EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R1089

Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1089 tas-6 ta' Ġunju 2019 dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (2019–2024)

ST/8932/2019/INIT

OJ L 173, 27.6.2019, p. 36–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1089/oj

27.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/36


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2019/1089

tas-6 ta' Ġunju 2019

dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (2019–2024)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2008, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 241/2008 (1) li kkonkluda l-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (2) (“il-Ftehim”). Il-Ftehim daħal fis-seħħ fil-15 ta' April 2008, ġie mġedded b'mod taċitu u għadu fis-seħħ.

(2)

Il-protokoll preċedenti tal-Ftehim skada fit-23 ta' Novembru 2017.

(3)

Il-Kummissjoni nnegozjat protokoll ġdid f'isem l-Unjoni. Bħala riżultat ta' dawk in-negozjati, il-Protokoll il-ġdid ġie inizjalat fil-15 ta' Novembru 2018.

(4)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1088 (3), il-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau) (2019-2024) (“il-Protokoll”) ġie ffirmat fil-15 ta' Ġunju 2019.

(5)

Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd previsti fil-Protokoll jiġu allokati fost l-Istati Membri għall-perijodu ta' applikazzjoni tal-Protokoll.

(6)

Il-Protokoll ser jibda japplika b'mod provviżorju mill-iffirmar tiegħu sabiex ikun żgurat li l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni jinbdew malajr. Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika mill-istess data,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament “speċijiet ta' ħut li jpassi ħafna” tfisser l-ispeċijiet imniżżlin fl-Anness I tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1982 dwar il-Liġi tal-Baħar, ħlief għall-familja tal-Alopiidae u għall-familja tal-iSphyrnidae, u għall-ispeċijiet li ġejjin: Cetorhinus maximus, Rhincodon typus, Carcharodon carcharias, Carcharinus falciformis u Carcharinus longimanus.

Artikolu 2

Opportunitajiet tas-sajd

L-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti skont il-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (2019-2024) għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri skont l-Artikoli 3 u 4 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Speċijiet ta' ħut tal-qiegħ u ħut pelaġiku żgħir

L-opportunitajiet tas-sajd għall-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ u għall-ħut pelaġiku ż-żgħir għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri kif ġej:

(1)

matul l-ewwel u t-tieni sena ta' applikazzjoni tal-Protokoll, abbażi ta' sistema tal-isforz tas-sajd (f'tunnellaġġ gross reġistrat, TGR):

(a)

il-bastimenti tat-tkarkir għall-gambli mgħammra bi friża:

Spanja

2 500 TGR;

il-Greċja

140 TGR;

il-Portugall

1 060 TGR;

(b)

il-bastimenti tat-tkarkir għall-ħut bil-pinen u għaċ-ċefalopodi mgħammra bi friża:

Spanja

2 900 TGR;

il-Greċja

225 TGR;

l-Italja

375 TGR;

(c)

il-bastimenti tat-tkarkir għall-ħut pelaġiku ż-żgħir:

Spanja

3 500 TGR;

il-Portugall

500 TGR;

il-Litwanja

5 000 TGR;

il-Latvja

5 000 TGR;

il-Polonja

1 000 TGR;

(2)

mit-tielet sena ta' applikazzjoni tal-Protokoll, abbażi ta' sistema li tistabbilixxi limiti tal-qbid għal kull speċi (qabda totali permissibbli, TAC):

(a)

il-bastimenti tat-tkarkir għall-gambli mgħammra bi friża:

Spanja:

1 650 tunnellata;

il-Greċja:

100 tunnellata;

il-Portugall:

750 tunnellata;

(b)

il-bastimenti tat-tkarkir għall-ħut bil-pinen mgħammra bi friża:

Spanja:

9 500 tunnellata;

il-Greċja:

500 tunnellata;

l-Italja:

1 000 tunnellata;

(c)

il-bastimenti tat-tkarkir għaċ-ċefalopodi mgħammra bi friża:

Spanja:

1 200 tunnellata;

il-Greċja:

150 tunnellata;

l-Italja:

150 tunnellata;

(d)

il-bastimenti tat-tkarkir għall-ħut pelaġiku ż-żgħir:

Spanja:

3 900 tunnellata;

il-Portugall:

700 tunnellata;

il-Litwanja:

6 000 tunnellata;

il-Latvja:

6 000 tunnellata;

il-Polonja:

1 400 tunnellata.

Artikolu 4

Speċijiet ta' ħut li jpassi ħafna

L-opportunitajiet tas-sajd għall-ispeċijiet ta' ħut li jpassi ħafna għandhom jitqassmu kif ġej:

(a)

il-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni mgħammra bi friża u l-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ:

Spanja:

14-il bastiment;

Franza:

12-il bastiment;

il-Portugall:

żewġ bastimenti;

(b)

il-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasba:

Spanja:

10 bastimenti;

Franza:

tliet bastimenti.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-15 ta' Ġunju 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-6 ta' Ġunju 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

A. BIRCHALL


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 241/2008 tas-17 ta' Marzu 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (ĠU L 75, 18.3.2008, p. 49).

(2)  ĠU L 342, 27.12.2007, p. 5.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1088 tas-6 ta' Ġunju 2019 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (2019-2024) (ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


Top