EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R1702

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1702 tal-1 ta’ Awwissu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-lista ta’ pesti ta’ prijorità

C/2019/5637

OJ L 260, 11.10.2019, p. 8–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/1702/oj

11.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 260/8


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1702

tal-1 ta’ Awwissu 2019

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-lista ta’ pesti ta’ prijorità

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tistabbilixxi lista ta’ pesti ta’ prijorità.

(2)

Il-pesti ta’ prijorità huma pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni, li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: l-ewwel nett, mhumiex magħrufa li huma preżenti fit-territorju tal-Unjoni jew magħrufa li huma preżenti f’parti limitata ta’ dak it-territorju jew għal preżenzi skarsi, irregolari, iżolati u mhux frekwenti fih; it-tieni, l-impatt ekonomiku, ambjentali jew soċjali potenzjali tagħhom huwa l-aktar sever fir-rigward tat-territorju tal-Unjoni u, it-tielet, huma elenkati bħala pesti ta’ prijorità.

(3)

Il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni biex tiddetermina liema pesti għandhom jiġu elenkati bħala pesti ta’ prijorità. Dik il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq metodoloġija żviluppata miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni u mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel.

(4)

Din il-metodoloġija tinkludi indikaturi komposti u analiżi bbażata fuq diversi kriterji. Tqis, fir-rigward tat-territorju tal-Unjoni, il-probabbiltà ta’ tixrid u l-istabbiliment tal-pesti vvalutati kif ukoll il-konsegwenzi. Barra minn hekk, dik il-metodoloġija tqis il-kriterji elenkati fit-Taqsima 1, fil-punt (2) u fit-Taqsima 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/2031, li jkopru d-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali.

(5)

Il-valutazzjoni qieset ir-riżultat tal-metodoloġija implimentata miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni u mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, kif ukoll mill-konsultazzjoni tal-pubbliku ġenerali mwettqa permezz tal-Portal tar-Regolamentazzjoni Aħjar. B’riżultat ta’ dan, ġie konkluż li hemm 20-il pest, li għalihom l-impatt ekonomiku, ambjentali jew soċjali potenzjali huwa l-aktar sever fir-rigward tat-territorju tal-Unjoni.

(6)

Barra minn hekk, dawk il-pesti mhumiex magħrufa li huma preżenti fit-territorju tal-Unjoni jew huma magħrufa li huma preżenti f’partijiet limitati tiegħu jew għal preżenzi skarsi, irregolari, iżolati u mhux frekwenti fih.

(7)

Huwa għalhekk xieraq li dawk il-pesti jiġu elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(8)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tar-regoli kollha dwar il-pesti tal-kwarantina fl-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-istess data bħar-Regolament (UE) 2016/2031, jiġifieri mill-14 ta’ Diċembru 2019,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Lista ta’ pesti ta’ prijorità

Il-lista ta’ pesti ta’ prijorità, kif imsemmija fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031, hija stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-14 ta’ Diċembru 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Awwissu 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.


ANNESS

Lista ta’ pesti ta’ prijorità

 

Agrilus anxius Gory

 

Agrilus planipennis Fairmaire

 

Anastrepha ludens (Loew)

 

Anoplophora chinensis (Thomson)

 

Anoplophora glabripennis (Motschulsky)

 

Anthonomus eugenii Cano

 

Aromia bungii (Faldermann)

 

Bactericera cockerelli (Sulc.)

 

Bactrocera dorsalis (Hendel)

 

Bactrocera zonata (Saunders)

 

Bursaphelenchus xylophilus (Steiner and Bührer) Nickle et al.

 

Candidatus Liberibacter spp., aġent kawżali tal-marda Huanglongbing tat-tħaddir taċ-ċitru

 

Conotrachelus nenuphar (Herbst)

 

Dendrolimus sibiricus Tschetverikov

 

Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa

 

Popillia japonica Newman

 

Rhagoletis pomonella Walsh

 

Spodoptera frugiperda (Smith)

 

Thaumatotibia leucotreta (Meyrick)

 

Xylella fastidiosa (Wells et al.)


Top