This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R1702
Commission Delegated Regulation (EU) 2019/1702 of 1 August 2019 supplementing Regulation (EU) 2016/2031 of the European Parliament and of the Council by establishing the list of priority pests
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1702 tal-1 ta’ Awwissu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-lista ta’ pesti ta’ prijorità
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1702 tal-1 ta’ Awwissu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-lista ta’ pesti ta’ prijorità
C/2019/5637
ĠU L 260, 11.10.2019, p. 8–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
11.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 260/8 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1702
tal-1 ta’ Awwissu 2019
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-lista ta’ pesti ta’ prijorità
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tistabbilixxi lista ta’ pesti ta’ prijorità. |
(2) |
Il-pesti ta’ prijorità huma pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni, li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: l-ewwel nett, mhumiex magħrufa li huma preżenti fit-territorju tal-Unjoni jew magħrufa li huma preżenti f’parti limitata ta’ dak it-territorju jew għal preżenzi skarsi, irregolari, iżolati u mhux frekwenti fih; it-tieni, l-impatt ekonomiku, ambjentali jew soċjali potenzjali tagħhom huwa l-aktar sever fir-rigward tat-territorju tal-Unjoni u, it-tielet, huma elenkati bħala pesti ta’ prijorità. |
(3) |
Il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni biex tiddetermina liema pesti għandhom jiġu elenkati bħala pesti ta’ prijorità. Dik il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq metodoloġija żviluppata miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni u mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel. |
(4) |
Din il-metodoloġija tinkludi indikaturi komposti u analiżi bbażata fuq diversi kriterji. Tqis, fir-rigward tat-territorju tal-Unjoni, il-probabbiltà ta’ tixrid u l-istabbiliment tal-pesti vvalutati kif ukoll il-konsegwenzi. Barra minn hekk, dik il-metodoloġija tqis il-kriterji elenkati fit-Taqsima 1, fil-punt (2) u fit-Taqsima 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/2031, li jkopru d-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali. |
(5) |
Il-valutazzjoni qieset ir-riżultat tal-metodoloġija implimentata miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni u mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, kif ukoll mill-konsultazzjoni tal-pubbliku ġenerali mwettqa permezz tal-Portal tar-Regolamentazzjoni Aħjar. B’riżultat ta’ dan, ġie konkluż li hemm 20-il pest, li għalihom l-impatt ekonomiku, ambjentali jew soċjali potenzjali huwa l-aktar sever fir-rigward tat-territorju tal-Unjoni. |
(6) |
Barra minn hekk, dawk il-pesti mhumiex magħrufa li huma preżenti fit-territorju tal-Unjoni jew huma magħrufa li huma preżenti f’partijiet limitati tiegħu jew għal preżenzi skarsi, irregolari, iżolati u mhux frekwenti fih. |
(7) |
Huwa għalhekk xieraq li dawk il-pesti jiġu elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(8) |
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tar-regoli kollha dwar il-pesti tal-kwarantina fl-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-istess data bħar-Regolament (UE) 2016/2031, jiġifieri mill-14 ta’ Diċembru 2019, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Lista ta’ pesti ta’ prijorità
Il-lista ta’ pesti ta’ prijorità, kif imsemmija fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031, hija stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-14 ta’ Diċembru 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Awwissu 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
ANNESS
Lista ta’ pesti ta’ prijorità
|
Agrilus anxius Gory |
|
Agrilus planipennis Fairmaire |
|
Anastrepha ludens (Loew) |
|
Anoplophora chinensis (Thomson) |
|
Anoplophora glabripennis (Motschulsky) |
|
Anthonomus eugenii Cano |
|
Aromia bungii (Faldermann) |
|
Bactericera cockerelli (Sulc.) |
|
Bactrocera dorsalis (Hendel) |
|
Bactrocera zonata (Saunders) |
|
Bursaphelenchus xylophilus (Steiner and Bührer) Nickle et al. |
|
Candidatus Liberibacter spp., aġent kawżali tal-marda Huanglongbing tat-tħaddir taċ-ċitru |
|
Conotrachelus nenuphar (Herbst) |
|
Dendrolimus sibiricus Tschetverikov |
|
Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa |
|
Popillia japonica Newman |
|
Rhagoletis pomonella Walsh |
|
Spodoptera frugiperda (Smith) |
|
Thaumatotibia leucotreta (Meyrick) |
|
Xylella fastidiosa (Wells et al.) |