Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R1714

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1714 tat-30 ta’ Settembru 2019 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 136/2004 u (KE) Nru 282/2004 rigward il-mudell tad-dokument veterinarju komuni tad-dħul għall-prodotti u għall-annimali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 669/2009 rigward il-mudell tad-dokument veterinarju komuni tad-dħul għal ċertu ikel u għalf ta’ oriġini mhux mill-annimali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2019/6912

OJ L 261, 14.10.2019, p. 1–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1714/oj

14.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 261/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1714

tat-30 ta’ Settembru 2019

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 136/2004 u (KE) Nru 282/2004 rigward il-mudell tad-dokument veterinarju komuni tad-dħul għall-prodotti u għall-annimali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 669/2009 rigward il-mudell tad-dokument veterinarju komuni tad-dħul għal ċertu ikel u għalf ta’ oriġini mhux mill-annimali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 3(2) u 7(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 3(5), 4(5) u 5(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (3), b’mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 (5) jistabbilixxi l-proċeduri għall-kontrolli veterinarji f’postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera tal-Unjoni fuq prodotti importati minn pajjiżi terzi f’konformità mad-Direttiva 97/78/KE. L-Anness III ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi l-mudell tad-dokument veterinarju komuni tad-dħul (CVED) li jrid jimtela u jintbagħat mill-persuna li tkun responsabbli mill-konsenja biex tinnotifika l-wasla tal-prodotti lill-persunal veterinarju tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera, u li biex jiġi kkonfermat li tlestew il-kontrolli veterinarji jrid jimtela taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 282/2004 (6) jistabbilixxi r-regoli tal-proċeduri għad-dikjarazzjoni tal-kontrolli veterinarji fil-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera tal-Unjoni fuq annimali li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi f’konformità mad-Direttiva 91/496/KEE. L-Anness I ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi l-mudell għad-dokument veterinarju komuni għad-dħul (CVED għall-annimali) li jrid jimtela u jintbagħat mill-persuna li tkun responsabbli mill-konsenja biex tinnotifika l-wasla tal-annimali lill-persunal veterinarju tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera, u li biex jiġi kkonfermat li tlestew il-kontrolli veterinarji jrid jimtela taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (7) jistabbilixxi r-regoli dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu f’punti tad-dħul magħżula fl-Unjoni fuq l-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi ta’ ċertu għalf u ikel mhux ta’ oriġini mill-annimali f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 882/2004. L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistabbilixxi l-mudell tad-dokument komuni għad-dħul (CED) li jrid jimtela u jintbagħat mill-operaturi tan-negozji tal-ikel biex jinnotifikaw il-wasla tal-konsenji lill-awtorità kompetenti fil-punt tad-dħul magħżul jew fil-punt magħżul għall-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel imsemmi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 884/2014 (8), u li jrid jimtela mill-awtorità biex tikkonferma li tlestew il-kontrolli uffiċjali.

(4)

Is-sistema Traces ibbażata fuq il-web kienet stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE (9) biex tissimplifika x-xogħol tal-operaturi u tal-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll biex tippermetti li jsir skambju awtomatizzat tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet tad-dwana u l-awtoritajiet veterinarji. Id-Deċiżjoni 2004/292/KE teħtieġ ukoll li l-Istati Membri jużaw it-TRACES biex jimlew u jittrażmettu d-dokumenti veterinarji komuni għad-dħul għall-prodotti u għall-annimali. Mill-2011 ’l hawn, it-TRACES tippermetti wkoll li l-operaturi u l-awtoritajiet kompetenti jimlew u jittrażmettu d-dokumenti veterinarji komuni għad-dħul, u din tintuża għal dan l-iskop mill-Istati Membri fuq bażi volontarja.

(5)

Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) jeħtieġ li l-Kummissjoni b’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, tistabbilixxi u tamministra sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali (IMSOC) ikkompjuterizzata li tamministra, tittratta, u tpartat id-data, l-informazzjoni u d-dokumenti marbutin mal-kontrolli uffiċjali. L-għan tal-IMSOC huwa li tintegra u taġġorna skont il-bżonn is-sistemi tal-informazzjoni li tamministra l-Kummissjoni, fost dawn it-TRACES, u tipprovdi l-links rilevanti bejn dawk is-sistemi u s-sistemi nazzjonali eżistenti tal-Istati Membri. Dak ir-Regolament iħassar u jissostitwixxi d-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 b’effett mill-14 ta’ Diċembru 2019.

(6)

Ir-Regolament (UE) 2017/625 jipprevedi li jrid jintuża dokument sanitarju komuni tad-dħul (CHED) mill-operaturi responsabbli mill-konsenji, għal kull konsenja tal-kategoriji ta’ annimali u prodotti msemmija fl-Artikolu 47(1) ta’ dak ir-Regolament, biex jinfurmaw lill-awtoritajiet fil-postijiet ta’ kontroll fil-fruntieri bil-wasla tal-konsenja qabel ma din tasal, u mill-awtoritajiet fil-postijiet ta’ kontroll fil-fruntieri biex jirreġistraw ir-riżultati tal-kontrolli uffiċjali u kull deċiżjoni li tkun ittieħdet abbażi tal-kontrolli. Għaldaqstant, mill-14 ta’ Diċembru 2019, id-dokument sanitarju komuni tad-dħul (CHED) se jissostitwixxi d-dokument veterinarju komuni għad-dħul (CVED).

(7)

Ir-Regolament (UE) 2017/625 jipprevedi wkoll li l-IMSOC trid tippermetti l-produzzjoni, it-trattament u t-trażmissjoni tad-dokument sanitarju komuni tad-dħul u jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tistabbilixxi r-regoli dwar il-format tad-dokument sanitarju komuni tad-dħul u l-istruzzjonijiet għall-preżentazzjoni u l-użu tiegħu, filwaqt li tqis l-istandards internazzjonali u r-regoli tal-użu tal-firem elettroniċi.

(8)

Biex tkompli tiffaċilita u tħaffef il-proċeduri amministrattivi għall-operaturi u għall-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni żviluppat verżjoni ġdida tas-sistema TRACES li tippermetti li l-proċess kollu tal-produzzjoni tad-dokument sanitarju komuni tad-dħul jitwettaq b’mod elettroniku mill-14 ta’ Diċembru 2019 ’il quddiem. Din tuża l-istandards internazzjonali għall-faċilitajiet kummerċjali mingħajr karti, l-istandards stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) għall-firma kwalifikata, is-siġill u l-kronogramma elettroniċi u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1506 (12) għall-firem u għas-siġilli elettroniċi avvanzati.

(9)

Il-verżjoni attwali tas-sistema Traces li tintuża biex jimtlew id-dokument veterinarju komuni għad-dħul u d-dokument sanitarju komuni tad-dħul se tiġi eliminata gradwalment mill-14 ta’ Diċembru 2019, u minn dik id-data ’l quddiem, l-operaturi u l-awtoritajiet kompetenti ikollhom jimlew u jittrażmettu d-dokument sanitarju komuni tad-dħul permezz tal-verżjoni l-ġdida tas-sistema TRACES.

(10)

Biex tkun tista’ ssir tranżizzjoni mingħajr xkiel għall-użu tal-verżjoni l-ġdida tas-sistema TRACES, jenħtieġ li sat-13 ta’ Diċembru 2019 l-operaturi u l-awtoritajiet kompetenti jingħataw il-possibbiltà li jużaw is-sistema attwali jew is-sistema l-ġdida tat-TRACES biex jimlew u jittrażmettu d-dokument veterinarju komuni għad-dħul u d-dokument komuni tad-dħul. Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi mudell tad-dokument veterinarju komuni għad-dħul għall-annimali u għall-prodotti, u mudell tad-dokument komuni tad-dħul għal ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali, li jkunu kompatibbli mal-verżjoni l-ġdida tas-sistema TRACES.

(11)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 136/2004 u (KE) Nru 282/2004 jipprevedu li l-produzzjoni, l-użu, it-trażmissjoni u l-ħżin tad-dokumenti veterinarji komuni għad-dħul jista’ jsir b’mezz elettroniku fid-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti. Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jipprevedi li l-Kummissjoni tista’ tadotta r-rekwiżiti dwar il-prinċipji li jridu jiġu rispettati biex tkun żgurata ċertifikazzjoni affidabbli, inkluża ċ-ċertifikazzjoni elettronika. Biex jiġu ssimplifikati l-mili u t-trażmissjoni tal-mudelli tad-dokumenti veterinarji komuni għad-dħul u tad-dokumenti komuni tad-dħul fil-verżjoni l-ġdida tas-sistema TRACES, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-sigurtà li jridu jiġu ssodisfati għall-użu tas-CVEDs u tas-CEDs elettroniċi f’dik is-sistema.

(12)

Għaldaqstant jixraq li jiġu emendati d-dispożizzjonijet dwar in-notifika tal-wasla tal-prodotti u tal-annimali biex ikunu jistgħu jintużaw żewġ mudelli differenti tas-CVED, u li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti biex jimtela dokument veterinarju komuni tad-dħul elettroniku fir-Regolamenti (KE) Nru 136/2004 u (KE) Nru 282/2004. Barra minn hekk, jenħtieġ li jinżdied Anness ma’ dawk ir-Regolamenti fejn ikun stabbilit il-mudell tas-CEVD għall-prodotti u għall-annimali li jintuża fil-verżjoni l-ġdida tas-sistema TRACES.

(13)

Bl-istess mod jixraq li tiġi addattata d-definizzjoni tas-CED fir-Regolament (KE) Nru 669/2009 biex ikunu jistgħu jintużaw żewġ mudelli differenti tas-CED, li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti għall-mili tad-dokument komuni tad-dħul elettroniku, u li jinżdied Anness ma’ dak ir-Regolament li jistabbilixxi l-mudell tad-dokument komuni tad-dħul li jrid jintuża fil-verżjoni l-ġdida tas-sistema TRACES.

(14)

Għall-finijiet ta’ konsistenza, id-data sa meta jenħtieġ li japplika dan ir-Regolament trid tikkorrispondi mad-data li fiha ma jibqgħux japplikaw id-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE u r-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(15)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolamenti (KE) Nru 136/2004, (KE) Nru 282/2004 u (KE) Nru 669/2009 jiġu emendati skont dan.

(16)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 136/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 136/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Qabel il-wasla materjali tal-konsenja fit-territorju tal-Komunità, il-persuna responsabbli mit-tagħbija għandha tinnotifika l-wasla tal-prodotti lill-persunal veterinarju tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera fejn se jiġu ppreżentati l-prodotti, permezz ta’ dokument imfassal skont wieħed mill-mudelli tad-dokument veterinarju komuni tad-dħul (CVED) stabbiliti fl-Anness III u fil-Parti 2 tal-Anness VI.”;

(2)

iddaħħal l-Artikolu 10a li ġej:

“Artikolu 10a

Rekwiżiti għall-mili tad-dokument veterinarju komuni tad-dħul elettroniku

1.   Meta jintuża dokument veterinarju komuni tad-dħul elettroniku, dan għandu jimtela fis-sistema TRACES u jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

jikkonforma mal-mudell stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness VI;

(b)

ikun iffirmat bil-firma elettronika tal-operatur responsabbli mit-tagħbija;

(c)

ikun iffirmat bil-firma elettronika avvanzata jew kwalifikata tal-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera jew ta’ veterinarju uffiċjali ieħor li jkun qed jaħdem taħt is-superviżjoni tiegħu/tagħha;

(d)

ikollu fuqu s-siġill elettroniku avvanzat jew kwalifikat tal-awtorità kompetenti li ħarġitu, li jagħmel parti minnha l-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera jew veterinarju uffiċjali ieħor li jkun qed jaħdem/taħdem taħt is-superviżjoni tiegħu/tagħha;

(e)

ikun issiġillat b’siġill avvanzat jew kwalifikat mis-sistema Traces.

2.   Kull waħda mill-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ittimbrata b’timbru temporali kkwalifikat.”;

(3)

inżdied Anness VI ġdid, li t-test tiegħu jinsab fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 282/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 282/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Meta xi annimal imsemmi fid-Direttiva 91/496/KEE jidħol fil-Komunità minn pajjiż terz, il-persuna responsabbli mit-tagħbija fit-tifsira tal-Artikolu 2(2)(e) tad-Direttiva 97/78/KE għandha tinnotifika dan id-dħul mill-inqas jum tax-xogħol wieħed qabel il-wasla mistennija tal-annimal(i) fit-territorju tal-Komunità. Din in-notifika għandha ssir lill-persunal tal-ispezzjoni tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera permezz ta’ dokument imfassal skont waħda mill-mudelli tad-dokument veterinarju komuni tad-dħul (CVED) stabbiliti fl-Anness I u fil-Parti 2 tal-Anness III.”;

(2)

iddaħħal l-Artikolu 7 a li ġej:

“Artikolu 7a

Rekwiżiti għall-mili tad-dokument veterinarju komuni tad-dħul elettroniku

1.   Meta jintuża dokument veterinarju komuni tad-dħul elettroniku, dan għandu jimtela fis-sistema TRACES u jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

jikkonforma mal-mudell stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness III;

(b)

ikun iffirmat bil-firma elettronika tal-operatur responsabbli mit-tagħbija;

(c)

ikun iffirmat bil-firma elettronika avvanzata jew kwalifikata tal-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera jew ta’ veterinarju uffiċjali ieħor li jkun qed jaħdem taħt is-superviżjoni tiegħu/tagħha;

(d)

ikollu fuqu s-siġill elettroniku avvanzat jew kwalifikat tal-awtorità kompetenti li ħarġitu, li jagħmel parti minnha l-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera jew veterinarju uffiċjali ieħor li jkun qed jaħdem/taħdem taħt is-superviżjoni tiegħu/tagħha;

(e)

ikun issiġillat b’siġill avvanzat jew kwalifikat mis-sistema Traces.

2.   Kull waħda mill-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ittimbrata b’timbru temporali kwalifikat.”;

(3)

inżdied Anness III ġdid, li t-test tiegħu jinsab fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 669/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 3, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

dokument komuni tad-dħul (DKD)” tfisser id-dokument li jrid jimtela mill-operatur tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel jew mir-rappreżentant tiegħu kif stipulat fl-Artikolu 6, u li hemm il-mudelli tiegħu fl-Anness II u fil-Parti 2 tal-Anness III, u mill-awtorità kompetenti li tikkonferma li tlestew il-kontrolli uffiċjali;

(2)

iddaħħal l-Artikolu 7 a li ġej:

“Artikolu 7a

Rekwiżiti għall-mili tad-dokument komuni tad-dħul elettroniku

1.   Meta jintuża dokument komuni tad-dħul elettroniku, dan għandu jimtela fis-sistema TRACES u jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

jikkonforma mal-mudell stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness III;

(b)

ikun iffirmat bil-firma elettronika tal-operatur responsabbli mill-konsenja;

(c)

ikun iffirmat bil-firma elettronika avvanzata jew kwalifikata tal-ispettur uffiċjali:

(i)

jew fil-post tad-dħul magħżul; inkella

(ii)

fil-post magħżul għall-importazzjoni; inkella

(iii)

fil-post fejn isiru l-kontrolli, waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni stipulat fl-Artikolu 19(1);

(d)

ikollu fuqu s-siġill elettroniku avvanzat jew kwalifikat tal-awtorità kompetenti li tkun ħarġitu u li jkun jagħmel parti minnha l-ispettur uffiċjali;

(e)

ikun issiġillat b’siġill avvanzat jew kwalifikat mis-sistema Traces.

2.   Kull waħda mill-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ittimbrata b’timbru temporali kwalifikat.”;

(3)

inżdied Anness III ġdid, li t-test tiegħu jinsab fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika sat-13 ta’ Diċembru 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(2)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(3)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 tat-22 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi proċeduri għal kontrolli veterinarji f’postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri tal-Komunità fuq prodotti importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 21, 28.1.2004, p. 11).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 282/2004 tat-18 ta’ Frar 2004 li jintroduċi dokument għad-dikjarazzjoni, u kontroll veterinarju, fuq annimali minn pajjiżi terzi li deħlin fil-Komunità (ĠU L 49, 19.2.2004, p. 11).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 884/2014 tat-13 ta’ Awwissu 2014 li jimponi kundizzjonijiet speċjali għar-regolamentazzjoni tal-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel minn ċerti pajjiżi terzi minħabba r-riskju ta’ kontaminazzjoni bl-aflatossini u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1152/2009 (ĠU L 242, 14.8.2014, p. 4).

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-introduzzjoni tas-sistema Traces u li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63).

(10)  Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE, (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).

(12)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1506 tat-8 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet marbutin mal-formati tal-firem elettroniċi avvanzati u tas-siġilli avvanzati li għandhom jiġu rrikonoxxuti mill-entitajiet tas-settur pubbliku skont l-Artikoli 27(5) u 37(5) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (ĠU L 235, 9.9.2015, p. 37).


ANNESS I

Anness VI

PARTI 1

Noti ta’ gwida dwar id-dokument veterinarju komuni tad-dħul għall-prodotti - il-mudell 2 (CVED-P2)

Ġenerali

Il-Parti I trid timtela mid-dikjarant jew mill-persuna responsabbli mill-konsenja kif iddefinita fl-Artikolu 2(2)(e) tad-Direttiva 97/78/KE.

Il-Partijiet II u III jridu jimtlew mill-veterinarju uffiċjali jew mill-aġent uffiċjali maħtur (bħal fid-Deċiżjoni 93/352/KEE).

L-entrati speċifikati f’din il-Parti huma d-dizzjunarji tad-data għall-verżjoni elettronika tas-CVED-P2.

Il-kopji fuq il-karta ta’ CVED-P2 elettroniku jeħtieġ li jkollhom tikketta unika ottika li tinqara mill-magni u li twassal għall-verżjoni elettronika permezz ta’ iperlink.

Trid tagħżel kaxxa waħda fost il-Kaxxi I.20 sa I.25 u l-Kaxxi II.9 sa II.16; f’kull kaxxa trid tagħżel alternattiva waħda.

Meta kaxxa tippermettilek tagħżel aktar minn alternattiva waħda, l-alternattivi li tagħżel biss ikunu jidhru fil-verżjoni elettronika tas-CVED-P2.

Meta kaxxa ma tridx timtela bilfors, il-kontenut tagħha jiġi jidher bħala tipa ingassata.

Is-sekwenzi, id-daqs u l-forma tal-kaxxi fil-mudell tas-CVED-P2 huma indikattivi.

Meta jkun meħtieġ timbru, l-ekwivalent elettroniku tiegħu huwa siġill elettroniku.

PARTI I – DESKRIZZJONI TAL-KONSENJA

Kaxxa

Deskrizzjoni

I.1.

Konsenjatur/Esportatur

 

Semmi l-organizzazzjoni kummerċjali li qed tibgħat il-konsenja (fil-pajjiż terz).

I.2

Referenza tas-CVED

 

Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku allokat mit-TRACES (imtenni fil-Kaxxi II.2 u III.2).

I.3

Referenza lokali

 

Agħti l-kodiċi alfanumeriku uniku allokat mill-awtorità kompetenti.

I.4

Post ta’ spezzjoni fil-fruntiera

 

Agħżel isem il-Post ta’ Spezzjoni fil-Fruntiera (BIP).

Jekk ikun hemm CVED sussegwenti għal konsenja li ma tikkonformax, agħti isem l-unità tat-TRACES inkarigata mis-superviżjoni taż-żona libera, tal-maħżen liberu jew tal-maħżen tad-dwana fejn se tintbagħat u tinħażen il-konsenja.

I.5

Il-kodiċi tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera

 

Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku allokat mit-TRACES lill-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera.

I.6

Destinatarju/Importatur

 

Agħti l-indirizz tal-persuna jew tal-organizzazzjoni kummerċjali li jidher fuq iċ-ċertifikat tal-pajjiż terz. Jekk dan ma jkunx fuq iċ-ċertifikat, jista’ jintuża dak tad-destinatarju li jinsab fid-dokumenti kummerċjali rilevanti.

I.7

Post tad-destinazzjoni

 

Agħti l-indirizz destinatarju fl-Unjoni. Dan japplika kemm għall-prodotti li jikkonformaw, kif ukoll għal dawk li ma jikkonformawx (ara l-Kaxxa I.19).

I.8

Operatur responsabbli mill-konsenja

 

Din hija l-persuna ddefinita fl-Artikolu 2(2)(e) tad-Direttiva 97/78/KE (magħrufa wkoll bħala l-aġent jew id-dikjarant), li hija inkarigata mill-konsenja meta din titressaq fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera, u tagħmel id-dikjarazzjonijiet meħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti f’isem l-importatur: agħti l-isem u l-indirizz.

I.9

Dokumenti ta’ akkumpanjament

 

Ċertifikat/dokument veterinarju:

Data tal-ħruġ: Id-data li fiha ċ-ċertifikat/id-dokument ġie ffirmat mill-veterinarju uffiċjali jew mill-awtorità kompetenti.

Numru: Agħti n-numru uffiċjali uniku taċ-ċertifikat. Għall-prodotti minn stabbiliment jew bastiment approvat jew reġistrat, agħti l-isem u n-numru tal-approvazzjoni/reġistrazzjoni fejn rilevanti. Għat-tubi straw tal-embrijuni, tal-ova u tas-semen, agħti n-numru tal-identità tat-tim tal-ġbir approvat.

Referenza tad-dokument kummerċjali: in-numru tal-polza tal-vjeġġ bl-ajru, in-numru tal-polza tal-kargu jew in-numru kummerċjali tal-ferrovija jew tal-vettura tat-triq.

I.10

Avviż minn qabel

 

Agħti d-data u l-ħin meta hija mistennija li tasal il-konsenja fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera.

I.11

Pajjiż tal-oriġini

 

Dan jirreferi għall-pajjiż fejn ġie prodott, immanifatturat jew ippakkjat il-prodott finali.

I.12

Ma japplikax

I.13

Mezz tat-trasport

 

Agħti d-dettalji kollha tal-mezzi tat-trasport tal-wasla: fil-każ tal-inġenji tal-ajru, in-numru tat-titjira; għall-bastimenti, isem il-bastiment; għall-vetturi tat-triq, in-numru tat-targa, flimkien man-numru tat-trejler fejn hu rilevanti, għall-ferroviji, l-identità tat-tren u n-numru tal-vagun.

I.14

Pajjiż minn fejn intbagħtet il-konsenja

 

Dan jirreferi għall-pajjiż terz fejn tgħabbiet il-konsenja fuq il-mezz tat-trasport finali għall-vjaġġ lejn l-Unjoni.

I.15

Stabbiliment ta’ oriġini

 

Din il-kaxxa tista’ tintuża biex jiddaħħlu l-isem u l-indirizz (it-triq, il-belt u r-reġjun/il-provinċja/l-istat, skont ir-rilevanza), il-pajjiż u l-kodiċi ISO tal-pajjiż fejn jinsab(u) l-istabbiliment(i) tal-oriġini.

Meta japplika, agħti n-numru tar-reġistrazzjoni jew tal-approvazzjoni.

I.16

Kundizzjonijiet tat-trasport

 

Agħżel it-temperatura xierqa għat-trasport.

I.17

Nru tal-kontejner/tas-siġill

 

Agħti n-numri tal-identifikazzjoni tas-siġilli u tal-kontejners kollha meta rilevanti.

Għas-siġill uffiċjali, agħti n-numru uffiċjali tas-siġill kif indikat fiċ-ċertifikat uffiċjali u mmarka “siġill uffiċjali” jew indika xi siġill ieħor skont dak li hemm imsemmi fid-dokumenti ta’ akkumpanjament.

I.18

Iċċertifikat bħala jew għal

 

Immarka l-kategorija li qed tiġi ppreżentata għaliha l-konsenja: konsum mill-bniedem, għalf, użu farmaċewtiku, użu tekniku jew użu ieħor.

I.19

Konformità tal-prodotti

 

Immarka “jikkonforma” għall-prodotti kollha li se jkunu ppreżentati għaċ-ċirkolazzjoni libera fis-suq intern, anki dawk li huma aċċettabbli iżda li se jkunu ssoġġettati għal proċedura direzzjonali, u dawk li wara li ngħataw l-approvazzjoni veterinarja bħala aċċettabbli għaċ-ċirkolazzjoni libera, jista’ jkun li jinħażnu taħt il-kontroll tad-dwana, u jingħataw l-approvazzjoni doganali aktar tard, jew fl-uffiċċju doganali li jiddependi minnu ġeografikament il-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera, inkella f’xi post ieħor.

Immarka “ma jikkonformax” għal dawk il-prodotti li ma’ jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-UE u li huma ddestinati għaż-żoni liberi, għall-imħażen liberi, għall-fornituri marittimi, għall-bastimenti, inkella għat-tranżitu lejn pajjiż terz (ara l-Kaxxi 22 u 24).

I.20

Għat-trasbord lejn

 

Immarka din il-kaxxa jekk il-konsenja mhijiex se tiġi importata f’dan il-BIP iżda se tkompli l-vjaġġ tagħha fuq bastiment jew inġenju tal-ajru ieħor, jew biex tiġi importata fl-UE fit-tieni post ta’ spezzjoni fil-fruntiera, jew f’post ta’ spezzjoni fil-fruntiera sussegwenti fl-UE jew fiż-ŻEE, inkella tkun iddestinata lejn pajjiż terz.

Agħti isem u l-kodiċi alfanumeriku uniku assenjat mit-TRACES tat-tieni BIP u ta’ kull BIP sussegwenti, jew isem il-pajjiż terz ta’ destinazzjoni u l-kodiċi ISO tal-pajjiż.

I.21

Ma japplikax

I.22

Għat-tranżitu lejn

 

Immarka din il-kaxxa għall-konsenji li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-UE u li huma ddestinati għal pajjiż terz permezz ta’ tranżitu bit-triq, bil-ferrovija jew fuq l-ilma fl-Istat tal-UE jew taż-ŻEE.

Agħti isem il-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera minn fejn il-prodotti se joħorġu mill-UE (BIP tal-ħruġ) u l-kodiċi alfanumeriku uniku assenjat mit-TRACES.

Agħti isem il-pajjiż terz ta’ destinazzjoni u l-kodiċi ISO tal-pajjiż.

I.23

Għas-suq intern

 

Immarka din il-kaxxa għall-konsenji li qegħdin jiġu ppreżentati għad-distribuzzjoni fis-suq uniku.

Dan japplika wkoll għall-konsenji li, wara li ngħataw l-approvazzjoni veterinarja bħala aċċettabbli għaċ-ċirkolazzjoni libera, jistgħu jinħażnu taħt kontroll doganali, u jiġu żdoganati aktar tard, jew fl-uffiċċju doganali li minnu jiddependi ġeografikament il-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera, jew f’post ieħor.

I.24

Għall-prodotti li ma jikkonformawx

 

Agħżel it-tip ta’ destinazzjoni fejn se titwassal il-konsenja u tinħażen taħt kontroll veterinarju: żona libera, maħżen liberu, maħżen doganali jew fornitur marittimu.

I.25

Għad-dħul mill-ġdid

 

Dan jirreferi għall-konsenji li joriġinaw mill-UE u li ma ġewx aċċettati jew ma’ ddaħħlux f’pajjiż terz u qed jintbagħtu lura lejn l-istabbiliment tal-oriġini fl-UE.

I.26

Ma japplikax

I.27

Mezz tat-trasport wara l-BIP

 

Agħżel il-mezz tat-trasport rilevanti għall-prodotti soġġetti għat-trasbord jew għad-dħul mill-ġdid għall-prodotti li ma jikkonformawx li jkunu fit-tranżitu (ara n-nota ta’ gwida fil-Kaxxa I.13).

I.28

Ma japplikax

 

Ma japplikax.

I.29

Ma japplikax

 

Ma japplikax.

I.30

Ma japplikax

I.31

Deskrizzjoni tal-konsenja

 

Indika l-ispeċi tal-annimal, it-trattament li għaddew minnu l-prodotti u l-għadd u t-tip tal-pakketti li jiffurmaw il-konsenja, eż. 50 kaxxa ta’ 2 kg, jew l-għadd ta’ kontenituri.

Bħala minimu agħti l-ewwel erba’ ċifri tal-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) rilevanti stabbilita skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 kif ġie emendat l-aħħar. Dawn il-kodiċijiet huma elenkati wkoll fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE (u huma ekwivalenti għall-intestaturi tas-Sistema Armonizzata). Fil-każ tal-prodotti tas-sajd biss, meta jkun hemm ċertifikat wieħed ma’ konsenja waħda li jkun fiha prodotti primarji b’aktar minn kodiċi wieħed tas-Sistema Armonizzata, il-kodiċijiet addizzjonali jistgħu jiddaħħlu b’nota fis-CVED skont ir-rilevanza.

I.32

Għadd totali ta’ pakketti

 

Indika l-għadd totali ta’ pakketti fil-konsenja, meta rilevanti.

I.33

Kwantità totali

 

Indika l-għadd totali tat-tubi straw għas-semen, għall-ovi u għall-embrijuni, fejn rilevanti.

I.34

Piż nett totali/piż gross totali (f’kg)

 

Piż nett: il-piż tal-prodott f’kg, mingħajr il-piż tal-pakkett. Dan huwa ddefinit bħala l-massa tal-prodotti waħedhom, mingħajr kontenituri immedjati jew imballaġġ ieħor.

Piż gross: il-piż b’kollox f’kg. Dan huwa ddefinit bħala l-massa aggregata tal-prodotti u tal-kontenituri immedjati u l-imballaġġ tagħhom mingħajr il-piż tal-kontejners tat-trasport u ta’ tagħmir ieħor tat-trasport.

I.35

Dikjarazzjoni

 

Id-dikjarazzjoni trid tkun iffirmata mill-persuna fiżika responsabbli mill-konsenja:

Jiena, il-persuna sottoskritta responsabbli mill-konsenja li d-dettalji tagħha ngħataw hawn fuq, niċċertifika li fl-aħjar għarfien u twemmin tiegħi, id-dikjarazzjonijiet li saru fil-Parti I ta’ dan id-dokument huma veri u sħaħ, u naċċetta li nikkonforma mar-rekwiżiti tad-Direttiva 97/78/KE, inkluż li nħallas tal-verifiki veterinarji, inħallas biex nerġa’ nieħu pussess ta’ kull konsenja li ma tiġix aċċettata wara tranżitu mill-UE lejn pajjiż terz [l-Artikolu 11(1)(c)] jew inħallas l-ispejjeż biex dawn jinqerdu fejn ikun hemm bżonn.


PARTI II – KONTROLLI

Kaxxa

Deskrizzjoni

II.1.

CVED preċedenti

 

Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku allokat mit-TRACES għad-dokument veterinarju komuni tad-dħul li ntuża qabel it-trasbord.

II.2

Referenza tas-CVED

 

Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku indikat fil-Kaxxa I.2.

II.3

Verifika tad-dokumenti

 

Trid timtela għall-konsenji kollha.

II.4

Verifika tal-identità

 

Immarka “verifika tas-siġill” meta l-kontenituri ma jkunux miftuħin u s-siġill jiġi kkontrollat biss skont l-Artikolu 4(4)(a)(i) tad-Direttiva 97/78/KE.

Immarka “le” meta l-prodotti jkunu trasbordati minn post ta’ spezzjoni fil-fruntiera wieħed għal ieħor.

II.5

Verifika fiżika

 

“Verifiki mnaqqsin” tirreferi għar-reġim stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/360/KEE meta l-konsenja ma tkunx intgħażlet għall-verifika fiżika iżda tkun meqjusa li ġiet ivverifikata b’mod sodisfaċenti permezz tal-verifiki tad-dokumenti u tal-identità biss.

“Ieħor” tirreferi għall-proċedura ta’ importazzjoni mill-ġdid; għall-prodotti diretti, għat-trasbord, għat-tranżitu jew għall-proċeduri tal-Artikoli 12 u 13. Dawn id-destinazzjonijiet jistgħu jiġu dedotti mill-kaxxi l-oħrajn.

II.6

Test tal-laboratorju

 

Agħżel il-kategorija tas-sustanza jew tal-patoġenu li qed titwettaq il-proċedura investigattiva minħabba fiha/fih.

“Aleatorju” tindika teħid ta’ kampjuni fejn il-konsenja ma tinżammx lura sakemm joħroġ ir-riżultat, f’liema każ l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni trid tiġi avżata fit-TRACES (ara l-Artikolu 8 tad-Direttiva 97/78/KE). “Suspett” jinkludi każi meta l-konsenja tkun inżammet sakemm joħroġ riżultat favorevoli, jew tiġi ttestjata minħabba avviż preċedenti mis-sistema ta’ twissija rapida għall-ikel u l-għalf (RASFF), jew tiġi ttestjata minħabba li tkun qed tittieħed miżura ta’ salvagwardja.

II.7

Ma japplikax

II.8

Ma japplikax

II.9

Aċċettabbli għat-trasbord

 

Immarka din il-kaxxa jekk il-konsenja mhijiex se tiġi importata f’dan il-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera iżda se tkompli l-vjaġġ tagħha fuq bastiment jew inġenju tal-ajru ieħor, jew biex tiġi importata fl-UE fit-tieni BIP, jew f’BIP sussegwenti fl-UE jew fiż-ŻEE, inkella tkun iddestinata lejn pajjiż terz (Ara l-Artikolu 9 tad-Direttiva 97/78/KE u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/215/UE (1)).

II.10

Ma japplikax

II.11

Aċċettabbli għat-tranżitu

 

Immarka din il-kaxxa meta jkun aċċettabbli li l-konsenji li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-UE jintbagħtu lejn pajjiż terz permezz ta’ tranżitu bit-triq, bil-ferrovija jew fuq l-ilma, mill-Istat rilevanti tal-UE jew taż-ŻEE. Dan irid jitwettaq taħt kontroll veterinarju skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE u d-Deċiżjoni 2000/208/KE.

II.12

Aċċettabbli għas-suq intern

 

Din il-kaxxa trid tintuża għall-konsenji kollha li huma approvati għaċ-ċirkolazzjoni libera fis-suq uniku.

Trid tintuża wkoll għall-konsenji li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-UE iżda li għal raġunijiet finanzjarji ma jiġux żdoganati minnufih fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera, iżda jkunu qegħdin jinħażnu taħt il-kontroll doganali f’maħżen doganali, jew ikunu se jiġu żdoganati aktar tard u/jew f’destinazzjoni separata ġeografikament.

II.13

Aċċettabbli għall-monitoraġġ

 

Għall-użu meta l-konsenji jkunu ġew aċċettati iżda jkunu jridu jiġu diretti lejn destinazzjoni speċifika stabbilita fl-Artikoli 8 jew 15 tad-Direttiva 97/78/KE.

II.14

Aċċettabbli bħala prodotti mhux konformi

 

Uża għall-konsenji kollha li ma jikkonformawx li huma ddestinati jinġarru lejn imħażen approvati skont l-Artikolu 12(4) jew jinħażnu fihom, inkella biex jinġarru lejn operaturi awtorizzati skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE.

II.15

Ma japplikax

II.16

Mhux aċċettabbli

 

Meta l-importazzjoni tkun rifjutata, indika biċ-ċar il-proċess sussegwenti li jrid jitwettaq.

Agħti d-data għat-tlestija tal-azzjoni proposta.

L-indirizz tal-istabbiliment tad-destinazzjoni jrid jitniżżel fil-Kaxxa II.18.

II.17

Raġuni għar-rifjut

 

Immarka l-kaxxa rilevanti.

II.18

Dettalji tad-destinazzjonijiet tal-kontroll

 

Agħti, skont ir-rilevanza, in-numru tal-approvazzjoni u l-indirizz (jew isem il-bastiment u l-port) għad-destinazzjonijiet kollha fejn hu meħtieġ aktar kontroll veterinarju tal-konsenja.

II.19

Konsenja ssiġillata mill-ġdid

 

Uża din il-kaxxa meta s-siġill oriġinali rreġistrat fuq konsenja jkun tħassar mal-ftuħ tal-kontejner. Trid tinżamm lista kkonsolidata tas-siġilli kollha li jkunu ntużaw għal dan l-iskop.

II.20

Identifikazzjoni tal-BIP

 

Fil-każ ta’ konsenji li ma jkunux konformi applika t-timbru uffiċjali tal-BIP jew tal-awtorità kompetenti.

II.21

Uffiċjal li jiċċertifika

 

Il-firma tal-veterinarju, jew fil-każ tal-portijiet li jittrattaw biss il-ħut, tal-aġent uffiċjali maħtur kif stabbilit fid-Deċiżjoni 93/352/KEE:

Jiena, il-veterinarju uffiċjali jew l-aġent uffiċjali maħtur hawn sottoskritt, niċċertifika li l-verifiki veterinarji fuq din il-konsenja twettqu skont ir-rekwiżiti tal-UE.

II.22

Miżati tal-ispezzjoni

 

Għall-użu intern.

II.23

Referenza tad-dokument tad-dwana

 

Għall-użu mis-servizzi tad-dwana, jekk ikun hemm bżonn.

II.24

CVED sussegwenti

 

Indika l-kodiċi alfanumeriku uniku assenjat mit-TRACES għas-CVED li ntuża biex jiddokumenta l-verifiki wara t-trasbord.


PARTI III – SEGWITU

Kaxxa

Deskrizzjoni

III.1

CVED preċedenti

Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku indikat fil-Kaxxa II.1.

III.2

Referenza tas-CVED

Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku indikat fil-Kaxxa I.2.

III.3

CVED sussegwenti

Indika l-kodiċi alfanumeriku ta’ CVED wieħed jew iżjed indikati fil-Kaxxa II.24.

III.4

Dettalji dwar l-ispedizzjoni lura

Indika l-mezz tat-trasport li ntuża, id-dettalji tal-identifikazzjoni tiegħu, isem il-BIP tal-ħruġ, il-pajjiż tad-destinazzjoni u d-data tal-ispedizzjoni lura malli dawn ikunu magħrufa.

III.5

Segwitu mwettaq minn

Indika, skont ir-rilevanza, l-awtorità inkarigata biex tiċċertifika l-wasla u l-konformità tal-konsenja kkonċernata mis-CVED.

III.6

Uffiċjal li jiċċertifika

Dan jirreferi għall-firma tal-uffiċjal responsabbli fil-każ ta’ spedizzjoni lura u s-segwitu tal-konsenji.

PARTI 2

Mudell tas-CVED-P2

Image 1

Image 2

Image 3

Image 4


(1)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ April 2011 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE dwar it-trasbord fil-post tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera fejn jiddaħħlu l-kunsinni ta’ prodotti maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni jew għal pajjiżi terzi (ĠU L 90, 6.4.2011, p. 50).


ANNESS II

ANNESS III

PARTI 1

Noti ta’ gwida dwar id-dokument veterinarju komuni tad-dħul għall-annimali - il-mudell 2 (CVED-A2)

Ġenerali

L-entrati speċifikati fil-Parti I jikkostitwixxu d-dizzjunarji tad-data għall-verżjoni elettronika tas-CVED-A2.

Il-kopji fuq il-karta ta’ CVED-A2 elettroniku jeħtieġ li jkollhom tikketta unika ottika li tinqara mill-magni u li twassal għall-verżjoni elettronika permezz ta’ iperlink.

Trid tagħżel kaxxa waħda fost il-Kaxxi I.20 sa I.26 u l-Kaxxi II.9 sa II.16; f’kull kaxxa trid tagħżel alternattiva waħda.

Meta kaxxa tippermettilek tagħżel aktar minn alternattiva waħda, l-alternattivi li tagħżel biss ikunu jidhru fil-verżjoni elettronika tas-CVED-A2.

Meta kaxxa ma tridx timtela bilfors, il-kontenut tagħha jiġi jidher bħala tipa ingassata.

Is-sekwenzi, id-daqs u l-forma tal-kaxxi fil-mudell tas-CVED-A2 huma indikattivi.

Meta jkun meħtieġ timbru, l-ekwivalent elettroniku tiegħu huwa siġill elettroniku.

PARTI I – DESKRIZZJONI TAL-KONSENJA

Kaxxa

Deskrizzjoni

I.1.

Konsenjatur/Esportatur

 

Indika l-organizzazzjoni kummerċjali li qed tibgħat il-konsenja (fil-pajjiż terz).

I.2

Referenza tas-CVED

 

Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku allokat mit-TRACES (imtenni fil-Kaxxi II.2 u III.2).

I.3

Referenza lokali

 

Agħti l-kodiċi alfanumeriku uniku allokat mill-awtorità kompetenti.

I.4

Post ta’ spezzjoni fil-fruntiera

 

Agħżel isem il-Post ta’ Spezzjoni fil-Fruntiera (BIP).

I.5

Il-kodiċi tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera

 

Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku allokat mit-TRACES lill-BIP (ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali).

I.6

Destinatarju/Importatur

 

Agħti l-indirizz tal-persuna jew tal-organizzazzjoni kummerċjali li jidher fuq iċ-ċertifikat tal-pajjiż terz. Dawn id-dettalji kollha huma obbligatorji.

I.7

Post tad-destinazzjoni

 

Post fejn jittieħdu l-annimali għall-ħatt finali (mingħajr ma jingħaddu l-postijiet ta’ kontroll) u fejn se jinżammu f’konformità mar-regoli attwali.

Agħti l-isem, il-pajjiż, l-indirizz u l-kodiċi postali.

Il-post tad-destinazzjoni jista’ jkun l-istess fejn jinsab id-destinatarju.

I.8

Operatur responsabbli mill-konsenja

 

Din hija l-persuna (magħrufa wkoll bħala l-aġent jew id-dikjarant) li hija inkarigata mill-konsenja meta din titressaq fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera, u li tagħmel id-dikjarazzjonijiet meħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti f’isem l-importatur: agħti l-isem u l-indirizz.

Din il-persuna hija meħtieġa tavża lill-BIP f’konformità mal-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 91/496/KEE.

Il-persuna responsabbli mill-konsenja u d-destinatarju jistgħu jkunu l-istess persuna.

I.9

Dokumenti ta’ akkumpanjament

 

Numru: agħti n-numru uffiċjali uniku taċ-ċertifikat.

Data tal-ħruġ: din hija d-data li fiha ċ-ċertifikat/id-dokument ġie ffirmat mill-veterinarju uffiċjali jew mill-awtorità kompetenti.

Dokumenti ta’ akkumpanjament: dan jikkonċerna b’mod prinċipali ċerti tipi ta’ żwiemel (il-passaport taż-żwiemel), dokumenti żootekniċi jew permessi tas-CITES.

Referenza tad-dokument kummerċjali: in-numru tal-polza tal-vjeġġ bl-ajru, in-numru tal-polza tal-kargu jew in-numru kummerċjali tal-ferrovija jew tal-vettura tat-triq.

I.10

Avviż minn qabel

 

Agħti d-data u l-ħin ta’ meta huma mistennija li jaslu l-konsenji fil-BIP.

L-importaturi jew ir-rappreżentanti tagħhom huma meħtieġa (skont l-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 91/496/KEE) li jibagħtu avviż jum tax-xogħol wieħed qabel ma jaslu l-annimali, li jispeċifika l-għadd, in-natura u l-ħin tal-wasla mistenni, lill-persunal veterinarju tal-BIP fejn se jiġu ppreżentati l-annimali.

I.11

Pajjiż tal-oriġini

 

Dan ifisser il-pajjiż fejn l-annimali kienu għaż-żmien meħtieġ (tliet xhur fil-każ tal-annimali bovini, tal-ħnieżer, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tal-ekwidi maħsubin għall-iskarnar; u fil-każ tal-ekwidi reġistrati u l-ekwidi u l-pollam tat-tnissil, tat-tismin, u miżmuma għall-produzzjoni; sitt xhur fil-każ tal-bovini u l-ħnieżer tat-tnissil u miżmuma għall-produzzjoni; u fil-każ tan-nagħaġ u l-mogħoż tat-tnissil, tat-tismin u miżmuma għall-produzzjoni).

Għaż-żwiemel li jidħlu mill-ġdid, dan ifisser l-aħħar pajjiż li ntbagħtu minnu

I.12

Reġjun tal-oriġini

 

Ir-reġjun li fih l-annimali damu l-istess perjodu bħal dak speċifikat għall-pajjiż: dan huwa rekwiżit għal dawk il-pajjiżi biss li huma maqsumin f’reġjuni u li minnhom l-importazzjonijiet huma awtorizzati biss minn parti waħda jew minn xi partijiet tal-pajjiż ikkonċernat. Il-kodiċijiet reġjonali ngħataw fir-regoli rilevanti.

I.13

Mezz tat-trasport

 

Agħti d-dettalji tal-mezz tat-trasport lejn il-BIP:

Il-mod tat-trasport (bl-ajru, bil-baħar, bil-ferrovija jew bit-triq).

L-identifikazzjoni tal-mezz tat-trasport: għat-trasport bl-ajru, in-numru tat-titjira; għat-trasport bil-baħar, isem il-bastiment; għat-trasport bil-ferrovija, in-numru tat-tren u tal-vagun, u għat-trasport bit-triq, in-numru tar-reġistrazzjoni tal-vettura u n-numru tat-trejler jekk jintuża wieħed.

I.14

Ma japplikax

I.15

Stabbiliment ta’ oriġini

 

Din il-kaxxa tista’ tintuża biex jiddaħħlu l-isem u l-indirizz (it-triq, il-belt u r-reġjun/il-provinċja/l-istat, skont ir-rilevanza), il-pajjiż u l-kodiċi ISO tal-pajjiż fejn jinsab(u) l-istabbiliment(i) tal-oriġini.

Meta japplika, agħti n-numru tar-reġistrazzjoni jew tal-approvazzjoni.

I.16

Ma japplikax

I.17

Nru tal-kontejner/tas-siġill

 

Agħti n-numri tal-identifikazzjoni tas-siġilli u tal-kontejners kollha meta rilevanti.

Għas-siġill uffiċjali, agħti n-numru uffiċjali tas-siġill kif indikat fiċ-ċertifikat uffiċjali u mmarka “siġill uffiċjali” jew indika xi siġill ieħor skont dak li hemm imsemmi fid-dokumenti ta’ akkumpanjament.

I.18

Iċċertifikat bħala jew għal

 

Agħti l-informazzjoni kif indikat fiċ-ċertifikat skont ir-regoli stipulati.

“Korp approvat skont id-Direttiva 92/65/KEE” ifisser korp, istitut jew ċentru rikonoxxut uffiċjalment. “Kwarantina” tirreferi għar-Regolament (UE) Nru 139/2013 (1) għal ċerti għasafar u għad-Direttiva 92/65/KE għall-għasafar, għall-qtates u għall-klieb. “Ripożizzjoni” tapplika għall-molluski. “Oħrajn” tfisser għal użi li mhumiex elenkati xi mkien ieħor f’din il-klassifikazzjoni.

I.19

Ma japplikax

I.20

Għat-trasbord

 

Uża din il-kaxxa f’konformità mal-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 91/496/KEE, meta konsenja ma tkunx se tiġi importata minn dan il-BIP u l-annimali jkunu se jkomplu l-vjaġġ tagħhom bil-baħar jew bl-ajru fl-istess bastiment jew ajruplan, lejn BIP ieħor għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea jew fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Indika n-numru tal-unità assenjat mit-TRACES – ara l-Kaxxa I.5.

Din il-kaxxa tista’ tintuża wkoll meta l-annimali jaslu fl-UE jew fiż-ŻEE minn pajjiż terz fi triqthom lejn pajjiż terz ieħor abbord l-istess ajruplan jew bastiment.

I.21

Ma japplikax

I.22

Għat-tranżitu lejn

 

Dan ifisser tranżitu mill-UE/ŻEE ta’ annimali minn pajjiż terz li jkunu ddestinati għal pajjiż terz ieħor f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 91/496/KEE. Agħti l-kodiċi ISO tal-pajjiż terz ta’ destinazzjoni.

BIP tal-ħruġ: isem il-BIP li minnu l-annimali se jitilqu mill-UE.

I.23

Għas-suq intern

 

Immarka din il-kaxxa meta l-konsenji jkunu maħsubin għat-tqegħid fis-suq tal-Unjoni.

I.24

Ma japplikax

I.25

Għad-dħul mill-ġdid

 

Id-dħul mill-ġdid japplika biss għaż-żwiemel reġistrati għat-tiġrijiet, għall-kompetizzjonijiet u għall-avvenimenti kulturali wara esportazzjoni temporanja (ir-Regolament (UE) 2018/659 (2)).

I.26

Għad-dħul temporanju

 

Id-dħul temporanju japplika biss għaż-żwiemel irreġistrati. Indika l-punt tal-ħruġ u d-data tal-ħruġ (din trid tkun inqas minn 90 jum wara d-dħul).

I.27

Mezz tat-trasport wara l-BIP

 

Semmi l-mod ta’ trasportazzjoni li se jintuża wara li l-konsenja tkun għaddiet mill-BIP u agħti d-dettalji (ara n-nota ta’ gwida fil-Kaxxa I.13).

“Oħrajn” tfisser mezzi tat-trasport li mhumiex koperti mir-Regolament (KE) Nru 1/2005 (3) dwar it-trattament xieraq tal-annimali fit-trasportazzjoni.

I.28

Trasportatur

 

F’konformità mar-regoli dwar it-trattament xieraq tal-annimali, agħti n-numru tal-approvazzjoni tat-trasportatur, u fil-każ tat-trasportazzjoni bl-ajru jekk jogħġbok ħu ħsieb taċċerta li l-kumpanija hija membru tal-IATA.

I.29

Data tat-tluq

 

Din il-kaxxa tista’ tintuża biex tindika d-data u l-ħin tat-tluq stmati mill-BIP.

I.30

Reġistru tal-Vjaġġ

 

Meta jkun hemm pjan tar-rotta ppreżentat biex jakkompanja lill-annimali skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1/2005, semmih.

I.31

Deskrizzjoni tal-konsenja

 

Speċi: semmi l-ispeċi tal-annimal billi tagħti l-isem komuni u r-razza fejn rilevanti.

Għall-animali mhux domestiċi (b’mod partikolari dawk iddestinati għaż-żoos għall-eżibizzjonijiet jew għall-istituti tar-riċerka) agħti l-isem xjentifiku.

I.32

Għadd totali ta’ pakketti

 

Agħti l-għadd ta’ kaxxi, gaġeġ jew stalel li fihom qed jiġu ttrasportati l-annimali.

I.33

Kwantità totali

 

Agħti l-għadd jew il-piż f’kilogrammi kif iddikjarat fiċ-ċertifikat veterinarju jew fid-dokumenti l-oħrajn

I.34

Piż nett totali/piż gross totali (f’kg)

 

Din il-kaxxa tista’ tintuża biex:

Tindika l-piż nett totali (jiġifieri l-massa tal-annimali waħedhom, mingħajr il-kontenituri immedjati jew xi imballaġġi oħra tagħhom);

Indika l-piż gross totali (jiġifieri l-massa aggregata u l-kontenituri immedjati u l-imballaġġi kollha tagħhom, iżda mingħajr il-kontejners tat-trasport u tagħmir ieħor tat-trasport).

I.35

Dikjarazzjoni

 

Jiena, il-persuna sottoskritta responsabbli mill-konsenja li d-dettalji tagħha ngħataw hawn fuq, niċċertifika li fl-aħjar għarfien u twemmin tiegħi, id-dikjarazzjonijiet li saru fil-Parti I ta’ dan id-dokument huma veri u sħaħ, u naċċetta li nikkonforma mar-rekwiżiti legali tad-Direttiva 91/496/KEE, inkluż li nħallas il-verifiki veterinarji, u nħallas biex il-konsenji jintbagħtu lura, inħallas għall-kwarantina jew l-iżolament tal-annimali, jew inħallas l-ispejjeż tal-ewtanażja u tad-disponiment jekk ikun hemm bżonn.

Din tikkommetti lill-firmatarju li jaċċetta li jieħu lura l-konsenji li jkunu fit-tranżitu u li jirrifjuta li jdaħħalhom pajjiż terz.


PARTI II – KONTROLLI

Kaxxa

Deskrizzjoni

II.1.

CVED preċedenti

 

Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku allokat mit-TRACES lis-CVED meta konsenja tkun maqsuma jew fil-każ tat-trasbord (meta jsiru l-kontrolli uffiċjali), tas-sostituzzjoni jew tal-kanċellazzjoni.

II.2

Referenza tas-CVED

 

Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku indikat fil-Kaxxa I.2.

II.3

Verifika tad-dokumenti

 

Trid timtela għall-konsenji kollha. Dawn jinkludu wkoll verifika tal-konformità mar-rekwiżiti nazzjonali tkun xi tkun id-destinazzjoni finali. Id-dokumenti meħtieġa għal din il-verifika jingħataw mill-importatur jew mir-rappreżentant tal-importatur.

II.4

Verifika tal-identità

 

Qabbel maċ-ċertifikati u mad-dokumenti oriġinali.

Deroga: immarka din il-kaxxa meta l-annimali jkunu qegħdin jiġu trasbordati minn post ta’ spezzjoni fil-fruntiera għal ieħor, u ma jkunux għaddew minn kontroll tal-identità skont l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 91/496/KEE.

II.5

Verifika fiżika

 

Din tinkludi l-eżitu tal-eżaminazzjoni klinika, u l-mortalità u l-morbidità tal-annimali.

Deroga: immarka din il-kaxxa meta l-annimali jkunu qed jiġu ttrasbordati minn post ta’ spezzjoni fil-fruntiera għal ieħor u ma jkunux għaddew minn verifika fiżika skont l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 91/496/KEE. Din il-kaxxa trid tintuża wkoll għall-ispeċijiet ta’ annimali li mhumiex elenkati fl-Anness A tad-Direttiva 90/425/KEE li jiġu importati f’BIP ta’ Stat Membru li ma jkunx id-destinazzjoni finali u li l-verifiki fiżiċi tagħhom ikunu jridu jsiru fil-post tad-destinazzjoni finali f’konformità mal-Artikolu 8(A)(1)(b)(ii) tad-Direttiva 91/496/KEE.

II.6

Test tal-laboratorju

 

It-testijiet saru għal: semmi l-kategorija tas-sustanza jew tal-patoġenu li twettqet il-proċedura investigattiva minħabba fiha/fih.

“Fuq bażi aleatorja” tindika kampjunar ta’ kull xahar skont id-Deċiżjoni 97/794/KE.

“Abbażi ta’ suspetti” tinkludi każijiet meta jkun hemm suspett li l-annimali jkollhom xi marda jew juru sinjali ta’ mard jew jiġu ttestjati skont id-dispożizzjonijiet ta’ salvagwardja fis-seħħ.

Pendenti: immarka jekk l-annimali ma ntbagħtux sakemm jaslu r-riżultati

II.7

Kontroll tat-trattament xieraq

 

Iddeskrivi l-kundizzjonijiet tat-trasport u l-istat ta’ benessri tal-annimali mal-wasla.

Deroga: immarka din il-kaxxa meta l-annimali jkunu qegħdin jiġu trasbordati minn BIP għal ieħor, u ma jkunux għaddew minn kontroll tat-trattament xieraq tal-annimali.

II.8

Impatt tat-trasportazzjoni fuq l-annimali

 

Semmi kemm mietu annimali, kemm hemm annimali li mhumiex fi stat li jivvjaġġaw u kemm kien hemm annimali nisa li weldu jew li korrew waqt it-trasportazzjoni. Fil-każ ta’ annimali li jintbagħtu għadd kbir minnhom (flieles ta’ ġurnata, ħut, molluski, eċċ.) agħti stima tal-għadd ta’ annimali mejtin jew mhux f’sikithom kif rilevanti.

II.9

Aċċettabbli għat-trasbord

 

Imla fejn rilevanti biex tindika l-aċċettabbiltà għat-trasbord kif iddefinit fil-kaxxa. I.20.

II.10

Ma japplikax

II.11

Aċċettabbli għat-tranżitu

 

Imla billi tindika l-Istati Membri ta’ tranżitu skont il-pjan tar-rotta fejn hu rilevanti

II.12

Aċċettabbli għas-suq intern

 

Imla kif jixraq jekk l-annimali qed jintbagħtu lejn destinazzjoni kkontrollata (biċċerija, korp jew kwarantina uffiċjalment approvati kif iddefinit fil-Kaxxa I.18) awtorizzati għall-importazzjoni b’kundizzjonijiet speċjali.

II.13

Ma japplikax

II.14

Ma japplikax

II.15

Aċċettabbli għad-dħul temporanju

 

Din il-kaxxa tapplika biss għaż-żwiemel reġistrati. Dawn huma awtorizzati li jibqgħu fit-territorju tal-UE/taż-ŻEE biss sad-data speċifikata fil-Kaxxa I.26, u dan il-perjodu ma jistax ikun itwal minn 90 jum.

II.16

Mhux aċċettabbli

 

Uża din il-kaxxa għall-konsenji li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-UE jew li jkunu suspetti.

Fejn tkun rifjutata l-importazzjoni, indika b’mod ċar il-proċedura li trid tiġi segwita. “Skarnar” tfisser li l-laħam tal-annimali jista’ jmur għall-konsum mill-bniedem jekk jgħaddi mill-ispezzjoni. “Ewtanażja” tfisser il-qerda jew l-eliminazzjoni tal-annimali u li l-laħam tagħhom ma jistax imur għall-konsum mill-bniedem.

II.17

Raġuni għar-rifjut

 

Imla kif xieraq biex iżżid l-informazzjoni rilevanti. Immarka l-kaxxa rilevanti.

“Nuqqas ta’ ċertifikat/ċertifikat mhux validu” tirreferi għal-liċenzji tal-importazzjoni jew għad-dokumenti ta’ tranżitu meħtieġa minn pajjiżi terzi jew minn Stati Membri.

II.18

Dettalji tad-destinazzjonijiet tal-kontroll

 

Agħti n-numru tal-approvazzjoni u l-indirizz, inkluż il-kodiċi postali għad-destinazzjonijiet fejn hi meħtieġa verifika veterinarja addizzjonali. Dan japplika għall-Kaxxi II.9, II.11, II.12 u II.15. Għall-Kaxxa II.15 agħti biss l-indirizz tal-ewwel stabbiliment. Għall-korpi sensittivi li jeħtieġ li jibqgħu anonimi, agħti n-numru assenjat tagħhom iżda tagħtix l-indirizz.

II.19

Konsenja ssiġillata mill-ġdid

 

Uża din il-kaxxa meta s-siġill oriġinali rreġistrat fuq konsenja jkun tħassar mal-ftuħ tal-kontejner. Trid tinżamm lista kkonsolidata tas-siġilli kollha li jkunu ntużaw għal dan l-iskop.

II.20

Identifikazzjoni tal-BIP

 

It-timbru uffiċjali tal-BIP jew tal-awtorità kompetenti

II.21

Uffiċjal li jiċċertifika

 

L-isem u l-firma tal-veterinarju uffiċjali, u d-data

II.22

Miżati tal-ispezzjoni

 

Għall-użu intern.

II.23

Referenza tad-dokument tad-dwana

 

Għall-użu mis-servizzi doganali biex iżidu xi informazzjoni rilevanti (eż. in-numru taċ-ċertifikat doganali T1 jew T5) meta l-konsenji jibqgħu taħt il-kontrolli doganali għal xi żmien. Din l-informazzjoni normalment tinżied wara l-firma tal-veterinarju.

II.24

CVED sussegwenti

 

Indika l-kodiċi alfanumeriku ta’ CVED sussegwenti wieħed jew iżjed.


PARTI III – SEGWITU

Kaxxa

Deskrizzjoni

III.1

CVED preċedenti

Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku indikat fil-Kaxxa II.1.

III.2

Referenza tas-CVED

Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku indikat fil-Kaxxa I.2.

III.3

CVED sussegwenti

Indika l-kodiċi alfanumeriku ta’ CVED wieħed jew iżjed indikati fil-Kaxxa II.24.

III.4

Dettalji dwar l-ispedizzjoni lura

Indika l-mezz tat-trasport l-intuża u l-identifikazzjoni tiegħu, il-pajjiż u l-kodiċi ISO tal-pajjiż.

Indika d-data tal-ispedizzjoni lura u l-isem tal-BIP tal-ħruġ, malli din l-informazzjoni tkun magħrufa.

III.5

Segwitu mwettaq minn

Indika l-awtorità inkarigata biex tiċċertifika l-wasla u l-konformità tal-konsenja kkonċernata fis-CVED: il-BIP tal-ħruġ, il-BIP tad-destinazzjoni finali jew l-unità ta’ kontroll.

Indika d-destinazzjoni ulterjuri u/jew ir-raġunijiet tan-nuqqas ta’ konformità jew għat-tibdil tal-istatus tal-annimali (eż. destinazzjoni mhux valida, ċertifikat nieqes jew mhux validu, nuqqas ta’ qbil bejn l-informazzjoni fid-dokumenti u l-annimali, identifikazzjoni nieqsa jew mhux valida, testijiet mhux sodisfaċenti, annimali suspettati, annimali mejtin, annimali mitlufin jew konverżjoni għal dħul permanenti).

III.6

Uffiċjal li jiċċertifika

Dan jirreferi għall-firma tal-uffiċjal tal-awtorità kompetenti li jiċċertifika fil-każ tal-ispedizzjoni lura u s-segwitu tal-konsenji.

PARTI 2

Mudell tas-CVED-A2

Image 5 Image 6 Image 7 Image 8 Image 9


(1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2013 tas-7 ta’ Jannar 2013 li tistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fl-Unjoni u l-kondizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom (ĠU L 47, 20.2.2013, p. 1).

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/659 tat-12 ta’ April 2018 dwar il-kundizzjonijiet biex jidħlu fl-Unjoni ekwidi ħajjin u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom (ĠU L 110, 30.4.2018, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1).


ANNESS III

ANNESS III

PARTI 1

Noti ta’ gwida dwar id-dokument komuni tad-dħul - il-mudell 2 (CED2)

Ġenerali

Il-Parti I trid timtela mill-operatur ta’ negozju tal-ikel u tal-għalf jew mir-rappreżentant tiegħu, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor.

Il-Partijiet II u III jridu jimtlew mill-awtorità kompetenti.

L-entrati speċifikati f’din il-Parti huma d-dizzjunarji tad-data għall-verżjoni elettronika tas-CED2.

Il-kopji fuq il-karta ta’ CED2 elettroniku jeħtieġ li jkollhom tikketta unika ottika li tinqara mill-magni u li twassal għall-verżjoni elettronika permezz ta’ iperlink.

Meta kaxxa tippermettilek tagħżel aktar minn alternattiva waħda, l-alternattivi li tagħżel biss ikunu jidhru fil-verżjoni elettronika tas-CED2.

Meta kaxxa ma tridx timtela bilfors, il-kontenut tagħha jiġi jidher bħala tipa ingassata.

Is-sekwenzi, id-daqs u l-forma tal-kaxxi fil-mudell tas-CED2 huma indikattivi.

Meta jkun meħtieġ timbru, l-ekwivalent elettroniku tiegħu huwa siġill elettroniku.

PARTI I – DESKRIZZJONI TAL-KONSENJA

Kaxxa

Deskrizzjoni

I.1.

Konsenjatur/Esportatur

 

Indika l-isem u l-indirizz sħiħ tal-persuna ġuridika jew fiżika (l-operatur tan-negozju tal-ikel u tal-għalf) li qed jibgħat il-konsenja. Huwa rakkomandat li jingħataw in-numri tat-telefown u tal-faks jew l-indirizz tal-posta elettronika.

I.2

Referenza tas-CED

 

Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku allokat mit-TRACES (imtenni fil-Kaxxi II.2 u III.2).

I.3

Referenza lokali

 

Agħti l-kodiċi alfanumeriku uniku allokat mill-awtorità kompetenti.

I.4

Punt tad-dħul magħżul

 

Agħżel isem il-punt tad-dħul magħżul (DPE) jew isem il-post tal-kontroll fejn rilevanti.

I.5

Kodiċi tal-punt tad-dħul magħżul

 

Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku allokat mit-TRACES lill-punt tad-dħul magħżul jew lill-post tal-kontroll, skont liema japplika.

I.6

Destinatarju/Importatur

 

Indika l-isem u l-indirizz sħiħ. Huwa rakkomandat li jingħataw in-numri tat-telefown u tal-faks jew l-indirizz tal-posta elettronika.

I.7

Post tad-destinazzjoni

 

Agħti l-indirizz destinatarju fl-Unjoni. Huwa rakkomandat li jingħataw in-numri tat-telefown u tal-faks jew l-indirizz tal-posta elettronika.

I.8

Operatur responsabbli mill-konsenja

 

Din hija l-persuna (operatur ta’ negozju tal-ikel u tal-għalf jew ir-rappreżentant tiegħu, jew il-persuna li qed tagħmel id-dikjarazzjoni f’ismu) li hija inkarigata mill-konsenja meta din titressaq fil-Punt tad-Dħul Magħżul u li tagħmel id-dikjarazzjonijiet meħtieġa lill-awtorità kompetenti fil-punt tad-dħul magħżul f’isem l-importatur. Daħħal l-isem u l-indirizz sħiħ. Huwa rakkomandat li jingħataw in-numri tat-telefown u tal-faks jew l-indirizz tal-posta elettronika.

I.9

Dokumenti ta’ akkumpanjament

 

Daħħal id-data tal-ħruġ u l-għadd ta’ dokumenti uffiċjali li qed jakkompanjaw il-konsenja, kif xieraq.

Referenza tad-dokument kummerċjali: in-numru tal-polza tal-vjeġġ bl-ajru, in-numru tal-polza tal-kargu jew in-numru kummerċjali tal-ferrovija jew tal-vettura tat-triq.

I.10

Avviż minn qabel

 

Agħti d-data u l-ħin meta hija mistennija li tasal il-konsenja fil-punt tad-dħul magħżul fejn rilevanti.

I.11

Pajjiż tal-oriġini

 

Dan jirreferi għall-pajjiż terz minn fejn joriġina, jew fejn jitkabbar, jinħasad jew jiġi prodott il-prodott primarju.

I.12

Ma japplikax

I.13

Mezz tat-trasport

 

Agħti d-dettalji kollha tal-mezzi tat-trasport tal-wasla: fil-każ tal-inġenji tal-ajru, in-numru tat-titjira; għall-bastimenti, isem il-bastiment; għall-vetturi tat-triq, in-numru tat-targa, flimkien man-numru tat-trejler fejn hu rilevanti, għall-ferroviji, l-identità tat-tren u n-numru tal-vagun.

I.14

Pajjiż minn fejn intbagħtet il-konsenja

 

Dan jirreferi għall-pajjiż terz fejn tgħabbiet il-konsenja fuq il-mezz tat-trasport finali għall-vjaġġ lejn l-Unjoni.

I.15

Ma japplikax

I.16

Kundizzjonijiet tat-trasport

 

Agħżel it-temperatura x-xierqa għal waqt it-trasport.

I.17

Nru tal-kontejner/tas-siġill

 

Agħti n-numri tal-identifikazzjoni tas-siġilli u tal-kontejners kollha meta rilevanti.

Għas-siġill uffiċjali, agħti n-numru uffiċjali tas-siġill kif indikat fiċ-ċertifikat uffiċjali u mmarka “siġill uffiċjali” jew indika xi siġill ieħor skont dak li hemm imsemmi fid-dokumenti ta’ akkumpanjament.

I.18

Iċċertifikat bħala jew għal

 

Agħżel l-użu maħsub tal-prodott primarju kif speċifikat fiċ-ċertifikat uffiċjali (fejn meħtieġ) jew fid-dokument kummerċjali.

Immarka l-kaxxa rilevanti skont jekk il-prodott primarju huwiex iddestinat għall-konsum mill-bniedem mingħajr selezzjoni preċedenti jew trattament fiżiku ieħor (f’dan il-każ immarka “konsum mill-bniedem”) jew jekk ikun maħsub għall-konsum mill-bniedem wara dan it-trattament (f’dan il-każ immarka “ipproċessar ulterjuri”), jew jekk ikun maħsub għall-użu bħala “prodott tal-għalf” (f’dan il-każ immarka “prodotti tal-għalf”) jew oħrajn.

I.19

Ma japplikax

I.20

Għat-trasferiment lejn

 

Waqt il-perjodu tranżizzjonali stipulat fl-Artikolu 19(1), il-punt tad-dħul magħżul irid jagħżel din il-kaxxa biex jippermetti t-trasferiment għal punt ta’ kontroll ieħor wara verifika tad-dokumenti sodisfaċenti fid-DPE.

I.21

Għat-tkomplija tal-vjaġġ

 

Indika l-post preferut fejn tiġi ttrasportata l-konsenja magħżula biex tgħaddi mill-verifiki tal-identità u fiżiċi jekk dan jiġi awtorizzat mid-DPE, sakemm jaslu r-riżultati tal-kontrolli fiżiċi, f’konformità mal-Artikolu 8.

I.22

Ma japplikax

I.23

Għas-suq intern

 

Immarka din il-kaxxa meta l-konsenja tkun maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni (l-Artikolu 8).

I.24

Ma japplikax

I.25

Ma japplikax

I.26

Ma japplikax

I.27

Mezz tat-trasport wara d-DPE

 

Agħżel il-mezz xieraq tat-trasport fil-każ ta’ trasferiment lejn punt ta’ kontroll jew tkomplija tal-vjaġġ (ara n-nota ta’ gwida fil-Kaxxa I.13).

I.28

Ma japplikax

 

 

I.29

Ma japplikax

 

 

I.30

Ma japplikax

I.31

Deskrizzjoni tal-konsenja

 

Agħti deskrizzjoni dettaljata tal-prodotti (għall-għalf dan jinkludi t-tip ta’ għalf).

Uża l-kodiċi biex tidentifika l-prodotti kif elenkati fl-Anness I (inkluż, meta japplika, is-subdiviżjoni tat-TARIC).

Identifika t-tip ta’ imballaġġ.

I.32

Għadd totali ta’ pakketti

 

Indika l-għadd totali ta’ pakketti fil-konsenja, meta rilevanti.

I.33

Kwantità totali

 

Indika l-għadd ta’ unitajiet jew il-volum, skont kif japplika.

I.34

Piż nett totali/piż gross totali (f’kg)

 

Piż nett: il-piż tal-prodott f’kg, mingħajr il-piż tal-pakkett. Dan huwa ddefinit bħala l-massa tal-prodotti waħedhom, mingħajr kontenituri immedjati jew imballaġġ ieħor.

Piż gross: il-piż b’kollox f’kg. Dan huwa ddefinit bħala l-massa aggregata tal-prodotti u tal-kontenituri immedjati u l-imballaġġ tagħhom mingħajr il-piż tal-kontejners tat-trasport u ta’ tagħmir ieħor tat-trasport.

I.35

Dikjarazzjoni

 

Id-dikjarazzjoni trid tkun iffirmata mill-persuna fiżika responsabbli mill-konsenja:

Jiena, l-operatur sottoskritt responsabbli mill-konsenja li d-dettalji tagħha ngħataw hawn fuq, niċċertifika li fl-aħjar għarfien u twemmin tiegħi, id-dikjarazzjonijiet li saru fil-Parti I ta’ dan id-dokument huma veri u sħaħ, u naċċetta li nikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 dwar il-kontrolli uffiċjali, inkluż li nħallas għall-kontrolli uffiċjali, u għall-miżuri uffiċjali konsegwenti f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-liġi dwar l-ikel u l-għalf.


PARTI II – KONTROLLI

Kaxxa

Deskrizzjoni

II.1.

CED preċedenti

 

F’din il-kaxxa indika l-kodiċi alfanumeriku uniku assenjat mit-TRACES għas-CED li ntuża qabel it-trasferiment lejn post tal-kontroll jew qabel ma tkompla l-vjaġġ.

II.2

Referenza tas-CED

 

Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku indikat fil-Kaxxa I.2.

II.3

Verifika tad-dokumenti

 

Trid timtela għall-konsenji kollha.

II.4

Verifika tal-identità

 

L-awtorità kompetenti tal-punt tad-dħul magħżul, jew, waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni stipulat fl-Artikolu 19(1), l-awtorità kompetenti tal-post tal-kontroll, trid tindika r-riżultati tal-verifiki tal-identità.

II.5

Verifika fiżika

 

L-awtorità kompetenti tad-DPE trid tindika jekk il-konsenja ntgħażlitx għall-verifiki fiżiċi li, waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni stipulat fl-Artikolu 19(1), jistgħu jitwettqu f’post tal-kontroll differenti.

L-awtorità kompetenti tad-DPE, jew, waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni stipulat fl-Artikolu 19(1), l-awtorità kompetenti tal-post tal-kontroll, trid tindika r-riżultati tal-verifiki fiżiċi.

II.6

Test tal-laboratorju

 

L-awtorità kompetenti tad-DPE, jew, waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni stipulat fl-Artikolu 19(1), l-awtorità kompetenti tal-post tal-kontroll, hawnhekk trid tindika r-riżultati tat-test tal-laboratorju. Imla f’din il-kaxxa l-kategorija tas-sustanza jew tal-patoġenu li sar it-test tal-laboratorju għaliha/għalih.

II.7

Ma japplikax

II.8

Ma japplikax

II.9

Aċċettabbli għat-trasferiment lejn

 

L-awtorità kompetenti tad-DPE trid tindika, waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni stipulat fl-Artikolu 19(1), wara verifika sodisfaċenti tad-dokumenti, lejn liema post tal-kontroll tista’ tiġi ttrasportata l-konsenja biex jitwettqu l-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi.

II.10

Aċċettabbli biex tkompli l-vjaġġ lejn

 

L-awtorità kompetenti tad-DPE trid tindika jekk il-konsenja hijiex awtorizzata biex tkompli l-vjaġġ stipulat fl-Artikolu 8. It-tkomplija tal-vjaġġ tista’ tiġi awtorizzata biss jekk ikunu twettqu l-verifiki tal-identità fid-DPE u jekk ir-riżultat tagħhom ikun sodisfaċenti. Għaldaqstant, il-Kaxxa II.4 trid timtela fl-istess ħin li tiġi awtorizzata t-tkomplija tal-vjaġġ, filwaqt li l-Kaxxa II.5 trid timtela ladarba jkun disponibbli r-riżultat tat-test tal-laboratorju.

II.11

Ma japplikax

II.12

Aċċettabbli għas-suq intern

 

Din il-kaxxa trid tintuża għall-konsenji kollha li se jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni.

II.13

Ma japplikax

II.14

Ma japplikax

II.15

Ma japplikax

II.16

Mhux aċċettabbli

 

Indika b’mod ċar id-data sa meta trid tittieħed l-azzjoni fil-każ li l-konsenja ma tiġix aċċettata minħabba li r-riżultati tal-verifiki ma jkunux sodisfaċenti.

II.17

Raġuni għar-rifjut

 

Immarka l-kaxxa rilevanti.

II.18

Dettalji tad-destinazzjonijiet ikkontrollati (II.9, II.10 u II.16)

 

Agħti, skont ir-rilevanza, in-numru tal-approvazzjoni u l-indirizz (jew isem il-bastiment u l-port) għad-destinazzjonijiet kollha fejn hu meħtieġ aktar kontroll tal-konsenja.

II.19

Konsenja ssiġillata mill-ġdid

 

Uża din il-kaxxa meta s-siġill oriġinali rreġistrat fuq konsenja jkun tħassar mal-ftuħ tal-kontejner. Trid tinżamm lista kkonsolidata tas-siġilli kollha li jkunu ntużaw għal dan l-iskop.

II.20

L-identifikazzjoni tad-DPE jew tal-post tal-kontroll

 

Hawnhekk daħħal it-timbru uffiċjali tal-awtorità kompetenti tad-DPE jew, waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni stipulat fl-Artikolu 19(1), tal-awtorità kompetenti tal-post tal-kontroll.

II.21

Uffiċjal li jiċċertifika

 

Il-firma tal-uffiċjal responsabbli tal-awtorità kompetenti tad-DPE jew, waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni stipulat fl-Artikolu 19(1), tal-awtorità kompetenti tal-post tal-kontroll:

Jiena, l-ispettur uffiċjali tad-DPE/tal-post tal-kontroll hawn sottoskritt, niċċertifika li l-verifiki fuq din il-konsenja twettqu skont ir-rekwiżiti tal-Unjoni.

II.22

Miżati tal-ispezzjoni

 

Din il-kaxxa tista’ tintuża biex tindika l-miżati tal-ispezzjoni.

II.23

Referenza tad-dokument tad-dwana

 

Għall-użu mis-servizzi tad-dwana, jekk ikun hemm bżonn.

II.24

CED sussegwenti

 

F’din il-kaxxa indika l-kodiċi alfanumeriku uniku assenjat mit-TRACES għas-CED li ntuża wara t-trasferiment lejn post tal-kontroll jew wara li tkompla l-vjaġġ.


PARTI III – SEGWITU

Kaxxa

Deskrizzjoni

III.1

CED preċedenti

Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku indikat fil-Kaxxa II.1.

III.2

Referenza tas-CED

Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku indikat fil-Kaxxa I.2.

III.3

CED sussegwenti

Indika l-kodiċi alfanumeriku ta’ CED wieħed jew iżjed indikati fil-Kaxxa II.24.

III.4

Dettalji dwar l-ispedizzjoni lura

L-awtorità kompetenti tad-DPE jew, waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni stipulat fl-Artikolu 19(1), l-awtorità kompetenti tal-post tal-kontroll, trid tindika l-mezz tat-trasport li ntuża u d-dettalji tal-identifikazzjoni tiegħu, il-pajjiż tad-destinazzjoni u d-data tal-ispedizzjoni lura malli dawn ikunu magħrufa. L-indikazzjoni tal-isem tal-BIP tal-ħruġ jew tad-DPE hija fakultattiva.

III.5

Segwitu

Indika l-Unità tal-Awtorità Kompetenti Lokali responsabbli, kif xieraq skont il-każ, mis-superviżjoni fil-każ ta’ “Qerda”, “Trasformazzjoni” jew “Użu għal skop ieħor” tal-konsenja. Dik l-awtorità trid tirrapporta r-riżultat tal-wasla tal-konsenja u l-korrispondenza tal-konsenja f’din il-kaxxa.

III.6

Uffiċjal li jiċċertifika

Fil-każ ta’ “spedizzjoni lura”, dan jirreferi għall-firma tal-uffiċjal responsabbli tal-awtorità kompetenti tad-DPE jew, waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni stipulat fl-Artikolu 19(1), tal-uffiċjal responsabbli tal-post tal-kontroll.

Fil-każ ta’ “qerda”, “trasformazzjoni” jew “użu għal skop ieħor”, dan jirreferi għall-firma tal-uffiċjal responsabbli tal-awtorità kompetenti lokali.

PARTI 2

Mudell tas-CED2

Image 10

Image 11

Image 12

Image 13


Top