EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R0779
Commission Implementing Regulation (EU) 2019/779 of 16 May 2019 laying down detailed provisions on a system of certification of entities in charge of maintenance of vehicles pursuant to Directive (EU) 2016/798 of the European Parliament and of the Council and repealing Commission Regulation (EU) No 445/2011 (Text with EEA relevance.)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/779 tas-16 ta' Mejju 2019 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar sistema ta' ċertifikazzjoni tal-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni tal-vetturi skont id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2011 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/779 tas-16 ta' Mejju 2019 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar sistema ta' ċertifikazzjoni tal-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni tal-vetturi skont id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2011 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2019/3582
OJ L 139I , 27.5.2019, p. 360–389
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 16/06/2020
27.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 139/360 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/779
tas-16 ta' Mejju 2019
li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar sistema ta' ċertifikazzjoni tal-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni tal-vetturi skont id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2011
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar is-sikurezza ferrovjarja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(6) u (8) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva (UE) 2016/798 għandha l-għan li ttejjeb l-aċċess għas-suq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju billi tiddefinixxi prinċipji komuni għall-ġestjoni, għar-regolamentazzjoni u għas-superviżjoni tas-sikurezza ferrovjarja. Id-Direttiva (UE) 2016/798 tipprevedi wkoll li jkun hemm qafas fis-seħħ biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ugwali għall-entitajiet kollha inkarigati mill-manutenzjoni tal-vetturi permezz tal-applikazzjoni tal-istess rekwiżiti u kundizzjonijiet ta' ċertifikazzjoni fl-Unjoni kollha. |
(2) |
Il-fini tas-sistema ta' ċertifikazzjoni huwa li tipprovdi qafas għall-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti u tal-metodi biex tiġi vvalutata l-ħila tal-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni fl-Unjoni kollha. |
(3) |
Wara l-evalwazzjoni pożittiva tas-sistema attwali ta' ċertifikazzjoni tal-entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni tal-vaguni tal-merkanzija indirizzata lill-Kummissjoni fil-11 ta' Marzu 2015 mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (l-Aġenzija), fis-27 ta' Settembru 2018, l-Aġenzija ħarġet ir-Rakkomandazzjoni 007REC1004 dwar ir-reviżjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2011 (2). |
(4) |
L-Anness III tad-Direttiva (UE) 2016/798 jistabbilixxi r-rekwiżiti u l-kriterji ta' valutazzjoni għall-organizzazzjonijiet li japplikaw għal ċertifikat għal entità inkarigata mill-manutenzjoni (“ċertifikat ECM”) jew għal ċertifikat fir-rigward ta' funzjonijiet ta' manutenzjoni esternalizzati minn entità inkarigata mill-manutenzjoni. Sabiex ikunu applikabbli għalkollox, dawk ir-rekwiżiti jeħtieġ li jkunu iktar dettaljati u speċifikati għall-funzjonijiet differenti ta' manutenzjoni kif imsemmi fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 14(3) ta' dik id-Direttiva. |
(5) |
Meta wieħed iqis il-varjetà wiesgħa ta' metodi ta' disinn u ta' manutenzjoni, jenħtieġ li dik is-sistema ta' manutenzjoni tkun iktar orjentata lejn ir-rekwiżiti ta' ġestjoni, bħall-organizzazzjoni tal-entità inkarigata mill-manutenzjoni, iktar milli lejn rekwiżit tekniku speċifiku. |
(6) |
Il-komponenti kritiċi għas-sikurezza jirrikjedu attenzjoni u prijorità partikolari fil-proċeduri ta' manutenzjoni. Madankollu, l-aspetti ta' kritiċità ta' kwalunkwe komponent huma relatati mad-disinn partikolari tal-vettura u mal-funzjonijiet partikolari tal-komponent. Għaldaqstant mhuwiex possibbli li tiġi stabbilita lista eżawrjenti tal-komponenti kritiċi għas-sikurezza. Jenħtieġ li l-elementi essenzjali tal-komponenti kritiċi għas-sikurezza jiġu stabbiliti. |
(7) |
Meta jiġi ddisinjat tip ġdid ta' vettura, jenħtieġ li l-manifattur jiddetermina l-kritiċità tal-funzjonijiet u tal-komponenti tal-prodotti tiegħu permezz ta' analiżi bbażata fuq ir-riskji u jirreġistrahom fil-fajl tekniku msemmi fl-Artikolu 15(4) tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Id-determinazzjoni tal-kritiċità jenħtieġ li tqis kif ikun maħsub il-komponent li jrid jintuża u l-ambjent li fih se jintuża. Jenħtieġ li l-entità inkarigata mill-manutenzjoni jkollha aċċess għall-partijiet rilevanti tal-fajl tekniku biex tiżgura li tkun konxja għalkollox dwar il-kritiċità tal-komponenti għal kull tip ta' vettura taħt ir-responsabbiltà tagħha. Jenħtieġ li l-entità inkarigata mill-manutenzjoni tidentifika l-kritiċitajiet billi tosserva u tanalizza l-ħsarat u tintraċċa l-interventi kollha tagħha, u jenħtieġ li tkun obbligata tipprovdi informazzjoni minn tal-inqas dwar il-komponenti kritiċi għas-sikurezza identifikati bħala tali mill-manifattur. |
(8) |
Fejn l-entità inkarigata mill-manutenzjoni tikkunsidra li jenħtieġ li komponenti kritiċi ġodda għas-sikurezza jiġu inklużi fil-fajl tekniku jew li jenħtieġ li xi komponenti jiġu kklassifikati mill-ġdid bħala mhux kritiċi għas-sikurezza, din jenħtieġ li tinforma minnufih lill-manifattur, lid-detentur tal-awtorizzazzjoni tat-tip tal-vettura u lid-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-vettura sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa, inkluż reviżjoni tal-fajl tekniku, jekk ikun meħtieġ. |
(9) |
Entità jew organizzazzjoni li twettaq funzjoni waħda jew iktar ta' manutenzjoni kif imsemmi fil-punti (b) sa (d) tal-Artikolu 14(3) tad-Direttiva (UE) 2016/798 jew parti minn dawk il-funzjonijiet ta' manutenzjoni tista' tapplika s-sistema ta' ċertifikazzjoni fuq bażi volontarja, abbażi tal-prinċipji speċifikati fl-Artikolu 6. L-għan ta' dik iċ-ċertifikazzjoni huwa li jiġi żgurat li l-manutenzjoni titwettaq fil-qafas ta' proċess ikkontrollat li jissodisfa l-istandards komuni ta' kwalità fil-passi kollha tiegħu. L-Artikolu 14(5) tad-Direttiva (UE) 2016/798 dwar il-validità fl-Unjoni kollha jenħtieġ li japplika wkoll għal dawk iċ-ċertifikati volontarji. |
(10) |
Bħala parti mill-attivitajiet tagħhom, l-amministraturi tal-infrastruttura jaf ikollhom bżonn jużaw ferroviji, vetturi ta' spezzjoni tal-infrastruttura, magni ta' fuq il-binarji jew vetturi speċjali oħra għal finijiet differenti, pereżempju għat-trasport ta' materjali jew ta' persunal għall-kostruzzjoni jew għall-manutenzjoni tal-infrastruttura, għat-twettiq tal-manutenzjoni fuq l-assi tal-infrastruttura tagħhom jew għall-ġestjoni ta' sitwazzjonijiet ta' emerġenza. F'sitwazzjonijiet bħal dawn, jenħtieġ li l-amministratur tal-infrastruttura jitqies li jopera fil-kapaċità ta' impriża ferrovjarja skont is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza tiegħu. Il-valutazzjoni tal-kapaċità tal-amministratur tal-infrastruttura li jħaddem il-vetturi għal dan il-fini jenħtieġ li tkun parti mill-valutazzjoni tiegħu għal awtorizzazzjoni tas-sikurezza skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva (UE) 2016/798. |
(11) |
Il-valutazzjoni minn korp taċ-ċertifikazzjoni, ta' applikazzjoni għal ċertifikat ECM, hija valutazzjoni tal-ħila tal-applikant li jiġġestixxi l-attivitajiet ta' manutenzjoni u li jwettaq il-funzjonijiet operazzjonali ta' manutenzjoni waħdu jew permezz ta' kuntratti ma' korpi oħra, bħal workshops tal-manutenzjoni, inkarigati biex iwettqu dawk il-funzjonijiet jew partijiet minn dawk il-funzjonijiet. |
(12) |
F'konformità mal-Artikolu 14(4) tad-Direttiva (UE) 2016/798, il-korpi taċ-ċertifikazzjoni huma korpi akkreditati, korpi rikonoxxuti jew l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza. Jenħtieġ li sistema ta' akkreditament tipprovdi għodda għall-ġestjoni tar-riskji billi tiżgura li l-korpi akkreditati jkunu kompetenti biex iwettqu xogħolhom. Barra minn hekk, l-akkreditament huwa mezz għall-iżgurar tar-rikonoxximent nazzjonali u internazzjonali taċ-ċertifikati ECM maħruġa minn korpi akkreditati. |
(13) |
Sabiex ikun hemm sistema li tippermetti lill-korpi taċ-ċertifikazzjoni jwettqu kontrolli fuq entitajiet ċertifikati inkarigati mill-manutenzjoni fl-Unjoni kollha u sabiex jiġu armonizzati l-approċċi fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni, huwa importanti li l-korpi kollha li jistgħu jagħtu ċertifikati lil kwalunkwe entità inkarigata mill-manutenzjoni (“korpi taċ-ċertifikazzjoni”) jikkooperaw ma' xulxin. Iridu jiġu żviluppati u approvati rekwiżiti speċifiċi għall-akkreditament u għar-rikonoxximent f'konformità mal-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
(14) |
Il-prestazzjoni, l-organizzazzjoni u l-proċeduri tat-teħid ta' deċiżjonijiet fil-qasam tas-sikurezza u tal-interoperabbiltà ferrovjarja jvarjaw b'mod sostanzjali fost l-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni, b'effett ta' detriment fuq il-funzjonament bla xkiel taż-żona ferrovjarja unika Ewropea. B'mod partikolari, l-impriżi żgħar u ta' daqs medju li jkunu jixtiequ jidħlu fis-suq ferrovjarju fi Stat Membru ieħor jaf ikunu affettwati b'mod negattiv. Għalhekk, il-koordinazzjoni msaħħa bil-ħsieb li jkun hemm iktar armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni hija essenzjali. Sabiex jiġi żgurat li l-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni u l-korpi taċ-ċertifikazzjoni jimplimentaw u japplikaw b'mod konsistenti d-dispożizzjonijiet differenti ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (“l-Aġenzija”), fil-qafas tas-setgħat tagħha sabiex timmonitorja l-prestazzjoni ġenerali tas-sikurezza tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), timmonitorja l-attivitajiet tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni permezz ta' awditjar u spezzjonijiet. Sabiex tkun tista' twettaq din il-funzjoni, jenħtieġ li l-Aġenzija tiġbor l-informazzjoni dwar in-natura tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni attivi f'dak il-qasam u n-numru ta' ċertifikati maħruġa għall-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni. Huwa importanti wkoll li l-Aġenzija tiffaċilita l-koordinazzjoni tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni. |
(15) |
Sakemm tiġi applikata għalkollox is-sistema ta' ċertifikazzjoni tal-entità inkarigata mill-manutenzjoni prevista f'dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-prattiki eżistenti biex jiġu ċċertifikati l-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni u mill-workshops tal-manutenzjoni għal vetturi għajr il-vaguni tal-merkanzija jibqgħu validi għal perjodu ta' tranżizzjoni sabiex jiġi żgurat il-forniment mingħajr interruzzjoni tas-servizzi tal-operazzjonijiet ferrovjarji, b'mod partikolari fil-livell internazzjonali. |
(16) |
Dan ir-Regolament jipprevedi sistema ta' ċertifikazzjoni għat-tipi kollha ta' vetturi, inkluż il-vaguni tal-merkanzija. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2011 (6) jitħassar. |
(17) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 28(1) tad-Direttiva (UE) 2016/798, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema ta' ċertifikazzjoni tal-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni (“ċertifikat ECM”) u jinkludi l-funzjonijiet ta' manutenzjoni deskritti fl-Artikolu 14(3) tad-Direttiva (UE) 2016/798.
2. Dan japplika għall-vetturi kollha, u jintroduċi l-possibbiltà għaċ-ċertifikazzjoni ta' funzjonijiet ta' manutenzjoni esternalizzati.
3. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati mill-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni fir-rigward tal-ġestjoni tal-komponenti kritiċi għas-sikurezza.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“akkreditament” tfisser akkreditament kif definit fl-Artikolu 2(10) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008; |
(b) |
“korp taċ-ċertifikazzjoni” tfisser korp, responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni ta' entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni jew għaċ-ċertifikazzjoni tal-entità jew tal-organizzazzjoni li jwettqu l-funzjonijiet ta' manutenzjoni msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 14(3) tad-Direttiva (UE) 2016/798, jew partijiet minn dawk il-funzjonijiet; |
(c) |
“rilaxx għas-servizz” tfisser l-assigurazzjoni ġġustifikata u rreġistrata akkumpanjata minn dokumentazzjoni fejn ikun xieraq, mogħtija mill-entità li twettaq il-manutenzjoni lill-amministratur tal-manutenzjoni tal-flotta, li l-manutenzjoni tkun twettqet skont l-ordnijiet tal-manutenzjoni; |
(d) |
“ritorn għall-operazzjoni” tfisser avviż mogħti lill-utent, pereżempju impriża ferrovjarja jew detentur, mill-entità inkarigata mill-manutenzjoni, abbażi ta' rilaxx għas-servizz, li jassigura li jkunu tlestew ix-xogħlijiet xierqa kollha ta' manutenzjoni u li l-vettura, li preċedentement kienet tneħħiet mill-operazzjoni, hija f'kundizzjoni li tintuża b'mod sikur, possibbilment soġġetta għal restrizzjonijiet fuq l-użu; |
Għandha tapplika d-definizzjoni ta' “komponent kritiku għas-sikurezza” prevista fit-Taqsima 4.2.12.1 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 (7).
Artikolu 3
Sistema ta' Ċertifikazzjoni
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15(1) tad-Direttiva (UE) 2016/798, kwalunkwe entità inkarigata mill-manutenzjoni għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II, fir-rigward tal-vetturi kollha soġġetti għad-Direttiva (UE) 2016/798.
2. Iċ-ċertifikazzjoni ECM li tistabbilixxi l-konformità mar-rekwiżiti tal-Anness II għandha tkun obbligatorja għal kwalunkwe entità inkarigata mill-manutenzjoni:
(a) |
responsabbli għall-manutenzjoni tal-vaguni tal-merkanzija, jew |
(b) |
li ma tkunx impriża ferrovjarja jew amministratur tal-infrastruttura li jkunu qegħdin iwettqu manutenzjoni ta' vetturi esklużivament għall-operazzjonijiet tagħhom stess. |
3. Kwalunkwe entità inkarigata mill-manutenzjoni ta' vetturi għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 2, tista' tapplika għal ċertifikazzjoni ECM.
4. Il-konformità mal-Anness II għandha tintwera permezz ta' ċertifikazzjoni ECM jew, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, fil-każ tal-impriżi ferrovjarji permezz tal-proċess ta' ċertifikazzjoni tas-sikurezza jew fil-każ tal-amministraturi tal-infrastruttura permezz ta' awtorizzazzjoni tas-sikurezza.
5. Iċ-ċertifikat ECM mogħti lil impriża ferrovjarja jew lil amministratur tal-infrastruttura għandu jitqies bħala evidenza tal-konformità mal-punti 5.2.4 u 5.2.5 kemm tal-Anness I u kemm tal-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/762 (8) fir-rigward tal-manutenzjoni tal-vetturi.
Artikolu 4
Komponenti kritiċi għas-sikurezza
1. Għall-ġestjoni tal-komponenti kritiċi għas-sikurezza, l-entità inkarigata mill-manutenzjoni għandha tqis l-identifikazzjoni inizjali tal-komponenti kritiċi għas-sikurezza mill-manifattur tal-vettura flimkien ma' kwalunkwe struzzjoni speċifika ta' manutenzjoni rreġistrata fil-fajls tekniċi tas-subsistemi msemmija fl-Artikolu 15(4) tad-Direttiva (UE) 2016/797.
2. L-entità inkarigata mill-manutenzjoni għandha tipprovdi informazzjoni direttament jew permezz tad-detentur lill-impriżi ferrovjarji u lill-amministraturi tal-infrastruttura li joperaw il-vetturi, lid-detenturi, lill-manifatturi, lid-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet tal-vetturi u lid-detenturi tal-awtorizzazzjoni tat-tip tal-vetturi, tas-subsistemi jew tal-komponenti, kif l-iktar ikun xieraq, u għandha b'mod partikolari tinformahom dwar sejbiet ta' manutenzjoni eċċezzjonali lil hinn mit-tkagħbir bl-użu.
3. Fejn matul il-manutenzjoni ta' vettura, entità inkarigata mill-manutenzjoni ssir taf b'evidenza li tissuġġerixxi li komponent li preċedentement ma kienx ġie identifikat bħala kritiku għas-sikurezza jenħtieġ li jiġi kkunsidrat bħala tali, għandha tinforma mingħajr dewmien lill-manifattur, lid-detentur tal-awtorizzazzjoni tat-tip tal-vettura u lid-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-vettura.
4. Sabiex jiġi kkonfermat jekk il-komponent huwiex kritiku għas-sikurezza, il-manifattur, meta jkun jista' jiġi identifikat, għandu jwettaq valutazzjoni tar-riskji. Għandu jqis kif ikun maħsub li jintuża l-komponent u l-ambjent li fih ikun maħsub li jintuża. Kif ikun xieraq, l-entità inkarigata mill-manutenzjoni għandha taġġusta l-proċeduri tal-manutenzjoni tagħha sabiex tiżgura l-monitoraġġ u l-manutenzjoni sikura tal-komponent.
5. Il-komponenti kritiċi għas-sikurezza, inkluż dawk identifikati skont il-paragrafu 4 ta' hawn fuq, għandhom jiġu rreġistrati fid-dokumentazzjoni rilevanti tal-vetturi u għandhom jiġu ġestiti permezz tagħha kif ġej:
(a) |
il-manifatturi għandhom jiġġestixxu l-informazzjoni dwar il-komponenti kritiċi għas-sikurezza u l-istruzzjonijiet xierqa tal-manutenzjoni relatati magħhom permezz ta' referenza fil-fajl tekniku ta' subsistemi msemmija fl-Artikolu 15(4) tad-Direttiva (UE) 2016/797; u |
(b) |
l-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni għandhom jiġġestixxu l-komponenti kritiċi għas-sikurezza u l-istruzzjonijiet xierqa tal-manutenzjoni kif ukoll l-attivitajiet rilevanti tal-manutenzjoni fil-fajl jew fid-dokumentazzjoni tal-manutenzjoni msemmija fl-Artikolu 14 tad-Direttiva (UE) 2016/798. |
6. L-entità inkarigata mill-manutenzjoni għandha tinforma lis-settur ferrovjarju u lill-industrija tal-provvista ferrovjarja dwar sejbiet ġodda jew mhux mistennija li jkunu rilevanti għas-sikurezza, inkluż sejbiet eċċezzjonali tal-manutenzjoni lil hinn mit-tkagħbir bl-użu, b'rabta mal-vetturi, mas-subsistemi jew ma' komponenti oħra, meta r-riskji relatati jkunu rilevanti għal iktar atturi li x'aktarx ma jkunux ikkontrollati sew. L-entità inkarigata mill-manutenzjoni għandha tuża l-għodda tal-IT ta' Twissija għas-Sikurezza jew għodda informatika oħra pprovduta mill-Aġenzija għal dan l-iskop.
7. Fuq talba tal-entità inkarigata għall-manutenzjoni jew tad-detentur tal-vettura, il-manifatturi għandhom jipprovdu appoġġ tekniku u ta' inġinerija għall-komponenti kritiċi għas-sikurezza u għall-integrazzjoni sikura tagħhom.
Artikolu 5
Obbligi tal-partijiet involuti fil-proċess ta' manutenzjoni
1. L-entità inkarigata mill-manutenzjoni tal-vettura għandha tipprovdi l-informazzjoni dwar il-manutenzjoni ta' vettura, u fejn ikun applikabbli dwar aspetti rilevanti għat-tħaddim, lill-impriżi ferrovjarji jew lill-amministraturi tal-infrastruttura meta jitolbu għaliha, jew direttament jew inkella permezz tad-detentur.
2. L-impriża ferrovjarja jew l-amministratur tal-infrastruttura għandhom jipprovdu l-informazzjoni dwar it-tħaddim ta' vettura lill-entità inkarigata mill-manutenzjoni meta din tintalab, jew direttament jew inkella permezz tad-detentur tal-vettura.
3. Il-partijiet kollha involuti fil-proċess ta' manutenzjoni bħall-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-infrastruttura, id-detenturi, l-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni, kif ukoll il-manifatturi ta' vetturi, ta' subsistemi jew ta' komponenti, għandhom jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti dwar il-manutenzjoni f'konformità mal-kriterji elenkati fit-Taqsimiet I.7 u I.8 tal-Anness II.
4. Fejn kwalunkwe parti involuta, b'mod partikolari impriża ferrovjarja jew amministratur tal-infrastruttura, ikollha evidenza li entità inkarigata mill-manutenzjoni ma tikkonformax mal-Artikolu 14 tad-Direttiva (UE) 2016/798 jew mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, hija għandha tinforma mingħajr dewmien lill-korp taċ-ċertifikazzjoni u lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza rilevanti b'dan. Il-korp taċ-ċertifikazzjoni jew, fejn l-entità inkarigata mill-manutenzjoni ma tkunx iċċertifikata, l-awtorità nazzjonali rilevanti għas-sikurezza, għandhom jieħdu azzjoni xierqa biex jikkontrollaw jekk l-ilment ta' nuqqas ta' konformità huwiex ġustifikat.
5. Fejn l-entità inkarigata mill-manutenzjoni tinbidel, id-detentur, f'konformità mal-Artikolu 47(6) tad-Direttiva (UE) 2016/797, għandu jinforma mingħajr dewmien lill-entità tar-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE (9) u jitlob li r-reġistru tal-vetturi jiġi aġġornat. F'dik is-sitwazzjoni:
(i) |
l-entità preċedenti inkarigata mill-manutenzjoni għandha tipprovdi mingħajr dewmien id-dokumentazzjoni tal-manutenzjoni lid-detentur; |
(ii) |
l-entità preċedenti inkarigata mill-manutenzjoni għandha tinħeles mill-obbligi tagħha meta titneħħa mir-reġistru tal-vetturi; |
(iii) |
fin-nuqqas ta' entità ġdida inkarigata mill-manutenzjoni, ir-reġistrazzjoni tal-vettura għandha tiġi sospiża. |
Artikolu 6
Korpi taċ-ċertifikazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja dwar il-korpi taċ-ċertifikazzjoni lill-Aġenzija:
— |
l-isem |
— |
l-indirizz |
— |
id-dettalji ta' kuntatt |
— |
in-natura tal-għoti tas-setgħa tagħhom f'konformità mal-Artikolu 14 tad-Direttiva (UE) 2016/798 (akkreditament, rikonoxximent jew jekk ingħatawx il-kompitu bħala awtorità nazzjonali tas-sikurezza) |
2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Aġenzija dwar kwalunkwe bidla fis-sitwazzjoni fi żmien xahar minn meta sseħħ dik il-bidla.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi taċ-ċertifikazzjoni jikkonformaw mal-kriterji u mal-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Anness I u ma' kwalunkwe skema speċifika ta' akkreditament settorjali stabbilita permezz tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet meħuda mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni jkunu soġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju.
5. Sabiex jiġu armonizzati l-approċċi għall-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet, il-korpi taċ-ċertifikazzjoni għandhom jikkooperaw ma' xulxin fl-Istati Membri u fl-Unjoni kollha.
6. L-Aġenzija għandha torganizza u tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn il-korpi taċ-ċertifikazzjoni.
7. Kull tliet snin il-korpi taċ-ċertifikazzjoni għandhom jipprovdu rapport tal-attività f'forma elettronika lill-Aġenzija. Il-kontenut ta' tali rapport għandu jiġi definit mill-Aġenzija (f'kollaborazzjoni mal-korpi taċ-ċertifikazzjoni) u għandu jkun disponibbli fis-16 ta' Diċembru 2020 u konformi ma' kwalunkwe skema speċifika ta' akkreditament settorjali stabbilita permezz tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni. L-Aġenzija għandha tippubblika r-rapporti fuq is-sit web tagħha.
8. Awtorità nazzjonali tas-sikurezza, korp nazzjonali ta' investigazzjoni jew l-Aġenzija jistgħu jitolbu għal informazzjoni mingħand kwalunkwe korp taċ-ċertifikazzjoni dwar is-sitwazzjoni fir-rigward ta' ċertifikazzjoni ECM individwali. Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jwieġeb mhux iktar tard minn ġimagħtejn wara.
Artikolu 7
Ċertifikazzjoni tal-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni
1. L-entità inkarigata mill-manutenzjoni għandha tapplika għal ċertifikazzjoni ECM għand korp taċ-ċertifikazzjoni. Għandha tuża l-formola rilevanti fl-Anness III u tipprovdi evidenza dokumentata għar-rekwiżiti u għall-proċeduri stabbiliti fl-Anness II. L-applikazzjoni għandha tinkludi d-deskrizzjoni tal-istrateġija sabiex tiġi żgurata konformità kontinwa mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, wara l-għoti taċ-ċertifikazzjoni ECM, inkluż il-konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1078/2012 (10).
2. L-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni ECM tista' tkun limitata għal kategorija speċifikata ta' vetturi.
3. L-applikant għandu jibgħat informazzjoni u dokumentazzjoni supplimentari fuq talba tal-korp taċ-ċertifikazzjoni. Iż-żmien biex wieħed jipprovdi informazzjoni supplimentari għandu jkun raġonevoli, proporzjonat għad-diffikultà li wieħed jipprovdi l-informazzjoni li tintalab, u miftiehem mal-applikant fuq talba.
4. Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jivverifika l-issodisfar tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II. Għal dak l-għan, jista' jagħmel żjarat fis-sit tal-entità inkarigata mill-manutenzjoni.
5. Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jieħu deċiżjoni li jagħti jew li jirrifjuta ċertifikazzjoni ECM mhux iktar tard minn erba' xhur wara li jkun irċieva l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha.
6. Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jagħti r-raġunijiet li wasslu għad-deċiżjonijiet tiegħu. Huwa għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-entità inkarigata mill-manutenzjoni, b'indikazzjoni tal-proċess tal-appell, il-limitu ta' żmien għal appell u d-dettalji ta' kuntatt tal-korp tal-appell.
7. Id-deċiżjoni li tingħata ċ-ċertifikazzjoni ECM għandha tiġi nnotifikata bl-użu tal-formola rilevanti stabbilita fl-Anness IV.
8. Ċertifikazzjoni ECM għandha tkun valida għal perjodu massimu ta' ħames snin. L-entità ċċertifikata inkarigata mill-manutenzjoni għandha tinforma mingħajr dewmien lill-korp taċ-ċertifikazzjoni bi kwalunkwe bidla li jaf ikollha impatt fuq il-validità taċ-ċertifikazzjoni tagħha.
Artikolu 8
Konformità tal-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni
1. Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jwettaq attivitajiet ta' sorveljanza fir-rigward tal-entità inkarigata mill-manutenzjoni sabiex jivverifika l-konformità kontinwa mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II. Huwa għandu jwettaq żjarat fis-sit minn tal-inqas darba kull 12-il xahar. L-għażla dwar in-natura tal-attivitajiet ta' sorveljanza u s-siti li trid issirilhom żjara għandu jkollha l-għan li tiżgura konformità kontinwa ġenerali u għandha tkun ibbażata fuq bilanċ ġeografiku u funzjonali. Għandha tqis l-attivitajiet ta' sorveljanza preċedenti tal-entità inkarigata mill-manutenzjoni li tkun taħt sorveljanza.
2. Fejn il-korp taċ-ċertifikazzjoni jsib li entità inkarigata mill-manutenzjoni ma għadhiex tikkonforma mar-rekwiżiti li abbażi tagħhom ħareġ iċ-ċertifikazzjoni ECM, jista' jieħu waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:
— |
jaqbel fir-rigward ta' pjan ta' titjib mal-entità inkarigata mill-manutenzjoni, |
— |
jiddeċiedi li jillimita l-ambitu taċ-ċertifikazzjoni ECM, |
— |
jissospendi jew jirrevoka ċ-ċertifikazzjoni, skont il-livell ta' nuqqas ta' konformità. |
3. Fejn l-entità inkarigata mill-manutenzjoni ma ssegwix il-pjan ta' titjib jew tkompli bin-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jiddeċiedi li jillimita l-ambitu taċ-ċertifikazzjoni ECM jew li jirrevokaha, skont il-livell ta' nuqqas ta' konformità.
4. F'każ ta' revoka ta' ċertifikazzjoni ECM, l-entità inkarigata mir-reġistru nazzjonali jew Ewropew tal-vetturi għandha tiżgura s-sospensjoni tar-reġistrazzjoni tal-vetturi affettwati bir-revoka, sakemm tiġi rreġistrata entità ġdida inkarigata mill-manutenzjoni għall-vetturi kkonċernati.
5. Kull entità inkarigata mill-manutenzjoni għandha tibgħat rapport annwali tal-attivitajiet tagħha lill-korp taċ-ċertifikazzjoni tagħha u tara li jkun disponibbli għall-awtorità nazzjonali tas-sikurezza u għall-Aġenzija jekk jitolbuh. Ir-rekwiżiti għal dan ir-rapport huma stabbiliti fl-Anness V.
Artikolu 9
Esternalizzazzjoni tal-funzjonijiet ta' manutenzjoni
1. Waħda jew iktar mill-funzjonijiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 14(3) tad-Direttiva (UE) 2016/798, jew partijiet minnhom, jistgħu jiġu esternalizzati u l-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jiġi infurmat b'dan.
2. L-entità inkarigata mill-manutenzjoni għandha turi lill-korp taċ-ċertifikazzjoni kif tikkonforma mar-rekwiżiti u mal-kriterji ta' valutazzjoni kollha stabbiliti fl-Anness II fir-rigward tal-funzjonijiet li tiddeċiedi li testernalizza.
3. L-entità inkarigata mill-manutenzjoni għandha tibqa' responsabbli għall-eżitu tal-attivitajiet ta' manutenzjoni esternalizzati u għandha tistabbilixxi sistema biex timmonitorja t-twettiq tagħhom.
Artikolu 10
Ċertifikazzjoni għal funzjonijiet ta' manutenzjoni esternalizzati
1. Tista' tintalab ċertifikazzjoni minn kwalunkwe entità jew organizzazzjoni li twettaq waħda jew iktar mill-funzjonijiet ta' manutenzjoni kif imsemmi fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 14(3). Tali ċertifikazzjoni għandha tikkonferma li l-manutenzjoni mwettqa mill-entità jew mill-organizzazzjoni kkonċernati ta' waħda jew iktar minn dawk il-funzjonijiet tikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fl-Anness II.
2. Il-korpi taċ-ċertifikazzjoni għandhom japplikaw il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 6, 7, 8 u 13(2) adattati għall-każ partikolari tal-applikant.
Fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għal ċertifikazzjoni fir-rigward ta' funzjonijiet ta' manutenzjoni esternalizzati jew partijiet minnhom, il-korpi taċ-ċertifikazzjoni għandhom japplikaw:
(a) |
ir-rekwiżiti u l-kriterji ta' valutazzjoni stabbiliti fit-Taqsima I tal-Anness II, adattati għat-tip u għal-livell ta' servizz tal-organizzazzjoni; |
(b) |
ir-rekwiżiti u l-kriterji ta' valutazzjoni li jiddeskrivu l-funzjoni jew il-funzjonijiet speċifiċi tal-manutenzjoni. |
Artikolu 11
Ir-rwol tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza
Jekk awtorità nazzjonali tas-sikurezza tkun taf li entità inkarigata mill-manutenzjoni ma tikkonformax mar-rekwiżiti tal-Anness III tad-Direttiva (UE) 2016/798 jew mar-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandha tinforma lill-korpi jew lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-akkreditament jew għar-rikonoxximent, lill-Aġenzija, lill-korp taċ-ċertifikazzjoni u lil partijiet interessati oħra kif ikun xieraq.
Artikolu 12
Kooperazzjoni mal-korpi taċ-ċertifikazzjoni
L-Aġenzija għandha tappoġġa s-sistema armonizzata ta' ċertifikazzjoni permezz tal-provvista ta':
(a) |
assistenza lill-korpi nazzjonali tal-akkreditament u lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti li jirrikonoxxu l-korpi taċ-ċertifikazzjoni; |
(b) |
kooperazzjoni fir-rigward ta' skemi xierqa ta' akkreditament u ta' ċertifikazzjoni. Dawk l-iskemi għandhom jistabbilixxu l-kriterji u l-proċeduri sabiex tiġi vvalutata l-konformità tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I (permezz tal-infrastruttura Ewropea ta' akkreditament stabbilita skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008). |
Artikolu 13
Għoti ta' informazzjoni
1. L-Aġenzija għandha tiġbor, tirreġistra u tippubblika l-informazzjoni bażika dwar il-korpi taċ-ċertifikazzjoni u l-entitajiet iċċertifikati inkarigati mill-manutenzjoni. L-Aġenzija għandha toħloq għodda tal-IT biex twettaq dan il-kompitu.
2. Il-korpi taċ-ċertifikazzjoni għandhom jinnotifikaw lill-Aġenzija biċ-ċertifikazzjonijiet ECM kollha li ġew maħruġa, emendati, imġedda, sospiżi jew revokati jew biċ-ċertifikazzjonijiet kollha għall-funzjonijiet kif imsemmi fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 14(3) tad-Direttiva (UE) 2016/798, fi żmien ġimgħa mid-deċiżjoni tagħhom, billi jużaw il-formoli stabbiliti fl-Anness IV.
Artikolu 14
Rapportar
L-Aġenzija għandha tibgħat lill-Kummissjoni l-ewwel rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. L-Aġenzija għandha tibgħat ir-rapporti sussegwenti dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament kull tliet snin wara l-ewwel rapport.
Artikolu 15
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
1. Il-korpi taċ-ċertifikazzjoni akkreditati jew rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 445/2011 għandhom jitqiesu akkreditati jew rikonoxxuti f'konformità ma' dan ir-Regolament skont il-kundizzjonijiet li bihom dawk il-korpi taċ-ċertifikazzjoni ġew akkreditati jew rikonoxxuti.
2. L-attestazzjoni għal entità inkarigata mill-manutenzjoni għal vetturi għajr vaguni tal-merkanzija, maħruġa mill-korp taċ-ċertifikazzjoni abbażi tal-liġijiet nazzjonali, applikabbli fil-qasam irregolat b'dan ir-Regolament, qabel is-16 ta' Ġunju 2020 għandha tiġi rikonoxxuta bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikazzjonijiet ECM għall-perjodu ta' validità oriġinali tagħha jew mhux iktar tard mis-16 ta' Ġunju 2023.
3. L-attestazzjonijiet ta' konformità mal-prinċipji u mal-kriterji ekwivalenti għar-rekwiżiti tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 445/2011 maħruġa minn korp taċ-ċertifikazzjoni għal vetturi għajr vaguni tal-merkanzija, sa mhux iktar tard mis-16 ta' Ġunju 2019, għandhom jitqiesu ekwivalenti għaċ-ċertifikazzjonijiet ECM maħruġa skont dan ir-Regolament għall-perjodu ta' validità oriġinali tagħhom jew mhux iktar tard mis-16 ta' Ġunju 2023.
4. L-attestazzjonijiet ta' konformità għall-funzjonijiet ta' manutenzjoni esternalizzati għal vetturi għajr vaguni tal-merkanzija, maħruġa mill-korp taċ-ċertifikazzjoni sa mhux iktar tard mis-16 ta' Ġunju 2022, abbażi tal-liġijiet nazzjonali applikabbli fil-qasam irregolat b'dan ir-Regolament qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu għandhom jitqiesu ekwivalenti għaċ-ċertifikazzjonijiet ECM għall-funzjonijiet ta' manutenzjoni esternalizzati maħruġa skont dan ir-Regolament għall-perjodu ta' validità oriġinali tagħhom jew mhux iktar tard mis-16 ta' Ġunju 2025.
5. L-entitajiet kollha inkarigati mill-manutenzjoni għall-vetturi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2) għajr il-vaguni tal-merkanzija u l-vetturi elenkati fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva (UE) 2016/798, li mhumiex soġġetti għall-paragrafi 2 sa 4, għandhom jikkonformaw ma' dan ir-Regolament sa mhux iktar tard mis- mis-16 ta' Ġunju 2022.
Artikolu 16
Tħassir
Ir-Regolament (UE) Nru 445/2011 jitħassar b'effett mis-16 ta' Ġunju 2020.
Iċ-ċertifikati maħruġa skont ir-Regolament (UE) Nru 445/2011 minn korp taċ-ċertifikazzjoni għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikati maħruġa skont dan ir-Regolament għall-perjodu ta' validità oriġinali tagħhom.
Artikolu 17
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-16 ta' Ġunju 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 138, 26.5.2016, p. 102.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2011 tal-10 ta' Mejju 2011 dwar sistema ta' ċertifikazzjoni tal-entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni tal-vaguni tal-merkanzija u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 653/2007 (ĠU L 122, 11.5.2011, p. 22)
(3) Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
(5) Ir-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1-43)
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2011 tal-10 ta' Mejju 2011 dwar sistema ta' ċertifikazzjoni tal-entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni tal-vaguni tal-merkanzija u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 653/2007 (ĠU L 122, 11.5.2011, p. 22).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema tal-vetturi ferrovjarji – lokomotivi u vetturi ferrovjarji għat-trasport tal-passiġġieri tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 228).
(8) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/762 tat-8 ta' Marzu 2018 li jistabbilixxi metodi ta' sikurezza komuni dwar ir-rekwiżiti tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza skont id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1158/2010 u (UE) Nru 1169/2010 (ĠU L 129, 25.5.2018, p. 26).
(9) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE tad-9 ta' Novembru 2007 li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi previst fl-Artikoli 14(4) u (5) tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE (ĠU L 305, 23.11.2007, p. 30).
(10) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1078/2012 tas-16 ta' Novembru 2012 dwar metodu komuni ta' sikurezza għall-monitoraġġ li għandu jiġi applikat mill-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura wara li jirċievu ċertifikat tas-sikurezza jew awtorizzazzjoni tas-sikurezza u minn entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni (ĠU L 320, 17.11.2012, p. 8).
ANNESS I
Kriterji għall-akkreditament jew għar-rikonoxximent tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni involuti fil-valutazzjoni u fl-għoti taċ-ċertifikati ECM
1. ORGANIZZAZZJONI
Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jiddokumenta l-istruttura organizzattiva tiegħu, filwaqt li jindika d-dmirijiet, ir-responsabbiltà u l-awtorità tal-persunal tal-ġestjoni tagħha, kif ukoll ta' persunal ieħor ta' ċertifikazzjoni u ta' kwalunkwe kumitat. Fejn il-korp taċ-ċertifikazzjoni jkun parti definita minn entità ġuridika, l-istruttura għandha tinkludi l-linja ta' awtorità u r-relazzjoni ma' partijiet oħra fl-istess entità ġuridika.
2. INDIPENDENZA
Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jkun korp indipendenti mil-lat organizzattiv u funzjonali fit-teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu mill-impriżi ferrovjarji, mill-amministraturi tal-infrastruttura, mid-detenturi, mill-manifatturi u mill-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni u ma għandux jipprovdi servizzi simili.
L-indipendenza tal-persunal responsabbli għall-kontrolli taċ-ċertifikazzjoni għandha tiġi ggarantita. L-ebda uffiċjal ma għandu jiġi rremunerat abbażi tan-numru ta' kontrolli mwettqa jew tar-riżultati ta' dawk il-kontrolli.
3. KOMPETENZA
Il-korp taċ-ċertifikazzjoni u l-persunal skjerat għandu jkollhom il-kompetenza professjonali meħtieġa, b'mod partikolari fir-rigward tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni tal-vetturi u s-sistema xierqa ta' manutenzjoni. Ir-rekwiżiti speċifiċi li jindirizzaw il-persunal involut fil-ġestjoni u fit-twettiq tal-valutazzjoni u fiċ-ċertifikazzjoni għandhom jiġu deskritti fl-iskema ta' akkreditament.
4. IMPARZJALITÀ
Id-deċiżjonijiet tal-korp taċ-ċertifikazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq evidenza oġġettiva ta' konformità jew nuqqas ta' konformità miksuba mill-korp taċ-ċertifikazzjoni, u ma għandhomx jiġu influwenzati minn interessi jew minn partijiet oħra.
5. RESPONSABBILTÀ
Il-korp taċ-ċertifikazzjoni mhuwiex responsabbli għall-iżgurar tal-konformità kontinwa mar-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni.
Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu r-responsabbiltà li jivvaluta evidenza oġġettiva suffiċjenti biex fuqha jibbaża d-deċiżjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni.
6. TRASPARENZA
Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jiżvela jew jipprovdi aċċess pubbliku għal informazzjoni xierqa u f'waqtha dwar il-proċess tal-awditjar u l-proċess taċ-ċertifikazzjoni tiegħu. Għandu wkoll jipprovdi informazzjoni dwar l-istat taċ-ċertifikazzjoni (inkluż l-għoti, l-estensjoni, iż-żamma, it-tiġdid, is-sospensjoni, it-tnaqqis tal-ambitu jew l-irtirar taċ-ċertifikazzjoni) ta' kwalunkwe organizzazzjoni, sabiex irawwem il-fiduċja fl-integrità u fil-kredibbiltà taċ-ċertifikazzjoni. It-trasparenza hija prinċipju ta' żvelar jew ta' aċċess għal informazzjoni xierqa.
7. KUNFIDENZJALITÀ
Sabiex jikseb l-aċċess privileġġat għall-informazzjoni meħtieġa biex tiġi vvalutata b'mod adegwat il-konformità mar-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni, korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jżomm il-kunfidenzjalità ta' kwalunkwe informazzjoni kummerċjali dwar klijent.
8. PROĊEDURA GĦALL-ILMENTI
Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jistabbilixxi proċedura biex jindirizza l-ilmenti dwar id-deċiżjonijiet u dwar attivitajiet oħra relatati maċ-ċertifikazzjoni.
9. OBBLIGAZZJONI U FINANZJAMENT
Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jkun kapaċi juri li evalwa r-riskji li jirriżultaw mill-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni tiegħu u li għandu arranġamenti adegwati (inkluż assigurazzjoni jew riżervi) biex ikopri l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-operazzjonijiet tiegħu f'kull qasam tal-attivitajiet tiegħu u fiż-żoni ġeografiċi li jopera fihom.
ANNESS II
Ir-rekwiżiti u l-kriterji ta' valutazzjoni għall-organizzazzjonijiet li japplikaw għal ċertifikat ECM jew għal ċertifikat fir-rigward tal-funzjonijiet tal-manutenzjoni esternalizzati minn entità inkarigata mill-manutenzjoni
I. Rekwiżiti u kriterji ta' valutazzjoni għall-funzjoni tal-ġestjoni
1. Tmexxija — impenn għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni tas-sistema ta' manutenzjoni tal-organizzazzjoni u għat-titjib kontinwu tal-effettività tagħha
L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri:
(a) |
biex tistabbilixxi politika xierqa ta' manutenzjoni għat-tip u għal-livell ta' servizz tal-organizzazzjoni, li tkun approvata mill-kap eżekuttiv tal-organizzazzjoni jew mir-rappreżentant tiegħu jew tagħha; |
(b) |
biex tiżgura li jiġu stabbiliti miri tas-sikurezza, f'konformità mal-qafas ġuridiku u li jkunu konsistenti mat-tip, mal-livell u mar-riskji rilevanti tal-organizzazzjoni; |
(c) |
biex tivvaluta l-prestazzjoni ġenerali tas-sikurezza tagħha fir-rigward tal-miri tas-sikurezza korporattivi tagħha; |
(d) |
biex tiżviluppa pjanijiet u proċeduri biex tilħaq il-miri tas-sikurezza tagħha; |
(e) |
biex tiżgura li jkunu disponibbli r-riżorsi meħtieġa biex jitwettqu l-proċessi kollha sabiex tikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness; |
(f) |
biex tidentifika u tiġġestixxi l-impatt ta' attivitajiet oħra ta' ġestjoni fuq is-sistema ta' manutenzjoni; |
(g) |
biex tiżgura li l-amministrazzjoni superjuri tkun konxja mir-riżultati tal-monitoraġġ u tal-awditjar tal-prestazzjoni u tieħu r-responsabbiltà ġenerali għall-implimentazzjoni ta' bidliet fis-sistema ta' manutenzjoni; |
(h) |
biex tiżgura li l-persunal u r-rappreżentanti tal-persunal ikunu rappreżentati u kkonsultati b'mod adegwat fil-proċessi tad-definizzjoni, tal-iżvilupp, tal-monitoraġġ u tar-rieżami tal-aspetti tas-sikurezza tal-proċessi relatati kollha li jistgħu jinvolvu lill-persunal. |
2. Ġestjoni tar-riskji — approċċ strutturat biex jiġu vvalutati r-riskji assoċjati mal-manutenzjoni tal-vetturi, inkluż dawk li jirriżultaw direttament minn proċessi operazzjonali u mill-attivitajiet ta' organizzazzjonijiet jew ta' persuni oħra, u biex jiġu identifikati l-miżuri xierqa ta' kontroll tar-riskji
2.1. L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri u arranġamenti fis-seħħ biex tirrikonoxxi l-ħtieġa u l-impenn għall-kollaborazzjoni mad-detenturi, mal-impriżi ferrovjarji, mal-amministraturi tal-infrastruttura, mad-disinjaturi u mal-manifatturi tal-vetturi u tal-komponenti jew ma' partijiet interessati oħra.
2.2. L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri ta' ġestjoni tar-riskji biex tiġġestixxi l-bidliet fil-fajl tal-manutenzjoni, inkluż pjanijiet ta' manutenzjoni, tagħmir, proċeduri, organizzazzjoni, persunal jew interfaċċi, u biex tapplika l-metodi komuni tas-sikurezza relatati mal-metodi tal-evalwazzjoni u tal-valutazzjoni tar-riskji kif adottati skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva (UE) 2016/798.
2.3. Meta tivvaluta r-riskji, organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri biex tqis il-ħtieġa li tiddetermina, tipprovdi u ssostni ambjent tax-xogħol xieraq li jikkonforma mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni, b'mod partikolari mad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE (1).
3. Monitoraġġ — approċċ strutturat biex jiġi żgurat li l-miżuri tal-kontroll tar-riskji huma fis-seħħ, li qegħdin jaħdmu sew u li qegħdin jilħqu l-objettivi tal-organizzazzjoni
3.1. L-organizzazzjoni għandu jkollha proċedura biex b'mod regolari tiġbor, timmonitorja u tanalizza d-data rilevanti dwar is-sikurezza, inkluż:
(a) |
it-twettiq ta' proċessi rilevanti; |
(b) |
ir-riżultati tal-proċessi (inkluż is-servizzi u l-prodotti kollha b'kuntrattar); |
(c) |
l-effettività tal-arranġamenti tal-kontroll tar-riskji; |
(d) |
l-informazzjoni dwar l-esperjenza, il-funzjonament ħażin, id-difetti u t-tiswijiet li jirriżultaw mit-tħaddim ta' kuljum u mill-manutenzjoni. |
3.2. L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri biex tiżgura li l-aċċidenti, l-inċidenti, l-okkorrenzi fejn wieħed jeħlisha ħafif u okkorrenzi perikolużi oħra jiġu rrapportati, irreġistrati, investigati u analizzati.
3.3. Biex isir rieżami perjodiku tal-proċessi kollha, l-organizzazzjoni għandu jkollha sistema ta' awditjar intern li tkun indipendenti, imparzjali u li taġixxi b'mod trasparenti. Din is-sistema għandu jkollha proċeduri fis-seħħ biex:
(a) |
tiżviluppa pjan ta' awditjar intern, li jista' jiġi revedut skont ir-riżultati ta' awditjar preċedenti u l-monitoraġġ tal-prestazzjoni; |
(b) |
tanalizza u tevalwa r-riżultati tal-awditjar; |
(c) |
tipproponi u timplimenta miżuri jew azzjonijiet korrettivi speċifiċi; |
(d) |
tivverifika l-effettività ta' miżuri jew ta' azzjonijiet preċedenti. |
3.4. Il-proċeduri msemmija fil-punti 3.1, 3.2 u 3.3 ta' din it-Taqsima għandhom jikkonformaw mal-metodi komuni tas-sikurezza relatati mal-metodi tal-evalwazzjoni u tal-valutazzjoni tar-riskji kif adottati skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva (UE) 2016/798 u mal-metodi għall-valutazzjoni tal-livell ta' sikurezza u tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-operaturi ferrovjarji fil-livell nazzjonali u dak tal-Unjoni kif adottati skont il-punt (d) tal-Artikolu 6(1) ta' dik id-Direttiva.
4. Titjib kontinwu — approċċ strutturat biex tiġi analizzata l-informazzjoni miġbura permezz ta' monitoraġġ regolari, awditjar, jew sorsi rilevanti oħra, u biex ir-riżultati jservu ta' tagħlim u biex jiġu adottati miżuri preventivi jew korrettivi għaż-żamma jew għat-titjib tal-livell ta' sikurezza
L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri sabiex jiġi żgurat li:
(a) |
in-nuqqasijiet identifikati jiġu rettifikati; |
(b) |
l-iżviluppi ġodda fis-sikurezza jiġu implimentati; |
(c) |
is-sejbiet tal-awditjar intern jintużaw biex tittejjeb is-sistema; |
(d) |
jiġu implimentati azzjonijiet preventivi jew korrettivi, meta jkunu meħtieġa, biex tiġi żgurata l-konformità tas-sistema ferrovjarja mal-istandards u ma' rekwiżiti oħra matul iċ-ċiklu tal-ħajja tat-tagħmir u tal-operazzjonijiet; |
(e) |
l-informazzjoni rilevanti fir-rigward tal-investigazzjoni u l-kawżi tal-aċċidenti, tal-inċidenti, tal-okkorrenzi fejn wieħed jeħlisha ħafif u ta' okkorrenzi perikolużi oħra sservi ta' tagħlim u, fejn ikun meħtieġ, biex jiġu adottati miżuri sabiex jittejjeb il-livell ta' sikurezza; |
(f) |
ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, mill-korp nazzjonali ta' investigazzjoni u mill-investigazzjonijiet industrijali jew interni jiġu evalwati u implimentati jekk ikunu xierqa; |
(g) |
ir-rapporti jew l-informazzjoni rilevanti mill-impriżi ferrovjarji/mill-amministraturi tal-infrastruttura, u mid-detenturi jew minn sorsi rilevanti oħra jiġu kkunsidrati u jitqiesu. |
5. Struttura u responsabbiltà — approċċ strutturat biex jiġu ddefiniti r-responsabbiltajiet tal-individwi u tat-timijiet biex l-objettivi tas-sikurezza tal-organizzazzjoni jintlaħqu b'mod sigur
5.1. L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri biex talloka r-responsabbiltajiet għall-proċessi rilevanti kollha fl-organizzazzjoni kollha.
5.2. L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri biex tiddefinixxi b'mod ċar l-oqsma ta' responsabbiltà relatati mas-sikurezza u d-distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet għal funzjonijiet speċifiċi assoċjati magħhom kif ukoll mal-interfaċċi tagħhom. Dawn jinkludu l-proċeduri indikati fil-punt 2.1 ta' hawn fuq bejn l-organizzazzjoni u d-detenturi, u fejn ikun xieraq, l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura.
5.3. L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri biex tiżgura li l-persunal b'responsabbiltajiet delegati fl-organizzazzjoni jkollu l-awtorità, il-kompetenza u r-riżorsi xierqa biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu. Ir-responsabbiltà u l-kompetenza għandhom ikunu koerenti u kompatibbli mar-rwol tiegħu, u d-delegi għandhom isiru bil-miktub.
5.4. L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri biex tiżgura l-koordinazzjoni tal-attivitajiet relatati mal-proċessi rilevanti fl-organizzazzjoni kollha.
5.5. L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri biex lil dawk bi rwol amministrattiv iżżommhom responsabbli għall-prestazzjoni tagħhom fir-rigward tas-sikurezza.
6. Ġestjoni tal-kompetenzi — approċċ strutturat biex jiġi żgurat li l-impjegati jkollhom il-kompetenzi meħtieġa sabiex l-objettivi tal-organizzazzjoni jintlaħqu b'mod sikur, effettiv u effiċjenti fiċ-ċirkostanzi kollha
6.1. L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi sistema ta' ġestjoni tal-kompetenzi li tipprevedi:
(a) |
l-identifikazzjoni tal-karigi bir-responsabbiltà li fis-sistema jwettqu l-proċessi kollha meħtieġa għall-konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness; |
(b) |
l-identifikazzjoni tal-karigi li jinvolvu kompiti relatati mas-sikurezza; |
(c) |
l-allokazzjoni ta' persunal b'kompetenzi xierqa għall-kompiti rilevanti. |
6.2. Fis-sistema tal-ġestjoni tal-kompetenzi tal-organizzazzjoni, għandu jkun hemm proċeduri ta' ġestjoni tal-kompetenzi tal-persunal, li minn tal-inqas jinkludu:
(a) |
l-identifikazzjoni tal-għarfien, tal-ħiliet u tal-esperjenza meħtieġa għall-kompiti relatati mas-sikurezza skont kif ikun xieraq għar-responsabbiltajiet tagħhom; |
(b) |
il-prinċipji dwar is-selezzjoni, inkluż il-livell edukattiv bażiku, il-ħila mentali u s-saħħa fiżika; |
(c) |
it-taħriġ inizjali u l-kwalifiki jew iċ-ċertifikazzjoni tal-kompetenzi jew tal-ħiliet akkwiżiti; |
(d) |
il-garanzija li l-persunal kollu jkun konxju mir-rilevanza u mill-importanza tal-attivitajiet tiegħu u kif jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi tas-sikurezza; |
(e) |
it-taħriġ kontinwu u l-aġġornament perjodiku tal-għarfien u tal-ħiliet eżistenti; |
(f) |
il-kontrolli perjodiċi tal-kompetenzi, tal-ħila mentali u tas-saħħa fiżika fejn ikun meħtieġ; |
(g) |
il-miżuri speċjali fil-każ ta' aċċidenti/inċidenti jew assenzi twal minn fuq il-post tax-xogħol, kif ikun meħtieġ. |
7. Informazzjoni – approċċ strutturat biex jiġi żgurat li l-informazzjoni importanti tkun disponibbli għal dawk li jesprimu ġudizzju u li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livelli kollha tal-organizzazzjoni
7.1. L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri biex jiġu definiti mezzi ta' rappurtar biex tiżgura li, fl-entità stess u fil-ftehimiet kummerċjali tagħha ma' atturi oħra, inkluż l-amministraturi tal-infrastruttura, l-impriżi ferrovjarji, id-detenturi u d-disinjaturi jew il-manifatturi tal-vetturi jew tal-komponenti, jew it-tnejn li huma meta jkun xieraq, l-informazzjoni dwar il-proċessi rilevanti kollha tiġi skambjata u tintbagħat kif suppost lill-persuna li jkollha r-rwol xieraq kemm fl-organizzazzjoni stess kif ukoll f'organizzazzjonijiet oħra, minnufih u b'mod ċar.
7.2. Sabiex tiżgura skambju adegwat tal-informazzjoni, l-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri:
(a) |
għall-wasla u għall-ipproċessar ta' informazzjoni speċifika; |
(b) |
għall-identifikazzjoni, għall-ġenerazzjoni u għat-tixrid ta' informazzjoni speċifika; |
(c) |
biex tara li tkun disponibbli informazzjoni affidabbli u aġġornata. |
7.3. L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri biex tiżgura li l-informazzjoni operazzjonali ewlenija tkun:
(a) |
rilevanti u valida; |
(b) |
akkurata; |
(c) |
kompluta; |
(d) |
aġġornata b'mod xieraq; |
(e) |
ivverifikata; |
(f) |
konsistenti u faċli biex tinftiehem (inkluż il-lingwaġġ użat); |
(g) |
mgħarrfa lill-persunal skont ir-responsabbiltajiet tiegħu, qabel ma tiġi applikata; |
(h) |
aċċessibbli faċilment għall-persunal, u jiġu pprovduti kopji fejn ikun meħtieġ. |
7.4. Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 7.1, 7.2 u 7.3 japplikaw b'mod partikolari għall-informazzjoni operazzjonali li ġejja:
(a) |
il-kontrolli tal-akkuratezza u tal-kompletezza tar-reġistri nazzjonali tal-vetturi fir-rigward tal-identifikazzjoni (inkluż il-mezzi) u r-reġistrazzjoni tal-vetturi li tkun saritilhom manutenzjoni mill-organizzazzjoni; |
(b) |
id-dokumentazzjoni dwar il-manutenzjoni; |
(c) |
l-informazzjoni dwar l-appoġġ ipprovdut lid-detenturi u, fejn ikun xieraq, lil partijiet oħra, inkluż l-impriżi ferrovjarji/l-amministraturi tal-infrastruttura; |
(d) |
l-informazzjoni dwar il-kwalifiki tal-persunal u s-superviżjoni sussegwenti matul l-iżvilupp tal-manutenzjoni; |
(e) |
l-informazzjoni dwar l-operazzjonijiet (inkluż l-għadd ta' mili, it-tip u l-livell ta' attivitajiet, l-inċidenti jew l-aċċidenti) u t-talbiet tal-impriżi ferrovjarji, tad-detenturi u tal-amministraturi tal-infrastruttura; |
(f) |
ir-rekords tal-manutenzjoni mwettqa, inkluż l-informazzjoni dwar in-nuqqasijiet identifikati waqt l-ispezzjonijiet u l-azzjonijiet korrettivi meħuda mill-impriżi ferrovjarji jew mill-amministraturi tal-infrastruttura bħal pereżempju l-ispezzjonijiet u l-monitoraġġ imwettqa qabel it-tluq tal-ferrovija jew tul ir-rotta tagħha; |
(g) |
ir-rilaxx għas-servizz u r-ritorn għall-operazzjoni; |
(h) |
l-ordnijiet tal-manutenzjoni; |
(i) |
l-informazzjoni teknika li trid tiġi pprovduta lill-impriżi ferrovjarji/lill-amministraturi tal-infrastruttura u lid-detenturi għall-istruzzjonijiet tal-manutenzjoni; |
(j) |
l-informazzjoni f'każ ta' emerġenza li tikkonċerna sitwazzjonijiet fejn jiġi mfixkel l-istat sikur tal-operat, li jaf tikkonsisti:
|
(k) |
mill-informazzjoni/mid-data rilevanti kollha meħtieġa sabiex jintbagħat ir-rapport annwali dwar il-manutenzjoni lill-korp taċ-ċertifikazzjoni u lill-klijenti rilevanti (inkluż id-detenturi), billi dan ir-rapport għandu jkun disponibbli ukoll għall-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jekk jitolbu għalih. |
8. Dokumentazzjoni — approċċ strutturat biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-informazzjoni rilevanti kollha
8.1. L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri adegwati fis-seħħ biex jiġi żgurat li l-proċessi rilevanti kollha jiġu ddokumentati kif suppost.
8.2. L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri adegwati fis-seħħ biex:
(a) |
timmonitorja u taġġorna regolarment id-dokumentazzjoni rilevanti kollha; |
(b) |
tifformattja, tiġġenera, tiddistribwixxi u tivverifika l-bidliet fid-dokumentazzjoni rilevanti kollha; |
(c) |
tirċievi, tiġbor u tarkivja d-dokumentazzjoni rilevanti kollha. |
9. Attivitajiet ta' kuntrattar — approċċ strutturat biex jiġi żgurat li ssir ġestjoni xierqa tal-attivitajiet sottokuntrattati sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-organizzazzjoni
9.1. L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri fis-seħħ sabiex tiżgura li l-prodotti u s-servizzi relatati mas-sikurezza jiġu identifikati.
9.2. Meta jintużaw kuntratturi u/jew fornituri ta' prodotti u ta' servizzi relatati mas-sikurezza, l-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri fis-seħħ sabiex fil-mument tas-selezzjoni tivverifika li:
(a) |
il-kuntratturi, is-sottokuntratturi u l-fornituri jkunu kompetenti; |
(b) |
il-kuntratturi, is-sottokuntratturi u l-fornituri jkollhom sistema ta' manutenzjoni u ta' ġestjoni li tkun adegwata u ddokumentata. |
9.3. L-organizzazzjoni għandu jkollha proċedura biex tiddefinixxi r-rekwiżiti li tali kuntratturi u fornituri għandhom jissodisfaw.
9.4. L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri sabiex timmonitorja kemm il-fornituri u/jew il-kuntratturi jkunu konxji tar-riskji li huma jikkawżaw lill-operazzjonijiet tal-organizzazzjoni.
9.5. Meta s-sistema ta' manutenzjoni jew ta' ġestjoni ta' kuntrattur jew ta' fornitur tkun iċċertifikata, il-proċess ta' monitoraġġ deskritt fil-punt 3 jista' jiġi limitat għar-riżultati tal-proċessi operazzjonali b'kuntrattar imsemmija fil-punt 3.1(b).
9.6. Minn tal-inqas il-prinċipji bażiċi għall-proċessi li ġejjin għandhom jiġu definiti, magħrufa u allokati b'mod ċar fil-kuntratt bejn il-partijiet kontraenti:
(a) |
ir-responsabbiltajiet u l-kompiti marbuta mal-kwistjonijiet relatati mas-sikurezza ferrovjarja; |
(b) |
l-obbligi marbuta mat-trasferiment tal-informazzjoni rilevanti bejn iż-żewġ partijiet; |
(c) |
it-traċċabbiltà tad-dokumenti relatati mas-sikurezza. |
II. Rekwiżiti u kriterji ta' valutazzjoni għall-funzjoni tal-iżvilupp tal-manutenzjoni
1. L-organizzazzjoni għandu jkollha proċedura għall-identifikazzjoni u għall-ġestjoni:
(a) |
tal-attivitajiet kollha ta' manutenzjoni li jaffettwaw is-sikurezza; |
(b) |
tal-komponenti kritiċi kollha għas-sikurezza. |
2. L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri biex tiggarantixxi l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali għall-interoperabbiltà, inkluż l-aġġornamenti matul iċ-ċiklu tal-ħajja, billi:
(a) |
tiżgura l-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-parametri bażiċi għall-interoperabbiltà kif stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (TSIs) rilevanti; |
(b) |
tivverifika fiċ-ċirkostanzi kollha l-konsistenza tal-fajl tal-manutenzjoni mal-awtorizzazzjoni relatata mal-vettura (inkluż kwalunkwe rekwiżit nazzjonali tas-sikurezza), inkluż il-konformità mal-fajl tekniku u mat-tip ta' rekords bħal fir-Reġistru Ewropew tat-Tipi ta' Vetturi Awtorizzati (ERATV); |
(c) |
tiġġestixxi kwalunkwe sostituzzjoni fil-qafas tal-manutenzjoni; |
(d) |
tidentifika l-ħtieġa għal valutazzjoni tar-riskji tal-impatt potenzjali tal-bidla inkwistjoni fuq is-sikurezza tas-sistema ferrovjarja, permezz tal-applikazzjoni tal-metodi komuni tas-sikurezza relatati mal-metodi ta' evalwazzjoni u ta' valutazzjoni tar-riskji kif adottati skont l-Artikolu 6(1)(a) tad-Direttiva (UE) 2016/798; |
(e) |
tiġġestixxi l-konfigurazzjoni tal-bidliet tekniċi kollha li jaffettwaw l-integrità tas-sistema tal-vettura. |
3. L-organizzazzjoni għandu jkollha proċedura għad-disinn u għall-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-faċilitajiet, tat-tagħmir u tal-għodod tal-manutenzjoni żviluppati u meħtieġa speċifikament għat-twettiq tal-manutenzjoni. L-organizzazzjoni għandu jkollha proċedura biex tikkontrolla li dawn il-faċilitajiet, it-tagħmir u l-għodod jintużaw, jinħażnu u ssirilhom manutenzjoni skont l-iskeda tal-manutenzjoni tagħhom u f'konformità mar-rekwiżiti tal-manutenzjoni tagħhom.
4. Meta l-vetturi jibdew l-operazzjonijiet, l-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri biex:
(a) |
tikseb aċċess għar-rakkomandazzjonijiet għaż-żamma tad-dokumentazzjoni inizjali u tiġbor biżżejjed informazzjoni dwar l-operazzjonijiet ippjanati; |
(b) |
tanalizza dawk ir-rakkomandazzjonijiet għaż-żamma tad-dokumentazzjoni inizjali u tipprovdi, permezz tal-applikazzjoni tal-metodi komuni tas-sikurezza relatati mal-metodi ta' evalwazzjoni u ta' valutazzjoni tar-riskji kif adottati skont l-Artikolu 6(1)(a) tad-Direttiva (UE) 2016/798, l-ewwel fajl tal-manutenzjoni, filwaqt li tqis ukoll l-informazzjoni li tinsab fi kwalunkwe garanzija assoċjata; |
(c) |
tiżgura li l-implimentazzjoni tal-ewwel fajl tal-manutenzjoni issir skont dan. |
5. Sabiex iżżomm il-fajl tal-manutenzjoni aġġornat tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' vettura, l-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri biex:
(a) |
minn tal-inqas tiġbor l-informazzjoni rilevanti rigward:
|
(b) |
tiddefinixxi l-ħtieġa li jsiru aġġornamenti, filwaqt li jitqiesu l-valuri ta' limitu għall-interoperabbiltà; |
(c) |
tagħmel proposti dwar il-bidliet u l-implimentazzjoni tagħhom kif ukoll tapprovahom, bil-ħsieb li tittieħed deċiżjoni bbażata fuq kriterji ċari, filwaqt li jitqiesu s-sejbiet mill-valutazzjoni tar-riskji mwettqa permezz tal-applikazzjoni tal-metodi komuni tas-sikurezza relatati mal-metodi ta' evalwazzjoni u ta' valutazzjoni tar-riskji kif adottati skont l-Artikolu 6(1)(a) tad-Direttiva (UE) 2016/798; |
(d) |
tiżgura li l-implimentazzjoni tal-bidliet issir skont dan; |
(e) |
timmonitorja l-effettività tal-bidliet permezz ta' proċess b'konsistenza mal-metodi għall-valutazzjoni tal-livell ta' sikurezza u tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-operaturi ferrovjarji fil-livell nazzjonali u dak Ewropew kif adottati skont l-Artikolu 6(1)(d) tad-Direttiva (UE) 2016/798. |
6. Meta l-proċess ta' ġestjoni tal-kompetenzi jiġi applikat għall-funzjoni tal-iżvilupp tal-manutenzjoni, minn tal-inqas għandhom jitqiesu l-attivitajiet li ġejjin li jaffettwaw is-sikurezza:
(a) |
l-applikazzjoni tal-metodi komuni tas-sikurezza relatati mal-metodi ta' evalwazzjoni u ta' valutazzjoni tar-riskji kif adottati skont l-Artikolu 6(1)(a) tad-Direttiva (UE) 2016/798 għall-valutazzjoni tal-bidliet fil-fajl tal-manutenzjoni; |
(b) |
id-dixxiplini tal-inġinerija meħtieġa għall-ġestjoni tal-istabbiliment, tal-bidliet fil-fajl tal-manutenzjoni u tal-iżvilupp, tal-valutazzjoni, tal-validazzjoni u tal-approvazzjoni tas-sostituzzjonijiet fil-qafas tal-manutenzjoni; |
(c) |
l-attivitajiet ta' manutenzjoni fuq il-komponenti kritiċi għas-sikurezza; |
(d) |
it-tekniki tat-tgħaqqid (inkluż l-iwweldjar u l-irbit); |
(e) |
l-ittestjar mhux distruttiv. |
7. Meta l-proċess tad-dokumentazzjoni jiġi applikat għall-funzjoni tal-iżvilupp tal-manutenzjoni, minn tal-inqas jeħtieġ li tiġi ggarantita t-traċċabbiltà tal-elementi li ġejjin:
(a) |
id-dokumentazzjoni fir-rigward tal-iżvilupp, tal-valutazzjoni, tal-validazzjoni u tal-approvazzjoni ta' sostituzzjoni fil-qafas tal-manutenzjoni; |
(b) |
il-konfigurazzjoni tal-vetturi, inkluż il-komponenti kritiċi għas-sikurezza u l-modifiki tas-softwer abbord, iżda mhux limitat għalihom biss; |
(c) |
ir-rekords dwar il-manutenzjoni mwettqa; |
(d) |
ir-riżultati ta' studji dwar l-esperjenza miksuba; |
(e) |
il-verżjonijiet suċċessivi kollha tal-fajl tal-manutenzjoni, inkluż il-valutazzjoni tar-riskji; |
(f) |
ir-rapporti dwar il-kompetenza u s-superviżjoni tat-twettiq tal-manutenzjoni u tal-ġestjoni tal-manutenzjoni tal-flotta; |
(g) |
l-informazzjoni teknika li trid tiġi pprovduta bħala appoġġ għad-detenturi, għall-impriżi ferrovjarji u għall-amministraturi tal-infrastruttura. |
III. Rekwiżiti u kriterji ta' valutazzjoni għall-funzjoni tal-ġestjoni tal-manutenzjoni tal-flotta
1. L-organizzazzjoni għandu jkollha proċedura biex tikkontrolla l-kompetenza, id-disponibbiltà u l-kapaċità tal-entità responsabbli għat-twettiq tal-manutenzjoni qabel ma tingħata l-ordni li ssir il-manutenzjoni. Dan jirrikjedi li l-workshops tal-manutenzjoni jkunu kkwalifikati kif suppost biex jiddeċiedu dwar ir-rekwiżiti għall-kompetenzi tekniċi fil-funzjoni tat-twettiq tal-manutenzjoni.
2. L-organizzazzjoni għandu jkollha proċedura għall-kompożizzjoni tal-pakkett tax-xogħol u għall-ħruġ u għar-rilaxx tal-ordni tal-manutenzjoni.
3. L-organizzazzjoni għandu jkollha proċedura biex tibgħat il-vetturi għall-manutenzjoni fil-ħin opportun.
4. L-organizzazzjoni għandu jkollha proċedura biex tiġġestixxi t-tneħħija tal-vetturi mit-tħaddim għall-manutenzjoni jew meta jiġi mfixkel it-tħaddim sikur jew meta l-ħtiġijiet tal-manutenzjoni jaffettwaw it-tħaddim normali.
5. L-organizzazzjoni għandu jkollha proċedura biex tiddefinixxi l-miżuri ta' verifika meħtieġa li jiġu applikati għat-twettiq tal-manutenzjoni u għar-rilaxx għas-servizz tal-vetturi.
6. L-organizzazzjoni għandu jkollha proċedura biex toħroġ avviż ta' ritorn għall-operazzjoni, inkluż id-definizzjoni ta' restrizzjonijiet tal-użu biex jiġi żgurat it-tħaddim sikur billi titqies id-dokumentazzjoni tar-rilaxx għas-servizz.
7. Meta l-proċess tal-ġestjoni tal-kompetenzi jiġi applikat għall-funzjoni tal-ġestjoni tal-manutenzjoni tal-flotta, minn tal-inqas għandu jitqies ir-ritorn għall-operazzjoni, inkluż id-definizzjoni tar-restrizzjoni tal-użu.
8. Meta l-proċess ta' informazzjoni jiġi applikat għall-funzjoni tal-ġestjoni tal-manutenzjoni tal-flotta, minn tal-inqas jeħtieġ li l-elementi li ġejjin jiġu pprovduti għall-funzjoni tat-twettiq tal-manutenzjoni:
(a) |
ir-regoli u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi applikabbli; |
(b) |
il-pjan ta' manutenzjoni għal kull vettura; |
(c) |
lista tal-partijiet ta' rikambju, inkluż deskrizzjoni teknika dettaljata biżżejjed għal kull parti sabiex tkun tista' ssir sostituzzjoni eżatta bl-istess garanziji; |
(d) |
lista ta' materjali, inkluż deskrizzjoni dettaljata biżżejjed tal-użu tagħhom u l-informazzjoni meħtieġa dwar is-saħħa u s-sikurezza; |
(e) |
dossier li jiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-attivitajiet li jaffettwaw is-sikurezza u li jinkludi r-restrizzjonijiet waqt l-użu għall-komponenti; |
(f) |
lista ta' komponenti jew sistemi soġġetti għal rekwiżiti legali u lista ta' dawk ir-rekwiżiti (inkluż l-akkumulaturi tal-brejkijiet u t-tankijiet għat-trasport ta' oġġetti perikolużi); |
(g) |
l-applikazzjoni tal-metodi komuni tas-sikurezza relatati mal-metodi ta' evalwazzjoni u ta' valutazzjoni tar-riskji kif adottati skont l-Artikolu 6(1)(a) tad-Direttiva (UE) 2016/798 għall-valutazzjoni tal-bidliet li jaffettwaw il-funzjoni tal-ġestjoni tal-manutenzjoni tal-flotta. |
9. Meta l-proċess ta' informazzjoni jiġi applikat għall-funzjoni tal-ġestjoni tal-manutenzjoni tal-flotta, il-partijiet interessati għandhom minn tal-inqas jiġu infurmati dwar ir-ritorn għall-operazzjoni, inkluż ir-restrizzjonijiet tal-użu rilevanti għall-utenti (l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura).
10. Meta l-proċess tad-dokumentazzjoni jiġi applikat għall-funzjoni tal-ġestjoni tal-manutenzjoni tal-flotta, minn tal-inqas jeħtieġ li jiġu rreġistrati l-elementi li ġejjin:
(a) |
l-ordnijiet tal-manutenzjoni; |
(b) |
ir-ritorn għall-operazzjoni, inkluż ir-restrizzjonijiet tal-użu rilevanti għall-impriżi ferrovjarji u għall-amministraturi tal-infrastruttura. |
IV. Rekwiżiti u kriterji ta' valutazzjoni għall-funzjoni tat-twettiq tal-manutenzjoni
1. L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri biex:
(a) |
tikkontrolla l-kompletezza u l-adegwatezza tal-informazzjoni mogħtija mill-funzjoni tal-ġestjoni tal-manutenzjoni tal-flotta fir-rigward tal-attivitajiet ordnati; |
(b) |
tivverifika l-użu tad-dokumenti tal-manutenzjoni meħtieġa u rilevanti u ta' standards oħra applikabbli għat-twettiq ta' servizzi ta' manutenzjoni f'konformità mal-ordnijiet tal-manutenzjoni; |
(c) |
tiżgura li l-ispeċifikazzjonijiet rilevanti kollha tal-manutenzjoni, kif definit fir-regolamenti applikabbli u fl-istandards speċifikati fl-ordnijiet tal-manutenzjoni, ikunu disponibbli għall-persunal involut kollu (eż. ikunu disponibbli fl-istruzzjonijiet tax-xogħol interni). |
2. L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri sabiex jiġi żgurat li:
(a) |
il-komponenti (inkluż il-partijiet ta' rikambju) u l-materjali jintużaw kif speċifikat fl-ordnijiet tal-manutenzjoni u fid-dokumentazzjoni tal-fornitur; |
(b) |
il-komponenti u l-materjali jinħażnu, jiġu ttrattati u jiġu ttrasportati b'mod li jipprevjeni it-tkagħbir bl-użu u li ssirilhom xi ħsara u kif inhu speċifikat fl-ordnijiet tal-manutenzjoni u fid-dokumentazzjoni tal-fornitur; |
(c) |
il-komponenti u l-materjali kollha, inkluż dawk ipprovduti mill-klijent, jikkonformaw mar-regoli nazzjonali u internazzjonali rilevanti kif ukoll mar-rekwiżiti tal-ordnijiet tal-manutenzjoni rilevanti. |
3. L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri biex tiddetermina, tidentifika, tipprovdi, tirreġistra u tara li jkunu disponibbli faċilitajiet, tagħmir u għodod adegwati u xierqa sabiex tkun tista' twettaq is-servizzi ta' manutenzjoni f'konformità mal-ordnijiet tal-manutenzjoni u ma' speċifikazzjonijiet applikabbli oħra, filwaqt li tiżgura:
(a) |
it-twettiq sikur tal-manutenzjoni, inkluż is-saħħa u s-sikurezza tal-persunal tal-manutenzjoni; |
(b) |
l-ergonomija u l-protezzjoni tas-saħħa, inkluż ukoll l-interfaċċi bejn l-utenti u s-sistemi tat-teknoloġija tal-informatika jew it-tagħmir dijanjostiku. |
4. Fejn ikun meħtieġ sabiex jiġu żgurati riżultati validi, l-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri li jiżguraw li t-tagħmir tal-kejl tagħha jkun:
(a) |
ikkalibrat jew ivverifikat f'intervalli speċifikati, jew qabel l-użu, skont standards ta' kejl internazzjonali, nazzjonali jew industrijali – fejn ma jeżistux tali standards, għandha tiġi rreġistrata l-bażi li tintuża għall-kalibrazzjoni jew għall-verifika; |
(b) |
aġġustat jew aġġustat mill-ġdid skont kif ikun meħtieġ; |
(c) |
identifikat biex l-istat tal-kalibrazzjoni jkun jista' jiġi ddeterminat; |
(d) |
salvagwardjat minn aġġustamenti li jistgħu jinvalidaw ir-riżultat tal-kejl; |
(e) |
protett minn ħsara u minn deterjorament matul it-trattament, il-manutenzjoni u l-ħżin. |
5. L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri biex tiżgura li l-faċilitajiet, it-tagħmir u l-għodod kollha jintużaw, jiġu kkalibrati, jiġu ppreservati u ssirilhom manutenzjoni b'mod korrett f'konformità mal-proċeduri ddokumentati.
6. L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri biex tikkontrolla li l-kompiti mwettqa jkunu f'konformità mal-ordnijiet tal-manutenzjoni u biex toħroġ l-avviż tar-rilaxx għas-servizz. L-avviż tar-rilaxx għas-servizz għandu jinkludi l-informazzjoni kollha li tkun utli biex jiġu definiti r-restrizzjonijiet tal-użu.
7. Meta l-proċess tal-valutazzjoni tar-riskji (b'mod partikolari il-punti 2.2 u 2.3 tat-Taqsima I) jiġi applikat għall-funzjoni tat-twettiq tal-manutenzjoni, l-ambjent tax-xogħol għandu jinkludi mhux biss il-workshops fejn issir il-manutenzjoni iżda wkoll il-binarji barra l-binjiet tal-workshops u l-postijiet kollha fejn jitwettqu l-attivitajiet ta' manutenzjoni.
8. Meta l-proċess tal-ġestjoni tal-kompetenzi jiġi applikat għall-funzjoni tat-twettiq tal-manutenzjoni, minn tal-inqas għandhom jitqiesu l-attivitajiet li ġejjin li jaffettwaw is-sikurezza, fejn ikun xieraq:
(a) |
it-tekniki tat-tgħaqqid (inkluż l-iwweldjar u l-irbit); |
(b) |
l-ittestjar mhux distruttiv; |
(c) |
l-ittestjar finali tal-vetturi u r-rilaxx għas-servizz; |
(d) |
l-attivitajiet ta' manutenzjoni fuq is-sistemi tal-brejkijiet, is-settijiet tar-roti u t-tagħmir ta' trazzjoni, u l-attivitajiet ta' manutenzjoni fuq komponenti speċifiċi tal-vaguni tal-merkanzija għat-trasport ta'oġġetti perikolużi, pereżempju tankijiet, valvijiet, eċċ.; |
(e) |
l-attivitajiet ta' manutenzjoni fuq il-komponenti kritiċi għas-sikurezza; |
(f) |
l-attivitajiet ta' manutenzjoni fuq is-sistemi ta' kontroll-kmand u sinjalazzjoni; |
(g) |
l-attivitajiet ta' manutenzjoni fuq is-sistemi ta' kontroll tal-bibien; |
(h) |
oqsma speċjalizzati identifikati oħra li jaffettwaw is-sikurezza. |
9. Meta l-proċess tal-informazzjoni jiġi applikat għall-funzjoni tat-twettiq tal-manutenzjoni, minn tal-inqas l-elementi li ġejjin għandhom jiġu pprovduti għall-funzjonijiet tal-ġestjoni tal-manutenzjoni tal-flotta u tal-iżvilupp tal-manutenzjoni:
(a) |
ix-xogħlijiet imwettqa f'konformità mal-ordnijiet tal-manutenzjoni; |
(b) |
kwalunkwe ħsara jew difett possibbli fir-rigward tas-sikurezza, li jiġu identifikati mill-organizzazzjoni; |
(c) |
ir-rilaxx għas-servizz. |
10. Meta l-proċess tad-dokumentazzjoni jiġi applikat għall-funzjoni tat-twettiq tal-manutenzjoni, minn tal-inqas l-elementi li ġejjin għandhom jiġu rreġistrati għall-attivitajiet ta' manutenzjoni li jaffettwaw is-sikurezza, kif imsemmi fil-punt 1(a) tat-Taqsima II:
(a) |
identifikazzjoni ċara tal-faċilitajiet, tat-tagħmir u tal-għodod kollu/kollha; |
(b) |
ix-xogħlijiet kollha ta' manutenzjoni mwettqa, inkluż il-persunal, l-għodod, it-tagħmir, il-partijiet ta' rikambju u l-materjali li ntużaw, filwaqt li jitqiesu:
|
(c) |
il-miżuri ta' kontroll meħtieġa mill-ordnijiet tal-manutenzjoni u r-rilaxx għas-servizz; |
(d) |
ir-riżultati tal-kalibrazzjoni u tal-verifika, li permezz tagħhom, għas-softwer tal-kompjuter użat fil-monitoraġġ u fil-kejl tar-rekwiżiti speċifikati, il-ħila tas-softwer li jwettaq il-kompitu meħtieġ għandha tiġi kkonfermata qabel l-użu inizjali u għandha tiġi kkonfermata mill-ġdid meta jkun meħtieġ; |
(e) |
il-validità tar-riżultati tal-kejl preċedenti meta jinstab li strument tal-kejl ma jikkonformax mar-rekwiżiti. |
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1).
ANNESS III
Formoli tal-applikazzjoni
ANNESS V
Rapport tal-entità inkarigata mill-manutenzjoni
1. L-entità inkarigata mill-manutenzjoni għandha toħroġ rapport, li jkopri perjodu li jibda xahrejn qabel l-aħħar sorveljanza u li jintemm xahrejn qabel is-sorveljanza ppjanata li jmiss.
2. Dan ir-rapport minn tal-inqas għandu jinkludi:
— |
spjegazzjonijiet u ġustifikazzjoni dwar kif il-każijiet ta' nuqqas ta' konformità ġew indirizzati jew solvuti, jew it-tnejn li huma; |
— |
informazzjoni dwar il-kwantità ta' manutenzjoni mwettqa matul il-perjodu prevalenti; |
— |
il-feedback dwar l-esperjenza fl-applikazzjoni tal-metodi komuni tas-sikurezza relatati mal-metodi ta' evalwazzjoni u ta' valutazzjoni tar-riskji kif adottati skont l-Artikolu 6(1)(a) tad-Direttiva (UE) 2016/798 u mal-metodi għall-monitoraġġ li jridu jiġu applikati mill-impriżi ferrovjarji, mill-amministraturi tal-infrastruttura u mill-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni kif adottati skont l-Artikolu 6(1)(c) ta' dik id-Direttiva; |
— |
il-bidliet relatati:
|
3. L-entità inkarigata mill-manutenzjoni għandha żżid fir-rapport l-informazzjoni kollha li tqis li hija rilevanti għall-korp taċ-ċertifikazzjoni.
4. L-entità inkarigata mill-manutenzjoni għandha tindirizza r-rapport lill-korp taċ-ċertifikazzjoni xahar qabel is-sorveljanza ppjanata tal-awditjar li jmiss.