3.2.10.32.   Skart Muniċipali Rinnovabbli

3.2.10.33.   Skart Muniċipali Mhux Rinnovabbli

3.2.10.34.   Bijofjuwils Solidi

3.2.10.35.   Bijogassijiet

3.2.10.36.   Bijodiżils

3.2.10.37.   Bijogażolini

3.2.10.38.   Bijofjuwils Likwidi Oħra

3.2.11.   Kapaċità Elettrika Massima Netta

Il-kapaċità għandha tiġi ddikjarata fil-31 ta’ Diċembru tas-sena rrappurtata rilevanti. Din tinkludi l-kapaċità elettrika tal-impjanti tal-elettriku biss u tal-unitajiet tas-CHP. Il-kapaċità elettrika massima netta għandha tiġi ddikjarata għall-produtturi tal-attività ewlenija kif ukoll għall-awtoprodutturi. Din hija s-somma totali tal-kapaċitajiet massimi netti tal-istazzjonijiet kollha meħudin b’mod individwali tul perjodu partikolari ta’ operazzjoni. Il-perjodu ta’ operazzjoni meqjus għall-finijiet attwali hu tħaddim kontinwu: fil-prattika 15-il siegħa jew aktar kull jum. Il-kapaċità massima netta hi l-enerġija massima li titqies bħala l-unika enerġija attiva li tista’ tiġi fornuta b’mod kontinwu, bl-impjanti kollha qed jaħdmu, fil-punt tal-ħruġ tan-network.

3.2.11.1.   Nukleari

3.2.11.2.   Impjanti idro puri

3.2.11.3.   Impjanti idro mħallta

3.2.11.4.   Impjanti ta’ ħżin ippompjat puri

3.2.11.5.   Enerġija ġeotermali

3.2.11.6.   Fotovoltajċi solari

3.2.11.7.   Termal solari

3.2.11.8.   Marea, mewġ, oċean

3.2.11.9.   Riħ

3.2.11.10.   Fjuwils kombustibbli

3.2.11.10.1.   Tip ta’ ġenerazzjoni: Stim

3.2.11.10.2.   Tip ta’ ġenerazzjoni: Kombustjoni interna

3.2.11.10.3.   Tip ta’ ġenerazzjoni: Turbina tal-gass

3.2.11.10.4.   Tip ta’ ġenerazzjoni: Ċiklu kkombinat

3.2.11.10.5.   Tip ta’ ġenerazzjoni: Oħra

3.2.11.11.   Sorsi oħrajn

3.2.12.   Kapaċità Elettrika Massima Netta tal-Fjuwils Kombustibbli

Għandha tiġi ddikjarata l-kapaċità elettrika massima netta tal-fjuwils kombustibbli għall-produtturi tal-attività ewlenija u għall-awtoprodutturi, u separatament għal kull tip ta’ impjant tat-tip li jaħdem bi fjuwil wieħed (single-fired) jew li jaħdem b’aktar minn fjuwil wieħed (multi-fired) imsemmi hawn taħt. Is-sistemi li jaħdmu b’aktar minn fjuwil wieħed jinkludu biss unitajiet li jistgħu jaħarqu aktar minn tip ta’ fjuwil wieħed fuq bażi kontinwa. L-impjanti li għandhom unitajiet separati li jużaw fjuwils differenti għandhom ikunu maqsuma fil-kategoriji adattati ta’ fjuwils li jaħdmu bi fjuwil wieħed. Iridu jingħataw ukoll l-indikazzjonijiet dwar liema tip ta’ fjuwil jintuża bħala primarju u alternat, għal kull kategorija tal-impjanti li jaħdmu b’aktar minn fjuwil wieħed.

3.2.12.1.   Jaħdmu bi fjuwil wieħed (għall-kategoriji kollha tal-fjuwils primarji)

3.2.12.2.   Solidi u likwidi li jaħdmu b’Aktar minn Fjuwil Wieħed

3.2.12.3.   Solidi u gass naturali li jaħdmu b’Aktar minn Fjuwil Wieħed

3.2.12.4.   Likwidi u gass naturali li jaħdmu b’Aktar minn Fjuwil Wieħed

3.2.12.5.   Solidi, likwidi u gass naturali li jaħdmu b’Aktar minn Fjuwil Wieħed

3.3.   Unitajiet tal-kejl

L-elettriku għandu jiġi ddikjarat f’GWh (sigħat ta’ gigawatts), is-sħana f’TJ (tera-joules) u l-kapaċità f’MW (megawatts)

Jekk ikun hemm xi fjuwils oħrajn li jeħtieġu rappurtar, l-unitajiet applikabbli huma ddefiniti fil-Kapitoli rilevanti ta’ dan l-Anness.

4.   ŻEJT U PRODOTTI TAŻ-ŻEJT MHUX MAĦDUM

4.1.   Prodotti tal-enerġija applikabbli

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan il-ġbir tad-data japplika għall-prodotti kollha tal-enerġija elenkati fl-Anness A, il-Kapitolu 3.4. ŻEJT (żejt mhux raffinat u prodotti taż-żejt mhux maħdum)

4.2.   Lista ta’ aggregati

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, il-lista ta’ aggregati li ġejja għandha tiġi ddikjarata għall-prodotti kollha tal-enerġija elenkati fil-paragrafu preċedenti.

4.2.1.   Il-provvista taż-żejt mhux raffinat, tal-NGL, tal-materja prima tar-raffineriji, tal-addittivi u ta’ idrokarburi oħra

L-aggregati li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati għaż-żejt mhux raffinat, l-NGL, il-materja prima tar-raffineriji, l-addittivi/l-ossiġenati, il-bijofjuwils fl-addittivi/ossiġenati u idrokarburi oħra:

4.2.1.1.   Produzzjoni Indiġena

Mhux applikabbli għall-materja prima tar-raffineriji u għall-bijofjuwils.

4.2.1.2.   Irċevuti li Ġejjin Minn Sorsi Oħra.

Mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat, l-NGL u l-materja prima tar-raffineriji.

4.2.1.2.1.   Irċevuti li ġejjin minn sorsi oħra: mill-faħam

4.2.1.2.2.   Irċevuti li ġejjin minn sorsi oħra: mill-gass naturali

4.2.1.2.3.   Irċevuti li ġejjin minn sorsi oħra: mir-rinnovabbli

4.2.1.3.   Flussi Lura Mis-Settur Petrokimiku

Applikabbli biss għall-materja prima tar-raffineriji.

4.2.1.4.   Prodotti Trasferiti

Applikabbli biss għall-materja prima tar-raffineriji.

4.2.1.5.   Importazzjonijiet

Jinkludu l-kwantitajiet taż-żejt mhux raffinat u tal-prodotti importati jew esportati skont ftehimiet tal-ipproċessar (jiġifieri raffinar akkont). Jenħtieġ li ż-żejt mhux raffinat u l-NGLs jiġu rrappurtati bħala li ġejjin mill-pajjiż tal-oriġini aħħarija; il-materja prima tar-raffineriji u l-prodotti finali jenħtieġ jiġu rrappurtati li ġejjin mill-pajjiż tal-aħħar konsenja. Inkluż kwalunkwe likwidi tal-gass (eż. LPG) estratti waqt il-proċess tar-rigassifikazzjoni tal-LNG u tal-prodotti taż-żejt mhux maħdum importati jew esportati direttament mill-industrija tal-petrokimika. Nota: jenħtieġ li l-kummerċ kollu tal-bijofjuwils li ma jkunux tħalltu mal-fjuwils użati għat-trasport (jiġifieri fil-forma pura tagħhom) ma jiġix irrappurtat hawn. Jenħtieġ li l-esportazzjonijiet mill-ġdid taż-żejt importat għall-ipproċessar fiż-żoni riżervati jiġu inklużi bħala esportazzjoni ta’ prodott mill-pajjiż tal-ipproċessar għad-destinazzjoni finali.

4.2.1.6.   Esportazzjonijiet

In-nota għall-importazzjonijiet (4.2.1.5.) tapplika wkoll għall-esportazzjonijiet.

4.2.1.7.   Użu Dirett

4.2.1.8.   Bidliet fl-Istokkijiet

4.2.1.9.   Konsum mir-Raffineriji Osservat

Ammonti mkejla bħala dħul fir-raffineriji

4.2.1.10.   Telf mir-Raffineriji

Id-differenza bejn il-Konsum mir-raffineriji (osservat) u l-Produzzjoni grossa tar-raffinerija. It-telf jista’ jseħħ waqt il-proċessi tad-distillazzjoni minħabba evaporazzjoni. It-telf irrappurtat huwa pożittiv. Jista’ jkun hemm xi gwadanji volumetriċi, iżda l-ebda żieda fil-massa.

4.2.1.11.   Stokkijiet Totali tal-Ftuħ fit-Territorju Nazzjonali

4.2.1.12.   Stokkijiet Totali tal-Għeluq fit-Territorju Nazzjonali

4.2.1.13.   Valur Kalorifiku Nett

4.2.1.13.1.   Produzzjoni (mhux applikabbli għall-materja prima tar-raffineriji u għall-Bijofjwils fl-Addittivi/l-Ossiġenati)

4.2.1.13.2.   importazzjonijiet (mhux applikabbli għall-Bijofjuwils fl-Addittivi/l-Ossiġenati)

4.2.1.13.3.   esportazzjonijiet (mhux applikabbli għall-Bijofjuwils fl-Addittivi/l-Ossiġenati)

4.2.1.13.4.   medja ġenerali

4.2.2.   Provvista tal-prodotti taż-żejt

It-tabella li ġejja tapplika għall-prodotti finali (il-gass tar-raffineriji, l-etanu, l-LPG, in-nafta, il-gażolina tal-magni, kif ukoll il-parti tagħha ta’ bijogażolina, gażolina tal-avjazzjoni, fjuwil tal-ġett tat-tip tal-gażolina, fjuwil tal-ġett tat-tip tal-pitrolju kif ukoll il-parti bijoloġiku tiegħu, pitrolju ieħor, żejt tal-gass/tad-diżil, żejt tal-fjuwil b’livell baxx ta’ kubrit u b’livell għoli ta’ kubrit, spirtu abjad u SBP, lubrikanti, bitumen, xama’ tal-paraffina, kokk taż-żejt mhux raffinat u prodotti oħra). Jenħtieġ li ż-żejt mhux raffinat u l-NGL li jintużaw biex jinħarqu direttament jiġu inklużi fil-konsenji tal-prodotti finali u fit-trasferimenti tal-interprodotti.

4.2.2.1.   Prodotti Primarji Rċevuti

4.2.2.2.   Produzzjoni Grossa tar-Raffinerija

4.2.2.3.   Prodotti Riċiklati

4.2.2.4.   Fjuwil tar-raffineriji (Raffineriji taż-Żejt mhux Maħdum)

Jenħtieġ li anki l-fjuwils użati għall-produzzjoni fir-raffineriji tal-elettriku u tas-sħana mibjugħa jiġu inklużi f’din il-kategorija.

4.2.2.4.1.   użati f’unitajiet/impjanti tal-elettriku biss

4.2.2.4.2.   użati f’unitajiet tas-CHP

4.2.2.4.3.   użati f’unitajiet/impjanti tas-sħana biss

4.2.2.5.   Importazzjonijiet

In-nota għall-importazzjonijiet fit-taqsima 4.2.1.5. tapplika hawnhekk ukoll.

4.2.2.6.   Esportazzjonijiet

In-nota għall-importazzjonijiet fit-taqsima 4.2.1.5. tapplika hawnhekk ukoll.

4.2.2.7.   Bunkers tal-Baħar Internazzjonali

4.2.2.8.   Trasferimenti tal-Interprodotti

4.2.2.9.   Prodotti Trasferiti

4.2.2.10.   Bidliet fl-Istokkijiet

4.2.2.11.   Livelli ta’ Stokkijiet tal-Ftuħ

4.2.2.12.   Livelli ta’ Stokkijiet tal-Għeluq

4.2.2.13.   Bidliet fl-Istokkijiet għand il-produtturi tal-attività ewlenija

Il-bidliet fl-istokkijiet li jinżammu minn utilitajiet pubbliċi u li mhumiex inklużi fil-livelli tal-istokkijiet u fil-bidliet fl-istokkijiet jiġu rrappurtati band’oħra. Żieda fl-istokk tintwera bħala numru negattiv u tnaqqis fl-istokk jintwera bħala numru pożittiv.

4.2.2.14.   Valuri Kalorifiċi Netti Medji

4.2.3.   Konsenji għas-Settur Petrokimiku

Il-konsenja osservata ta’ prodotti taż-żejt mhux maħdum finali minn sorsi primarji (eż. raffineriji, impjanti tat-taħlit, eċċ.) għas-suq intern.

4.2.3.1.   Konsenji Grossi għas-Settur Petrokimiku

4.2.3.2.   Użu tal-Enerġija fis-Settur Petrokimiku

Il-kwantitajiet taż-żejt użat bħala fjuwil għall-proċessi petrokimiċi bħall-cracking tal-istim.

4.2.3.3.   Użu Mhux tal-Enerġija fis-Settur Petrokimiku

Il-kwantitajiet taż-żejt użat fis-settur petrokimiku biex isiru l-etilen, il-propilen, il-butilen, il-gass tas-sinteżi, l-aromatiċi, il-butadjen u materjali mhux ipproċessati oħra bbażati fuq l-idrokarburi fi proċessi bħall-cracking tal-istim, l-impjanti tal-aromatiċi u r-riforma tal-istim. Għajr l-ammonti taż-żejt użat għal finijiet ta’ fjuwil.

4.2.3.4.   Flussi lura mis-Settur Petrokimiku għar-Raffineriji

4.2.4.   Settur tat-trasformazzjoni

Għandhom jiġu ddikjarati ż-żewġ kwantitajiet involuti ta’ użu tal-enerġija u ta’ użu li mhux tal-enerġija.

4.2.4.1.   Produtturi tal-Attività Ewlenija tal-Elettriku Biss

4.2.4.2.   Awtoprodutturi tal-Elettriku Biss

4.2.4.3.   Unitajiet tas-CHP tal-Produtturi tal-Attività Ewlenija

4.2.4.4.   Unitajiet tas-CHP tal-Awtoprodutturi

4.2.4.5.   Produtturi tal-Attività Ewlenija tas-Sħana Biss

4.2.4.6.   Awtoprodutturi tas-Sħana Biss

4.2.4.7.   Impjanti tal-Manifattura tal-Gass/Impjanti tal-Gassifikazzjoni

4.2.4.8.   Gass Naturali Mħallat

4.2.4.9.   Fran tal-Kokk

4.2.4.10.   Fran tal-blast

4.2.4.11.   Industrija Petrokimika

4.2.4.12.   Impjanti tal-Fjuwils bil-Privattiva

4.2.4.13.   Mhux Speċifikati Band’Oħra — Transformazzjoni

4.2.5.   Settur tal-enerġija

Għandhom jiġu ddikjarati ż-żewġ kwantitajiet involuti ta’ użu tal-enerġija u ta’ użu li mhux tal-enerġija.

4.2.5.1.   Minjieri tal-Faħam

4.2.5.2.   Estrazzjoni taż-Żejt u tal-Gass

4.2.5.3.   Fran tal-Kokk

4.2.5.4.   Fran tal-blast

4.2.5.5.   Impjanti tal-Manifattura tal-Gass

4.2.5.6.   Użu mill-Impjanti stess tal-Elettriku, tas-CHP u tas-Sħana.

4.2.5.7.   Mhux Speċifikati Band’Oħra — Enerġija

4.2.6.   Telf mid-distribuzzjoni

Għandhom jiġu ddikjarati ż-żewġ kwantitajiet involuti ta’ użu tal-enerġija u ta’ użu li mhux tal-enerġija.

4.2.7.   Konsum Finali tal-Enerġija — Settur tal-Industrija

Għandhom jiġu ddikjarati ż-żewġ kwantitajiet involuti ta’ użu tal-enerġija u ta’ użu li mhux tal-enerġija.

4.2.7.1.   Ħadid u Azzar

4.2.7.2.   Sustanzi Kimiċi u Petrokimiċi

4.2.7.3.   Metalli li ma fihomx ħadid

4.2.7.4.   Minerali li mhumiex Metalliċi

4.2.7.5.   Tagħmir tat-Trasport

4.2.7.6.   Makkinarju

4.2.7.7.   Tħaffir fil-Minjieri u fil-Barrieri

4.2.7.8.   Ikel, Xorb u Tabakk

4.2.7.9.   Polpa, Karti u Stampar

4.2.7.10.   Injam u Prodotti tal-Injam

4.2.7.11.   Kostruzzjoni

4.2.7.12.   Tessut u Ġilda

4.2.7.13.   Mhux Speċifikati Band’Oħra — Industrija

4.2.8.   Konsum Finali tal-Enerġija — Settur tat-Trasport

Għandhom jiġu ddikjarati ż-żewġ kwantitajiet involuti ta’ użu tal-enerġija u ta’ użu li mhux tal-enerġija.

4.2.8.1.   Avvjazzjoni Internazzjonali

4.2.8.2.   Avvjazzjoni Domestika

4.2.8.3.   Bit-triq

4.2.8.4.   Ferroviji

4.2.8.5.   Navigazzjoni Domestika

4.2.8.6.   Trasport bil-Pipeline

4.2.8.7.   Mhux Speċifikati Band’Oħra — Trasport

4.2.9.   Konsum Finali tal-Enerġija — Setturi oħra

Għandhom jiġu ddikjarati ż-żewġ kwantitajiet involuti ta’ użu tal-enerġija u ta’ użu li mhux tal-enerġija.

4.2.9.1.   Servizzi Kummerċjali u Pubbliċi

4.2.9.2.   Unitajiet Domestiċi

4.2.9.3.   Agrikoltura/Forestrija

4.2.9.4.   Sajd

4.2.9.5.   Mhux Speċifikati Band’Oħra — Oħrajn

4.2.10.   Importazzjonijiet skont il-pajjiż tal-oriġini u esportazzjonijiet skont il-pajjiż tad-destinazzjoni

L-importazzjonijiet skont il-pajjiż tal-oriġini, u l-esportazzjonijiet skont il-pajjiż tad-destinazzjoni. In-nota għall-importazzjonijiet fit-taqsima 4.2.1.5. tapplika hawnhekk ukoll.

4.2.11.   Kapaċità tar-raffinerija

Il-kapaċità tar-raffinerija totali nazzjonali u t-tqassim tal-kapaċità annwali skont kull raffinerija għandhom jiġu rrappurtati f’eluf ta’ tunnellati metriċi kull sena. Għandhom jiġu rrappurtati l-punti li ġejjin:

4.2.11.1.   Isem/Post

4.2.11.2.   Distillazzjoni Atmosferika

4.2.11.3.   Distillazzjoni f’Vakwu

4.2.11.4.   Cracking (Termali)

4.2.11.4.1.   Li minnu hu tnaqqis tal-viskożità

4.2.11.4.2.   Li minnu hu Kkokkjar

4.2.11.5.   Cracking (Katalittiku)

4.2.11.5.1.   Li minnu hu cracking katalitiku fluwidu (FCC)

4.2.11.5.2.   Li minnu hu idro cracking (HCK)

4.2.11.6.   Riformazzjoni

4.2.11.7.   Desulfurizzazzjoni

4.2.11.8.   Alkilazzjoni, Polimerizzazzjoni, Iżomerizzazzjoni

4.2.11.9.   Eterifikazzjoni

4.3.   Unitajiet tal-kejl

Il-kwantitajiet rappurtati għandhom jiġu ddikjarati f’kt (kilotunnellati). Il-valuri kalorifiċi għandhom jiġu ddikjarati f’MJ/t (mega-joules għal kull tunnellata).

4.4.   Eżenzjonijiet

Ċipru hu eżentat milli jirrapporta l-aggregati speiċifikati fit-Taqsima 4.2.9 (Konsum finali tal-enerġija — Setturi Oħra); għandu jirrapporta biss il-valuri totali. Ċipru hu eżentat milli jirrapporta l-użu li mhux tal-enerġija fit-Taqsimiet 4.2.4 (Settur tat-trasformazzjoni), 4.2.5 (Settur tal-enerġija), 4.2.7 (Industrija), 4.2.7.2 (Settur tal-industrija — li minnu huma Sustanzi Kimiċi u Petrokimiċi), 4.2.8 (Trasport) u 4.2.9 (Setturi oħra).

5.   ENERĠIJA RINNOVABBLI U ENERĠIJA MILL-ISKART

5.1.   Prodotti tal-enerġija applikabbli

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan il-ġbir tad-data japplika għall-prodotti kollha tal-enerġija elenkati fl-Anness A, il-Kapitolu 3.5. RINNOVABBLI U SKART. Jenħtieġ li jiġu rrappurtati biss il-kwantitajiet tal-fjuwils użati għal finijiet ta’ enerġija (pereżempju fil-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana, fil-kombustjoni bi rkupru tal-enerġija, fil-magni mobbli fit-trasport u fil-magni stazzjonarji). Il-kwantitajiet li mhumiex użati għal finijiet tal-enerġija għandhom jiġu esklużi mir-rappurtar (pereżempju: l-injam fil-kostruzzjoni u għall-produzzjoni tal-għamara, l-użu tal-bijolubrikanti għal lubrikazzjoni, l-użu tal-bijobitumen għal kisi tal-uċuħ tat-toroq). Anki l-enerġija termali passiva għandha tiġi eskluża mir-rappurtar (pereżempju: it-tisħin termali solari passiv tal-bini).

5.2.   Lista ta’ aggregati

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, il-lista ta’ aggregati li ġejja għandha tiġi ddikjarata għall-prodotti kollha tal-enerġija elenkati fil-paragrafu preċedenti. Is-sħana ambjentali (il-pompi tas-sħana) għandha tiġi rrappurtata biss għas-setturi li ġejjin: Trasformazzjoni (biss għal aggregati relatati mas-sħana mibjugħa), Enerġija (it-total biss, l-ebda subkategorija), it-total tal-Industrija (it-total biss, l-ebda subkategorija), Servizzi Kummerċjali u Pubbliċi, Unitajiet Domestiċi u Mhux Speċifikati Band’Oħra — Oħrajn.

5.2.1.   Produzzjoni Grossa tal-Elettriku u tas-Sħana

Japplikaw id-definizzjonijiet tal-Kapitolu 3.2.1. L-aggregati 5.2.1.1 sa 5.2.1.18 għandhom jiġu ddikjarati separatament għall-produtturi tal-attività ewlenija u għall-awtoprodutturi. Għal dawn iż-żewġ tipi ta’ impjanti, il-produzzjoni tal-elettriku u tas-sħana grossa għandha tiġi ddikjarata għall-unitajiet tal-elettriku biss, tas-sħana biss u tas-CHP, separatament kull fejn applikabbli.

5.2.1.1.   Impjanti idro puri (applikabbli biss għall-elettriku)

5.2.1.2.   Impjanti idro mħallta (applikabbli biss għall-elettriku)

5.2.1.3.   Impjanti ta’ ħżin ippompjat puri (applikabbli biss għall-elettriku)

5.2.1.4.   Enerġija ġeotermali

5.2.1.5.   Fotovoltajka solari (applikabbli biss għall-elettriku)

5.2.1.6.   Termal solari

5.2.1.7.   Marea, mewġ, oċean (applikabbli biss għall-elettriku)

5.2.1.8.   Riħ (applikabbli biss għall-elettriku)

5.2.1.9.   Riħ fuq l-art

5.2.1.10.   Riħ lil hinn mill-kosta

5.2.1.11.   Skart muniċipali rinnovabbli

5.2.1.12.   Skart muniċipali mhux rinnovabbli

5.2.1.13.   Bijofjuwils Solidi

5.2.1.14.   Bijogassijiet

5.2.1.15.   Bijodiżils

5.2.1.16.   Bijogażolini

5.2.1.17.   Bijofjuwils likwidi oħrajn

5.2.1.18.   Pompi tas-sħana (applikabbli biss għas-sħana)

5.2.2.   Provvista

5.2.2.1.   Produzzjoni

5.2.2.2.   Importazzjonijiet

5.2.2.3.   Esportazzjonijiet

5.2.2.4.   Bidliet fl-Istokkijiet

5.2.3.   Settur tat-Trasformazzjoni

5.2.3.1.   Produtturi tal-Attività Ewlenija tal-Elettriku Biss

5.2.3.2.   Unitajiet tas-Sħana u tal-Enerġija Kkombinati (CHP) tal-Produtturi tal-Attività Ewlenija

5.2.3.3.   Produtturi tal-Attività Ewlenija tas-Sħana Biss

5.2.3.4.   Awtoprodutturi tal-Elettriku Biss

5.2.3.5.   Unitajiet tas-Sħana u tal-Enerġija Kkombinati (CHP) tal-Awtoprodutturi

5.2.3.6.   Awtoprodutturi tas-Sħana Biss

5.2.3.7.   Impjanti tal-Fjuwils bil-Privattiva

5.2.3.8.   Impjanti BKB/PB

5.2.3.9.   Impjanti tal-Manifattura tal-Gass

5.2.3.10.   Fran tal-blast

5.2.3.11.   Impjanti tat-taħlit tal-gass naturali

5.2.3.12.   Għat-taħlit ma’ gażolina tal-magni/diżil/pitrolju:

5.2.3.13.   Impjanti tal-Produzzjoni tal-Faħam tal-Kannol

5.2.3.14.   Mhux Speċifikati Band’Oħra — Transformazzjoni

5.2.4.   Settur tal-Enerġija

5.2.4.1.   Impjanti tal-gassifikazzjoni (bijogass)

5.2.4.2.   Impjanti tal-Elettriku, tas-CHP u tas-Sħana

5.2.4.3.   Minjieri tal-Faħam

5.2.4.4.   Impjanti tal-Fjuwils bil-Privattiva

5.2.4.5.   Fran tal-Kokk

5.2.4.6.   Raffineriji taż-Żejt mhux Maħdum

5.2.4.7.   Impjanti BKB/PB

5.2.4.8.   Impjanti tal-Manifattura tal-Gass

5.2.4.9.   Fran tal-blast

5.2.4.10.   Impjanti tal-Produzzjoni tal-Faħam tal-Kannol

5.2.4.11.   Mhux Speċifikati Band’Oħra — Enerġija

5.2.5.   Telf mid-distribuzzjoni

5.2.6.   Konsum Finali tal-Enerġija — Settur tal-Industrija

5.2.6.1.   Ħadid u Azzar

5.2.6.2.   Sustanzi Kimiċi u Petrokimiċi

5.2.6.3.   Metalli li ma fihomx ħadid

5.2.6.4.   Minerali li mhumiex Metalliċi

5.2.6.5.   Tagħmir tat-Trasport

5.2.6.6.   Makkinarju

5.2.6.7.   Tħaffir fil-Minjieri u fil-Barrieri

5.2.6.8.   Ikel, Xorb u Tabakk

5.2.6.9.   Polpa, Karti u Stampar

5.2.6.10.   Injam u Prodotti tal-Injam

5.2.6.11.   Kostruzzjoni

5.2.6.12.   Tessut u Ġilda

5.2.6.13.   Mhux Speċifikati Band’Oħra — Industrija

5.2.7.   Konsum Finali tal-Enerġija — Settur tat-Trasport

5.2.7.1.   Ferroviji

5.2.7.2.   Bit-triq

5.2.7.3.   Navigazzjoni Domestika

5.2.7.4.   Mhux Speċifikati Band’Oħra — Trasport

5.2.8.   Konsum Finali tal-Enerġija — Setturi Oħrajn

5.2.8.1.   Servizzi Kummerċjali u Pubbliċi

5.2.8.2.   Unitajiet Domestiċi

5.2.8.3.   Agrikoltura/Forestrija

5.2.8.4.   Sajd

5.2.8.5.   Mhux Speċifikati Band’Oħra — Oħrajn

5.2.9.   Kapaċità elettrika massima netta

Il-kapaċità għandha tiġi ddikjarata fil-31 ta’ Diċembru tas-sena rrappurtata rilevanti. Din tkun tinkludi l-kapaċità elettrika kemm tal-impjanti tal-elettriku biss kif ukoll tal-unitajiet tas-CHP. Il-kapaċità elettrika massima netta hija s-somma totali tal-kapaċitajiet massimi netti tal-istazzjonijiet kollha meħudin b’mod individwali tul perjodu partikolari ta’ operazzjoni. Il-perjodu ta’ operazzjoni meqjus għall-finijiet attwali hu tħaddim kontinwu: fil-prattika 15-il siegħa jew aktar kull jum. Il-kapaċità massima netta hi l-enerġija massima li titqies bħala l-unika enerġija attiva li tista’ tiġi fornuta b’mod kontinwu, bl-impjanti kollha qed jaħdmu, fil-punt tal-ħruġ tan-network.

5.2.9.1.   Impjanti idro puri

5.2.9.2.   Impjanti idro mħallta

5.2.9.3.   Impjanti ta’ ħżin ippompjat puri

5.2.9.4.   Enerġija ġeotermali

5.2.9.5.   Fotovoltajċi solari

5.2.9.6.   Termal solari

5.2.9.7.   Marea, mewġ, oċean

5.2.9.8.   Riħ fuq l-art

5.2.9.9.   Riħ lil hinn mill-kosta

5.2.9.10.   Skart industrijali

5.2.9.11.   Skart muniċipali

5.2.9.12.   Bijofjuwils Solidi

5.2.9.13.   Bijogassijiet

5.2.9.14.   Bijodiżils

5.2.9.15.   Bijogażolini

5.2.9.16.   Bijofjuwils likwidi oħrajn

5.2.10.   Karatteristiċi tekniċi

5.2.10.1.   Superfiċje tal-kolletturi solari

Għandha tiġi ddikjarata s-superfiċje totali installata tal-kolletturi solari. Is-superfiċje tal-kolletturi solari għandha x’taqsam biss mal-kolletturi solari li jintużaw għall-produzzjoni tas-sħana termali solari; is-superfiċje tal-kolletturi solari użati għall-ġenerazzjoni tal-elettriku ma għandhomx jiġu rrappurtati hawn (PV solari u enerġija solari kkonċentrata). Għandha tkun inkluża l-erja tas-superfiċje tal-kolletturi solari kollha: il-kolletturi igglejżjati u mhux igglejżjati, pjatta ċatta u tubu vakwu b’likwidu jew bl-arja bħala t-trasportatur tal-enerġija.

5.2.10.2.   Kapaċità tal-produzzjoni għall-Bijogażolina

5.2.10.3.   Kapaċità tal-produzzjoni għall-Bijodiżils

5.2.10.4.   Kapaċità tal-produzzjoni għall-Pitrolju bijoloġiku tal-ġett

5.2.10.5.   Kapaċità tal-produzzjoni għal Bijofjuwils Likwidi Oħra

5.2.10.6.   Valur kalorifiku nett medju għall-Bijogażolina

5.2.10.7.   Valur kalorifiku nett medju għall-Bijoetanol

5.2.10.8.   Valur kalorifiku nett medju għall-Bijodiżils

5.2.10.9.   Valur kalorifiku nett medju għall-Pitrolju bijoloġiku tal-ġett

5.2.10.10.   Valur kalorifiku nett medju għal Bijofjuwils Likwidi Oħra

5.2.10.11.   Valur kalorifiku nett medju għall-Faħam tal-Kannol

5.2.11.   Produzzjoni tal-bijofjuwils u l-bijogassijiet solidi

Il-produzzjoni totali ta’ bijofjuwils solidi (għajr il-faħam tal-kannol) għandha tinqasam fost il-fjuwils li ġejjin:

5.2.11.1.   Injam li jintuża bħala fjuwil, residwi u prodotti sekondarji tal-injam

5.2.11.1.1.   Gerbub tal-injam bħala parti minn injam li jintuża bħala fjuwil, residwi tal-injam u prodotti sekondarji tal-injam

5.2.11.2.   Likur iswed

5.2.11.3.   Bagasse

5.2.11.4.   Skart tal-annimali

5.2.11.5.   Materjali u residwi veġetali oħra

5.2.11.6.   Frazzjoni rinnovabbli tal-iskart industrijali

Il-produzzjoni totali tal-bijogass għandha tinqasam fost il-metodi tal-produzzjoni li ġejjin:

5.2.11.7.   Bijogassijiet mill-fermentazzjoni anaerobika: gass tal-miżbliet

5.2.11.8.   Bijogassijiet mill-fermentazzjoni anaerobika: gass tal-ħama tad-dranaġġ

5.2.11.9.   Bijogassijiet mill-fermentazzjoni anaerobika: bijogassijiet oħra mill-fermentazzjoni anaerobika

5.2.11.10.   Bijogassijiet minn proċessi termali

5.2.12.   Importazzjonijiet skont il-pajjiż tal-oriġini U esportazzjonijiet skont il-pajjiż tad-destinazzjoni

L-importazzjonijiet għandhom jiġu rrappurtati skont il-pajjiż tal-oriġini, u l-esportazzjonijiet skont il-pajjiż tad-destinazzjoni. Applikabbli għall-bijogażolina, għall-bijoetanol, għall-pitrolju bijoloġiku tal-ġett, għall-bijodiżils, għal bijofjuwils likwidi oħra, għall-gerbub tal-injam.

5.3.   Unitajiet tal-kejl

L-elettriku għandu jiġi ddikjarat f’GWh (sigħat ta’ gigawatts), is-sħana f’TJ (tera-joules) u l-kapaċità elettrika f’MW (megawatts).

Il-kwantitajiet irrappurtati għandhom jiġu ddikjarati f’TJ NCV (tera-joules abbażi tal-valur kalorifiku nett), għajr għall-faħam tal-kannol, il-bijogażolina, il-bijoetanol, il-pitrolju bijoloġiku tal-ġett, il-bijodiżils, u bijofjuwils likwidi oħra li għandhom jiġu ddikjarati f’kt (kilotunnellati).

Il-valuri kalorifiċi għandhom jiġu ddikjarati f’MJ/t (mega-joules għal kull tunnellata).

Is-superfiċje tal-kolletturi solari għandha tiġi ddikjarata f’1000 m2.

Il-kapaċità tal-produzzjoni għandha tiġi ddikjarata f’kt (kilotunnellati) fis-sena.

6.   STATISTIKA NUKLEARI ANNWALI

Trid tiġi ddikjarata d-data li ġejja rigward l-użu ċivili tal-enerġija nukleari:

6.1.   Lista ta’ aggregati

6.1.1.   Il-kapaċità tal-arrikkiment

Il-kapaċità operatorja separattiva annwali tal-impjanti tal-arrikkiment operazzjonali (separazzjoni isotopika tal-Uranju).

6.1.2.   Il-kapaċità tal-produzzjoni ta’ elementi tal-fjuwil ġdid

Il-kapaċità tal-produzzjoni annwali tal-impjanti li jiffabbrikaw il-fjuwil. Għajr l-impjanti tal-fabbrikazzjoni tal-fjuwil MOX.

6.1.3.   Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-impjanti tal-fabbrikazzjoni tal-fjuwil MOX

Il-kapaċità tal-produzzjoni annwali tal-impjanti tal-fabbrikazzjoni tal-fjuwil MOX.

Il-fjuwil MOX jinkludi taħlita ta’ plutonju u uranju (ossidu mħallat).

6.1.4.   Il-produzzjoni ta’ elementi tal-fjuwil ġdid

Il-produzzjoni ta’ elementi finali tal-fjuwil ġdid fl-impjanti nukleari tal-fabbrikazzjoni tal-fjuwil. Għajr il-vireg jew prodotti parzjali oħra. Għajr wkoll l-impjanti tal-fabbrikazzjoni li jipproduċu l-fjuwil MOX.

6.1.5.   Il-produzzjoni ta’ elementi tal-fjuwil MOX

Il-produzzjoni ta’ elementi finali tal-fjuwil ġdid fl-impjanti tal-fabbrikazzjoni tal-fjuwil MOX. Għajr il-vireg jew prodotti parzjali oħra.

6.1.6.   Il-produzzjoni tal-enerġija nukleari

L-ammont totali ta’ sħana ġġenerata mir-reatturi nukleari għall-produzzjoni tal-elettriku jew għal applikazzjonijiet oħra utli tas-sħana.

6.1.7.   Il-medja annwali ta’ użu ta’ elementi tal-fjuwil irradjati li jintilfu definittivament

Il-medja kkalkulata ta’ użu tal-elementi tal-fjuwil li jkunu ntilfu definittivament mir-reatturi nukleari tul is-sena ta’ referenza kkonċernata. Għajr l-elementi tal-fjuwil li jintilfu biss temporanjament u li aktarx jerġgħu jintużaw aktar tard.

6.1.8.   Il-produzzjoni tal-Uranju u tal-Plutonju fl-impjanti tal-ipproċessar mill-ġdid

L-uranju u plutonju magħmulin fl-impjanti tal-ipproċessar mill-ġdid tul is-sena ta’ referenza.

6.1.9.   Il-kapaċità (tal-Uranju u tal-Plutonju) fl-impjanti tal-ipproċessar mill-ġdid

Il-kapaċità annwali tal-ipproċessar mill-ġdid tal-uranju u tal-plutonju.

6.2.   Unitajiet tal-kejl

tSWU (tunnellati ta’ unitajiet operatorji separattivi) għal 6.1.1.

tHM (tunnellati ta’ metall tqil) għal 6.1.4, 6.1.5., 6.1.8.

tHM (tunnellati ta’ metall tqil) fis-sena għal 6.1.2., 6.1.3, 6.1.9

TJ (tera-joules) għal 6.1.6.

GWd/tHM (gigawatt/jum għal kull tunnellata ta’ metall tqil) għal 6.1.7.

7.   STATISTIKA DETTALJATA DWAR IL-KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA

Trid tiġi ddikjarata d-data diżaggregata li ġejja dwar il-konsum finali tal-enerġija.

7.1.   Lista ta’ aggregati

7.1.1.   Settur industrijali

Għandhom jiġu rrappurtati skont id-definizzjonijiet mogħtija fit-Taqsima 2.6.1 tal-Anness A.

7.1.1.1.   Tħaffir fil-Minjieri u fil-Barrieri

7.1.1.1.1.   Qtugħ ta’ metall mill-minjieri

7.1.1.1.2.   Tħaffir ieħor fil-minjieri u fil-barrieri

7.1.1.1.3.   Attivitajiet ta’ appoġġ għat-tħaffir fil-minjieri

7.1.1.2.   Ikel, Xorb u Tabakk

7.1.1.2.1.   Manifattura ta’ prodotti tal-ikel

7.1.1.2.2.   Manifattura ta’ xarbiet

7.1.1.2.3.   Manifattura ta’ prodotti tat-tabakk

7.1.1.3.   Tessut u Ġilda

7.1.1.4.   Injam u Prodotti tal-Injam

7.1.1.5.   Polpa, Karti u Stampar

7.1.1.5.1.   Manifattura tal-karti u tal-prodotti tal-karti

7.1.1.5.1.1.   Manifattura tal-polpa

7.1.1.5.1.2.   Karta u prodotti tal-karta oħrajn

7.1.1.5.2.   Stampar u riproduzzjoni ta’ midja rreġistrata

7.1.1.6.   Sustanzi Kimiċi u Petrokimiċi

7.1.1.6.1.   Manifattura ta’ sustanzi kimiċi u ta’ prodotti kimiċi

7.1.1.6.2.   Manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi bażiċi u ta’ preparazzjonijiet farmaċewtiċi

7.1.1.7.   Minerali li mhumiex Metalliċi

7.1.1.7.1.   Manifattura ta’ ħġieġ u prodotti tal-ħġieġ

7.1.1.7.2.   Manifattura ta’ siment, ġir u ġibs (inkluż il-klinker)

7.1.1.7.3.   Prodotti oħra minerali li mhumiex metalliċi

7.1.1.8.   Ħadid u Azzar [Manifattura ta’ metalli bażiċi A]

7.1.1.9.   Industriji tal-metalli li ma fihomx ħadid [Manifattura ta’ metalli bażiċi B]

7.1.1.9.1.   Produzzjoni tal-aluminju

7.1.1.9.2.   Industriji oħra tal-metalli li ma fihomx ħadid

7.1.1.10.   Makkinarju

7.1.1.10.1.   Manifattura ta’ prodotti tal-metall iffabbrikat, għajr il-makkinarju u t-tagħmir

7.1.1.10.2.   Manifattura ta’ prodotti tal-kompjuter, elettroniċi u ottiċi

7.1.1.10.3.   Manifattura ta’ tagħmir elettriku

7.1.1.10.4.   Manifatturar ta’ makkinarju u tagħmir n.e.c.

7.1.1.11.   Tagħmir tat-Trasport

7.1.1.12.   Mhux Speċifikati Band’Oħra — Industrija

7.1.1.12.1.   Manifattura ta’ prodotti tal-lasktu u tal-plastik

7.1.1.12.2.   Manifattura tal-għamara

7.1.1.12.3.   Manifattura oħra

7.1.2.   Settur tal-unitajiet domestiċi

Għandhom jiġu rrappurtati skont id-definizzjonijiet mogħtija fit-Taqsima 2.6.3.2 tal-Anness A.

7.1.2.1.   Unitajiet Domestiċi: Tisħin tal-ispazju

7.1.2.2.   Unitajiet Domestiċi: Tkessiħ tal-ispazju

7.1.2.3.   Unitajiet Domestiċi: Tisħin tal-ilma

7.1.2.4.   Unitajiet Domestiċi: Tisjir

7.1.2.5.   Unitajiet Domestiċi: Tidwil u apparati

Jikkonċerna l-elettriku biss

7.1.2.6.   Unitajiet Domestiċi: Użi finali oħra

7.2.   Prodotti tal-enerġija applikabbli

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan il-ġbir tad-data japplika għall-prodotti kollha tal-enerġija elenkati fl-Anness A.

Il-Eurostat se jispeċifika l-lista attwali tal-prodotti tal-enerġija li għalihom id-data koperta mill-punt 7 tal-Anness B jenħtieġ tiġi rrappurtata fil-mudell tar-rappurtar, bħala subsett ta’ dawk elenkati fil-punt 3 tal-Anness A.

7.3.   Unitajiet tal-kejl

Il-kwantitajiet tal-fjuwils fossili solidi għandhom jiġu ddikjarati f’kt (kilotunnellati);

Il-kwantitajiet taż-żejt mhux raffinat u prodotti taż-żejt mhux maħdum iridu jiġu ddikjarati f’kt (kilotunnellati);

Il-kwantitajiet tal-gass naturali u tal-gassijiet manifatturati (gass tal-impjanti tal-gass, gass tal-fran tal-kokk, gass tal-fran tal-blast, gassijiet irkuprati oħrajn) iridu jiġu ddikjarati skont il-kontenut ta’ enerġija, f’TJ GCV (tera-joules abbażi tal-valuri kalorifiċi grossi);

L-elettriku għandu jiġu ddikjarat f’GWh (sigħat ta’ gigawatts);

Il-kwantitajiet tas-sħana għandhom jiġu ddikjarati f’TJ (tera-joules abbażi tal-valuri kalorifiċi netti);

Il-kwantitajiet tar-rinnovabbli u tal-iskart għandhom jiġu ddikjarati f’TJ NCV (tera-joules abbażi tal-valur kalorifiku nett), għajr għall-faħam tal-kannol, il-bijogażolina, il-bijoetanol, il-pitrolju bijoloġiku tal-ġett, il-bijodiżils, u bijofjuwils likwidi oħra li għandhom jiġu ddikjarati f’kt (kilotunnellati).

Il-valuri kalorifiċi għall-fjuwils fossili solidi, iż-żejt mhux raffinat u l-prodotti taż-żejt mhux maħdum u s-sorsi rinnovabbli u l-iskart iridu jiġu ddikjarati f’MJ/t (mega-joules għal kull tunnellata).

Il-valuri kalorifiċi għall-gass naturali u l-gassijiet manifatturati għandhom jiġu ddikjarati f’kJ/m3, jekk wieħed jassumi kundizzjonijiet ta’ referenza għall-gassijiet (15 °C, 101 325 Pa).

Għall-prodotti l-oħra tal-enerġija li jeħtieġu rappurtar, l-unitajiet applikabbli huma ddefiniti fil-Kapitoli rilevanti ta’ dan l-Anness.

7.4.   Skadenza għat-trażmissjoni tad-data:

Id-data għandha tintbagħat sal-31 ta’ Marzu tat-tieni sena wara s-sena rrappurtata.

7.5.   Eżenzjonijiet

Ċipru hu eżentat milli jirrapporta l-konsum finali diżaggregat tal-enerġija taż-żejt mhux raffinat u tal-prodotti taż-żejt mhux maħdum (kif definit fit-Taqsima 3.4 tal-Anness A) għall-aggregati kollha koperti mit-Taqsima 7.1.2 ta’ dan l-Anness (Unitajiet Domestiċi).

ANNESS C

STATISTIKA TA' KULL XAHAR DWAR L-ENERĠIJA

Dan l-Anness jiddeskrivi l-ambitu, l-unitajiet, il-perjodu rrappurtat, il-frekwenza, l-iskadenza u l-modalitajiet tat-trażmissjoni għall-ġbir tal-istatistika ta’ kull xahar dwar l-enerġija.

Fl-Anness A hemm l-ispjegazzjonijiet tat-termini li għalihom ma tingħatax spjegazzjoni speċifika f’dan l-Anness.

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-ġbir tad-data kollu speċifikat f’dan l-Anness:

(a)

Il-perjodu rrappurtat: Il-perjodu rrappurtat tad-data ddikjarata għandu jkun xahar kalendarju wieħed.

(b)

Il-frekwenza: Id-data għandha tiġi ddikjarata abbażi ta’ kull xahar.

(c)

Il-format tat-trażmissjoni: Il-format tat-trażmissjoni għandu jikkonforma mal-istandard tal-iskambju rilevanti speċifikat mill-Eurostat.

(d)

Il-metodu tat-trażmissjoni: Id-data għandha tiġi ppreżentata u tittella’ b’mezzi elettroniċi fil-punt uniku tad-dħul tad-data tal-Eurostat.

1.   FJUWILS SOLIDI

1.1.   Prodotti tal-enerġija applikabbli

Dan il-Kapitolu jkopri r-rappurtar ta’:

1.1.1.   Faħam iebes

1.1.2.   Faħam kannella

1.1.3.   Pit

1.1.4.   Shale taż-żejt u ramel taż-żejt

1.1.5.   Kokk tal-fran tal-kokk

1.2.   Lista ta’ aggregati

1.2.1.   L-aggregati li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati għall-faħam iebes:

1.2.1.1.   Produzzjoni

1.2.1.2.   Prodotti rkuprati

1.2.1.3.   Importazzjonijiet

1.2.1.4.   Importazzjonijiet minn barra l-UE

1.2.1.5.   Esportazzjonijiet

1.2.1.6   Stokkijiet Totali tal-Ftuħ fit-Territorju Nazzjonali

Dawn huma l-kwantitajiet miżmuma minn minjieri, importaturi u konsumaturi li jimpurtaw direttament.

1.2.1.7.   Stokkijiet Totali tal-Għeluq fit-Territorju Nazzjonali

Dawn huma l-kwantitajiet miżmuma minn minjieri, importaturi u konsumaturi li jimpurtaw direttament.

1.2.1.8.   Konsenji lill-produtturi tal-attività ewlenija

1.2.1.9.   Konsenji lill-impjanti tal-kokk

1.2.1.10.   Konsenji lill-industrija totali

1.2.1.11.   Konsenji lill-industrija tal-ħadid u l-azzar

1.2.1.12.   Riżultati tanġibbli oħrajn (servizzi, unitajiet domestiċi, eċċ.). L-ammont ta’ faħam iebes ikkonsenjat lil setturi li ma jissemmewx speċifikament jew li ma jagħmlux parti minn trasformazzjoni, enerġija, industrija jew trasport.

1.2.2.   L-aggregati li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati għall-faħam kannella, il-pit, ix-shale taż-żejt u r-ramel taż-żejt:

1.2.2.1.   Produzzjoni

1.2.2.2.   Importazzjonijiet

1.2.2.3.   Esportazzjonijiet

1.2.2.4.   Stokkijiet Totali tal-Ftuħ fit-Territorju Nazzjonali

Dawn huma l-kwantitajiet miżmuma minn minjieri, importaturi u konsumaturi li jimpurtaw direttament.

1.2.2.5.   Stokkijiet Totali tal-Għeluq fit-Territorju Nazzjonali

Dawn huma l-kwantitajiet miżmuma minn minjieri, importaturi u konsumaturi li jimpurtaw direttament.

1.2.2.6.   Għall-pit, il-bidliet fl-istokkijiet jistgħu jiġu ddikjarati minflok l-istokkijiet totali tal-ftuħ u tal-għeluq.

1.2.2.7.   Konsenji lill-produtturi tal-attività ewlenija

1.2.3.   L-aggregati li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati għall-kokk tal-fran tal-kokk:

1.2.3.1.   Produzzjoni

1.2.3.3.   Importazzjonijiet

1.2.3.4.   Importazzjonijiet minn barra l-UE

1.2.3.5.   Esportazzjonijiet

1.2.3.6.   Stokkijiet Totali tal-Ftuħ fit-Territorju Nazzjonali

Dawn huma l-kwantitajiet miżmuma mill-produtturi, l-importaturi u l-konsumaturi li jimpurtaw direttament.

1.2.3.7.   Stokkijiet Totali tal-Għeluq fit-Territorju Nazzjonali

Dawn huma l-kwantitajiet miżmuma mill-produtturi, l-importaturi u l-konsumaturi li jimpurtaw direttament.

1.2.3.8.   Konsenji lill-industrija tal-ħadid u l-azzar

1.3.   Unitajiet tal-kejl

Il-kwantitajiet rappurtati għandhom jiġu ddikjarati f’kt (kilotunnellati).

1.4.   Skadenza għat-trażmissjoni tad-data

Fi żmien xahrejn kalendarji wara x-xahar irrappurtat.

2.   ELETTRIKU

2.1.   Prodotti tal-enerġija applikabbli

Dan il-Kapitolu jkopri r-rappurtar tal-elettriku.

2.2.   Lista ta’ aggregati

L-aggregati li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati għall-elettriku:

2.2.1.   Produzzjoni netta tal-elettriku minn impjanti nukleari

2.2.2.   Produzzjoni netta tal-elettriku mill-ġenerazzjoni tal-enerġija termali konvenzjonali bl-użu tal-faħam

2.2.3.   Produzzjoni netta tal-elettriku mill-ġenerazzjoni tal-enerġija termali konvenzjonali bl-użu taż-żejt

2.2.4.   Produzzjoni netta tal-elettriku mill-ġenerazzjoni tal-enerġija termali konvenzjonali bl-użu tal-gass

2.2.5.   Il-produzzjoni netta tal-elettriku minn ġenerazzjoni tal-enerġija termali konvenzjonali bl-użu ta’ rinnovabbli kombustibbli (bħall-bijofjuwils solidi, il-bijogassijiet, il-bijofjuwils likwidi, l-iskart muniċipali rinnovabbli)

2.2.6.   Il-produzzjoni netta tal-elettriku minn ġenerazzjoni tal-enerġija termali konvenzjonali bl-użu ta’ fjuwils kombustibbli mhux rinnovabbli oħra (bħall-iskart industrijali mhux rinnovabbli u l-iskart muniċipali mhux rinnovabbli)

2.2.7.   Produzzjoni netta tal-elettriku mll-impjanti idro puri

2.2.8.   Produzzjoni netta tal-elettriku mill-impjanti idro mħallta

2.2.9.   Produzzjoni netta tal-elettriku mill-impjanti idro ta’ ħżin ippompjat puri

2.2.10.   Produzzjoni netta tal-elettriku mill-installazzjonijiet tar-riħ fuq l-art

2.2.11.   Produzzjoni netta tal-elettriku mill-installazzjonijiet tar-riħ lil hinn mill-kosta

2.2.12.   Produzzjoni netta tal-elettriku mill-installazzjonijiet PV solari

2.2.13.   Produzzjoni netta tal-elettriku mill-installazzjonijiet termali solari

2.2.14.   Produzzjoni netta tal-elettriku mill-ġenerazzjoni tal-enerġija ġeotermali

2.2.15.   Il-produzzjoni netta tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli oħra (bħall-marea, il-mewġ, l-oċean u sorsi rinnovabbli mhux kombustibbli oħra)

2.2.16.   Produzzjoni netta tal-elettriku minn oriġini mhux speċifikata

2.2.17.   Importazzjonijiet

2.2.17.1.   Li minnhom mill-UE

2.2.18.   Esportazzjonijiet

2.2.18.1.   Li minnhom lejn l-UE

2.2.19.   Elettriku użat għal ħżin ippompjat

2.3.   Unitajiet tal-kejl

Il-kwantitajiet irrappurtati għandhom jiġu ddikjarati f’GWh (sigħat ta’ gigawatts).

2.4.   Skadenza għat-trażmissjoni tad-data

Fi żmien xahrejn kalendarji wara x-xahar irrappurtat.

3.   ŻEJT U PRODOTTI TAŻ-ŻEJT MHUX MAĦDUM

3.1.   Prodotti tal-enerġija applikabbli

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan il-ġbir tad-data japplika għall-prodotti kollha tal-enerġija elenkati fl-Anness A, il-Kapitolu 3.4. ŻEJT (żejt mhux raffinat u prodotti taż-żejt mhux maħdum).

Il-kategorija “Prodotti Oħra” tinkludi l-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-definizzjoni fl-Anness A, il-Kapitolu 3.4 u anki l-kwantitajiet tal-ispirtu abjad u l-SBP, il-lubrikanti, il-bitumen u x-xama’ tal-paraffina; jenħtieġ li dawn il-prodotti ma jiġux dikjarati b’mod separat.

3.2.   Lista ta’ aggregati

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, il-lista ta’ aggregati li ġejja għandha tiġi ddikjarata għall-prodotti kollha tal-enerġija elenkati fil-paragrafu preċedenti.

3.2.1.   Provvista taż-żejt mhux raffinat, NGL, materja prima tar-raffineriji, addittivi u idrokarburi oħra

Nota għall-addittivi u l-bijofjuwils: hawnhekk inkludi kemm il-volumi mħallta diġà u anki l-kwantitajiet kollha maħsuba għat-taħlit.

L-aggregati li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati għaż-żejt mhux raffinat, l-NGL, il-materja prima tar-raffineriji, l-addittivi/l-ossiġenati, il-bijofjuwils u idrokarburi oħra:

3.2.1.1.   Produzzjoni Indiġena (mhux applikabbli għall-materja prima tar-raffineriji u l-bijofjuwils).

3.2.1.2.   Irċevuti li ġejjin minn sorsi oħra (mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat, għall-NGL, għall-materja prima tar-raffineriji)

3.2.1.3.   Flussi Lura

Il-prodotti finali jew semifinali li jiġu rritornati mill-konsumaturi finali lir-raffineriji għall-ipproċessar, għat-taħlit jew għall-bejgħ. Ġeneralment dawn ikunu prodotti sekondarji tal-manifattura petrokimika. Applikabbli biss għall-materja prima tar-raffineriji.

3.2.1.4.   Prodotti Trasferiti

Il-prodotti taż-żejt mhux maħdum importati li jiġu kklassifikati mill-ġdid bħala materja prima għal aktar ipproċessar fir-raffinerija, mingħajr ma jiġu kkonsenjati lill-konsumaturi finali. Applikabbli biss għall-materja prima tar-raffineriji.

3.2.1.5.   Importazzjonijiet

3.2.1.6.   Esportazzjonijiet

Nota għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet: Jinkludu l-kwantitajiet taż-żejt mhux raffinat u tal-prodotti importati jew esportati skont ftehimiet tal-ipproċessar (jiġifieri raffinar akkont). Jenħtieġ li ż-żejt mhux raffinat u l-NGLs jiġu rrappurtati bħala li ġejjin mill-pajjiż tal-oriġini aħħarija; il-materja prima tar-raffineriji u l-prodotti finali jenħtieġ jiġu rrappurtati li ġejjin mill-pajjiż tal-aħħar konsenja. Inkluż kwalunkwe likwidi tal-gass (eż. LPG) estratti waqt il-proċess tar-rigassifikazzjoni tal-LNG u tal-prodotti taż-żejt mhux maħdum importati jew esportati direttament mill-industrija tal-petrokimika.

3.2.1.7.   Użu Dirett

3.2.1.8.   Bidliet fl-Istokkijiet

Żieda fl-istokk tintwera bħala numru pożittiv u tnaqqis fl-istokk jintwera bħala numru negattiv.

3.2.1.9.   Konsum mir-Raffineriji Osservat

Dan huwa definit bħala l-ammont totali taż-żejt (inkluż Idrokarburi Oħrajn u Addittivi) osservat li daħal fil-proċess tar-raffineriji (dħul fir-raffineriji).

3.2.1.10.   Telf mir-Raffineriji

Id-differenza bejn il-Konsum mir-Raffineriji Osservat u l-Produzzjoni Grossa tar-Raffinerija. It-telf jista’ jseħħ waqt il-proċessi tad-distillazzjoni minħabba evaporazzjoni. It-telf irrappurtat huwa pożittiv. Jista’ jkun hemm xi gwadanji volumetriċi, iżda l-ebda żieda fil-massa.

3.2.2.   Provvista ta’ prodotti finali

L-aggregati li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati għaż-Żejt mhux raffinat, l-NGL, il-Gass tar-raffineriji, l-Etan, LPG, in-Nafta, il-Bijogażolina, il-gażolina mhux bijoloġika, il-Gażolina tal-avjazzjoni, il-Fjuwil tal-ġett tat-tip tal-gażolina, il-Pitrolju bijoloġiku tal-ġett, il-Pitrolju mhux bijoloġiku tal-ġett, Pitrolju ieħor, il-Bijodiżils, iż-Żejt mhux bijoloġiku tal-gass/tad-diżil, l-LSFO, l-HSFO, il-Kokk taż-żejt mhux maħdum, u Prodotti oħra:

3.2.2.1.   Prodotti Primarji Rċevuti

3.2.2.2.   Produzzjoni Grossa tar-Raffinerija (mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat u l-NGL)

3.2.2.3.   Prodotti Riċiklati (mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat u l-NGL)

3.2.2.4.   Fjuwil tar-Raffineriji (mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat u l-NGL)

Il-Kapitolu 2.3. tal-Anness A. Settur tal-Enerġija — Raffineriji taż-Żejt mhux Maħdum; Jinkludi fjuwils użati fir-raffineriji għall-produzzjoni tal-elettriku u tas-sħana mibjugħa.

3.2.2.5.   Importazzjonijiet (mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat, l-NGL u l-gass tar-raffineriji)

3.2.2.6.   Esportazzjonijiet (mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat, l-NGL u l-gass tar-raffineriji)

In-nota għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet fit-taqsima 3.2.1 tapplika hawn ukoll.

3.2.2.7.   Bunkers tal-Baħar Internazzjonali (mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat u l-NGL)

3.2.2.8.   Trasferimenti tal-Interprodotti

3.2.2.9.   Prodotti Trasferiti (mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat u l-NGL)

3.2.2.10.   Bidliet fl-Istokkijiet (mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat, l-NGL u l-gass tar-raffineriji)

Żieda fl-istokk tintwera bħala numru pożittiv u tnaqqis fl-istokk jintwera bħala numru negattiv.

3.2.2.11.   Konsenji Interni Grossi Osservati

Il-konsenja osservata ta’ prodotti taż-żejt mhux maħdum finali minn sorsi primarji (eż. raffineriji, impjanti tat-taħlit, eċċ.) għas-suq intern.

3.2.2.11.1.   Avjazzjoni Internazzjonali (applikabbli biss għall-Gażolina tal-avjazzjoni, il-Fjuwil tal-ġett tat-tip tal-gażolina, il-Pitrolju bijoloġiku tal-ġett, u l-Pitrolju mhux bijoloġiku tal-ġett)

3.2.2.11.2.   Impjanti tal-enerġija tal-produtturi tal-attività ewlenija

3.2.2.11.3.   Bit-triq (applikabbli biss għal-LPG)

3.2.2.11.4.   Navigazzjoni domestika u Ferroviji (applikabbli biss għall-Bijodiżils, u ż-Żejt mhux bijo tal-gass/diżil)

3.2.2.12.   Petrokimiku

3.2.2.13.   Fluss lura lejn ir-raffineriji (mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat u l-NGL)

3.2.3.   Importazzjonijiet skont l-oriġini — Esportazzjonijiet skont id-destinazzjoni

L-importazzjonijiet għandhom jiġu rrappurtati skont il-pajjiż tal-oriġini, u l-esportazzjonijiet skont il-pajjiż tad-destinazzjoni. In-nota għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet fit-taqsima 3.2.1 tapplika hawn ukoll.

3.2.4.   Livelli tal-istokkijiet

L-istokkijiet tal-ftuħ u tal-għeluq li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati għall-prodotti kollha tal-enerġija inkluż għall-addittivi/l-ossiġenati iżda mhux għall-gass tar-raffineriji:

3.2.4.1.   Stokkijiet fit-territorju nazzjonali

Stokkijiet fil-postijiet li ġejjin: tankijiet tar-raffineriji, terminals li jżommu kwantitajiet kbar ta’ materjal, ċattri u tankers kostali (meta l-port tat-tluq u tad-destinazzjoni jkunu fl-istess pajjiż), tankers f’port ta’ pajjiż membru (jekk il-merkanzija tagħhom trid tinħatt fil-port), bunkers interni tal-bastimenti. Għajr l-istokkijiet taż-żejt miżmumin fil-pipelines, fil-vaguni tat-tankijiet ferrovjarji, fil-vaguni tat-tankijiet tat-trakkijet, fil-bunkers tal-bastimenti li jbaħħru, fl-istazzjonijiet tal-petrol, fil-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut u fil-bunkers fuq il-baħar.

3.2.4.2.   L-istokkijiet miżmumin għal pajjiżi oħra skont ftehimiet governattivi bilaterali

L-istokkijiet fit-territorju nazzjonali li jappartjenu għal pajjiż ieħor u li l-aċċess għalihom hu żgurat bi ftehim bejn il-gvernijiet rispettivi.

3.2.4.3.   L-istokkijiet b’destinazzjoni barranija magħrufa

L-istokkijiet li mhumiex inklużi fil-punt 3.2.4.2 f’territorju nazzjonali li jappartjenu u huma destinati għal pajjiż ieħor. Dawn l-istokkijiet jistgħu jkunu fiż-żoni riżervati jew fuq barra tagħhom.

3.2.4.4.   Stokkijiet oħra miżmumin fiż-żoni riżervati

Jinkludu l-istokkijiet li mhumiex inklużi fil-punt 3.2.4.2 jew fil-punt 3.2.4.3, irrispettivament minn jekk ikunux irċevew awtorizzazzjoni doganali jew le.

3.2.4.5.   L-istokkijiet miżmuma mill-konsumaturi ewlenin

Jinkludu l-istokkijiet soġġetti għal kontroll governattiv. Din id-definizzjoni ma tinkludix stokkijiet oħrajn tal-konsumaturi.

3.2.4.6.   L-istokkijiet miżmuma abbord bastimenti tal-oċean li jkunu deħlin fil-port jew fl-irmiġġ

Stokkijiet irrispettivament minn jekk ikunux ingħataw awtorizzazzjoni doganali jew le. Din il-kategorija teskludi l-istokkijiet abbord bastimenti f’nofs l-ibħra.

Tinkludi ż-żejt fit-tankers kostali jekk kemm il-port tat-tluq kif ukoll tad-destinazzjoni tagħhom jinsabu fl-istess pajjiż. Fil-każ ta’ bastimenti li jkunu deħlin b’aktar minn port tal-ħatt wieħed, għandu jiġi rrapurtat biss l-ammont li jrid jinħatt fil-pajjiż rapportatur.

3.2.4.7.   L-istokkijiet miżmumin mill-gvern fit-territorju nazzjonali

Tinkludi l-istokkijiet mhux militari li huma miżmumin mill-gvern fit-territorju nazzjonali, u li huma proprjetà tal-gvern jew ikkontrollati u miżmuma esklussivament għal finijiet ta’ emerġenza.

Għajr l-istokkijiet miżmumin minn kumpaniji taż-żejt statali jew minn utilitajiet elettriċi jew l-istokkijiet miżmumin direttament minn kumpaniji taż-żejt f’isem il-gvernijiet.

3.2.4.8.   L-istokkijiet miżmumin minn organizzazzjoni li żżomm l-istokkijiet fit-territorju nazzjonali

L-istokkijiet miżmumin mill-korporazzjonijiet pubbliċi u privati li ġew stabbiliti biex iżommu l-istokkijiet esklużivament għal finijiet ta’ emerġenza.

Għajr l-istokkijiet mandatorji miżmumin minn kumpaniji privati.

3.2.4.9.   L-istokkijiet l-oħra kollha miżmumin fit-territorju nazzjonali

L-istokkijiet l-oħra kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet deskritti fil-punt 3.2.4.1 hawn fuq.

3.2.4.10.   L-istokkijiet miżmumin barra mill-pajjiż skont ftehimiet governattivi bilaterali

L-istokkijiet li jappartjenu għall-pajjiż rapportatur iżda li jinżammu f’pajjiż ieħor u li l-aċċess għalihom hu żgurat bi ftehim bejn il-gvernijiet rispettivi.

3.2.4.10.1.   Li minnhom: L-istokkijiet governattivi

3.2.4.10.2.   Li minnhom: L-istokkijiet tal-organizzazzjoni possedenti

3.2.4.10.3.   Li minnhom: Stokkijiet oħra

3.2.4.11.   L-istokkijiet miżmumin barra mill-pajjiż magħżula definittivament bħala stokkijiet tal-importazzjoni

L-istokkijiet li mhumiex inklużi fil-kategorija 10 u li jappartjenu għall-istat rapportatur iżda li jinżammu fi stat ieħor u li qed jistennew li jiġu importati hemmhekk.

3.2.4.12.   Stokkijiet oħra f’żoni riżervati

Stokkijiet oħra fit-territorju nazzjonali li mhumiex inklużi fil-kategoriji ta’ hawn fuq.

3.2.4.13.   Kontenut tal-pipelines

Żejt (żejt mhux raffinat u prodotti taż-żejt mhux maħdum) li jinsabu fil-pipelines u li huma meħtieġa biex jinżamm il-fluss fil-pipelines.

Barra minn hekk, għandu jiġi ddikjarat tqassim tal-kwantitajiet skont il-pajjiż korrispondenti:

3.2.4.13.1.   l-istokkijiet tal-għeluq miżmuma għal pajjiżi oħrajn skont ftehim uffiċjali, imqassma skont il-benefiċjarji,

3.2.4.13.2.   l-istokkijiet tal-għeluq miżmumin għal pajjiżi oħrajn skont ftehim uffiċjali, li minnhom hemm dawk miżmumin bħala biljetti tal-istokkijiet, imqassma skont il-benefiċjarji,

3.2.4.13.3.   l-istokkijiet tal-għeluq b’destinazzjoni barranija magħrufa, imqassma skont il-benefiċjarji,

3.2.4.13.4.   l-istokkijiet tal-għeluq miżmumin barra mill-pajjiż skont ftehim uffiċjali, imqassma skont il-post,

3.2.4.13.5.   l-istokkijiet tal-għeluq miżmuma barra mill-pajjiż skont ftehim uffiċjali u li minnhom hemm dawk miżmumin bħala biljetti tal-istokkijiet, imqassma skont il-post,

3.2.4.13.6.   l-istokijiet tal-għeluq miżmumin barra mill-pajjiż u magħżulin definittivament għall-importazzjoni fil-pajjiż tad-dikjarant, imqassma skont il-post.

“Stokkijiet tal-ftuħ” tfisser l-istokkijiet fl-aħħar jum tax-xahar ta’ qabel dak rappurtat. “Stokkijiet tal-għeluq” tfisser l-istokkijiet fl-aħħar jum tax-xahar rappurtat.

3.3.   Unitajiet tal-kejl

Il-kwantitajiet rappurtati għandhom jiġu ddikjarati f’kt (kilotunnellati).

3.4.   Skadenza għat-trażmissjoni tad-data

Fi żmien 55 jum wara x-xahar rappurtat.

3.5.   Noti ġeografiċi

Għal finijiet ta’ rappurtar statistiku biss, japplikaw il-kjarifiki tal-Kapitolu 1 tal-Anness A, bl-eċċezzjonijiet speċifiċi li ġejjin: L-Iżvizzera tinkludi l-Liechtenstein

4.   GASS NATURALI

4.1.   Prodotti tal-enerġija applikabbli

Dan il-Kapitolu jkopri r-rappurtar tal-gass naturali.

4.2.   Lista ta’ aggregati

L-aggregati li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati għall-gass naturali.

4.2.1.   Produzzjoni Indiġena

Il-produzzjoni kummerċjabbli niexfa kollha fi ħdan il-fruntieri nazzjonali, inkluż il-produzzjoni lil hinn mill-kosta. Il-produzzjoni titkejjel wara l-purifikazzjoni u l-estrazzjoni tal-NGLs u tal-kubrit. Għajr it-telf mill-estrazzjoni u l-kwantitajiet injettati mill-ġdid, rilaxxati minn xi mkien jew ivvampjati. Inkluż il-kwantitajiet użati fl-industrija tal-gass naturali; fl-estrazzjoni tal-gassijiet, fis-sistemi tal-pipelines u fl-impjanti tal-ipproċessar.

4.2.2.   Importazzjonijiet (Dħul)

4.2.3.   Esportazzjonijiet (Ħruġ)

Nota għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet: Iridu jiġu rrappurtati l-volumi kollha tal-gass naturali li fiżikament qasmu l-fruntieri nazzjonali tal-pajjiż, kemm jekk kien hemm awtorizzazzjoni doganali u kemm jekk le. Dan jinkludi l-kwantitajiet li jgħaddu minn pajjiżek; jenħtieġ li l-volumi tat-tranżitu jiġu inklużi bħala importazzjoni u bħala esportazzjoni. Jenħtieġ li l-importazzjonijiet tal-gass naturali likwifikat ikunu jkopru biss l-ekwivalenti kummerċjabbli niexfa, inkluż l-ammonti użati bħala konsum proprju fil-proċess tar-rigassifikazzjoni. Jenħtieġ li l-ammonti użati bħala konsum proprju tul ir-rigassifikazzjoni jiġu rrappurtati taħt Użu minnhom stess u telf tal-industrija tal-gass naturali (ara 4.2.10). Jenħtieġ li kwalunkwe likwidi tal-gass (eż. LPG) estratti waqt il-proċess tar-rigassifikazzjoni tal-LNG importat jiġu rrappurtati taħt “Irċevuti li ġejjin minn sorsi oħra” ta’ “Idrokarburi Oħrajn” kif definit fil-Kapitolu 3 ta’ dan l-Anness (ŻEJT JEW PRODOTTI TAŻ-ŻEJT MHUX MAĦDUM).

4.2.4.   Bidliet fl-Istokkijiet

Żieda fl-istokk tintwera bħala numru pożittiv u tnaqqis fl-istokk jintwera bħala numru negattiv.

4.2.5.   Konsenji Interni Grossi Osservati

Din il-kategorija tirrappreżenta l-konsenji tal-gass kummerċjabbli lejn is-suq intern, inkluż il-gass użat mill-industrija tal-gass għat-tisħin u għat-tħaddim tat-tagħmir tagħhom (jiġifieri l-konsum fl-estrazzjoni tal-gass, fis-sistema tal-pipelines u fl-impjanti tal-ipproċessar); anki t-telf mit-trażmissjoni u mid-distribuzzjoni jenħtieġ ikun inkluż.

4.2.6.   Il-livelli tal-ftuħ tal-istokkijiet miżmumin fit-territorju nazzjonali

4.2.7.   Il-livelli tal-għeluq tal-istokkijiet miżmumin fit-territorju nazzjonali

4.2.8.   Il-livelli tal-ftuħ tal-istokkijiet miżmumin barra l-pajjiż

4.2.9.   Il-livelli tal-għeluq tal-istokkijiet miżmumin barra l-pajjiż

Nota għal-livelli tal-istokkijiet: inkluż il-gass naturali maħżun f’forma gassuża kif ukoll f’forma likwifikata.

4.2.10.   Użu minnhom stess u telf tal-industrija tal-gass naturali

Il-kwantitajiet użati mill-industrija tal-gass stess għat-tisħin u għat-tħaddim tal-apparat tagħha (jiġifieri l-konsum fl-estrazzjoni tal-gass, fis-sistema tal-pipelines u fl-impjanti tal-ipproċessar); inkluż it-telf mit-trażmissjoni u mid-distribuzzjoni.

4.2.11.   Importazzjonijiet (dħul) skont l-oriġini u esportazzjonijiet (ħruġ) skont id-destinazzjoni

L-importazzjonijiet (dħul) għandhom jiġu rrappurtati skont il-pajjiż tal-oriġini, u l-esportazzjonijiet (ħruġ) skont il-pajjiż tad-destinazzjoni. In-nota għall-importazzjonijiet u għall-esportazzjonijiet fit-taqsima 4.2.3 tapplika hawn ukoll. L-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet għandhom jiġu ddikjarati biss għall-pajjiż ġar jew il-pajjiż b’konnessjoni diretta ta’ pipeline jew, fil-każ tal-LNG, għall-pajjiż fejn il-gass ikun ġie mgħobbi fuq il-vapur tat-trasport.

4.2.12.   Konsenji lejn il-ġenerazzjoni tal-enerġija

4.3.   Unitajiet tal-kejl

Il-kwantitajiet għandhom jiġu ddikjarati f’żewġ unitajiet:

4.3.1.

i kwantità fiżika, f’miljuni ta’ m3 (miljun metru kubiku) meta wieħed jassumi kundizzjonijiet ta’ referenza għall-gass (15 C, 101 325 Pa),

4.3.2.

f’kontenut tal-enerġija, f’TJ (tera-joules), abbażi tal-valur kalorifiku gross.

4.4.   Skadenza għat-trażmissjoni tad-data

Fi żmien 55 jum wara x-xahar rappurtat.

ANNESS D

STATISTIKA TA' KULL XAHAR GĦAL ŻMIEN QASIR

Dan l-Anness jiddeskrivi l-ambitu, l-unitajiet, il-perjodu rrappurtat, il-frekwenza, l-iskadenza u l-modalitajiet tat-trażmissjoni għall-ġbir ta’ kull xahar tad-data statistika ta’ żmien qasir.

Fl-Anness A hemm l-ispjegazzjonijiet tat-termini li għalihom ma tingħatax spjegazzjoni speċifika f’dan l-Anness.

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-ġbir tad-data kollu speċifikat f’dan l-Anness:

(a)

Il-perjodu rrappurtat: Il-perjodu rrappurtat tad-data ddikjarata għandu jkun xahar kalendarju wieħed.

(b)

Il-frekwenza: Id-data għandha tiġi ddikjarata abbażi ta’ kull xahar.

(c)

Il-format tat-trażmissjoni: Il-format tat-trażmissjoni għandu jikkonforma mal-istandard tal-iskambju rilevanti speċifikat mill-Eurostat.

(d)

Il-metodu tat-trażmissjoni: Id-data għandha tiġi ppreżentata u tittella’ b’mezzi elettroniċi fil-punt uniku tad-dħul tad-data tal-Eurostat.

1.   GASS NATURALI

1.1.   Prodotti tal-enerġija applikabbli

Dan il-Kapitolu jkopri r-rappurtar tal-gass naturali.

1.2.   Lista ta’ aggregati

L-aggregati li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati.

1.2.1.   Produzzjoni

1.2.2.   Importazzjonijiet

1.2.3.   Esportazzjonijiet

Nota għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet: iridu jiġu rrappurtati l-volumi kollha tal-gass naturali li qasmu fiżikament il-fruntieri nazzjonali tal-pajjiż, kemm jekk kien hemm awtorizzazzjoni doganali u kemm jekk le. Dan jinkludi l-kwantitajiet li jgħaddu minn pajjiżek; jenħtieġ li l-volumi tat-tranżitu jiġu inklużi bħala importazzjoni u bħala esportazzjoni. Jenħtieġ li l-importazzjonijiet tal-gass naturali likwifikat ikunu jkopru biss l-ekwivalenti kummerċjabbli niexfa, inkluż l-ammonti użati bħala konsum proprju fil-proċess tar-rigassifikazzjoni.

1.2.4.   Bidla fl-istokkijiet

1.2.5.   Stokkijiet totali tal-għeluq fit-territorju nazzjonali

1.3.   Unitajiet tal-kejl

Il-kwantitajiet irrappurtati għandhom jiġu ddikjarati f’TJ (tera-joules), abbażi tal-valur kalorifiku gross (GCV).

1.4.   Skadenza għat-trażmissjoni tad-data

Fi żmien xahar kalendarju wieħed wara x-xahar rappurtat.

2.   L-IMPORTAZZJONI U L-PROVVISTA TAŻ-ŻEJT MHUX RAFFINAT

2.1.   Prodotti tal-enerġija applikabbli

Dan il-Kapitolu jkopri r-rappurtar taż-żejt mhux raffinat.

2.2.   Definizzjonijiet

2.2.1.   Importazzjonijiet

L-importazzjonijiet ikopru kull kwantità ta’ żejt mhux raffinat li jidħol fit-territorju doganali tal-Istat Membru jew li jkun ġej minn Stat Membru ieħor għal finijiet oħra li mhumiex ta’ tranżitu. Iż-żejt mhux raffinat użat għall-bini tal-istokk għandu jkun inkluż.

Iż-żejt estratt minn qiegħ il-baħar li fuqu Stat Membru jeżerċita d-drittijiet esklussivi għall-finijiet ta’ sfruttament u dħul fit-territorju doganali tal-Komunità għandu jiġi eskluż mill-importazzjonijiet.

2.2.2.   Provvista:

Il-provvista tkopri ż-żejt mhux raffinat importat u ż-żejt mhux raffinat magħmul fl-Istat Membru tul il-perjodu ta’ referenza. Il-provvista taż-żejt mhux raffinat minn stokkijiet li jkunu nbnew qabel hija eskluża.

2.2.3.   Prezz tas-CIF:

Il-prezz tas-CIF (tal-ispiża, tal-assigurazzjoni u tal-ġarr) jinkludi l-prezz FOB (free-on-board), jiġifieri l-prezz reali ffatturat fil-port/post tat-tagħbija minbarra l-ispiża tat-trasport, tal-assigurazzjoni u tal-imposti marbuta mal-operazzjonijiet tat-trasferiment taż-żejt mhux raffinat.

Il-prezz tas-CIF taż-żejt mhux raffinat magħmuk fi Stat Membru għandu jiġi kalkolat bħala mħallas sal-port minn fejn jitlaq jew sal-fruntiera, i.e. sal-mument meta ż-żejt mhux raffinat ikun jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni doganali tal-pajjiż li qed jimporta.

2.2.4.   Gravità tal-API:

Il-gravità tal-API hija kejl ta’ kemm tqil/ħafif iż-żejt mhux raffinat meta mqabbel mal-ilma. Il-gravità tal-API għandha tiġi rrappurtata skont il-formula li ġejja, fir-rigward tal-gravità speċifika (SG): API = (141.5 ÷ SG) – 131.5

2.3.   Lista ta’ aggregati

2.3.1.   Il-lista ta’ aggregati li ġejja għandha tiġi ddikjarata għall-importazzjonijiet taż-żejt mhux raffinat maqsumin skont it-tip u ż-żona ġeografika tal-produzzjoni:

2.3.1.1.   id-deżinjazzjoni taż-żejt mhux raffinat

2.3.1.2.   il-gravità medja tal-API

2.3.1.3.   il-kontenut medju tal-kubrit

2.3.1.4.   il-volum totali importat

2.3.1.5.   il-prezz tas-CIF totali

2.3.1.6.   l-għadd ta’ entitajiet rapportaturi.

2.3.2.   Il-lista ta’ aggregati li ġejja għandha tiġi ddikjarata għall-provvista tal-żejt mhux raffinat:

2.3.2.1.   il-volum fornut

2.3.2.2.   il-prezz medju ponderat tas-CIF

2.4.   Unitajiet tal-kejl

bbl (barmil) għal 2.3.1.4. u 2.3.2.1.

kt (elf tunnellata) għal 2.3.2.1.

% (persentaġġ) għal 2.3.1.3.

° (gradi) għal 2.3.1.2.

$ (Dollari Amerikani) kull barmil għal 2.3.1.5. u 2.3.2.2.

$ (Dollari Amerikani) kull tunnellata għal 2.3.2.2.

2.5.   Dispożizzjonijiet applikabbli

2.5.1.   Il-perjodu rappurtat:

Xahar kalendarju.

2.5.2.   Il-frekwenza:

Kull xahar.

2.5.3.   L-iskadenza għat-trażmissjoni tad-data:

Fi żmien xahar kalendarju wieħed wara x-xahar rappurtat.

2.5.4.   Il-format tat-trażmissjoni:

Il-format tat-trażmissjoni għandu jikkonforma mal-istandard tal-iskambju rilevanti speċifikat mill-Eurostat.

2.5.5.   Il-metodu tat-trażmissjoni:

Id-data għandha tiġi ppreżentata u tittella’ b’mezzi elettroniċi fil-punt uniku tad-dħul tad-data tal-Eurostat.

3.   ŻEJT U PRODOTTI TAŻ-ŻEJT MHUX MAĦDUM

3.1.   Prodotti tal-enerġija applikabbli

Dan il-Kapitolu jkopri r-rappurtar ta’:

3.1.1.   Żejt mhux raffinat

3.1.2.   LPG

3.1.3.   Gażolina (li hija s-somma totali ta’ gażolina tal-magni u gażolina tal-avjazzjoni)

3.1.4.   Pitrolju (li huwa s-somma totali ta’ fjuwil tal-ġett tat-tip tal-pitrolju u pitrolju ieħor)

3.1.5.   Żejt tal-gass/diżil

3.1.6.   Żejt tal-fjuwil.

3.1.7.   “Żejt totali” tfisser is-somma totali tal-prodotti elenkati hawn fuq kollha għajr iż-żejt mhux raffinat, u għandha tinkludi wkoll il-prodotti l-oħra kollha taż-żejt mhux maħdum iddefiniti fl-Anness A (bħall-gass tar-raffineriji, l-etan, in-nafta, il-kokk taż-żejt mhux maħdum, l-ispirtu abjad u l-SBP, ix-xama’ tal-paraffina, il-bitumen, il-lubrikanti u oħrajn).

3.2.   Lista ta’ aggregati

L-aggregati li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati għall-prodotti kollha tal-enerġija elenkati fil-paragrafu preċedenti.

3.2.1.   Il-produzzjoni għaż-żejt mhux raffinat u l-produzzjoni tar-raffineriji (il-produzzjoni grossa, inkluż il-fjuwil tar-raffineriji) għall-prodotti l-oħra kollha elenkati fit-taqsima 3.1.

3.2.2.   Importazzjonijiet

3.2.3.   Esportazzjonijiet

3.2.4.   Stokkijiet tal-għeluq

3.2.5.   Bidla fl-istokkijiet

Żieda fl-istokk tintwera bħala numru pożittiv u tnaqqis fl-istokk jintwera bħala numru negattiv.

3.2.6.   Il-Konsum tar-Raffineriji (l-ammont ta’ materjal ipproċessat mir-raffineriji li ġie osservat) għaż-żejt mhux raffinat u d-Domanda għall-prodotti l-oħra kollha elenkati fit-Taqsima 3.1.

Id-domanda hi definita bħala l-konsenji jew il-bejgħ lis-suq intern (il-konsum domestiku) magħduda mal-Fjuwil tar-Raffineriji magħduda mal-Bunkers tal-Baħar u tal-Avjazzjoni Internazzjonali. Id-domanda għaż-Żejt Totali tinkludi ż-Żejt Mhux Raffinat.

3.3.   Unitajiet tal-kejl

Il-kwantitajiet rappurtati għandhom jiġu ddikjarati f’kt (kilotunnellati).

3.4.   Skadenza għat-trażmissjoni tad-data

Fi żmien 25 jum wara x-xahar rappurtat.

”.

(1)  NACE Rev. 2 – Klassifikazzjoni Statistika tal-Attivitajiet Ekonomiċi fil-Komunità Ewropea, Rev. 2 (2008)

(2)  Likwidi tal-gass naturali.


Top