EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R2029

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2029 tad-29 ta’ Novembru 2019 li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku CVAS Disinfectant product based on Propan-2-ol (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2019/8736

OJ L 313, 4.12.2019, p. 41–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/2029/oj

4.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 313/41


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2029

tad-29 ta’ Novembru 2019

li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “CVAS Disinfectant product based on Propan-2-ol”

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-29 ta’ Ġunju 2016, SCC GmbH (f’isem CVAS Development GmbH), ippreżentat applikazzjoni skont l-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għall-awtorizzazzjoni ta’ prodott bijoċidali uniku bl-isem “CVAS Disinfectant product based on Propan-2-ol” tat-tipi ta’ prodott 2 u 4, kif deskritt fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament, li tipprovdi konferma bil-miktub li l-awtorità kompetenti tal-Ġermanja kienet qablet li tevalwa l-applikazzjoni. L-applikazzjoni ġiet irreġistrata bin-numru tal-każ BC-DH025620-60 fir-Reġistru għall-Prodotti Bijoċidali.

(2)

“CVAS Disinfectant product based on Propan-2-ol” jinkludi l-propan-2-ol, bħala s-sustanza attiva, li hija inkluża fil-lista tal-Unjoni ta’ sustanzi attivi approvati msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

Fis-17 ta’ Awwissu 2018, l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni ppreżentat, skont l-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, rapport tal-valutazzjoni u l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni tagħha lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”).

(4)

Fil-25 ta’ Marzu 2019, l-Aġenzija ressqet opinjoni lill-Kummissjoni (2), l-abbozz tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali (“SPC”) ta’ “CVAS Disinfectant product based on Propan-2-ol” u r-rapport finali tal-valutazzjoni dwar il-prodott bijoċidali uniku f’konformità mal-Artikolu 44(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. L-opinjoni kkonkludiet li “CVAS Disinfectant product based on Propan-2-ol” huwa prodott bijoċidali uniku skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(r) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, li huwa eliġibbli għal awtorizzazzjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 42(1) ta’ dak ir-Regolament u li, soġġett għall-konformità mal-abbozz tal-SPC, jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1) ta’ dak ir-Regolament.

(5)

Fit-3 ta’ Ġunju 2019, l-Aġenzija bagħtet l-abbozz tal-SPC lill-Kummissjoni fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni skont l-Artikolu 44(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(6)

Il-Kummissjoni taqbel mal-opinjoni tal-Aġenzija u tqis li huwa għalhekk xieraq li tagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għal “CVAS Disinfectant product based on Propan-2-ol”.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Qed tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru tal-awtorizzazzjoni EU-0020461-0000 lil CVAS Development GmbH għat-tqegħid fis-suq u għall-użu tal-prodott bijoċidali uniku “CVAS Disinfectant product based on Propan-2-ol”, skont is-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodotti bijoċidali stabbiliti fl-Anness.

L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni hija valida mill-24 ta’ Diċembru 2019 sat-30 ta’ Novembru 2029.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  L-opinjoni tal-ECHA tat-28 ta’ Frar 2019 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni ta’ “CVAS Disinfectant product based on Propan-2-ol” (ECHA/BPC/222/2019).


ANNESS

Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott għal prodott bijoċidali

CVAS Disinfectant product based on Propan-2-ol

Prodott tip 2 — Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-applikazzjoni diretta fuq il-bnedmin jew fuq l-annimali (Diżinfettanti)

Prodott tip 4 — Qasam tal-ikel u tal-għalf (Diżinfettanti)

Numru tal-awtorizzazzjoni: EU-0020461-0000

Numru tal-ass R4BP: EU-0020461-0000

1.   INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA

1.1.   Isem (ismijiet) kummerċjali tal-prodott

Isem kummerċjali

CVAS Disinfectant product based on Propan-2-ol

calgonit DS 622

R 3000 SCHNELLDESINFEKTION

IPADES 70

Alpha Septin

Blu-Sept

Disinfect home

Schnell Des

Disinfect Rapid

Bakt-Ex Pur

Bakt-Ex Rapid

ROTIE-DES quick

Bactazol I

Dezynfektator

EOSSAN-Desinfektionsspray-Fluid

FS-7-Spray

Gartengeräte Hygiene Spray

NeudoClean Hygiene Spray

1.2.   Detentur tal-awtorizzazzjoni

Isem u indirizz tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni

Isem

CVAS Development GmbH

Indirizz

Dr. Albert Reimann Str. 16a, 68526, Ladenburg, Ġermanja

Numru tal-awtorizzazzjoni

EU-0020461-0000

Numru tal-ass R4BP

EU-0020461-0000

Data tal-awtorizzazzjoni

l-24 ta’ Diċembru 2019

Data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni

it-30 ta’ Novembru 2029

1.3.   Manifattur(i) tal-prodott

L-isem tal-manifattur

Brenntag GmbH

L-indirizz tal-manifattur

Messeallee 11, 45131 Essen, il-Ġermanja

Post ta’ siti ta’ manifattura

Am Nordseekai 22, 73207 Plochingen, il-Ġermanja


L-isem tal-manifattur

Calvatis GmbH

L-indirizz tal-manifattur

Dr. Albert Reimann Str. 16a, 68526 Ladenburg, il-Ġermanja

Post ta’ siti ta’ manifattura

Dr. Albert Reimann Str. 16a, 68526 Ladenburg, il-Ġermanja


L-isem tal-manifattur

Arthur Schopf Hygiene GmbH & Co. KG

L-indirizz tal-manifattur

Pfaffensteinstr. 1, 83115 Neubeuern, il-Ġermanja

Post ta’ siti ta’ manifattura

Pfaffensteinstr. 1, 83115 Neubeuern, il-Ġermanja

1.4.   Manifattur(i) tas-sustanza(i) attiva(i)

Sustanza attiva

Propan-2-ol

L-isem tal-manifattur

Shell Nederland Raffinaderij B.V.

L-indirizz tal-manifattur

Vondelingenweg 601, 3196 KK, Vodelingenenplaat Rotterdam, in-Netherlands

Post ta’ siti ta’ manifattura

Vondelingenweg 601, 3196 KK, Vodelingenenplaat Rotterdam, in-Netherlands


Sustanza attiva

Propan-2-ol

L-isem tal-manifattur

ExxonMobil

L-indirizz tal-manifattur

4999 Scenic Highway, LA 70897 Baton Rouge, Louisana, l-Istati Uniti

Post ta’ siti ta’ manifattura

4999 Scenic Highway, LA 70897 Baton Rouge, Louisana, l-Istati Uniti


Sustanza attiva

Propan-2-ol

L-isem tal-manifattur

INEOS Solvents Germany GmbH

L-indirizz tal-manifattur

Römerstraße 733, 47443 Moers, il-Ġermanja

Post ta’ siti ta’ manifattura

Römerstraße 733, 47443 Moers, il-Ġermanja

2.   KOMPOŻIZZJONI U FORMULAZZJONI TAL-PRODOTT

2.1.   Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva fuq il-kompożizzjoni tal-prodott

Isem komuni

Isem IUPAC

Funzjoni

Numru CAS

Numru KE

Kontenut (%)

Propan-2-ol

 

Sustanza attiva

67-63-0

200-661-7

61,25

2.2.   Tip ta’ formulazzjoni

Kwalunkwe likwidu ieħor (lest għall-użu)

3.   DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U PREKAWZJONI

Dikjarazzjonijiet dwar Periklu

Likwidu u fwar li jieħdu n-nar malajr ħafna.

Jagħmel irritazzjoni serja lill-għajnejn.

Jista’ jikkawża ħedla jew sturdament.

Espożizzjoni ripetuta tista’ tikkaġuna nixfa jew qsim tal-ġilda.

Dikjarazzjonijiet dwar Prekawzjoni

Jekk ikun meħtieġ parir mediku, ara li jkollok il-kontenitur jew it-tikketta tal-prodott fil-qrib.

Żommu ’l bogħod minn fejn jistgħu jilħquh it-tfal.

Biegħed mis-sħana, uċuħ jaħarqu, xrar tan-nar, fjammi miftuħa u sorsi oħra li jaqbdu. — Tpejjipx.

Żomm il-kontenitur magħluq sew.

Evita li tibla’ bin-nifs fwar.

Uża biss barra jew f’post ventilat sew.

Ilbes protezzjoni għall-għajnejn.

JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti.Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ.

Sejjaħ ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jekk ma tħossokx f’sikktek..

Jekk l-irritazzjoni tal-għajnejn tibqa’:Ikkonsulta tabib.

Aħżen f’post b’ventilazzjoni tajba.Żomm frisk.

Aħżen f’post imsakkar.

Armi l-kontenut fi l-kontenitur skont ma jitolbu r-regolamenti lokali.

Aħsel idejk sew wara li timmaniġġjah.

F’KAŻ TA’ KUNTATT MAL-ĠILDA (jew ix-xagħar):Neħħi minnufih il-ħwejjeg kontaminati kollha.Laħlaħ il-ġilda bl-ilma.

JEKK JINĠIBED MAN-NIFS:Qiegħed lill-persuna għall-arja friska f’pożizzjoni komda biex tieħu n-nifs.

F’każ ta’ nar:Uża fowm reżistenti għall-alkoħol biex titfi.

4.   UŻU(IJIET) AWTORIZZATI

4.1.   deskrizzjoni użu

Tabella 1

Uża # 1 — Diżinfettazzjoni ta’ uċuħ żgħar fil-prodott tip 2 minn utenti mhux professjonali

Tip ta’ Prodott

TP 02 — Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-użu dirett fuq il-bnedmin jew l-annimali

Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

-

Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

Batterji

Ħmira

Qasam tal-użu

Indoor

Diżinfezzjoni ta’ wċuħ mhux porużi f’żoni domestiċi.

Metodu(i) ta’ applikazzjoni

Sprejjar

Sprejjar (sprejer b’żennuna jew sprej b’pompa)

Sprejja u imsaħ

Sprejja (bi sprejer b’żennuna jew sprej b’pompa) u imsaħ

Ferrgħa u imsaħ

Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza

40–50 mL/m2

Kategorija(i) tal-utenti

Pubbliku ġenerali (mhux professjonali)

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

1.

Flixkun: Polietilene ta’ densità għolja (HDPE), 250–1 000 mL

2.

Flixkun b’pompa tal-isprej għal raxx ħafif jew ras ta’ żennuna tal-isprejjar: HDPE, 250–1 000 mL

4.1.1.   Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jispeċifika r-rata ta’ applikazzjoni tipika f’format sempliċi u faċli tifhimha fuq it-tikketta:

Sprejer b’żennuna: Applika 20 tefgħat tal-isprej kull 0,5 m2.

Sprejer b’pompa: Applika 3 ġetts kull 100 cm2.

Flixkun: Applika tazza tal-kejl waħda kull m2.

4.1.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

Ara Taqsima 5.2

4.1.3.   Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent

Ara Taqsima 5.3

4.1.4.   Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

Ara Taqsima 5.4

4.1.5.   Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara Taqsima 5.

4.2.   deskrizzjoni użu

Tabella 2

Uża # 2 — Diżinfezzjoni ta’ uċuħ żgħar fil-prodott tip 2 minn utenti professjonali

Tip ta’ Prodott

TP 02 — Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-użu dirett fuq il-bnedmin jew l-annimali

Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

-

Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

Batterji

Ħmira

Qasam tal-użu

Indoor

Diżinfezzjoni ta’ wċuħ mhux porużi fl-industrija, intrapriżi żgħar, istituzzjonijiet u f’żoni domestiċi.

Metodu(i) ta’ applikazzjoni

Sprejjar

Sprejjar (sprejer b’żennuna jew sprej b’pompa)

Sprejja u imsaħ

Sprejja (bi sprejer b’żennuna jew sprej b’pompa) u imsaħ

Ferrgħa u imsaħ

Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza

40–50 mL/m2

Kategorija(i) tal-utenti

professjonali

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

1.

Flixkun: HDPE, 250–1 000 mL

2.

Flixkun b’pompa tal-isprej għal raxx ħafif jew ras ta’ żennuna tal-isprejjar: HDPE, 250–1 000 mL

3.

Kontenituri tal-massa intermedji (IBC): HDPE, 720 L

4.

Tank: Azzar, żingu miksi u miżbugħ, 200–220 L

5.

Ċilindru: HDPE, 5–50 L

4.2.1.   Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu

Ara Taqsima 5.1

4.2.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

1.

Il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju personali li ġejjin jistgħu jiġu kkunsidrati għad-diżinfezzjoni ta’ makkinarju tal-ipproċessar tal-ikel u proċeduri ta’ mili mill-ġdid sakemm ma jistax jiġi sostiwit minn miżuri tekniċi u/jew organizzattivi: L-użu tal-protezzjoni tal-għajnejn waqt l-immaniġġjar tal-prodott huwa rakkomandat.

2.

Il-prodott għandu jiġi applikat biss għad-diżinfezzjoni ta’ uċuħ żgħar.

4.2.3.   Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent

Ara Taqsima 5.3

4.2.4.   Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

Ara Taqsima 5.4

4.2.5.   Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara Taqsima 5.5

4.3.   deskrizzjoni użu

Tabella 3

Uża # 3Disinfettazzjoni ta’ uċuħ żgħar fil-prodott tip 4 minn utenti mhux professjonali

Tip ta’ Prodott

TP 04 — Żoni tal-ikel u tal-għalf

Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

-

Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

Batterji

Ħmira

Qasam tal-użu

Indoor

Diżinfezzjoni ta’ wċuħ mhux porużi fi kċejjen.

Diżinfezzjoni ta’ tagħmir tal-ġnien għall-iġjene umana biss.

Metodu(i) ta’ applikazzjoni

Sprejjar

Sprejjar (sprejer b’żennuna jew sprej b’pompa)

Sprejja u imsaħ

Sprejja (bi sprejer b’żennuna jew sprej b’pompa) u imsaħ

Ferrgħa u imsaħ

Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza

40–50 mL/m2

Kategorija(i) tal-utenti

Pubbliku ġenerali (mhux professjonali)

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

1.

Flixkun: HDPE, 250–1 000 mL

2.

Flixkun b’pompa tal-isprej għal raxx ħafif jew ras ta’ żennuna tal-isprejjar: HDPE, 250 1 000 mL

4.3.1.   Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu

1.

Għall-użu f’temperatura ta’ kamra (20 ±2 °C).

2.

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jispeċifika r-rata ta’ applikazzjoni tipika f’format sempliċi u faċli tifhimha fuq it-tikketta:

Sprejer b’żennuna: Applika 20 tefgħat tal-isprej kull 0,5 m2.

Sprejer b’pompa: Applika 3 ġetts kull 100 cm2.

Flixkun: Applika tazza tal-kejl waħda kull m2.

3.

Diżinfezzjoni ta’ tagħmir tal-ġnien għall-iġjene umana biss.

4.

Iddiżinfetta tagħmir tal-ġnien ġewwa biss.

4.3.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

Ara Taqsima 5.2

4.3.3.   Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent

Ara Taqsima 5.3

4.3.4.   Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

Ara Taqsima 5.4

4.3.5.   Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara Taqsima 5.5

4.4.   deskrizzjoni użu

Tabella 4

Uża # 4 — Użu 4 — Diżinfezzjoni ta’ uċuħ żgħar fil-prodott tip 4 minn utenti professjonali

Tip ta’ Prodott

TP 04 — Żoni tal-ikel u tal-għalf

Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

-

Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

Batterji

Ħmira

Qasam tal-użu

Indoor

Diżinfezzjoni ta’ wċuħ mhux porużi f’canteens jew kċejjen, l-industrija tal-ipproċessar tal-ikel (inkluż birreriji)

Diżinfezzjoni ta’ tagħmir tal-ġnien għall-iġjene umana biss.

Metodu(i) ta’ applikazzjoni

Sprejjar

Sprejjar (sprejer b’żennuna jew sprej b’pompa)

Sprejja u imsaħ

Sprejja (bi sprejer b’żennuna jew sprej b’pompa) u imsaħ

Ferrgħa u imsaħ

Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza

40-50 mL/m2

Kategorija(i) tal-utenti

professjonali

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

1.

Flixkun: HDPE, 250–1 000 mL

2.

Flixkun b’pompa tal-isprej għal raxx ħafif jew ras ta’ żennuna tal-isprejjar: HDPE, 250–1 000 mL

3.

IBC: HDPE, 720 L

4.

Tank: Azzar, żingu miksi u miżbugħ, 200–220 L

5.

Ċilindru: HDPE, 5–50 L

4.4.1.   Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu

1.

Għall-użu f’temperatura ta’ kamra (20 ± 2 °C).

2.

Diżinfezzjoni ta’ tagħmir tal-ġnien għall-iġjene umana biss.

3.

Iddiżinfetta tagħmir tal-ġnien ġewwa biss.

4.4.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

1.

Ipprovdi ventilazzjoni adegwata (ventilazzjoni industrijali jew żomm twieqi u bibien miftuħin).

2.

Il-prodott għandu jiġi applikat biss għad-diżinfezzjoni ta’ uċuħ żgħar.

3.

Il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju personali li ġejjin jistgħu jiġu kkunsidrati għad-diżinfezzjoni ta’ makkinarju tal-ipproċessar tal-ikel u proċeduri ta’ mili mill-ġdid sakemm ma jistax jiġi sostiwit minn miżuri tekniċi u/jew organizzattivi: L-użu tal-protezzjoni tal-għajnejn waqt l-immaniġġjar tal-prodott huwa rakkomandat.

4.4.3.   Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent

Ara Taqsima 5.3

4.4.4.   Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

Ara Taqsima 5.4

4.4.5.   Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara Taqsima 5.5

5.   DIREZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU (1)

5.1.   Istruzzjonijiet għall-użu

1.

Naddaf l-uċuħ qabel l-użu.

2.

Applika l-prodott fuq il-wiċċ mhux dilwit billi tisprejja. Żgura li xxarrab l-uċuħ kompletament. Ħalli biex jieħu effett għal mill-inqas 15-il minuta.

3.

Applika l-prodott mhux dilwit fuq il-wiċċ billi tisprejja/tferrgħa l-prodott u timsaħ il-wiċċ wara. Żgura li xxarrab l-uċuħ kompletament. Ħalli biex jieħu effett għal mill-inqas 5-il minuta.

4.

Tapplikax aktar minn 50 mL/m2.

5.

Wipes użati għandhom jintremew f’kontenitur magħluq.

6.

Għal utenti mhux professjonali biss: Tużax iktar minn 4 applikazzjonijiet kuljum.

5.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni ta’ riskju

1.

Żomm ’il bogħod mit-tfal u l-annimali domestiċi.

2.

Evita kuntatt mal-għajnejn.

3.

Tapplikax fil-preżenza ta’ tfal żgħar.

4.

Żomm tfal u annimali barra mill-kmamar, fejn tkun qed issir id-diżinfettazzjoni. Ipprovdi ventilazzjoni adegwata qabel it-tfal jidħlu fi kmamar trattati.

5.

Għall-mili mill-ġdid għandu jiġi applikat lembut.

5.3.   Partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u l-miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent

L-ewwel għajnuna:

1.

JEKK IKUN MIĠBUD MAN-NIFS: Ħu l-vittma fl-arja friska u żommha rpużata f’pożizzjoni komda biex tieħu n-nifs.

2.

JEKK FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’kawtela bl-ilma għal bosta minuti. Neħħi lentijiet tal-kuntatt jekk ikun hemm u jkunu faċli jitneħħew — kompli laħlaħ.

3.

Ċempel lil ĊENTRU TAL-VELENI jew tabib jekk tħossok ma tiflaħx.

4.

Jekk l-irritazzjoni fl-għajnejn tippersisti, ikseb parir/attenzjoni mediku.

5.4.   Istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

Fi tmiem it-trattament, armi l-prodott li ma ntużax u l-imballaġġ skont ir-rekwiżiti lokali.

5.5.   Kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Aħżen frisk (mhux aktar minn 30 °C) u pproteġi mill-ġlata.

Il-ħajja utli tal-oġġett: 24 xahar.

6.   INFORMAZZJONI OĦRA

Jekk jogħġbok kun konxju mill-valur ta’ referenza Ewropea ta’ 129,28 mg/m3 għas-sustanza attiva propan-2-ol (CAS No.: 67-63-0) li ntużat għall-evalwazzjoni tar-riskji għall-prodott.


(1)  L-istruzzjonijiet għall-użu, il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji u struzzjonijiet oħrajn għall-użu taħt din it-taqsima huma validi għal kull użu awtorizzat.


Top