Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R1676

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1676 tas-7 ta’ Ottubru 2019 li jikkoreġi xi wħud mill-verżjonijiet tal-lingwa tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi tal-ikel (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2019/7110

OJ L 257, 8.10.2019, p. 11–12 (BG, ES, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SL, FI, SV)
OJ L 257, 8.10.2019, p. 11–13 (LV, SK)
OJ L 257, 8.10.2019, p. 11–17 (CS)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1676/oj

8.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1676

tas-7 ta’ Ottubru 2019

li jikkoreġi xi wħud mill-verżjonijiet tal-lingwa tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi tal-ikel

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni tal-lingwa Ċeka tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 fiha l-iżbalji fl-Anness II, il-Parti A, it-Tabella 2 u fl-Anness II, il-Parti E, il-kategoriji tal-ikel 02.1, 02.2.2, 04.2.5.1, 04.2.5.2, 04.2.5.3, 08.2, 08.3.1, 08.3.2, 08.3.3, 14.1.4, 15.1 u 15.2. Għaldaqstant, fil-verżjoni tal-lingwa Ċeka, jenħtieġ li l-kundizzjonijiet tal-użu (restrizzjonijiet/eċċezzjonijiet) tal-addittivi tal-ikel f’dawk id-dispożizzjonijiet jiġu kkoreġuti sabiex tkun żgurata ċ-ċarezza ġuridika għall-operaturi tan-negozji tal-ikel u l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern.

(2)

Il-verżjoni tal-lingwa Latvjana tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 fiha żball fl-Anness II, il-Parti E, il-kategorija tal-ikel 04.1.2. Għaldaqstant, fil-verżjoni tal-lingwa Latvjana, jenħtieġ li l-kundizzjonijiet tal-użu (restrizzjonijiet/eċċezzjonijiet) tal-addittivi tal-ikel f’dik id-dispożizzjoni jiġu kkoreġuti sabiex tkun żgurata ċ-ċarezza ġuridika għall-operaturi tan-negozji tal-ikel u l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern.

(3)

Il-verżjoni tal-lingwa Slovakka tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 fiha żball fl-Anness II, il-Parti E, il-kategorija tal-ikel 07.1. Għaldaqstant, fil-verżjoni tal-lingwa Slovakka, jenħtieġ li l-kundizzjonijiet tal-użu (restrizzjonijiet/eċċezzjonijiet) tal-addittivi tal-ikel f’dik id-dispożizzjoni jiġu kkoreġuti sabiex tkun żgurata ċ-ċarezza ġuridika għall-operaturi tan-negozji tal-ikel u l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-verżjonijiet tal-lingwa Ċeka, Latvjana u Slovakka tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jiġu kkoreġuti skont dan. Il-verżjonijiet tal-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.


Top