Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R1582

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1582 tal-25 ta' Settembru 2019 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-imazalil f'ċerti prodotti jew fuqhom (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2019/6829

OJ L 246, 26.9.2019, p. 1–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1582/oj

26.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 246/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1582

tal-25 ta' Settembru 2019

li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-imazalil f'ċerti prodotti jew fuqhom

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikolu 49(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Għall-imazalil, il-limiti massimi ta' residwu (MRLs) ġew stabbiliti fl-Anness II u l-Parti B tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(2)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti għall-imazalil f'konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (2). Hija rrakkomandat li jitbaxxew l-MRLs għall-patata, it-tadam, il-ħbub tax-xgħir, il-ħbub tal-ħafur, il-ħbub tas-segala u l-ħbub tal-qamħ. Għal ċerti prodotti oħrajn hija rrakkomandat li jiżdied il-livell tal-MRLs eżistenti.

(3)

L-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward ta' ċerti MRLs, xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u li kienet meħtieġa aktar konsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju. Mill-perspettiva tal-ġestjoni tar-riskji, huwa xieraq li jiġu stabbiliti MRLs fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità għall-frott taċ-ċitru, il-frawli, it-tut, il-lampun, il-qargħa bagħli, il-bettieħ u l-muskoli, it-tessut tax-xaħam, il-fwied u l-kliewi tal-ħnieżer, tal-bovini u tal-ekwini, kif ukoll il-ħalib tal-bhejjem tal-ifrat u l-ħalib taż-żwiemel, billi għal dawk il-prodotti, kienet disponibbli informazzjoni limitata u l-Awtorità dderivat MRLs li ma jqajmux tħassib dwar il-protezzjoni tal-konsumatur. Dawk l-MRLs se jiġu riveduti; ir-rieżami se jqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Minn perspettiva ta' ġestjoni tar-riskju, huwa xieraq li jiġu stabbiliti MRLs fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-limitu speċifiku ta' determinazzjoni jew fl-MRL prestabbilit kif stabbilit fl-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 għall-frott taż-żerriegħa, il-kaki, il-banana u l-bżar ħelu/kapsikum, billi, għal dawk il-prodotti, l-ebda informazzjoni ma kienet disponibbli li minnha l-Awtorità setgħet tikseb MRLs li ma jqajmux tħassib dwar il-protezzjoni tal-konsumatur.

(4)

L-awtorità indikat li l-MRLs derivati għall-imazalil fil-grejpfrut, fil-larinġ, fit-tuffieħ, fil-lanġas, fil-banana, fil-patata u fil-fwied tal-bovini, kif ukoll il-limitu massimu ta' residwi tal-Codex (CXL) li fuqhom huwa bbażat l-MRL tal-UE għan-naspli, jistgħu jqajmu tħassib dwar il-protezzjoni tal-konsumatur. Filwaqt li qieset l-informazzjoni addizzjonali disponibbli għall-grejpfrut, għal-larinġ u għall-patata, hija dderivat MRLs alternattivi għall-grejpfrut, għal-larinġ, għall-patata u għall-fwied tal-bovini li ma jqajmux dan it-tħassib. Fir-rigward tal-MRLs għat-tuffieħ, il-lanġas, in-naspli u l-banana, l-Awtorità indikat li l-maniġers tar-riskju jistgħu jikkunsidraw li jissettjawhom fil-limitu speċifiku ta' determinazzjoni jew fuq l-MRL prestabbilit skont l-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(5)

L-awtorità pproponiet definizzjonijiet riveduti tar-residwu. Jixraq li d-definizzjonijiet tar-residwu jinbidlu kif xieraq.

(6)

B'mod indipendenti mir-reviżjoni tal-MRL imwettqa skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, tressqet applikazzjoni skont l-Artikolu 6 ta' dak ir-Regolament biex jiġu mmodifikati l-MRLs eżistenti għall-imażalil fi frott taċ-ċitru, tuffieħ, lanġas, banana u patata u fi prodotti li joriġinaw mill-annimali.

(7)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, dawn l-applikazzjonijiet ġew ivvalutati mill-Istati Membri kkonċernati u r-rapporti ta' valutazzjoni tressqu lill-Kummissjoni.

(8)

F'konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, l-Awtorità vvalutat l-applikazzjoni u r-rapport ta' evalwazzjoni, u eżaminat b'mod partikolari r-riskji għall-konsumaturi u, fejn rilevanti, għall-annimali u tat l-opinjoni motivata (3) tagħha dwar l-MRLs proposti. Għaddiet dik l-opinjoni lill-applikanti, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u ppubblikatha.

(9)

Fl-opinjoni motivata tagħha, l-Awtorità kkonkludiet skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 li l-MRLs għall-użi maħsuba ma setgħux jiġu emendati qabel ma titlesta l-valutazzjoni tar-riskju għall-metaboliti tal-pjanti R014821, FK-772 u FK-284 fir-rigward tal-ġenotossiċità u t-tossiċità ġenerali. Ikkonkludiet ukoll li ċerta informazzjoni identifikata bħala mhux disponibbli fir-reviżjoni tal-MRL imwettqa skont l-Artikolu 12(1) ta' dak ir-Regolament tressqet mal-applikazzjoni skont l-Artikolu 6 ta' dak ir-Regolament.

(10)

Minħabba l-adozzjoni tal-opinjoni motivata skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 wara l-adozzjoni tal-opinjoni motivata skont l-Artikolu 12(1) ta' dak ir-Regolament u n-natura orizzontali tat-tħassib dwar it-tossiċità identifikat għall-metaboliti tal-imazalil R014821, FK-772 u FK-284, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità biex taġġorna l-opinjoni motivata tagħha dwar l-MRLs eżistenti għall-imazalil skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(11)

L-Awtorità ressqet opinjoni motivata (4) li taġġorna r-reviżjoni tal-MRLs eżistenti għall-imazalil fuq il-bażi tal-informazzjoni tossikoloġika ġdida.

(12)

F'dik l-opinjoni motivata, l-Awtorità dderivat l-istess MRLs bħal dawk fl-opinjoni motivata tagħha skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, ħlief għall-frott taċ-ċitru, għall-bettieħ u għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali. Għal dawn il-prodotti, ma pproponietx MRLs, għaliex ma setgħetx tiffinalizza l-valutazzjoni tal-proprjetajiet tossikoloġiċi tal-metabolit R014821.

(13)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 705/2011 (5) ġedded l-approvazzjoni tal-imazalil skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Filwaqt li fil-valutazzjoni tar-riskju ta' qabel l-adozzjoni ta' dak ir-Regolament, l-Awtorità kienet identifikat inċertezzi rigward il-proprjetajiet tossikoloġiċi tal-metabolit R014821 (7), il-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni ma kinux ristretti f'dan ir-rigward fl-istadju tal-ġestjoni tar-riskju. Tagħrif addizzjonali dwar il-proprjetajiet tossikoloġiċi tal-metabolit R014821 sottomess mal-applikazzjoni skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 ma indirizzax għal kollox dawk l-inċertezzi iżda lanqas ma wassal għal żieda fil-livell ta' tħassib. Minn perspettiva ta' ġestjoni tar-riskju, huwa konsistenti u xieraq li jiġu stabbiliti MRLs għal dawk il-prodotti li għalihom l-Awtorità fl-opinjoni motivata tagħha skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 idderivat MRLs li ma jqajmux tħassib dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità.

(14)

Is-CXLs eżistenti ġew ikkunsidrati fl-opinjonijiet motivati tal-Awtorità. Is-CXLs li huma sikuri għall-konsumaturi fl-Unjoni ġew ikkunsidrati għall-iffissar tal-MRL.

(15)

Fir-rigward ta' prodotti li fuqhom mhux awtorizzat l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti kkonċernat, u li għalihom ma jeżistu l-ebda tolleranzi tal-importazzjoni jew CXLs, jenħtieġ li l-MRLs jiġu stabbiliti fil-limitu speċifiku ta' kwantifikazzjoni jew jenħtieġ li japplika l-MRL prestabbilit, kif stipulat fl-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(16)

Il-Kummissjoni kkonsultat lil-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea dwar ir-residwi tal-pestiċidi fir-rigward tal-bżonn li jiġu adattati ċerti limiti ta' determinazzjoni. Dawk il-laboratorji kkonkludew li għal ċerti prodotti, l-iżvilupp tekniku jirrikjedi li jiġu stabbiliti limiti speċifiċi ta' determinazzjoni.

(17)

Abbażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti tas-suġġett ikkunsidrat, il-modifiki xierqa tal-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(18)

Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-kummenti tagħhom tqiesu.

(19)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat skont dan.

(20)

Sabiex il-prodotti jkunu jistgħu jiġu kkummerċjalizzati, ipproċessati u kkunsmati b'mod normali, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi arranġament tranżizzjonali għall-prodotti li jkunu ġew prodotti qabel il-modifika tal-MRLs u li għalihom jintwera li jinżamm livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi.

(21)

Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta' żmien qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs immodifikati, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju ruħhom ħalli jkunu konformi mar-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs.

(22)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat permezz ta' dan ir-Regolament għandu jibqa' japplika għall-prodotti li ġew prodotti fl-Unjoni jew li ġew importati fl-Unjoni qabel is-16 ta' April 2020, ħlief għall-grejpfrut, il-larinġ, it-tuffieħ, il-lanġas, in-naspli, il-banana, il-patata u l-fwied tal-bovini.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-16 ta' April 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Review of the existing maximum residue levels for imazalil according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005. EFSA Journal 2017;15(9):4977.

(3)  European Food Safety Authority; Modification of the existing maximum residue levels for imazalil in various commodities. EFSA Journal 2018;16(6):5329.

(4)  European Food Safety Authority; Reasoned Opinion on the updated review of the existing maximum residue levels for imazalil according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005 following new toxicological information. EFSA Journal 2018;16(10):5453.

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 705/2011 tal-20 ta' Lulju 2011 li japprova s-sustanza attiva imażalil, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 190, 21.7.2011, p. 43).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(7)  European Food Safety Authority; Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance imazalil. EFSA Journal 2010, 8(3):1526.


ANNESS

L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness II, il-kolonna għall-imazalil tinbidel b'dan li ġej:

Residwi ta' pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (mg/kg)

Numru tal-Kodiċi

Gruppi u eżempji ta' prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs (1)

Imazalil (kwalunkwe proporzjon tal-isomeri kostitwenti) (R)

(1)

(2)

(3)

0100000

FROTT, FRISK jew IFFRIŻAT; ĠEWŻ TAS-SIĠAR

 

0110000

Frott taċ-ċitru

 

0110010

Grejpfrut

4 (+)

0110020

Larinġ

4 (+)

0110030

Lumi

5 (+)

0110040

Xkomp

5 (+)

0110050

Mandolin

5 (+)

0110990

Oħrajn (2)

0,01 (*1)

0120000

Ġewż tas-siġar

0,01 (*1)

0120010

Lewż

 

0120020

Ġewż tal-Brażil

 

0120030

Ġewż tal-anakardju

 

0120040

Qastan

 

0120050

Ġewż tal-Indi

 

0120060

Ġellewż

 

0120070

Macadamia

 

0120080

Ġewż Amerikan

 

0120090

Qlub tal-ġewż tal-arżnu

 

0120100

Pistaċċi

 

0120110

Ġewż

 

0120990

Oħrajn (2)

 

0130000

Pomu

0,01 (*1)

0130010

Tuffieħ

 

0130020

Lanġas

 

0130030

Sfarġel

 

0130040

Naspli

 

0130050

Naspli tal-Ġappun

 

0130990

Oħrajn (2)

 

0140000

Frott tal-għadma

0,01 (*1)

0140010

Berquq

 

0140020

Ċiras (ħelu)

 

0140030

Ħawħ

 

0140040

Għanbaqar

 

0140990

Oħrajn (2)

 

0150000

Kukku u frott żgħir ieħor

 

0151000

(a)

għeneb

0,01 (*1)

0151010

Għeneb tal-mejda

 

0151020

Għeneb għall-inbid

 

0152000

(b)

frawli

2

0153000

(c)

frott tal-kannamiela

 

0153010

Tut

2

0153020

Tut salvaġġ

0,01 (*1)

0153030

Lampun (aħmar u isfar)

2

0153990

Oħrajn (2)

0,01 (*1)

0154000

(d)

frott żgħir u kukku oħrajn

0,01 (*1)

0154010

Mirtill

 

0154020

Cranberries

 

0154030

Ribes (ħamra, sewda u bajda)

 

0154040

Ribes bix-xewk (ħodor, ħomor u sofor)

 

0154050

Warda skoċċiża

 

0154060

Ċawsli (iswed u abjad)

 

0154070

Għanżalor/naspli tal-Mediterran

 

0154080

Frott tas-sebuqa

 

0154990

Oħrajn (2)

 

0160000

Frott ta' diversi tipi bl-affarijiet li ġejjin:

0,01 (*1)

0161000

(a)

b'qoxra li tittiekel

 

0161010

Tamal

 

0161020

Tin

 

0161030

Żebbuġ tal-mejda

 

0161040

Larinġ tal-qsari

 

0161050

Karambola

 

0161060

Kaki

 

0161070

Għanbaqar ta' Ġava

 

0161990

Oħrajn (2)

 

0162000

(b)

b'qoxra li ma tittikilx, u żgħir

 

0162010

Frott tal-Kiwi (aħdar, aħmar, isfar)

 

0162020

Liċċi

 

0162030

Frott tal-passjoni

 

0162040

Bajtar tax-xewk

 

0162050

Tuffieħ stilla

 

0162060

Frott tal-kaki tal-Virġinja

 

0162990

Oħrajn (2)

 

0163000

(c)

b'qoxra li ma tittikilx, u kbir

 

0163010

Avokado

 

0163020

Banana

 

0163030

Mango

 

0163040

Papaja

 

0163050

Rummien

 

0163060

Ċerimoja

 

0163070

Gwava

 

0163080

Ananas

 

0163090

Frotta tas-siġra tal-ħobż

 

0163100

Durian

 

0163110

Il-frotta tal-annona

 

0163990

Oħrajn (2)

 

0200000

ĦAXIX, FRISK JEW IFFRIŻAT

 

0210000

Ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberi

0,01 (*1)

0211000

(a)

patata

 

0212000

(b)

ħxejjex tropikali tal-għeruq u tat-tuberi

 

0212010

Għeruq tal-kassava

 

0212020

Patata ħelwa

 

0212030

Jammijiet

 

0212040

Ararut

 

0212990

Oħrajn (2)

 

0213000

(c)

ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi minbarra l-pitravi ħelwa

 

0213010

Pitravi

 

0213020

Zunnarija

 

0213030

Celeriac/Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi

 

0213040

Għeruq tal-mustarda

 

0213050

Artiċokks

 

0213060

Zunnarija bajda

 

0213070

Tursin ta' Hamburg

 

0213080

Ravanell

 

0213090

Leħjet il-bodbod

 

0213100

Swedes

 

0213110

Lift

 

0213990

Oħrajn (2)

 

0220000

Ħxejjex tal-basla

0,01 (*1)

0220010

Tewm

 

0220020

Basal

 

0220030

Xalotti

 

0220040

Basal tar-Rebbiegħa/basal aħdar u basal ta' Wales

 

0220990

Oħrajn (2)

 

0230000

Ħxejjex tal-frott

 

0231000

(a)

Ħxejjex tal-frott tal-familja tas-Solanaceae u tal-familja tal-Malvaceae

 

0231010

Tadam

0,3

0231020

Bżar ħelu

0,01 (*1)

0231030

Brunġiel

0,01 (*1)

0231040

Bamja

0,01 (*1)

0231990

Oħrajn (2)

0,01 (*1)

0232000

(b)

kukurbiti b'qoxra li tittiekel

 

0232010

Ħjar

0,5

0232020

Ħjar tal-pikles

0,5

0232030

Zukkini

0,1 (+)

0232990

Oħrajn (2)

0,01 (*1)

0233000

(c)

kukurbiti b'qoxra li ma tittikilx

 

0233010

Bettieħ

2 (+)

0233020

Qara' aħmar

0,01 (*1)

0233030

Dulliegħ

0,01 (*1)

0233990

Oħrajn (2)

0,01 (*1)

0234000

(d)

qamħirrum ħelu

0,01 (*1)

0239000

(e)

ħxejjex tal-frott oħrajn

0,01 (*1)

0240000

Ħxejjex tal-Brassika (minbarra l-għeruq tal-brassika u l-ħxejjex tal-brassika tal-weraq żgħir)

0,01 (*1)

0241000

(a)

Brassika li tagħmel il-fjuri

 

0241010

Brokkli

 

0241020

Pastard

 

0241990

Oħrajn (2)

 

0242000

(b)

kaboċċi kkapoċċati

 

0242010

Kaboċċi ta' Brussell/kaboċċi taz-zokk

 

0242020

Kaboċċa kkapoċċati

 

0242990

Oħrajn (2)

 

0243000

(c)

brassika bil-weraq

 

0243010

Kaboċċi Ċiniżi

 

0243020

Kaboċċi (‘kales’)

 

0243990

Oħrajn (2)

 

0244000

(d)

ġdur

 

0250000

Ħxejjex tal-weraq, ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

 

0251000

(a)

ħass u ħxejjex oħrajn tal-insalata

0,01 (*1)

0251010

Ħass tal-ħaruf/ Insalata tal-qamħ

 

0251020

Ħass

 

0251030

Skalora/indivja bil-weraq wesgħin

 

0251040

Krexxuni u nebbieta u rimi oħrajn

 

0251050

Krexxuni tal-art

 

0251060

Aruka

 

0251070

Mustarda ħamra

 

0251080

Ħxejjex tal-weraq żgħir (fosthom l-ispeċijiet tal-brassika)

 

0251990

Oħrajn (2)

 

0252000

(b)

spinaċi u weraq simili

0,01 (*1)

0252010

Spinaċi

 

0252020

Burdlieq

 

0252030

Weraq tas-selq

 

0252990

Oħrajn (2)

 

0253000

(c)

weraq tad-dwieli u speċijiet simili

0,01 (*1)

0254000

(d)

krexxuni

0,01 (*1)

0255000

(e)

ċikwejra

0,01 (*1)

0256000

(f)

ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

0,02 (*1)

0256010

Maxxita

 

0256020

Kurrat selvaġġ

 

0256030

Weraq tal-karfus

 

0256040

Tursin

 

0256050

Salvja

 

0256060

Klin

 

0256070

Timu

 

0256080

Ħabaq u fjuri li jittieklu

 

0256090

Weraq tar-rand

 

0256100

Stregun

 

0256990

Oħrajn (2)

 

0260000

Legumi

0,01 (*1)

0260010

Fażola (bl-imżiewed)

 

0260020

Fażola (bla mżiewed)

 

0260030

Piżelli (bl-imżiewed)

 

0260040

Piżelli (bla mżiewed)

 

0260050

Għads

 

0260990

Oħrajn (2)

 

0270000

Ħxejjex biz-zokk

0,01 (*1)

0270010

Spraġ

 

0270020

Kardun

 

0270030

Krafes

 

0270040

Bużbież ta' Firenze

 

0270050

Qaqoċċ

 

0270060

Kurrat

 

0270070

Rabarbru

 

0270080

Rimi tal-pjanta tal-bambu

 

0270090

Qlub tal-palm

 

0270990

Oħrajn (2)

 

0280000

Faqqiegħ, ħażiż u likeni

0,01 (*1)

0280010

Faqqiegħ ikkultivat

 

0280020

Faqqiegħ salvaġġ

 

0280990

Ħażiż u likeni

 

0290000

Alka u organiżmi prokarjoti

0,01 (*1)

0300000

BUS U ĦEMES

0,01 (*1)

0300010

Fażola

 

0300020

Għads

 

0300030

Piżelli

 

0300040

Lupini/fażola tal-lupini

 

0300990

Oħrajn (2)

 

0400000

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

0,01 (*1)

0401000

Żrieragħ taż-żejt

 

0401010

Żerriegħa tal-kittien

 

0401020

Karawett

 

0401030

Żerriegħa tal-peprin

 

0401040

Ġulġlien

 

0401050

Żerriegħa tal-ġirasol

 

0401060

Żerriegħa tal-lift

 

0401070

Fażola tas-sojja

 

0401080

Żerriegħa tal-mustarda

 

0401090

Żerriegħa tal-qoton

 

0401100

Żerriegħa tal-qara' aħmar

 

0401110

Żrieragħ tal-għosfor

 

0401120

Żerriegħa tal-fiddloqom

 

0401130

Żerriegħa tal-camelina sativa

 

0401140

Qannebusa

 

0401150

Fażola tar-riġnu

 

0401990

Oħrajn (2)

 

0402000

Frott taż-żejt

 

0402010

Żebbuġ maħsub għall-produzzjoni taż-żejt

 

0402020

Qlub tal-palm taż-żejt

 

0402030

Il-frott tal-palm taż-żejt

 

0402040

Kapok

 

0402990

Oħrajn (2)

 

0500000

ĊEREALI

0,01 (*1)

0500010

Xgħir

 

0500020

Qamħ saraċin u ċereali foloz oħrajn

 

0500030

Qamħirrum

 

0500040

Millieġ komuni

 

0500050

Ħafur

 

0500060

Ross

 

0500070

Segala

 

0500080

Sorgu

 

0500090

Qamħ

 

0500990

Oħrajn (2)

 

0600000

TEJIET, KAFÈ, INFUŻJONIJIET ERBALI, KAWKAW U ĦARRUB

0,05 (*1)

0610000

Tejiet

 

0620000

Kafeni

 

0630000

Infużjonijiet erbali mill-affarijiet li ġejjin:

 

0631000

(a)

mill-fjuri

 

0631010

Kamumella

 

0631020

Ibisku

 

0631030

Ward

 

0631040

Ġiżimin

 

0631050

Tilju

 

0631990

Oħrajn (2)

 

0632000

(b)

mill-weraq u mill-ħxejjex aromatiċi

 

0632010

Frawla

 

0632020

Rooibos

 

0632030

Matè/Te tal-Paragwaj

 

0632990

Oħrajn (2)

 

0633000

(c)

mill-għeruq

 

0633010

Valerjana

 

0633020

Ġinseng

 

0633990

Oħrajn (2)

 

0639000

(d)

minn kull parti oħra tal-pjanta

 

0640000

Żerriegħa tal-Kawkaw

 

0650000

Ħarrub

 

0700000

ĦOPS

0,05 (*1)

0800000

ĦWAWAR

 

0810000

Ħwawar taż-żerriegħa

0,05 (*1)

0810010

Ħlewwa

 

0810020

Kemmun iswed

 

0810030

Karfus

 

0810040

Kosbor

 

0810050

Kemmun

 

0810060

Xibt

 

0810070

Bużbież

 

0810080

Fienu

 

0810090

Noċemuskata

 

0810990

Oħrajn (2)

 

0820000

Ħwawar tal-frott

0,05 (*1)

0820010

Bżar tal-Ġamajka/piment

 

0820020

Bżar tas-Sichuan

 

0820030

Karwija

 

0820040

Kardamomu

 

0820050

Frott tal-ġnibru

 

0820060

Boċċi tal-bżar (suwed, ħodor u bojod)

 

0820070

Vanilja

 

0820080

Tamar tal-Indja/tamarindi

 

0820990

Oħrajn (2)

 

0830000

Ħwawar tal-qoxra tas-siġar

0,05 (*1)

0830010

Kannella

 

0830990

Oħrajn (2)

 

0840000

Ħwawar tal-għeruq u tar-riżomi

 

0840010

Għud is-sus

0,05 (*1)

0840020

Ġinġer (10)

0,05 (*1)

0840030

Żagħfran tal-Indja/kurkuma

0,05 (*1)

0840040

Għerq tal-mustarda (11)

 

0840990

Oħrajn (2)

0,05 (*1)

0850000

Ħwawar tal-blanzuni

0,05 (*1)

0850010

Imsiemer tal-qronfol

 

0850020

Kappar

 

0850990

Oħrajn (2)

 

0860000

Il-ħwawar ta' qalb il-fjura

0,05 (*1)

0860010

Żagħfran

 

0860990

Oħrajn (2)

 

0870000

Ħwawar tal-aril

0,05 (*1)

0870010

Il-qoxra ta' barra tan-noċemuskata

 

0870990

Oħrajn (2)

 

0900000

PJANTI TAZ-ZOKKOR

0,01 (*1)

0900010

Pitravi ħelu

 

0900020

Kannamieli

 

0900030

Għeruq taċ-Ċikwejra

 

0900990

Oħrajn (2)

 

1000000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ANNIMALI TERRESTRI

 

1010000

Prodotti bażiċi mill-affarijiet li ġejjin:

 

1011000

(a)

mill-ħnieżer

0,02 (*1)

1011010

Muskoli

(+)

1011020

Xaħam

(+)

1011030

Fwied

(+)

1011040

Kliewi

(+)

1011050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1011990

Oħrajn (2)

 

1012000

(b)

mill-annimali bovini

 

1012010

Muskoli

0,02 (*1) (+)

1012020

Xaħam

0,02 (*1) (+)

1012030

Fwied

0,03 (+)

1012040

Kliewi

0,02 (*1) (+)

1012050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,02 (*1)

1012990

Oħrajn (2)

0,02 (*1)

1013000

(c)

min-nagħaġ

0,01 (*1)

1013010

Muskoli

 

1013020

Xaħam

 

1013030

Fwied

 

1013040

Kliewi

 

1013050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1013990

Oħrajn (2)

 

1014000

(d)

mill-mogħoż

0,01 (*1)

1014010

Muskoli

 

1014020

Xaħam

 

1014030

Fwied

 

1014040

Kliewi

 

1014050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1014990

Oħrajn (2)

 

1015000

(e)

mill-ekwini

 

1015010

Muskoli

0,02 (*1) (+)

1015020

Xaħam

0,02 (*1) (+)

1015030

Fwied

0,03 (+)

1015040

Kliewi

0,02 (*1) (+)

1015050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,02 (*1)

1015990

Oħrajn (2)

0,02 (*1)

1016000

(f)

mill-pollam

0,01 (*1)

1016010

Muskoli

 

1016020

Xaħam

 

1016030

Fwied

 

1016040

Kliewi

 

1016050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1016990

Oħrajn (2)

 

1017000

(g)

minn annimali terrestri mrobbijin oħrajn

0,01 (*1)

1017010

Muskoli

 

1017020

Xaħam

 

1017030

Fwied

 

1017040

Kliewi

 

1017050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1017990

Oħrajn (2)

 

1020000

Ħalib

 

1020010

Bhejjem tal-ifrat

0,02 (*1) (+)

1020020

Nagħaġ

0,01 (*1)

1020030

Mogħoż

0,01 (*1)

1020040

Żwiemel

0,02 (*1) (+)

1020990

Oħrajn (2)

0,01 (*1)

1030000

Bajd tal-għasafar

0,01 (*1)

1030010

Tiġieġ

 

1030020

Papri

 

1030030

Wiżż

 

1030040

Summien

 

1030990

Oħrajn (2)

 

1040000

Għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura (7)

0,05 (*1)

1050000

Amfibji u Rettili

0,01 (*1)

1060000

Annimali terrestri invertebrati

0,01 (*1)

1070000

Annimali vertebrati terrestri slavaġ

0,01 (*1)

1100000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ĦUT, PRODOTTI TAL-ĦUT U KULL PRODOTT TAL-IKEL TAL-BAĦAR JEW TAL-ILMA ĦELU IEĦOR (8)

 

1200000

PRODOTTI JEW PARTIJIET MILL-PRODOTTI UŻATI BISS GĦALL-PRODUZZJONI TAL-GĦALF (8)

 

1300000

PRODOTTI TAL-IKEL IPPROĊESSATI (9)

 

(**)

Il-kombinazzjoni tal-pestiċida u n-numru tal-kodiċi li għaliha japplika l-MRL stabbilit fil-Parti B tal-Anness III.

Imazalil (kwalunkwe proporzjon tal-isomeri kostitwenti) (R)

(R)

=

Id-definizzjoni ta' residwu tvarja għall-kombinazzjonijiet li ġejjin tal-pestiċida u n-numru tal-kodiċi: imazalil - il-kodiċi 1000000 ħlief 1040000 : is-somma ta' imazalil u l-metaboli FK-772 (kwalunkwe proporzjon tal-isomeri kostitwenti), expressa bħala imazalil

(+)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar it-tossiċità tal-metaboliti bħala mhux disponibbli. Meta tkun qed tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza jekk din tintbagħat sa tas-26 ta' Settembru 2021, jew, jekk dik l-informazzjoni ma tintbagħatx sa dik id-data, in-nuqqas tagħha.

0110010

Grejpfrut

0110020

Larinġ

0110030

Lumi

0110040

Xkomp

0110050

Mandolin

(+)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat nuqqas ta' disponibbiltà ta' xi informazzjoni dwar il-provi tar-residwu. Meta tkun qed tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza jekk din tintbagħat sa tas-26 ta' Settembru 2021, jew, jekk dik l-informazzjoni ma tintbagħatx sa dik id-data, in-nuqqas tagħha.

0232030

Qargħa bagħli

(+)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar it-tossiċità tal-metaboliti bħala mhux disponibbli. Meta tkun qed tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza jekk din tintbagħat sa tas-26 ta' Settembru 2021, jew, jekk dik l-informazzjoni ma tintbagħatx sa dik id-data, in-nuqqas tagħha.

0233010

Bettieħ

(+)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar it-tossiċità tal-metaboliti u l-istabbiltà għall-ħżin bħala mhux disponibbli. Meta tkun qed tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza jekk din tintbagħat sa tas-26 ta' Settembru 2021, jew, jekk dik l-informazzjoni ma tintbagħatx sa dik id-data, in-nuqqas tagħha.

1011010

Muskoli

1011020

Xaħam

1011030

Fwied

1011040

Kliewi

1012010

Muskoli

1012020

Xaħam

1012030

Fwied

1012040

Kliewi

1015010

Muskoli

1015020

Xaħam

1015030

Fwied

1015040

Kliewi

1020010

Bhejjem tal-ifrat

1020040

Żwiemel

(2)

Fil-Parti B tal-Anness III, il-kolonna għall-imazalil titħassar.


(*1)  Limitu tal-kwantifikazzjoni analitika

(1)  Il-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, tinsab fl-Anness I.


Top