EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R1783

Regolament Tal-Kummissjoni (UE) 2019/1783 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 548/2014 tal-21 ta’ Mejju 2014 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ transformers tal-elettriku ta’ qawwa żgħira, medja u għolja (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2019/5380

OJ L 272, 25.10.2019, p. 107–120 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1783/oj

25.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/107


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1783

tal-1 ta’ Ottubru 2019

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 548/2014 tal-21 ta’ Mejju 2014 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ transformers tal-elettriku ta’ qawwa żgħira, medja u għolja

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 548/2014 (2) jesiġi li l-Kummissjoni tanalizza dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u tippreżenta r-riżultati ta’ din l-analiżi lill-Forum ta’ Konsultazzjoni fl-2017.

(2)

Il-Kummissjoni wettqet studju ta’ analiżi li evalwa l-aspetti speċifiċi stipulati fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 548/2014. L-istudju twettaq flimkien mal-partijiet interessati u mal-entitajiet oħra interessati mill-Unjoni, u r-riżultati ġew magħmula disponibbli għall-pubbliku.

(3)

L-istudju kkonferma li l-impatt tal-konsum tal-enerġija fil-fażi tal-użu fuq il-Potenzjal ta’ Tisħin Globali għadu dominanti. L-analiżi li saret ma pprovdietx provi biżżejjed li fuqhom tista’ tiġi bbażata proposta għal rekwiżiti ambjentali minbarra ir-rekwiżit minimu dwar il-prestazzjoni enerġetika.

(4)

L-istudju kkonferma li r-Regolament (UE) Nru 548/2014 kellu effett pożittiv fuq l-effiċjenza tat-transformers tal-elettriku li jitqiegħdu fis-suq, u sab li l-mudelli ta’ transformers disponibbli jistgħu jissodisfaw mingħajr diffikultajiet ir-rekwiżiti minimi stabbiliti fil-Grad 1 (Lulju 2015).

(5)

Huwa ġeneralment rikonoxxut li l-aktar metodu xieraq li bih jiġi ottimizzat id-disinn tat-transformers sabiex jiġi mminimizzat it-telf tal-enerġija elettrika għadu dak tal-valutazzjoni u kapitalizzazzjoni ta’ telf futur bl-użu ta’ fatturi ta’ kapitalizzazzjoni xierqa għat-telf bit-tagħbija u għat-telf mingħajr tagħbija waqt il-proċess ta’ sejħa għall-offerti. Madankollu, għall-finijiet tar-regolazzjoni tal-prodotti, huwa biss fattibbli li jintużaw valuri preskritti għall-effiċjenza minima u għat-telf massimu.

(6)

L-istudju kkonferma wkoll li ma hemmx ostakli tekniċi kbar għall-manifatturi biex jimmanifatturaw transformers konformi mar-rekwiżiti minimi stipulati fil-Grad 2, li se jidħol fis-seħħ f’Lulju 2021.

(7)

L-istudju analizza l-vijabbiltà ekonomika tat-transformers konformi mar-rekwiżiti minimi stipulati fil-Grad 2 applikabbli minn Lulju 2021 u sab li l-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ transformers tal-elettriku ta’ qawwa medja u għolja li huma konformi mar-rekwiżiti huma dejjem inqas minn dawk ta’ mudelli konformi mar-rekwiżiti tal-Grad 1, meta dawn jitqiegħdu fis-servizz f’siti ta’ installazzjoni ġodda. Madankollu, f’sitwazzjonijiet speċifiċi fejn transformers tal-elettriku ta’ qawwa medja jiġu installati f’substazzjonijiet urbani eżistenti, jista’ jkun hemm restrizzjonijiet ta’ spazju u ta’ piż li jaffettwaw id-daqs u l-piż massimu tat-transformer ta’ sostituzzjoni li jista’ jintuża. Għalhekk, meta s-sostituzzjoni ta’ transformer eżistenti ma tkunx teknikament fattibbli jew tinvolvi spejjeż sproporzjonati, jenħtieġ li tiġi ġġustifikata xi forma ta’ eżenzjoni regolatorja.

(8)

L-eżenzjoni regolatorja eżistenti għas-sostituzzjoni ta’ transformers tal-elettriku ta’ qawwa għolja, li hija relatata ma’ spejjeż sproporzjonati assoċjati mat-trasport u/jew mal-installazzjoni tagħhom, jenħtieġ li tiġi kkomplementata b’eżenzjoni għal installazzjonijiet ġodda, meta tali restrizzjonijiet tal-ispejjeż ikunu applikabbli wkoll.

(9)

L-esperjenza turi li t-transformers jistgħu jinżammu fl-istokk minn utilitajiet u atturi ekonomiċi oħrajn għal perjodi twal ta’ żmien qabel ma jiġu installati fis-siti finali tagħhom. Madankollu jenħtieġ li jibqa’ ċar li l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli trid tintwera jew meta t-transformer jitqiegħed fis-suq inkella meta jitqiegħed fis-servizz, iżda mhux it-tnejn.

(10)

L-eżistenza ta’ suq għat-tiswija tat-transformers tagħmilha neċessarja li tiġi pprovduta gwida dwar iċ-ċirkostanzi li fihom transformer li jkun għadda minn ċerti operazzjonijiet ta’ tiswija għandu jitqies bħala ekwivalenti għal prodott ġdid u għalhekk għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(11)

Biex titjieb l-effettività ta’ dan ir-Regolament u biex jiġu protetti l-konsumaturi, il-prodotti li awtomatikament ibiddlu l-prestazzjoni tagħhom fil-kundizzjonijiet tat-test biex itejbu l-parametri ddikjarati jenħtieġ li jkunu pprojbiti milli jitqiegħdu fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz.

(12)

Biex jiġi ffaċilitat l-ittestjar għall-verifika, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jenħtieġ li jitħallew jittestjaw, jew josservaw l-ittestjar ta’, transformers akbar fi stabbilimenti bħal dawk tal-manifattur.

(13)

L-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 548/2014 wriet l-eżistenza ta’ devjazzjonijiet nazzjonali fir-rigward tal-vultaġġi standard tan-netwerks ta’ distribuzzjoni tal-elettriku ta’ ċerti Stati Membri. Dawn id-devjazzjonijiet jiġġustifikaw li jkun hemm livelli ta’ limitu tal-vultaġġ differenti fil-kategorizzazzjoni tat-transformers, u jindikaw liema rekwiżiti minimi dwar il-prestazzjoni enerġetika għandhom japplikaw. Għalhekk, l-inklużjoni ta’ mekkaniżmu ta’ notifika biex tingħata pubbliċità għal sitwazzjonijiet speċifiċi fl-Istati Membri hija ġustifikata.

(14)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 548/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistipula r-rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq jew fis-servizz ta’ transformers tal-elettriku b’potenza nominali minima ta’ 1 kVA li jintużaw f’netwerks ta’ 50 Hz għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku, jew għal applikazzjonijiet industrijali.

Dan ir-Regolament għandu japplika għal transformers mixtrija wara l-11 ta’ Ġunju 2014.

2.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal transformers li jiġu ddisinjati b’mod speċifiku għall-applikazzjonijiet li ġejjin:

(a)

transformers ta’ strumenti, iddisinjati b’mod speċifiku biex jittrażmettu sinjal ta’ informazzjoni lil strumenti tal-kejl, miters u apparati protettivi jew ta’ kontroll jew apparati simili;

(b)

transformers iddisinjati b’mod speċifiku u li huma maħsuba sabiex jipprovdu provvista tal-elettriku DC lil tagħbijiet elettroniċi jew ta’ rettifikaturi. Din l-eżenzjoni ma tinkludix transformers li huma maħsuba biex jipprovdu provvista tal-elettriku AC minn sorsi tal-elettriku DC, bħal transformers għal turbini tar-riħ u applikazzjonijiet fotovoltajċi jew transformers iddisinjati għal applikazzjonijiet ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni tal-elettriku DC;

(c)

transformers iddisinjati b’mod speċifiku biex jiġu mqabbda direttament ma’ forn;

(d)

transformers iddisinjati b’mod speċifiku biex jiġu installati fuq pjattaformi offshore fissi jew li jżommu f’wiċċ l-ilma, turbini tar-riħ offshore jew abbord vapuri u kull tip ta’ bastimenti;

(e)

transformers iddisinjati b’mod speċifiku biex jipprovdu enerġija elettrika għal perjodu ta’ ħin limitat meta l-provvista tal-elettriku normali tkun interrotta minħabba xi okkorrenza imprevista (bħal qtugħ tal-elettriku) jew rinnovament tal-impjant, iżda mhux biex itejbu substazzjon eżistenti b’mod permanenti;

(f)

transformers (b’koljaturi separati jew awtokonnessi) konnessi direttament jew permezz ta’ konvertitur ma’ linja ta’ kuntatt ta’ kurrent alternat (AC) jew ta’ kurrent dirett (DC), li jintużaw f’installazzjonijiet fissi għal applikazzjonijiet ferrovjarji;

(g)

earthing transformers jew grounding transformers iddisinjati b’mod speċifiku biex jiġu konnessi f’sistema tal-enerġija elettrika biex jipprovdu konnessjoni newtrali għall-earthing jew direttament inkella permezz ta’ impedenza;

(h)

transformers ta’ trazzjoni ddisinjati b’mod speċifiku biex jiġu installati fuq vetturi ferrovjarji, konnessi direttament jew permezz ta’ konvertitur ma’ linja ta’ kuntatt AC jew DC, għal użu speċifiku f’installazzjonijiet fissi għal applikazzjonijiet ferrovjarji;

(i)

transformers ta’ avvjament, iddisinjati b’mod speċifiku għall-istartjar ta’ muturi ta’ induzzjoni trifażi sabiex jiġi eliminat kwalunkwe tnaqqis fil-vultaġġ tal-provvista u li jibqgħu bla provvista waqt it-tħaddim normali;

(j)

transformers ta’ prova, iddisinjati b’mod speċifiku biex jintużaw f’ċirkwit biex jiġi prodott vultaġġ jew kurrent speċifiku għall-ittestjar ta’ tagħmir elettriku;

(k)

transformers tal-iwweldjar, iddisinjati b’mod speċifiku biex jintużaw f’tagħmir tal-iwweldajr bl-ark jew f’tagħmir tal-iwweldjar ta’ reżistenza;

(l)

transformers iddisinjati b’mod speċifiku għal applikazzjonijiet li jifilħu għall-isplużjonijiet skont id-Direttiva 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) u għal applikazzjonijiet ta’ minjieri;

(m)

transformers iddisinjati b’mod speċifiku għal applikazzjonijiet li jitwettqu f’ilmijiet fondi (taħt l-ilma);

(n)

transformers ta’ interfaċċa ta’ Vultaġġ Medju (MV) għal Vultaġġ Medju (MV), sa 5 MVA, li jintużaw bħala transformers ta’ interfaċċa li jintużaw fi programm ta’ konverżjoni ta’ vultaġġ tan-netwerk u li jiġu installati fil-punt fejn jiltaqgħu żewġ livelli ta’ vultaġġ ta’ żewġ netwerks ta’ vultaġġ medju u li jridu jkunu kapaċi jlaħħqu ma’ tagħbijiet eċċessivi (overloads) ta’ emerġenza;

(o)

transformers tal-elettriku ta’ qawwa medja u għolja, iddisinjati b’mod speċifiku biex jikkontribbwixxu għas-sigurtà ta’ installazzjonijiet nukleari, kif definiti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom (*2);

(p)

transformers tal-elettriku trifażi ta’ qawwa medja b’potenza nominali ta’ inqas minn 5 kVA,

għajr fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 4 a), b) u d) tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

3.   It-transformers tal-elettriku ta’ qawwa medja u għolja, irrispettivament minn meta tqiegħdu fis-suq jew fis-servizz għall-ewwel darba, għandhom jiġu vvalutati mill-ġdid għall-konformità u jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament, jekk ikunu soġġetti għall-operazzjonijiet li ġejjin:

(a)

sostituzzjoni tal-qalba tat-transformer jew ta’ parti minnha;

(b)

sostituzzjoni ta’ koljatura sħiħa waħda jew aktar.

Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi legali skont leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni oħra tal-Unjoni li dawn il-prodotti jistgħu jkunu soġġetti għaliha.”

(*1)  Id-Direttiva 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Marzu 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw it-tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplussivi (ĠU L 100, 19.4.1994, p. 1)."

(*2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta’ Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari. (ĠU L 172, 2.7.2009, p. 18)."

(2)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punti (3) u (4) jinbidlu b’dan li ġej:

“(3)   “transformer tal-elettriku ta’ qawwa medja” tfisser transformer tal-elettriku li l-koljaturi kollha tiegħu ikollhom potenza nominali ta’ 3 150 kVA jew inqas, u li l-ogħla vultaġġ tiegħu għat-tagħmir ikun bejn 1,1 kV u 36 kV;

(4)   “transformer tal-elettriku ta’ qawwa għolja” tfisser transformer tal-elettriku li jkollu mill-inqas koljatura waħda b’potenza nominali ogħla minn 3 150 kVA jew li l-ogħla vultaġġ tiegħu għat-tagħmir ikun ogħla minn 36 kV;”,

(b)

il-punt (7) jinbidel b’dan li ġej:

“(7)   “transformer tal-elettriku ta’ qawwa medja immuntat fuq arblu” tfisser transformer tal-elettriku b’potenza nominali ta’ sa 400 KVA li jkun xieraq għal użu estern u li jkun iddisinjat b’mod speċifiku biex jiġi mmuntat fuq l-istrutturi ta’ appoġġ ta’ linji tal-elettriku sospiżi fl-ajru.”,

(c)

il-punti (17) sa (22) li ġejjin jiżdiedu mal-Artikolu 2:

“(17)   “valur(i) iddikjarat(i)” tfisser il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta’ dawn il-valuri;

(18)   “transformer ta’ vultaġġ doppju” tfisser transformer tal-elettriku b’koljatura waħda jew iktar b’żewġ vultaġġi disponibbli sabiex ikun jista’ jopera u jipprovdi potenza nominali b’wieħed minn żewġ valuri differenti tal-vultaġġ;

(19)   “ittestjar fil-preżenza ta’ osservatur” tfisser l-osservazzjoni attiva tal-ittestjar fiżiku tal-prodott investigat fil-preżenza ta’ persuna terza, biex isiru konklużjonijiet dwar il-validità tat-test u r-riżultati tat-test. Dan jista’ jinkludi konklużjonijiet dwar il-konformità tal-ittestjar u l-metodi ta’ kalkolu użati mal-istandards u l-leġiżlazzjoni applikabbli;

(20)   “test tal-aċċettazzjoni fil-fabbrika” tfisser test fuq prodott ordnat fejn il-konsumatur juża l-ittestjar fil-preżenza ta’ osservatur biex jivverifika l-konformità sħiħa mar-rekwiżiti kuntrattwali, qabel ma l-prodott jiġi aċċettat jew jitqiegħed fis-servizz;

(21)   “mudell ekwivalenti” tfisser mudell bl-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għall-informazzjoni teknika li trid tingħata, iżda li jitqiegħed fis-suq jew fis-servizz mill-istess fornitur jew importatur bħal mudell ieħor b’identifikatur differenti tal-mudell;

(22)   “identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell ta’ prodott speċifiku minn mudelli oħra bl-istess marka kummerċjali jew tal-istess isem ta’ manifattur jew importatur.”,

(3)

L-Artikolu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti fl-Anness I għandhom japplikaw mid-dati indikati fih.

“Jekk il-limiti tal-vultaġġi fin-netwerks tad-distribuzzjoni tal-elettriku jiddevjaw minn dawk standard madwar l-Unjoni (*3), l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw b’dan lill-Kummissjoni, b’tali mod li tkun tista’ ssir notifika pubblika għall-interpretazzjoni korretta tat-Tabelli I.1, I.2, I.3a, I.3b, I.4, I.5, I.6, I.7, I.8 u I.9 fl-Anness I.”

(*3)  L-istandard CENELEC EN 60038, fl-Anness 2B tiegħu jinkludi devjazzjoni nazzjonali fir-Repubblika Ċeka, skont liema l-vultaġġi standard tal-ogħla vultaġġ għat-tagħmir f’sistemi trifażi AC huma 38,5 kV minflok 36 kV u 25 kV minflok 24 kV."

(4)

L-Artikolu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Valutazzjoni tal-konformità

1.   Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun is-sistema tal-kontroll intern tad-disinn stipulata fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva jew is-sistema ta’ ġestjoni stipulata fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva.

2.   Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi kopja tal-informazzjoni dwar il-prodott ipprovduta skont il-punt 4 tal-Anness I, u d-dettalji u r-riżultati tal-kalkoli stipulati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

3.   Meta l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni teknika għal mudell partikolari tkun inkisbet:

(a)

minn mudell li għandu l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għall-informazzjoni teknika li trid tiġi pprovduta iżda huwa prodott minn manifattur differenti, jew

(b)

permezz ta’ kalkolu abbażi ta’ disinn jew ta’ estrapolazzjoni minn mudell ieħor tal-istess manifattur jew ta’ manifattur differenti, jew it-tnejn,

id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-dettalji ta’ tali kalkolu, il-valutazzjoni mwettqa mill-manifattur biex tiġi verifikata l-eżattezza tal-kalkolu u, fejn xieraq, id-dikjarazzjoni tal-identità bejn il-mudelli ta’ manifatturi differenti.

4.   Id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi lista tal-mudelli ekwivalenti kollha, inkluż l-identifikaturi tal-mudell.”,

(5)

l-Artikolu 7 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 7

Analiżi

Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u għandha tippreżenta r-riżultati tal-valutazzjoni, inkluż, jekk xieraq, abbozz ta’ proposta għal reviżjoni, lill-Forum Konsultattiv sa mhux aktar mill-1 ta’ Lulju 2023. L-analiżi għandha tindirizza b’mod partikolari dawn il-kwistjonijiet:

il-punt sa fejn ir-rekwiżiti stipulati għall-Grad 2 kienu kosteffiċjenti u l-adegwatezza li jiddaħħlu r-rekwiżiti aktar stretti tal-Grad 3;

l-adegwatezza tal-konċessjonijiet introdotti għal transformers tal-elettriku ta’ qawwa medja u għolja f’każijiet fejn l-ispejjeż tal-installazzjoni kienu jkunu sproporzjonati;

il-possibbiltà li jintuża l-kalkolu tal-PEI għal telf flimkien mat-telf f’valuri assoluti għal transformers tal-elettriku ta’ qawwa medja;

il-possibbiltà li jiġi adottat approċċ newtrali fir-rigward tat-teknoloġija għar-rekwiżiti minimi stipulati għal transformers immersi f’likwidu, tat-tip xott u, possibbilment, elettroniċi;

l-adegwatezza li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi ta’ prestazzjoni għal transformers tal-elettriku ta’ qawwa żgħira;

l-adegwatezza tal-eżenzjonijiet għal transformers f’applikazzjonijiet offshore;

l-adegwatezza tal-konċessjonijiet għal transformers immuntati fuq l-arbli, kif ukoll tal-konċessjonijiet li saru għal kombinamenti speċjali ta’ vultaġġi ta’ koljaturi għal transformers tal-elettriku ta’ qawwa medja;

il-possibbiltà u l-adegwatezza li jiġu koperti impatti ambjentali oħra apparti dak tal-enerġija fil-fażi tal-użu, bħalma huma l-istorbju u l-effiċjenza tal-materjali.”

(6)

L-Artikolu 8 huwa nnumerat mill-ġdid bħala l-Artikolu 9, u l-Artikolu 8 l-ġdid huwa miżjud kif ġej:

“Artikolu 8

Ċirkomvenzjoni

Il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat ma għandux iqiegħed prodotti fis-suq li jkunu ġew iddisinjati biex ikunu kapaċi jindunaw li qed jiġu ttestjati (eż. billi jirrikonoxxu l-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-test), u biex jirreaġixxu b’mod speċifiku billi jbiddlu awtomatikament il-prestazzjoni tagħhom matul it-test bl-għan li jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kwalunkwe wieħed mill-parametri ddikjarati mill-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat fid-dokumentazzjoni teknika jew inklużi fi kwalunkwe dokumentazzjoni pprovduta.

(7)

l-Annessi huma emendati kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 548/2014 tal-21 ta’ Mejju 2014 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ transformers tal-elettriku ta’ qawwa żgħira, medja u għolja (ĠU L 152, 22.5.2014, p. 1).


ANNESS

L-Annessi tar-Regolament (UE) Nru 548/2014 huma emendati kif ġej:

(1)   

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

it-titolu tat-Tabella I.1 jinbidel kif ġej:

“Livelli massimi tat-telf bit-tagħbija u tat-telf mingħajr tagħbija (f’W) għal transformers tal-elettriku trifażi ta’ qawwa medja immersi fil-likwidu b’koljatura waħda b’Um ≤ 24 kV u bil-koljatura l-oħra b’Um ≤ 3,6 kV”

(ii)

it-titolu tat-Tabella I.2 jinbidel kif ġej:

“Livelli massimi tat-telf bit-tagħbija u tat-telf mingħajr tagħbija (f’W) għal transformers tal-elettriku trifażi ta’ qawwa medja tat-tip niexef b’koljatura waħda b’Um ≤ 24 kV u bil-koljatura l-oħra b’Um ≤ 3,6 kV”

(iii)

il-paragrafi li ġejjin jiżdiedu wara l-ewwel paragrafu:

“Mid-data tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-Grad 2 (l-1 ta’ Lulju 2021), meta s-sostituzzjoni ta’ transformer tal-elettriku ta’ qawwa medja eżistenti bi transformer bħalu tkun tinvolvi spejjeż sproporzjonati assoċjati mal-installazzjoni tagħhom, it-transformer ta’ sostituzzjoni ikun, b’eċċezzjoni, meħtieġ li jissodisfa biss ir-rekwiżiti tal-Grad 1 għall-potenza nominali indikata.

F’dan ir-rigward, l-ispejjeż tal-installazzjoni huma sproporzjonati jekk l-ispejjeż tas-sostituzzjoni tas-substazzjon sħiħ li fih ikun hemm it-transformer u/jew tal-akkwist jew tal-kiri ta’ spazju ta’ art addizzjonali jkunu ogħla mill-valur nett attwali tat-telf tal-elettriku evitat (tariffi, taxxi u imposti esklużi) ta’ transformer ta’ sostituzzjoni konformi mal-Grad 2 matul il-ħajja operattiva normalment mistennija tiegħu. Il-valur nett attwali għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-valuri tat-telf kapitalizzat bl-użu ta’ rati ta’ skont soċjali li huma ġeneralment aċċettati (*1).

F’dan il-każ, il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat għandu jinkludi fid-dokumentazzjoni teknika tat-transformer ta’ sostituzzjoni, l-informazzjoni li ġejja:

L-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna li tikkummissjona t-transformer ta’ sostituzzjoni

L-istazzjon fejn it-transformer ta’ sostituzzjoni għandu jiġi installat. Dan għandu jiġi identifikat b’mod inekwivoku permezz ta’ post speċifiku jew tip ta’ installazzjoni speċifika (eż., tip ta’ stazzjon jew kabina).

Il-ġustifikazzjoni teknika u/jew ekonomika tal-kost sproporzjonat għall-installazzjoni ta’ transformer li huwa konformi mal-Grad 1 biss minflok ta’ wieħed konformi mal-Grad 2. Jekk it-transformer(s) ikunu ġew ikkummissjonati permezz ta’ proċess ta’ sejħa għall-offerti, għandha tingħata l-informazzjoni kollha neċessarja dwar l-analiżi tal-offerti u dwar id-deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni.

Fil-każijiet ta’ hawn fuq, il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat għandu jinnotifika lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tas-sorveljanza tas-suq.”

(*1)  Is-Sett ta’ Għodod għal Regolamentazzjoni Aħjar tal-Kummissjoni Ewropea jissuġġerixxi li jintuża valur ta’ 4 % għar-rata ta’ skont soċjali

https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/file_import/better-regulation-toolbox-61_en_0.pdf

"

(iv)

It-Tabella I.3 tinbidel bit-Tabelli I.3a u I.3b kif ġej:

“Tabella I.3a

Fatturi ta’ korrezzjoni li għandhom jiġu applikati għat-telf bit-tagħbija u għat-telf mingħajr tagħbija indikat fit-Tabelli I.1, I.2 u I.6 għal transformers tal-elettriku ta’ qawwa medja b’kombinamenti speċjali ta’ vultaġġi ta’ koljaturi (għal potenza nominali ≤ 3 150 kVA)

Kombinament speċjali ta’ vultaġġi f’koljatura waħda

Telf bit-tagħbija (Pk)

Telf mingħajr tagħbija (Po)

Għal transformers immersi f’likwidu (Tabella I.1) kif ukoll għal transformers tat-tip xott (Tabella I.2)

L-ebda korrezzjoni

L-ebda korrezzjoni

L-ogħla vultaġġ primarju għal tagħmir b’Um ≤ 24 kV

L-ogħla vultaġġ sekondarju għal tagħmir b’Um > 3,6 kV

Għal transformers immersi f’likwidu (Tabella I.1)

10 %

15 %

L-ogħla vultaġġ primarju għal tagħmir b’Um = 36 kV

L-ogħla vultaġġ sekondarju għal tagħmir b’Um ≤ 3,6 kV

L-ogħla vultaġġ primarju għal tagħmir b’Um = 36 kV

L-ogħla vultaġġ sekondarju għal tagħmir b’Um > 3,6 kV

10 %

15 %

Għal transformers tat-tip xott (Tabella I.2)

10 %

15 %

L-ogħla vultaġġ primarju għal tagħmir b’Um = 36 kV

L-ogħla vultaġġ sekondarju għal tagħmir b’Um ≤ 3,6 kV

L-ogħla vultaġġ primarju għal tagħmir b’Um = 36 kV

L-ogħla vultaġġ sekondarju għal tagħmir b’Um > 3,6 kV

15 %

20 %


Tabella I.3b

Fatturi ta’ korrezzjoni li għandhom jiġu applikati għat-telf bit-tagħbija u għat-telf mingħajr tagħbija indikat fit-Tabelli I.1, I.2 u I.6 għal transformers tal-elettriku ta’ qawwa medja ta’ vultaġġ doppju f’koljatura waħda jew f’żewġ koljaturi, differenti b’aktar minn 10 %, u b’potenza nominali ≤ 3 150 kVA.

Tip ta’ vultaġġ doppju

Vultaġġ ta’ referenza għall-applikazzjoni ta’ fatturi ta’ korrezzjoni

Telf bit-tagħbija (Pk) (*2)

Telf mingħajr tagħbija (Po) (*2)

Vultaġġ doppju f’koljatura waħda b’output ta’ potenza mnaqqas għall-vultaġġ aktar baxx tal-koljatura b’vultaġġ baxx

KIF UKOLL

potenza massima disponibbli għall-vultaġġ aktar baxx tal-koljatura b’vultaġġ baxx limitata għal 0,85 tal-potenza nominali assenjata għall-koljatura b’vultaġġ baxx fl-ogħla vultaġġ tagħha.

it-telf għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-ogħla vultaġġ tal-koljatura b’vultaġġ baxx

L-ebda korrezzjoni

L-ebda korrezzjoni

Vultaġġ doppju f’koljatura waħda b’output ta’ potenza mnaqqas għall-vultaġġ aktar baxx tal-koljatura b’vultaġġ għoli

KIF UKOLL

potenza massima disponibbli għall-vultaġġ aktar baxx tal-koljatura b’vultaġġ għoli limitata għal 0,85 tal-potenza nominali assenjata għall-koljatura b’vultaġġ għoli fl-ogħla vultaġġ tagħha.

it-telf għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-ogħla vultaġġ tal-koljatura b’vultaġġ għoli

L-ebda korrezzjoni

L-ebda korrezzjoni

Vultaġġ doppju f’koljatura waħda

KIF UKOLL

potenza nominali sħiħa disponibbli fiż-żewġ koljaturi, jiġifieri, tkun disponibbli l-potenza nominali sħiħa irrispettivament mill-kombinament ta’ vultaġġi.

It-telf għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-ogħla vultaġġ tal-koljatura b’vultaġġ doppju

10 %

15 %

Vultaġġ doppju fiż-żewġ koljaturi

KIF UKOLL

potenza nominali disponibbli fil-kombinamenti kollha ta’ koljaturi, jiġifieri, iż-żewġ vultaġġi f’koljatura waħda huma assenjati l-potenza nominali sħiħa f’kombinament ma’ wieħed mill-vultaġġi fil-koljatura l-oħra

it-telf għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-ogħla vultaġġi taż-żewġ koljaturi b’vultaġġ doppju

20 %

20 %

(b)

fil-punt 1.4, l-ewwel paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“1.4.

Għas-sostituzzjoni ta’ transformers tal-elettriku ta’ qawwa medja eżistenti mmuntati fuq l-arbli bi transformers bħalhom ta’ potenzi nominali bejn 25 kVA u 400 kVA, il-livelli massimi applikabbli ta’ telf bit-tagħbija u ta’ telf mingħajr tagħbija mhumiex dawk fit-Tabelli I.1 u I.2, iżda dawk fit-Tabella I.6 ta’ hawn taħt. Il-valuri massimi permissibbli ta’ telf għall-potenzi nominali f’kVA differenti minn dawk imsemmija espliċitament fit-Tabella I.6 għandhom jinkisbu permezz ta’ interpolazzjoni jew estrapolazzjoni lineari. Il-fatturi ta’ korrezzjoni għall-kombinamenti speċjali ta’ vultaġġi tal-koljaturi indikati fit-Tabelli I.3a u I.3b huma applikabbli wkoll.

Għas-sostituzzjoni ta’ transformers tal-elettriku ta’ qawwa medja eżistenti mmuntati fuq l-arbli bi transformers bħalhom, il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat għandu jinkludi, fid-dokumentazzjoni teknika tat-transformer, l-informazzjoni li ġejja:

l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna li tikkummissjona t-transformer ta’ sostituzzjoni;

l-istazzjon fejn it-transformer ta’ sostituzzjoni għandu jiġi installat. Dan għandu jiġi identifikat b’mod inekwivoku permezz ta’ post speċifiku jew tip ta’ installazzjoni speċifika (eż., deskrizzjoni teknika tal-arblu).

Fil-każijiet ta’ hawn fuq, il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat għandu jinnotifika lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tas-sorveljanza tas-suq.”

Fir-rigward tal-installazzjoni ta’ transformers ġodda immuntati fuq l-arbli, ir-rekwiżiti fit-Tabelli I.1 u I.2, flimkien mat-Tabelli I.3a u I.3b fejn iġġustifikat, li huma applikabbli.”,

(c)

il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.

Rekwiżiti minimi dwar l-effiċjenza enerġetika għal transformers tal-elettriku ta’ qawwa għolja

Ir-rekwiżiti minimi dwar l-effiċjenza għal transformers tal-elettriku ta’ qawwa għolja huma stabbiliti fit-Tabelli I.7, I.8 u I.9.

Jista’ jkun hemm każijiet speċifiċi fejn is-sostituzzjoni ta’ transformer eżistenti, jew l-installazzjoni ta’ wieħed ġdid, li jissodisfa r-rekwiżiti minimi applikabbli stabbiliti fit-Tabelli I.7, I.8 u I.9, twassal għal fi spejjeż sproporzjonati. Bħala regola ġenerali, l-ispejjeż jistgħu jitqiesu sproporzjonati meta l-ispejjeż żejda tat-trasport u/jew tal-installazzjoni ta’ transformer konformi mal-Grad 2 jew mal-Grad 1, skont liema jkun applikabbli, ikunu ogħla mill-valur nett preżenti tat-telf addizzjonali ta’ elettriku evitat (tariffi, taxxi u imposti esklużi) matul il-ħajja operattiva normalment mistennija tiegħu. Dan il-valur nett attwali għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-valuri tat-telf kapitalizzat bl-użu ta’ rati ta’ skont soċjali li huma ġeneralment aċċettati  (*3)

F’dawk il-każijiet, japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ riżerva li ġejjin:

“Mid-data tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-Grad 2 (l-1 ta’ Lulju 2021), meta s-sostituzzjoni ta’ transformer tal-elettriku ta’ qawwa għolja bi transformer bħalu f’sit eżistenti tkun tinvolvi spejjeż sproporzjonati assoċjati mat-trasport u/jew mal-installazzjoni tagħhom, jew ma tkunx teknikament fattibbli, it-transformer ta’ sostituzzjoni ikun, b’eċċezzjoni, meħtieġ li jikkonforma biss mar-rekwiżiti tal-Grad 1 għall-potenza nominali indikata.

Barra minn hekk, jekk l-ispejjeż tal-installazzjoni ta’ transformer ta’ sostituzzjoni li jkun konformi mar-rekwiżiti tal-Grad 1 ikunu sproporzjonati wkoll, jew meta ma jkun hemm l-ebda soluzzjoni teknikament fattibbli, ma għandu japplika l-ebda rekwiżit minimu għat-transformer ta’ sostituzzjoni.

“Mid-data tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-Grad 2 (l-1 ta’ Lulju 2021), meta l-installazzjoni ta’ transformer tal-elettriku ta’ qawwa għolja ġdid f’sit ġdid tkun tinvolvi spejjeż sproporzjonati assoċjati mat-trasport u/jew mal-installazzjoni tiegħu, jew ma tkunx teknikament fattibbli, it-transformer ġdid ikun, b’eċċezzjoni, meħtieġ li jissodisfa biss ir-rekwiżiti tal-Grad 1 għall-potenza nominali indikata.

F’dawn il-każijiet, il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat responsabbli għat-tqegħid fis-suq jew fis-servizz tat-transformer għandu:

jinkludi fid-dokumentazzjoni teknika tat-transformer il-ġdid jew ta’ sostituzzjoni, l-informazzjoni li ġejja:

l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna li tikkummissjona t-transformer;

il-post speċifiku fejn it-transformer għandu jiġi installat;

il-ġustifikazzjoni teknika u/jew ekonomika għall-installazzjoni ta’ transformer ġdid jew ta’ sostituzzjoni li ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Grad 2 jew tal-Grad 1. Jekk it-transformer(s) ikunu ġew ikkummissjonati permezz ta’ proċess ta’ sejħa għall-offerti, għandha tingħata wkoll l-informazzjoni kollha neċessarja dwar l-analiżi tal-offerti u dwar id-deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni;

jinnotifika lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tas-sorveljanza tas-suq.

Tabella I.7

Rekwiżiti Minimi dwar l-Indiċi ta’ Effiċjenza Massima għal transformers tal-elettriku ta’ qawwa għolja immersi f’likwidu

Potenza Nominali (MVA)

Grad 1 (1.7.2015)

Grad 2 (1.7.2021)

Valur minimu tal-Indiċi ta’ Effiċjenza Massima (%)

≤ 0,025

97,742

98,251

0,05

98,584

98,891

0,1

98,867

99,093

0,16

99,012

99,191

0,25

99,112

99,283

0,315

99,154

99,320

0,4

99,209

99,369

0,5

99,247

99,398

0,63

99,295

99,437

0,8

99,343

99,473

1

99,360

99,484

1,25

99,418

99,487

1,6

99,424

99,494

2

99,426

99,502

2,5

99,441

99,514

3,15

99,444

99,518

4

99,465

99,532

5

99,483

99,548

6,3

99,510

99,571

8

99,535

99,593

10

99,560

99,615

12,5

99,588

99,640

16

99,615

99,663

20

99,639

99,684

25

99,657

99,700

31,5

99,671

99,712

40

99,684

99,724

50

99,696

99,734

63

99,709

99,745

80

99,723

99,758

100

99,737

99,770

125

99,737

99,780

160

99,737

99,790

≥ 200

99,737

99,797

Il-valuri minimi tal-Indiċi ta’ Effiċjenza Massima għal potenzi nominali f’MVA li jikkorrispondu mal-valuri indikati fit-Tabella I.7 għandhom jiġu kkalkulati permezz ta’ interpolazzjoni lineari

Tabella I.8

Rekwiżiti Minimi dwar l-Indiċi ta’ Effiċjenza Massima għal transformers tal-elettriku ta’ qawwa għolja tat-tip niexef b’Um ≤ 36 kV

Potenza Nominali (MVA)

Grad 1 (1.7.2015)

Grad 2 (1.7.2021)

Valur minimu tal-Indiċi ta’ Effiċjenza Massima (%)

3,15 < Sr ≤ 4

99,348

99,382

5

99,354

99,387

6,3

99,356

99,389

8

99,357

99,390

≥ 10

99,357

99,390

Il-valuri minimi tal-Indiċi ta’ Effiċjenza Massima għal potenzi nominali f’MVA li jikkorrispondu mal-valuri indikati fit-Tabella I.8 għandhom jiġu kkalkulati permezz ta’ interpolazzjoni lineari

Tabella I.9

Rekwiżiti Minimi dwar l-Indiċi ta’ Effiċjenza Massima għal transformers tal-elettriku ta’ qawwa għolja tat-tip niexef b’Um > 36 kV

Potenza Nominali (MVA)

Grad 1 (1.7.2015)

Grad 2 (1.7.2021)

Valur minimu tal-Indiċi ta’ Effiċjenza Massima (%)

≤ 0,05

96,174

96,590

0,1

97,514

97,790

0,16

97,792

98,016

0,25

98,155

98,345

0,4

98,334

98,570

0,63

98,494

98,619

0,8

98,677

98,745

1

98,775

98,837

1,25

98,832

98,892

1,6

98,903

98,960

2

98,942

98,996

2,5

98,933

99,045

3,15

99,048

99,097

4

99,158

99,225

5

99,200

99,265

6,3

99,242

99,303

8

99,298

99,356

10

99,330

99,385

12,5

99,370

99,422

16

99,416

99,464

20

99,468

99,513

25

99,521

99,564

31,5

99,551

99,592

40

99,567

99,607

50

99,585

99,623

≥ 63

99,590

99,626

Valuri minimi tal-Indiċi ta’ Effiċjenza Massima għal potenzi nominali f’MVA li jikkorrispondu mal-valuri indikati fit-Tabella I.9 għandhom jiġu kkalkulati permezz ta’ interpolazzjoni lineari

(*3)  Is-Sett ta’ Għodod għal Regolamentazzjoni Aħjar tal-Kummissjoni Ewropea jissuġġerixxi li jintuża valur ta’ 4 % għar-rata ta’ skont soċjali”,

https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/file_import/better-regulation-toolbox-61_en_0.pdf.

"

(d)

fil-punt 3, l-aħħar subparagrafu jinbidel bi:

“Għal transformers tal-elettriku ta’ qawwa medja u għolja biss, l-informazzjoni msemmija fil-punti a), c) u d) għandha tiġi inkluża wkoll fuq il-pjanċa ta’ klassifikazzjoni tat-transformer.”;

(e)

fil-punt 4, l-aħħar paragrafu jitħassar,

u jiżdied punt (d) ġdid kif ġej:

“(d)

ir-raġuni(jiet) speċifiku/speċifiċi għaliex it-transformers jitqiesu li huma eżentati mir-Regolament skont l-Artikolu 1.2”

(2)   

L-Anness II jinbidel b’dan li ġej:

““Anness II

Metodi tal-kejl

Għall-fini tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl għandu jitwettaq permezz ta’ proċedura ta’ kejl affidabbli, preċiża u riproduċibbli, li tqis il-metodi ta’ kejl l-aktar reċenti u avvanzati ġeneralment rikonoxxuti, inkluż il-metodi stipulati f’dokumenti li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Metodi ta’ kalkolu

Il-metodu li jintuża biex jiġi kkalkulat l-Indiċi ta’ Effiċjenza Massima (PEI) għal transformers ta’ qawwa medja u għolja msemmija fit-Tabelli I.4, I.5, I.7, I.8 u I.9 tal-Anness I huwa bbażat fuq il-proporzjon tal-potenza apparenti trażmessa ta’ transformer wara li jitnaqqas it-telf ta’ elettriku, imqabbel mal-potenza apparenti trażmessa tat-transformer. Il-kalkolu tal-PEI għandu juża metodoloġija tal-ogħla livell disponibbli fl-aħħar verżjoni tal-istandards armonizzati rilevanti għal transformers tal-elettriku ta’ qawwa medja u għolja.

Il-formula li għandha tintuża għall-kalkolu tal-Indiċi ta’ Effiċjenza Massima hija:

Image 1

Fejn:

P0

huwa l-valur tat-telf mingħajr tagħbija mkejjel b’vultaġġ nominali u bi frekwenza nominali fil-punt ta’ konnessjoni nominali

Pc0

hija l-potenza elettrika meħtieġa mis-sistema tat-tkessiħ għal tħaddim mingħajr tagħbija, derivata mill-valuri, imkejla waqt it-test tat-tip, tal-potenza assorbita mill-muturi tal-fann u tal-pompa tal-liwidu (għal sistemi tat-tkessiħ ONAN u ONAN/ONAF, Pc0 hija dejjem żero)

Pck (kPEI)

hija l-potenza elettrika meħtieġa mis-sistema tat-tkessiħ, flimkien ma’ Pc0, għal tħaddim b’tagħbija nominali mmultiplikata b’ kPEI Pck hija funzjoni tat-tagħbija. Pck (kPEI) hija derivata mill-valuri, imkejla waqt it-test tat-tip, tal-potenza assorbita mill-muturi tal-fann u tal-pompa liwidu (għal sistemi tat-tkessiħ ONAN u ONAN/ONAF, Pck hija dejjem żero).

Pk

huwa l-valur tat-telf bit-tagħbija mkejjel b’kurrent nominali u bi frekwenza nominali fil-punt ta’ konnessjoni nominali, ikkoreġut skont it-temperatura ta’ referenza

Sr

huwa l-valur tal-potenza nominali tat-transformer jew tal-autotransformer, li fuqu huwa bbażat il-valur ta’ Pk

kPEI

huwa l-fattur ta’ tagħbija korrispondenti għall-Indiċi ta’ Effiċjenza Massima”,

(3)   

L-Anness III (1) huwa emendat kif ġej:

 

jiżdied il-paragrafu li ġej wara l-ewwel paragrafu:

“Meta mudell ikun ġie ddisinjat biex ikun kapaċi jinduna li qed jiġi ttestjat (eż. billi jirrikonoxxi l-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-test), u biex jirreaġixxi b’mod speċifiku billi jbiddel awtomatikament il-prestazzjoni tiegħu matul it-test bl-objettiv li jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kull wieħed mill-parametri speċifikati f’dan ir-Regolament jew inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew f’xi dokumentazzjoni pprovduta, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi.”

 

Fl-aħħar tal-punt (1), jiżdied dan li ġej:

“L-awtorità tal-Istat Membru tista’ twettaq din il-verifika billi tuża t-tagħmir tal-ittestjar tagħha stess.

Jekk għal tali transformers ikunu ppjanati Testijiet ta’ Aċċettazzjoni tal-Fabbrika (FATs), li jittestjaw il-parametri stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li waqt dawn il-FATs jużaw testijiet fil-preżenza ta’ osservatur sabiex jinġabru riżultati tat-testijiet li jistgħu jintużaw biex tiġi vverifikata l-konformità tat-transformer investigat. L-awtoritajiet jistgħu jitolbu lill-manifattur biex jiżvela informazzjoni dwar kwalunkwe FAT rilevanti ppjanat għal ittestjar fil-preżenza ta’ osservatur.

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2 (c), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament. Meta tittieħed id-deċiżjoni dwar in-nuqqas ta’ konformità tal-mudell, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu mingħajr dewmien l-informazzjoni rilevanti kollha lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

 

Kif ukoll, il-punt (3) huwa sostitwit kif ġej:

“(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a), (b) jew (c), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.”,

(4)   

fl-Anness IV, il-punt (c) huwa emendat kif ġej:

“(c)

Transformers tal-elettriku ta’ qawwa medja b’qalba tal-azzar amorfu: Ao-50 %, Ak.”.


(*1)  Is-Sett ta’ Għodod għal Regolamentazzjoni Aħjar tal-Kummissjoni Ewropea jissuġġerixxi li jintuża valur ta’ 4 % għar-rata ta’ skont soċjali

https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/file_import/better-regulation-toolbox-61_en_0.pdf

(*3)  Is-Sett ta’ Għodod għal Regolamentazzjoni Aħjar tal-Kummissjoni Ewropea jissuġġerixxi li jintuża valur ta’ 4 % għar-rata ta’ skont soċjali”,

https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/file_import/better-regulation-toolbox-61_en_0.pdf.”


(*2)  Dan it-telf għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-vultaġġ tal-koljatura speċifikat fit-tieni kolonna u jista’ jiġi miżjud bil-fatturi ta’ korrezzjoni mogħtija fl-aħħar żewġ kolonni. Fi kwalunkwe każ, irrispettivament mill-kombinamenti tal-vultaġġi tal-koljaturi, it-telf ma jistax ikun akbar mill-valuri mogħtija fit-Tabelli I.1, I.2 u I.6 ikkoreġuti bil-fatturi f’din it-tabella.”,

(1)  L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 548/2014 kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2282 tat-30 ta’ Novembru 2016 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1275/2008, (KE) Nru 107/2009, (KE) Nru 278/2009, (KE) Nru 640/2009, (KE) Nru 641/2009, (KE) Nru 642/2009, (KE) Nru 643/2009, (UE) Nru 1015/2010, (UE) Nru 1016/2010, (UE) Nru 327/2011, (UE) Nru 206/2012, (UE) Nru 547/2012, (UE) Nru 932/2012, (UE) Nru 617/2013, (UE) Nru 666/2013, (UE) Nru 813/2013, (UE) Nru 814/2013, (UE) Nru 66/2014, (UE) Nru 548/2014, (UE) Nru 1253/2014, (UE) 2015/1095, (UE) 2015/1185, (UE) 2015/1188, (UE) 2015/1189 u (UE) 2016/2281 fejn jidħol l-użu tat-tolleranzi fil-proċeduri ta’ verifika (ĠU L 346, 20.12.2016, p. 51).


Top