This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R1892
Commission Regulation (EU) 2019/1892 of 31 October 2019 amending Regulation (EU) No 1230/2012 as regards type-approval requirements for certain motor vehicles fitted with elongated cabs and for aerodynamic devices and equipment for motor vehicles and their trailers (Text with EEA relevance)
Regolament Tal-Kummissjoni (UE) 2019/1892 tal-31 ta’ Ottubru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1230/2012 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għal ċertu vetturi bil-mutur mgħammra b’kabini elongati u għal apparat u tagħmir ajrudinamiċi għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Tal-Kummissjoni (UE) 2019/1892 tal-31 ta’ Ottubru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1230/2012 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għal ċertu vetturi bil-mutur mgħammra b’kabini elongati u għal apparat u tagħmir ajrudinamiċi għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2019/7706
ĠU L 291, 12.11.2019, p. 17–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 05/07/2022; Impliċitament imħassar minn 32019R2144
12.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 291/17 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1892
tal-31 ta’ Ottubru 2019
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1230/2012 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għal ċertu vetturi bil-mutur mgħammra b’kabini elongati u għal apparat u tagħmir ajrudinamiċi għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati maħsuba għalihom (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 (2) jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 billi jistabbilixxi rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE tal-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom fir-rigward tal-mases u d-dimensjonijiet tagħhom. |
(2) |
Apparat u tagħmir ajrudinamiċi, bħal pereżempju flaps imwaħħla mal-parti ta’ wara tat-trakkijiet u tat-trejlers tagħhom u li jistgħu jiġu miġbuda lura jew li jintwew, kif ukoll apparat u tagħmir ajrudinamiċi għal kabini huma teknoloġiji li huma disponibbli bħalissa u li għandhom potenzjal li jtejbu l-prestazzjoni ajrudinamika tal-vetturi. Madankollu, minħabba d-disinn tagħhom, jista’ jkun li dak l-apparat u tagħmir jisporġu ’l barra mill-parti li tinsab l-iktar ’il barra fuq in-naħa ta’ quddiem, ta’ wara jew tal-ġnub tal-vetturi li jiġu mwaħħla fuqhom. Għalhekk, jenħtieġ li l-vetturi mgħammra b’apparat jew b’tagħmir ta’ dak it-tip jiġu eżentati mir-rekwiżiti marbuta mad-dimensjonijiet standard. |
(3) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (3) ġiet emendata bid-Direttiva (UE) 2015/719 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u bir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) biex tipprevedi deroga mir-restrizzjonijiet fuq it-tul massimu u l-piż massimu sabiex ikun permess l-użu ta’ vetturi bil-mutur b’karatteristiċi ajrudinamiċi mtejba u ta’ vetturi bil-mutur li jaħdmu bi fjuwil alternattiv jew b’emissjonijiet żero, rispettivament, fi traffiku transfruntiera. |
(4) |
Bil-ħsieb li tiġi żgurata l-koerenza bejn il-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE u r-regoli armonizzati għall-vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fl-Unjoni, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għal vetturi bil-mutur b’kabini elongati u għal tagħmir jew apparat ajrudinamiċi sabiex jiġi żgurat li dawn jipprovdu benefiċċji f’termini ta’ prestazzjoni tal-enerġija, viżibbiltà aħjar għas-sewwieqa, sikurezza għal utenti oħra tat-triq kif ukoll f’termini ta’ sikurezza u kumdità għas-sewwieqa. |
(5) |
Mhuwiex possibbli li awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li tip ta’ apparat u ta’ tagħmir ajrudinamiku jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi rilevanti b’mod indipendenti minn vettura. Apparat u tagħmir ajrudinamiċi bħal dawn għandhom għalhekk jingħataw l-approvazzjoni tat-tip fir-rigward ta’ tip speċifiku wieħed jew aktar ta’ vettura jew fir-rigward ta’ vetturi ġeneriċi li għalihom huma definiti d-dimensjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet materjali preċiżi fil-post tal-installazzjoni. Għal dik ir-raġuni, għandhom jingħataw l-approvazzjoni tat-tip bħala unitajiet tekniċi separati, filwaqt li r-rekwiżiti speċifiċi għall-approvazzjoni tagħhom għandhom jiġu stabbiliti qabel ma jiġu introdotti fis-suq. Il-kabini elongati jenħtieġ li jkunu soġġetti għal approvazzjoni tat-tip tal-vetturi, rispettivament, kif meħtieġ mid-Direttiva 96/53/KE. |
(6) |
Il-konformità mal-istandards futuri tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi heavy-duty se teħtieġ l-applikazzjoni ta’ diversi teknoloġiji biex tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Waħda mill-aktar miżuri effiċjenti biex tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija hija li titnaqqas ir-reżistenza tal-arja tal-vetturi bil-mutur. |
(7) |
L-apparat ajrudinamiku mwaħħal mal-parti ta’ wara tat-trakkijiet u tat-trejlers tagħhom u li jista’ jiġi miġbud lura jew li jintewa u l-apparat u tagħmir ajrudinamiċi tal-kabini jenħtieġ li jkunu mibnija b’tali mod li jiżgura li ma jfixklux il-kapaċità tal-użu tal-vettura għat-trasport intermodali. Għalhekk, il-wisa’ massima ta’ 2,60 m għandha tapplika għall-vetturi kollha, inklużi l-vetturi refriġerati. Barra minn hekk, it-tagħmir ajrudinamiku għandu jkun kapaċi jirreżisti l-ispostament tal-arja ġġenerat minn ċirkostanzi operattivi fit-trasport intermodali. |
(8) |
Il-vetturi bil-mutur li jaħdmu bi fjuwils alternattivi jew b’emissjonijiet żero jenħtieġ li jibbenefikaw minn provvediment ta’ piż żejjed. Il-piż addizzjonali meħtieġ għat-teknoloġija tal-fjuwil alternattiv jew tal-emissjonijiet żero jenħtieġ li jiġi indikat b’mod ċar fuq il-pjanċa statutorja tal-manifattur. |
(9) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1230/2012 jiġi emendat skont dan. |
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1230/2012 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom fir-rigward tal-mases u d-dimensjonijiet tagħhom, kif ukoll ta’ ċertu unitajiet tekniċi separati maħsuba għal dawk il-vetturi.”; |
(2) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
jiddaħħlu l-Artikoli 4a u 4b li ġejjin: “Artikolu 4a Approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ unità teknika separata ta’ apparat u tagħmir ajrudinamiċi 1. Il-manifattur jew ir-rappreżentant tiegħu għandhom jippreżentaw l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ apparat jew tagħmir ajrudinamiċi lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip bħala unità teknika separata. L-applikazzjoni għandha tiġi fformulata skont il-mudell tad-dokument ta’ informazzjoni stabbilit fil-Parti C tal-Anness V. 2. Jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti rilevanti stipulati f’dan ir-Regolament, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata u toħroġ numru tal-approvazzjoni tat-tip skont is-sistema ta’ numerazzjoni stabbilita fl-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE. Stat Membru ma għandux jagħti l-istess numru lil tip ieħor ta’ unità teknika separata. 3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tagħti ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE stabbilit skont il-mudell stipulat fil-Parti D tal-Anness V. Artikolu 4b Marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata Kull unità teknika separata konformi ma’ tip li għalih tkun ingħatat approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata skont dan ir-Regolament għandu jkollha marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata kif stipulat fil-Parti E tal-Anness V.”; |
(4) |
L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
(5) |
L-Anness V huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 tat-12 ta’ Diċembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-mases u d-dimensjonijiet tal-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 353, 21.12.2012, p. 31).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59).
(4) Id-Direttiva (UE) 2015/719 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 115, 6.5.2015, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202).
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1230/2012 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fil-Parti A, il-punt 1.3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
Il-Parti B hija emendata kif ġej:
|
(3) |
Il-Parti C hija emendata kif ġej:
|
(4) |
Il-Parti D hija emendata kif ġej:
|
(5) |
L-Appendiċi 1 hija emendata kif ġej:
|
(6) |
jiżdiedu l-Appendiċijiet 4 u 5 li ġejjin: “Appendiċi 4 Test tal-ħbit tal-apparat u tat-tagħmir ajrudinamiċi
Figura 1 L-għoli tal-punti tat-test
Figura 2 Eżempju ta’ konfigurazzjoni tat-test
Figura 3 Applikazzjoni tal-forzi
Appendiċi 5 Involukru tridimensjonali tal-kabina
Figura 1 Involukru 3D
Figura 2 Involukru 3D
Figura 3 Inklinazzjoni
|
ANNESS II
L-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 1230/2012 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-Parti A hija emendata kif ġej:
|
(2) |
Il-Parti B hija emendata kif ġej:
|
(3) |
jiżdiedu l-Partijiet C, D u E li ġejjin: “PARTI C Approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ apparat jew ta’ tagħmir ajrudinamiċi bħala unità teknika separata Dokument ta’ informazzjoni MUDELL Dokument ta’ informazzjoni Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ apparat jew ta’ tagħmir ajrudinamiċi bħala unità teknika separata. L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u għandha tinkludi werrej. Kwalunkwe disinn għandu jiġi pprovdut fi skala xierqa u b’dettall suffiċjenti fuq karta ta’ daqs A4, jew fuq folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom juru biżżejjed dettalji. Jekk l-unitajiet tekniċi separati msemmija f’dan id-dokument ta’ informazzjoni jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tiġi pprovduta wkoll informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.
Noti ta’ spjegazzjoni
PARTI D Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal apparat jew tagħmir ajrudinamiċi bħala unità teknika separata MUDELL Il-format: A4 (210 × 297 mm) ĊERTIFIKAT GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE
Komunikazzjoni dwar:
fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru 1230/2012, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) 2019/1892 Numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE: … Raġuni għall-estensjoni: … TAQSIMA I
TAQSIMA II
Dokumenti mehmużin: Pakkett ta’ informazzjoni Rapport tat-test Addendum taċ-ċertifikat għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru... 1. Deskrizzjoni qasira tat-tip ta’ unità teknika separata: … 2. Deskrizzjoni dettaljata tal-apparat jew tat-tagħmir ajrudinamiċi: 2.1. Numru ta’ elementi separati: … 2.2. Deskrizzjoni tal-kostruzzjoni u tal-materjali: … 2.3. Deskrizzjoni tas-sistema ta’ qfil u ta’ aġġustament: … 2.4. Deskrizzjoni tat-twaħħil u tal-immuntar mal-vettura: … 2.5. Unità teknika separata: semiuniversali/speċifika għall-vettura (1) 3. Lista ta’ tipi speċifiċi ta’ vetturi li għalihom ġiet approvata l-unità teknika separata (jekk applikabbli): … 4. Deskrizzjoni dettaljata tal-ispeċifikazzjonijiet speċifiċi taż-żona ta’ mmuntar fuq il-vetturi fil-każ ta’ apparat jew ta’ tagħmir ajrudinamiċi semiuniversali (jekk applikabbli): … 5. Rimarki: … 6. Marka tal-approvazzjoni tat-tip u fejn tinsab: … PARTI E Marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata
Figura 1 Eżempju ta’ marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata
Nota ta’ spjegazzjoni L-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata ta’ apparat jew ta’ tagħmir ajrudinamiċi li jridu jiġu installati fuq wara ta’ vettura (għall-fini ta’ konformità mal-Artikolu 8b tad-Direttiva 96/53/KE) inħarġet mir-Rumanija bin-numru 0046. L-ewwel żewġ numri “00” jindikaw li l-unità teknika separata kienet approvata skont dan ir-Regolament. |
(1) Ħassar fejn mhux applikabbli.”
(2) Ħassar fejn mhux applikabbli.
(3) Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri mhux rilevanti għad-deskrizzjoni tat-tip ta’ unità teknika separata kopert minn dan id-dokument ta’ informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).