Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R1777

Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1777 tal-24 ta’ Ottubru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1755 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi

ST/12627/2019/INIT

ĠU L 272, 25.10.2019, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1777/oj

25.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2019/1777

tal-24 ta’ Ottubru 2019

li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1755 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 tal-1 ta’ Ottubru 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/1755 (2) jagħti effett lil ċerti miżuri previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763.

(2)

Fl-24 ta’ Ottubru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1788 (3) li emendat id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 billi introduċiet artikolu dwar l-ipproċessar ta’ data personali min-naħa tal-Kunsill u tar-Rappreżentant Għoli.

(3)

Għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/1755, u sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali massima fl-Unjoni, l-ismijiet ta’ u d-data rilevanti l-oħra dwar il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom jkunu ffriżati b’konformità ma’ dak ir-Regolament jenħtieġ li jsiru pubbliċi. Kwalunkwe data personali għandha tikkonforma mar-Regolamenti (UE) 2016/679 (4) u (UE) 2018/1725 (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(4)

Ir-Regolament (UE) 2015/1755 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-artikolu li ġej jiddaħħal fir-Regolament (UE) 2015/1755:

“Artikolu 15a

1.   Il-Kunsill, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ sigurtà (‘ir-Rappreżentant Għoli’) jistgħu jipproċessaw id-data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament. Dawn il-kompiti jinkludu:

(a)

fir-rigward tal-Kunsill, li jħejji u jagħmel emendi għall-Anness I;

(b)

fir-rigward tar-Rappreżentant Għoli, li jħejji emendi għall-Anness I;

(c)

fir-rigward tal-Kummissjoni:

(i)

li żżid il-kontenuti tal-Anness I fil-lista elettronika kkonsolidata ta’ persuni, gruppi u entitajiet suġġetti għal miżuri finanzjarji restrittivi tal-Unjoni u fil-mappa interattiva dwar is-sanzjonijiet, it-tnejn li huma disponibbli għall-pubbliku;

(ii)

li tipproċessa informazzjoni dwar l-impatt ta’ miżuri meħuda skont dan ir-Regolament, bħall-valur tal-fondi ffriżati u informazzjoni dwar awtorizzazzjonijiet mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti.

2.   Il-Kunsill, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli jistgħu jipproċessaw, fejn applikabbli, data rilevanti dwar reati kriminali mwettqa minn persuni fiżiċi elenkati, dwar kundanni kriminali ta’ tali persuni jew dwar miżuri ta’ sigurtà dwar tali persuni, biss sa fejn tali pproċessar ikun meħtieġ għat-tħejjija tal-Anness I.

3.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Kunsill, is-servizz tal-Kummissjoni elenkat fl-Anness II għal dan ir-Regolament, u r-Rappreżentant Għoli huma nnominati bħala ‘kontrolluri’ fis-sens tal-punt (8) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1725, sabiex jiżguraw li l-persuni fiżiċi kkonċernati jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

A.-K. PEKONEN


(1)   ĠU L 257, 2.10.2015, p. 37.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1755 tal-1 ta’ Ottubru 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi (ĠU L 257 2.10.2015, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1788 tal-24 ta’ Ottubru 2019 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi (ara l-paġna 148 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


Top