This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R0839
Commission Delegated Regulation (EU) 2019/839 of 7 March 2019 amending Regulation (EU) No 540/2014 of the European Parliament and of the Council on the sound level of motor vehicles and of replacement silencing systems (Text with EEA relevance.)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/839 tas-7 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell ta' ħoss tal-vetturi bil-mutur u s-sostituzzjoni tas-sistemi tas-sajlenser (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/839 tas-7 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell ta' ħoss tal-vetturi bil-mutur u s-sostituzzjoni tas-sistemi tas-sajlenser (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2019/1774
ĠU L 138, 24.5.2019, pp. 70–73
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
24.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 138/70 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/839
tas-7 ta' Marzu 2019
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell ta' ħoss tal-vetturi bil-mutur u s-sostituzzjoni tas-sistemi tas-sajlenser
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar il-livell ta' ħoss tal-vetturi bil-mutur u s-sostituzzjoni tas-sistemi tas-sajlenser, u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttiva 70/157/KEE (1), u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 8 u l-Artikolu 9 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-vetturi ġodda kollha tal-kategoriji M (vetturi użati għall-ġarr tal-passiġġieri) u N (vetturi użati għall-ġarr ta' merkanzija) fir-rigward tal-livell tal-ħoss tagħhom. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll miżuri dwar is-Sistema ta' Twissija Akustika tal-Vettura (AVAS) għal vetturi elettriċi ibridi u għal vetturi purament elettriċi, bil-għan li l-utenti vulnerabbli tat-triq jiġu mwissija dwar dawn il-vetturi. |
|
(2) |
Id-dokument ta' informazzjoni skont l-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' vettura fir-rigward tal-livell permissibbli tal-ħoss jenħtieġ li jiġi rieżaminat biex jirrifletti r-rekwiżiti dettaljati relatati mal-AVAS. |
|
(3) |
Wara l-adozzjoni, fil-171 sessjoni tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE), tas-serje ta' emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 138 dwar l-approvazzjoni ta' vetturi tat-trasport bit-triq li ma jagħmlux storbju, l-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 540/2014 jenħtieġ li jiġi rieżaminat bil-għan li tiddaħħal projbizzjoni ufq il-funzjoni pause tal-AVAS. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 540/2014 jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Filwaqt li jitqies li dan ir-Regolament jinkludi adattament li jirriflettu r-rekwiżiti li jikkonċernaw il-funzjoni pause tal-AVAS diġà applikabbli skont il-Ftehim tal-1958 tan-NU/KEE, u jintroduċi dispożizzjonijiet tranżizzjonali meħtieġa għall-applikazzjoni fl-2019, jenħtieġ li jidħol fis-seħħ b'urġenza, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I u VIII tar-Regolament (UE) Nru 540/2014 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Marzu 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 158, 27.5.2014, p. 131.
(2) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
ANNESS
Ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness I, l-Appendiċi 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:
|