Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R1342

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1342 tal-14 ta' Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-klassijiet ta' prestazzjoni fir-rigward tal-permeabbiltà tal-arja għat-tamboċċi tal-plastik u tal-ħġieġ u għall-aperturi tas-saqaf (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2019/2031

ĠU L 211, 12.8.2019, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/1342/oj

12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 211/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1342

tal-14 ta' Marzu 2019

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-klassijiet ta' prestazzjoni fir-rigward tal-permeabbiltà tal-arja għat-tamboċċi tal-plastik u tal-ħġieġ u għall-aperturi tas-saqaf

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 27(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-istandard Ewropew EN 1873 dwar it-tamboċċi tal-plastik individwali ġie adottat inizjalment mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) fl-2005 u l-istandard Ewropew EN 14963 dwar it-tamboċċi tal-plastik kontinwi fl-2006. Dawk l-istandards armonizzati ma kienx fihom klassifikazzjoni għall-prestazzjoni tal-prodotti koperti minnu fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tal-permeabbiltà tal-arja.

(2)

Sabiex jaqdu l-ħtiġijiet tas-suq aħjar, il-verżjonijiet il-ġodda ta' dawk l-istandards, EN 1873-1, EN 1873-2 u EN 1873-3, li jkopru t-tamboċċi tal-plastik u tal-ħġieġ u l-aperturi tas-saqaf, kif ukoll EN 14963 jenħtieġ li jinkludu klassifikazzjoni għall-prestazzjoni tal-prodotti koperti minnhom fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tal-permeabbiltà tal-arja. Il-klassifikazzjoni jenħtieġ li tipprevedi tliet klassijiet ta' prestazzjoni.

(3)

F'konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 il-klassijiet ta' prestazzjoni fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti tal-bini jistgħu jiġu stabbiliti sew mill-Kummissjoni sew minn korp Ewropew tal-istandardizzazzjoni fuq il-bażi ta' mandat rivedut maħruġ mill-Kummissjoni. Minħabba l-ħtieġa li jiġu stabbiliti klassijiet ta' prestazzjoni addizzjonali mill-aktar fis possibbli, il-klassijiet ta' prestazzjoni ġodda jenħtieġ li jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni. F'konformità mal-Artikolu 27(2) ta' dak ir-Regolament, dawk il-klassijiet iridu jintużaw fi standards armonizzati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-klassijiet ta' prestazzjoni fir-rigward tal-permeabbiltà tal-arja għat-tamboċċi tal-plastik u tal-ħġieġ u għall-aperturi tas-saqaf, huma stabbiliti kif stipulat fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Marzu 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5.


ANNESS

Klassijiet ta' prestazzjoni fir-rigward tal-permeabbiltà tal-arja għat-tamboċċi tal-plastik u tal-ħġieġ u għall-aperturi tas-saqaf

Klassi

Valur tal-limitu inferjuri tal-Pressjoni Interna

(4 Pa)

Valur tal-limitu superjuri tal-Pressjoni Interna

(100 Pa)

Permeabbiltà tal-Arja

(f'm3/(h,m))

A (*1)

< 1,4

< 12

B

≥ 1,4

≥ 12

C

≥ 6

≥ 50

Nota: Il-konfini tal-klassijiet użati f'din it-Tabella jistgħu jiġu derivati mill-formula li ġejja:

Formula

Fejn:

Q

hija r-rata ta' tnixxija f'm3 fis-siegħa, għal kull metru lineari tal-perimetru tat-tamboċċ matul test taħt pressjoni interna

P

hija l-pressjoni interna matul test (f'Pa)

Q100

hija r-rata ta' tnixxija f'm3 fis-siegħa, għal kull metru lineari tal-perimetru tat-tamboċċ b'pressjoni interna ta' 100 Pa

Image 1


(*1)  Fil-każ tal-klassi A, minbarra d-dikjarazzjoni tal-klassi, għandu jiġi ddikjarat ukoll l-agħar kejl minn fost il-passi ta' pressjoni kollha bl-użu tal-mudell li ġej: Klassi A (pressjoni interna (100 Pa), rata ta' tnixxija vvalutata).


Top