Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R1870R(01)

    Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1870 tas-7 ta’ Novembru 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi ta’ aċidu eruċiku u ċjanur tal-idroġenu f’ċerti oġġetti tal-ikel (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 289 tat-8 ta’ Novembru 2019)

    ĠU L 298, 19.11.2019, p. 12–12 (BG, ES, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 298, 19.11.2019, p. 13–13 (CS)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1870/corrigendum/2019-11-19/oj

    19.11.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 298/12


    Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1870 tas-7 ta’ Novembru 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi ta’ aċidu eruċiku u ċjanur tal-idroġenu f’ċerti oġġetti tal-ikel

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 289 tat-8 ta’ Novembru 2019 )

    Anness I u II huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “ANNESS I

    Fit-Taqsima 8 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006, l-entrata 8.1 hija sostitwita b’dan li ġej:

    Oġġetti tal-Ikel (1)

    Livell massimu (g/kg)

    ‘8.1.

    Aċidu eruċiku, inkluż aċidu eruċiku magħqud fix-xaħam

     

    8.1.1.

    Żjut u xaħmijiet veġetali mqiegħda fis-suq għall-konsumatur finali jew għall-użu bħala ingredjent fl-ikel bl-eċċezzjoni taż-żejt tal-camelina, taż-żejt tal-mustarda u taż-żejt tal-fidloqqom

    20,0

    8.1.2.

    Żejt tal-camelina, żejt tal-mustarda (*1) u żejt tal-fidloqqom

    50,0

    8.1.3.

    Mustarda (kondiment

    35,0’

    ANNESS II

    Fit-Taqsima 8 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006, l-entrata 8.3 hija sostitwita b’dan li ġej:

    Oġġetti tal-Ikel (1)

    Livell massimu (mg/kg)

    ‘8.3.

    Ċjanur tal-idroġenu, inkluż ċjanur tal-idroġenu magħqud fi glikosidi ċjanoġeniċi

     

    8.3.1.

    Lewż tal-berquq mhux ipproċessat sħiħ, mitħun, ikkrekkjat u mqatta', imqiegħed fis-suq għall-konsumatur finali  (54)  (55)

    20,0


    (*1)  Bl-aċċettazzjoni mill-awtorità kompetenti, il-livell massimu ma japplikax għaż-żejt tal-mustarda prodott u kkunsmat lokalment.

    (54)  ‘Prodotti mhux proċessati’ kif definita fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).

    (55)  ‘Tqegħid fis-suq’ u ‘konsumatur finali’ kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1)”.


    Top