EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R2033R(05)

Rettifika għar-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 314 tal-5 ta’ Diċembru 2019)

OJ L 405, 2.12.2020, p. 79–83 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/2033/corrigendum/2020-12-02/oj

2.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 405/79


Rettifika għar-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 314 tal-5 ta’ Diċembru 2019 )

1.

Fil-paġna 46, Artikolu 57(2):

minflok:

“2.   Sas-26 ta’ Ġunju 2026 jew mid-data ta’ applikazzjoni għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu tal-approċċ standardizzat alternattiv stabbilit fil-Kapitolu 1a (…)”,

aqra:

“2.   Sas-26 ta’ Ġunju 2026 jew mid-data ta’ applikazzjoni għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu għall-finijiet ta’ rekwiżiti ta’ fondi proprji tal-approċċ standardizzat alternattiv stabbilit fil-Kapitolu 1a (…)”.

2.

Fil-paġna 52, Artikolu 62 (Emendi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013), punt 10(a):

minflok:

“(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘(…)

 

(i)

(…)

is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 92(1) ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti imsemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata ta’ kapital definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 ta’ dik id-Direttiva, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 500 ta’ dan ir-Regolament, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi sakemm dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfatti mill-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, (…)

(ii)

l-ammont tal-kapital konsolidat ta’ kapital Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li jirrelata għal dik is-sussidjarja li jkun meħtieġ fuq bażi konsolidata biex tintlaħaq is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 92(1) ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 ta’ dik id-Direttiva, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 500 ta’ dan ir-Regolament, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi sakemm dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni;

(b)

l-interessi minoritarji tas-sussidjarja espress bħala perċentwal tal-istrumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ta’ dik l-imperiża biż-żieda tal-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati, il- qligħ miżmum u riżervi oħra.’;”,

aqra:

“(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘(…)

 

(i)

(…)

is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 92(1) ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti imsemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata ta’ kapital definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 ta’ dik id-Direttiva, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi sakemm dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfatti mill-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, (…)

(ii)

l-ammont tal-kapital konsolidat ta’ kapital Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li jirrelata għal dik is-sussidjarja li jkun meħtieġ fuq bażi konsolidata biex tintlaħaq is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 92(1) ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 ta’ dik id-Direttiva, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi sakemm dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni;

(b)

l-interessi minoritarji tas-sussidjarja espress bħala perċentwal tal-entrati kollha ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ta’ dik l-impriża.’;”.

3.

Fil-paġna 53, Artikolu 62 (Emendi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013), punt 11(a):

minflok:

“(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘(…)

 

(i)

(…)

is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 92(1 ta’ dan ir-Regolament), ir-rekwiżiti imsemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata tal-kapital definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 ta’ dik id-Direttiva, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 500 ta’ dan ir-Regolament, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi sakemm dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-Kapital ta’ Grad 1; (…)

(ii)

l-ammont tal-kapital konsolidat tal-Grad 1 relatat mas-sussidjarja meħtieġa fuq bażi konsolidata biex tintlaħaq is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 92(1) ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti imsemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata tal-kapital definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 ta’ dik id-Direttiva, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 500 ta’ dan ir-Regolament, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi sakemm dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital ta’ Grad 1;

(b)

il-kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 tas-sussidjarja espress bħala perċentwal tal-istrumenti kollha ta’ Grad 1 ta’ dik l-impriża biż-żieda tal-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati, il-qligħ miżmum u riżervi oħra.’;”,

aqra:

“(a)

il-paragrafu 1huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘(…)

 

(i)

(…)

is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 92(1) ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata tal-kapital definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 ta’ dik id-Direttiva, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi sakemm dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-Kapital ta’ Grad 1, ...

(ii)

l-ammont tal-kapital konsolidat tal-Grad 1 relatat mas-sussidjarja meħtieġa fuq bażi konsolidata biex tintlaħaq is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 92(1) ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti imsemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata tal-kapital definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 ta’ dik id-Direttiva, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi sakemm dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital ta’ Grad 1;

(b)

il-kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 tas-sussidjarja espress bħala perċentwal tal-entrati kollha ta’ Grad 1 ta’ dik l-impriża.’;”.

4.

Fil-paġna 53, Artikolu 62 (Emendi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013), punt 12(a):

minflok:

“(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘(…)

 

(i)

(…)

is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata tal-kapital definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 ta’ dik id-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 500 ta’ dan ir-Regolament u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi, (…)

(ii)

l-ammont tal-fondi proprji li jirrigwarda s-sussidjarja li jkun meħtieġ fuq bażi konsolidata biex tintlaħaq is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata ta’ kapital definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 ta’ dik id-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 500 ta’ dan ir-Regolament, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi;

(b)

il-fondi proprji kwalifikattivi tal-impriża, espressi bħala perċentwal tal-istrumenti kollha ta’ fondi proprji tas-sussidjarja li huma inklużi fl-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, tal-Grad 1 Addizzjonali u tal-Grad 2 u l-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati, il-qligħ miżmum u riżervi oħra.’;”,

aqra:

“(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘(…)

 

(i)

(…)

is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata tal-kapital definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 ta’ dik id-Direttiva, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi, …

(ii)

l-ammont tal-fondi proprji li jirrigwarda s-sussidjarja li jkun meħtieġ fuq bażi konsolidata biex tintlaħaq is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata ta’ kapital definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 ta’ dik id-Direttiva, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi;

(b)

il-fondi proprji kwalifikattivi tal-impriża, espressi bħala perċentwal tas-somma tal-entrati kollha tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, tal-entrati tal-Grad 1 Addizzjonali u tal-entrati tal-Grad 2, bl-esklużjoni tal-ammonti msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 62, ta’ dik l-impriża.’;”,

5.

Fil-paġna 55, Artikolu 62 (Emendi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013), punt 25:

minflok:

“(25)

fl-Artikolu 395, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘1.   (…) għall-klijenti konnessi kollha li mhumiex istituzzjonijiet, ma tkunx taqbeż il-25 % tal-kapital tal-Grad 1 tal-istituzzjoni.’;”,

aqra:

“(25)

fl-Artikolu 395, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘1.   (…) għall-klijenti konnessi kollha li mhumiex istituzzjonijiet jew ditti tal-investiment, ma tkunx taqbeż il-25 % tal-kapital tal-Grad 1 tal-istituzzjoni.’;”.

6.

Fil-paġna 56, Artikolu 62 (Emendi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013), punt 33:

minflok:

“(33)

fl-Artikolu 498(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘(…) u li ma applikatx għalihom id-Direttiva 2004/39/KE fil-31 ta’ Diċembru 2006.’;”

aqra:

“(33)

l-Artikolu 498 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 498

Eżenzjoni għal negozjanti tal-komoditajiet

Sas-26 ta’ Ġunju 2021, (…) u li ma applikatx għalihom id-Direttiva 2004/39/KE fil-31 ta’ Diċembru 2006.’;”.

7.

Fil-paġna 61, Artikolu 63 (Emendi għar-Regolament (UE) Nru 600/2014), punti 6 u 7:

minflok:

“(6)

l-Artikolu 49 huwa sostitwit b’dan li ġej: (…);

(7)

fl-Artikolu 52, jiżdied il-paragrafu li ġej: (…);”,

aqra:

“(6)

l-Artikolu 49 huwa sostitwit b’dan li ġej: (…);

(6a)

l-Artikolu 50 huwa emendagt kif ġej:

(a)

il-pararafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 1(9), l-Artikolu 2(2), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 15(5), l-Artikolu 17(3), l-Artikolu 19(2) u (3), l-Artikolu 31(4), l-Artikolu 40(8), l-Artikolu 41(8), l-Artikolu 42(7), l-Artikolu 45(10), l-Artikolu 47(1a) u l-Artikolu 52(10) u (12) għandha tkun konferita fuq il-Kmmissjoni għal perijodu ta’ żmien indefinit mit-2 ta’ Lulju 2014.’;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 1(9), l-Artikolu 2(2), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 15(5), l-Artikolu 17(3), l-Artikolu 19(2) u (3), l-Artikolu 31(4), l-Artikolu 40(8), l-Artikolu 41(8), l-Artikolu 42(7), l-Artikolu 45(10), l-Artikolu 47(1)(a) u l-Artikolu 52(10) u (12) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol tkun effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.’;

(c)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 1(9), l-Artikolu 2(2), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 15(5), l-Artikolu 17(3), l-Artikolu 19(2) u (3), l-Artikolu 31(4), l-Artikolu 40(8), l-Artikolu 41(8), l-Artikolu 42(7), l-Artikolu 45(10), l-Artikolu 47(1a) u l-Artikolu 52(10) jew (12) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma ssir ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.’;

(7)

fl-Artikolu 52, jiżdied il-paragrafu li ġej: (....);”.

8.

Fil-paġna 63, Artikolu 66(3), punt b:

minflok:

“(b)

il-punt (30) tal-Artikolu 62 għandu japplika mis-26 ta’ Marzu 2020.”,

aqra:

“(b)

il-punti (30), (32) u (33) tal-Artikolu 62 għandhom japplikaw mill-25 ta’ Diċembru 2019.”.


Top