EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R0530
Commission Implementing Regulation (EU) 2019/530 of 27 March 2019 designating European Union reference laboratories for pests of plants on insects and mites, nematodes, bacteria, fungi and oomycetes, viruses, viroids, and phytoplasmas
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/530 tas-27 ta' Marzu 2019 li jaħtar il-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-pesti tal-pjanti fir-rigward tal-insetti u d-dud, in-nematodi, il-batterji, il-faqqiegħ u l-oomiċeti u l-viruses, il-virojdi u l-fitoplażmi
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/530 tas-27 ta' Marzu 2019 li jaħtar il-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-pesti tal-pjanti fir-rigward tal-insetti u d-dud, in-nematodi, il-batterji, il-faqqiegħ u l-oomiċeti u l-viruses, il-virojdi u l-fitoplażmi
C/2019/2268
OJ L 88, 29.3.2019, p. 19–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
29.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 88/19 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/530
tas-27 ta' Marzu 2019
li jaħtar il-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-pesti tal-pjanti fir-rigward tal-insetti u d-dud, in-nematodi, il-batterji, il-faqqiegħ u l-oomiċeti u l-viruses, il-virojdi u l-fitoplażmi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 93(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/631 (2) stabbilixxa l-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea (“EURLs”) għall-pesti tal-pjanti fir-rigward tal-insetti u d-dud, in-nematodi, il-batterji, il-faqqiegħ u l-oomiċeti u l-viruses, il-virojdi u l-fitoplażmi. |
(2) |
Wara l-istabbiliment ta' dawk l-EURLs, il-Kummissjoni wettqet proċess ta' għażla pubblika għall-ħatra ta' EURLs għall-pesti tal-pjanti fir-rigward tal-insetti u d-dud, in-nematodi, il-batterji, il-faqqiegħ u l-oomiċeti u l-viruses, il-virojdi u l-fitoplażmi |
(3) |
Il-konsorzju mmexxi mill-French Agency for Food, Environmental and Occupational Health and Safety (ANSES), li jinkludi wkoll l-Austrian Agency for Health and Food Safety (AGES), applika għall-proċess ta' għażla sabiex jinħatar bħala EURL għall-pesti tal-pjanti fir-rigward tal-insetti u d-dud. |
(4) |
Il-konsorzju mmexxi mill-French Agency for Food, Environmental and Occupational Health and Safety (ANSES), li jinkludi wkoll il-Flanders Research Institute for Agriculture, Fisheries and Food (ILVO, il-Belġju), applika għall-proċess ta' għażla sabiex jinħatar bħala EURL għall-pesti tal-pjanti fir-rigward tan-nematodi. |
(5) |
Il-konsorzju mmexxi min-Netherlands Food and Consumer Product Safety Authority-National Reference Centre Plant Health (NVWA-NRC), li jinkludi wkoll il-Flanders Research Institute for Agriculture, Fisheries and Food (ILVO, il-Belġju), ir-Research Centre for Plant Protection and Certification (CREA-DC (DIALAB), l-Italja), u n-National Institute of Biology (NIB, is-Slovenja) applika għall-proċess ta' għażla sabiex jinħatar bħala EURL għall-pesti tal-pjanti fir-rigward tal-batterji. |
(6) |
Il-French Agency for Food, Environmental and Occupational Health and Safety (ANSES) applikat għall-proċess ta' għażla sabiex tinħatar bħala EURL għall-pesti tal-pjanti fir-rigward tal-faqqiegħ u l-oomiċeti. |
(7) |
Il-konsorzju mmexxi min-Netherlands Food and Consumer Product Safety Authority-National Reference Centre Plant Health (NVWA-NRC), li jinkludi wkoll ir-Research Centre for Plant Protection and Certification (CREA-DC (DIALAB), l-Italja), u n-National Institute of Biology (NIB, is-Slovenja) applika għall-proċess ta' għażla sabiex jinħatar bħala EURL għall-pesti tal-pjanti fir-rigward tal-viruses, il-virojdi u l-fitoplażmi. |
(8) |
Il-kumitat tal-għażla u tal-evalwazzjoni maħtur għall-proċess tal-għażla kkonkluda li dawn il-konsorzji u laboratorji kollha jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 93(3) tar-Regolament (UE) 2017/625 u jistgħu jkunu responsabbli għall-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 94 ta' dak ir-Regolament. |
(9) |
Jenħtieġ għalhekk li dawn l-erba' konsorzji u dan il-laboratorju jiġu maħtura bħala EURLs għall-pesti rispettivi tal-pjanti fir-rigward tal-insetti u d-dud, in-nematodi, il-batterji, il-faqqiegħ u l-oomiċeti u l-viruses, il-virojdi u l-fitoplażmi. Jenħtieġ li l-programmi ta' ħidma tagħhom jiġu stabbiliti f'konformità mal-għanijiet u mal-prijoritajiet tal-programmi ta' ħidma rilevanti adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
(10) |
Sabiex jiġi żgurat li jinżamm il-livell xieraq tal-metodi ta' analiżi, ta' ttestjar jew ta' dijanjożi, u l-iżvilupp ta' metodi vvalidati u li tinżamm l-assistenza kkoordinata tal-laboratorji uffiċjali, u f'konformità mal-punt b) tal-Artikolu 93(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, jenħtieġ li l-ħatra bħala EURLs tiġi rieżaminata b'mod regolari, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Laboratorju ta' referenza tal-UE għall-pesti tal-pjanti fir-rigward tal-insetti u d-dud
Il-konsorzju li ġej huwa maħtur bħala laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-pesti tal-pjanti fir-rigward tal-insetti u d-dud responsabbli għall-appoġġ tal-attivitajiet orizzontali tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fil-qasam tas-saħħa tal-pjanti:
|
Konsorzju mmexxi mill-French Agency for Food, Environmental and Occupational Health and Safety (ANSES, Plant Health Laboratory, Entomology and Invasive Plants Unit, 755 avenue du campus Agropolis, CS 30016, 34988 Montferrier-sur-Lez cedex, Franza), u magħmul ukoll minn: l-Austrian Agency for Health and Food Safety (AGES, Institute for Sustainable Plant Production, Spargelfeldstraße 191, 1220 Vjenna, Awstrija). |
Artikolu 2
Laboratorju ta' referenza tal-UE għall-pesti tal-pjanti fir-rigward tan-nematodi
Il-konsorzju li ġej huwa maħtur bħala Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-pesti tal-pjanti fir-rigward tan-nematodi responsabbli għall-appoġġ tal-attivitajiet orizzontali tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fil-qasam tas-saħħa tal-pjanti:
|
Konsorzju mmexxi mill-French Agency for Food, Environmental and Occupational Health and Safety (ANSES, Plant Health Laboratory, Nematology Unit, Domaine de la Motte au Vicomte - BP 35327, 35653 Le Rheu, Franza), u magħmul ukoll minn: l-Flanders Research Institute for Agriculture, Fisheries and Food (ILVO, Plant Sciences, Nematology group, Burg. Van Gansberghelaan 96, 9820 Merelbeke, il-Belġju). |
Artikolu 3
Laboratorju ta' referenza tal-UE għall-pesti tal-pjanti fir-rigward tal-batterji
Il-konsorzju li ġej huwa maħtur bħala Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-pesti tal-pjanti fir-rigward tal-batterji responsabbli għall-appoġġ tal-attivitajiet orizzontali tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fil-qasam tas-saħħa tal-pjanti:
Konsorzju mmexxi min-Netherlands Food and Consumer Product Safety Authority-National Reference Centre Plant Health (NVWA-NRC, Bacteriology group, Geertjesweg, 15, 6706 EA Wageningen, in-Netherlands),
|
u magħmul ukoll minn:
|
Artikolu 4
Laboratorju ta' referenza tal-UE għall-pesti tal-pjanti fir-rigward tal-faqqiegħ u l-oomiċeti
Il-laboratorju li ġej huwa maħtur bħala Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-pesti tal-pjanti fir-rigward tal-faqqiegħ u l-oomiċeti responsabbli għall-appoġġ tal-attivitajiet orizzontali tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fil-qasam tas-saħħa tal-pjanti:
|
il-French Agency for Food, Environmental and Occupational Health and Safety (ANSES, Plant Health Laboratory, Mycology Unit, Domaine de Pixérécourt, CS 400009, 54220 Malzéville, Franza). |
Artikolu 5
Laboratorju ta' referenza tal-UE għall-pesti tal-pjanti fir-rigward tal-viruses, il-virojdi u l-fitoplażmi
Il-konsorzju li ġej huwa maħtur bħala Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-pesti tal-pjanti fir-rigward tal-viruses, il-virojdi u l-fitoplażmi responsabbli għall-appoġġ tal-attivitajiet orizzontali tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fil-qasam tas-saħħa tal-pjanti.
Konsorzju mmexxi min-Netherlands Food and Consumer Product Safety Authority National Reference Centre Plant Health (NVWA-NRC, Virology group, Geertjesweg, 15, 6706 EA Wageningen, in-Netherlands),
|
u magħmul ukoll minn:
|
Artikolu 6
Rieżami tal-ħatra
Il-ħatra tal-Laboratorji ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi rieżaminata b'mod regolari.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Marzu 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/631 tas-7 ta' Frar 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-pesti tal-pjanti (ĠU L 105, 25.4.2018, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1).