EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0331

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 tad-19 ta' Diċembru 2018 li jiddetermina regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2018/8664

OJ L 59, 27.2.2019, p. 8–69 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 27/02/2019

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/331/oj

27.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 59/8


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/331

tad-19 ta' Diċembru 2018

li jiddetermina regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10a(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2003/87/KE tistabbilixxi regoli dwar kif għandha ssir l-allokazzjoni tranżizzjonali bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijet bejn l-2021 u l-2030.

(2)

Skont id-Deċiżjoni 2011/278/UE (2), il-Kummissjoni stipulat regoli tranżizzjonali madwar l-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE. Peress li d-Direttiva 2003/87/KE ġiet emendata sostanzjalment mid-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u għal raġunijiet ta' ċarezza fir-rigward tar-regoli applikabbli bejn l-2021 u l-2030, id-Deċiżjoni 2011/278/UE jenħtieġ li titħassar u tiġi sostitwita.

(3)

Skont l-Artikolu 10a(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-miżuri tranżizzjonali madwar l-Unjoni kollha u armonizzati bis-sħiħ għall-allokazzjoni tal-kwoti tal-emissjonijiet bla ħlas għandhom, safejn ikun fattibbli, jiddeterminaw parametri referenzjarji ex-ante sabiex jiżguraw li l-allokazzjoni tal-kwoti tal-emissjonijiet bla ħlas isseħħ b'mod li tipprovdi inċentivi għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra u għal tekniki effiċjenti fl-użu tal-enerġija, billi jitqiesu t-tekniki l-aktar effiċjenti, is-sostituti, il-proċessi alternattivi tal-produzzjoni, il-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja, l-irkupru effiċjenti tal-enerġija mill-gassijiet ta' skart, l-użu tal-bijomassa u tal-ġbir u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju, meta dawn il-faċilitajiet ikunu disponibbli. Fl-istess ħin, dawn il-miżuri m'għandhomx jipprovdu inċentivi biex jiżdiedu l-emissjonijiet. Sabiex jitnaqqsu l-inċentivi biex jiġu vvampjati l-gassijiet ta' skart, minbarra għal ivvampjar għas-sikurezza, in-numru ta' kwoti allokati bla ħlas għal subinstallazzjonijiet rilevanti jenħtieġ li jitnaqqas bl-emissjonijiet storiċi mill-gassijiet ta' skart li jiġu vvampjati, ħlief għall-ivvampjar għas-sikurezza, u li ma jintużawx għall-għan tal-produzzjoni ta' sħana li titkejjel, sħana li ma titkejjilx jew elettriku. Madankollu, meta jitqies it-trattament speċjali mogħti mill-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE, u biex jipprevedi tranżizzjoni, dan it-tnaqqis jenħtieġ japplika biss mill-2026.

(4)

Għall-fini tal-ġbir tad-data li għandha tifforma l-bażi għall-adozzjoni tal-54 valur tal-parametri referenzjarji għal allokazzjoni bla ħlas bejn l-2021 u l-2030 permezz ta' atti ta' implimentazzjoni li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE, huwa meħtieġ li jkomplu jiġu pprovduti definizzjonijiet tal-parametri referenzjarji, inkluż il-prodotti u l-proċessi relatati, identiċi għal dawk li attwalment huma stabbiliti fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/278/UE, minbarra ċertu titjib fiċ-ċarezza legali u titjib lingwistiku. L-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE jipprevedi li l-atti ta' implimentazzjoni għall-54 valur tal-parametri referenzjarji għal allokazzjoni bla ħlas bejn l-2021 u l-2030 jenħtieġ li jiġu ddeterminati permezz tal-punti tal-bidu għad-determinazzjoni ta' rata ta' tnaqqis annwali għal aġġornament fil-parametri referenzjarji li ddaħħlu fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE kif ġiet adottata fis-27 ta' April 2011. Għal raġunijiet ta' ċarezza, dawn il-punti tal-bidu jenħtieġ li jiddaħħlu wkoll f'Anness ta' dan ir-Regolament.

(5)

Il-ġbir tad-data li ssir qabel il-perjodi tal-allokazzjoni taqdi l-għanijiet biex jiġi ddeterminat il-livell ta' allokazzjoni bla ħlas fil-livell tal-installazzjoni kif ukoll biex tiġi pprovduta data li ser tintuża għall-fini tal-atti ta' implimentazzjoni li ser jiddeterminaw il-54 parametru referenzjarju li ser japplikaw bejn l-2021 u l-2030. Jeħtieġ li tinġabar data ddettaljata fil-livell tas-subinstallazzjoni, kif previst fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2003/87/KE.

(6)

Minħabba r-rilevanza ekonomika tal-allokazzjoni tranżizzjonali bla ħlas u l-ħtieġa għal trattament indaqs tal-operaturi, huwa importanti li d-data miġbura mill-operaturi u li tintuża għal deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni u li ser tintuża għall-atti ta' implimentazzjoni li jiddeterminaw l-54 valur tal-parametri referenzjali għal allokazzjonijiet bla ħlas bejn l-2021 u l-2030 tkun sħiħa u konsistenti, u turi l-ogħla preċiżjoni li tista' tinkiseb. Il-verifika minn verifikaturi indipendenti hija miżura importanti għal dan l-għan.

(7)

Ir-rekwiżit li tiġi żgurata l-ġbir ta' data ta' kwalità għolja u konsistenza mal-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE huwa responsabbiltà konġunta tal-operaturi u l-Istati Membri. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jiġu previsti regoli speċifiċi għall-monitoraġġ u għar-rappurtar tal-livelli ta' attività, il-flussi tal-enerġija u l-emissjonijiet fil-livell tas-subinstallazzjoni, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 (4). Id-data pprovduta mill-industrija u miġbura skont dawn ir-regoli jenħtieġ li tkun preċiża u ta' kwalità għolja kemm jista' jkun u tirrifletti l-operazzjonijiet attwali tal-installazzjonijiet, u tingħata kunsiderazzjoni xierqa għal allokazzjoni bla ħlas.

(8)

L-operatur ta' installazzjoni jenħtieġ li jibda l-monitoraġġ tad-data meħtieġ skont l-Anness IV hekk kif dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ sabiex jiżgura li d-data għas-sena 2019 tkun tista' tinġabar f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

(9)

Sabiex tiġi llimitata l-kumplessità tar-regoli għall-monitoraġġ u għar-rappurtar tal-livelli ta' attività, il-flussi tal-enerġija u l-emissjonijiet fil-livell ta' subinstallazzjoni, huwa xieraq li ma jiġix applikat approċċ b'livelli differenti.

(10)

Sabiex tiġi żgurata data komparabbli għall-atti ta' implimentazzjoni li ser jiddeterminaw il-valuri tal-parametri referenzjarji applikabbli għal allokazzjoni bla ħlas bejn l-2021 u l-2030, huwa meħtieġ li jiġu stipulati regoli ddettaljati għall-assenjament tal-livelli ta' attività, il-flussi tal-enerġija u l-emissjonijiet fil-livell ta' subinstallazzjoni, konsistenti ma' dokumenti gwida prodotti għall-għan tal-ġbir ta' data tal-parametri referenzjarji għall-perjodu tal-2013–2020.

(11)

Il-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ jenħtieġ li jiddeskrivi l-istruzzjonijiet għall-operatur b'mod loġiku u sempliċi, li jevita d-duplikazzjoni tal-isforz u li jqis is-sistemi eżistenti fis-seħħ fl-installazzjoni. Il-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ jenħtieġ li jkopri l-monitoraġġ tal-livelli ta' attività, il-flussi tal-enerġija u l-emissjonijiet fil-livell ta' subinstallazzjoni u jservi bħala bażi għal rapporti tad-data tal-linja bażi kif ukoll ir-rappurtar tal-livell ta' attività annwali meħtieġ għall-fini tal-aġġustament tal-allokazzjoni bla ħlas tranżizzjonali skont l-Artikolu 10a(20) tad-Direttiva 2003/87/KE. Fejn hu possibbli, l-operatur jenħtieġ li juża s-sinerġiji mal-pjan tal-monitoraġġ approvat skont ir-Regolament (UE) Nru 601/2012.

(12)

Il-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ jenħtieġ li jirrikjedi l-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti sabiex tiġi żgurata konsistenza mar-regoli tal-monitoraġġ. Minħabba restrizzjonijiet taż-żmien, l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti jenħtieġ li ma tkunx meħtieġa għar-rapport tad-data tal-linja bażi li għandu jiġi ppreżentat fl-2019. F'dan il-każ, il-verifikaturi jenħtieġ li jivvalutaw il-konformità tal-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament. Sabiex jiġi llimitat il-piż amministrattiv, jenħtieġ li jkun biss it-tibdil sinifikanti fil-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ li jirrikjedi approvazzjoni mill-awtorità kompetenti.

(13)

Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-verifika ta' rapporti tal-emissjonijiet annwali meħtieġa mid-Direttiva 2003/87/KE u l-verifika ta' rapporti mressqa għall-applikazzjoni għal allokazzjoni bla ħlas kif ukoll biex isir użu mis-sinerġiji, huwa xieraq li jintuża l-qafas legali stabbilit mill-miżuri adottati skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2003/87/KE.

(14)

Sabiex jiġi ffaċilitat il-ġbir tad-data mingħand l-operaturi u l-kalkolu tal-kwoti tal-emissjonijiet li sejrin jiġu allokati mill-Istati Membri, id-dħul, il-prodotti u l-emissjonijiet ta' kull installazzjoni jenħtieġ li jiġu assenjati lis-subinstallazzjonijiet. L-operaturi jenħtieġ li jiżguraw li l-livelli ta' attività, il-flussi tal-enerġija u l-emissjonijiet jiġu attribwiti b'mod koretta għas-subinstallazzjonijiet rilevanti, filwaqt li tiġi rrispettata l-ġerarkija u l-esklussività reċiproka tas-subinstallazzjonijiet, u li ma jkun hemm l-ebda duplikazzjoni bejn is-subinstallazzjonijiet. Fejn huwa rilevanti, din id-diviżjoni jenħtieġ li tikkunsidra l-produzzjoni tal-prodotti fis-setturi meqjusa li huma esposti għal riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju kif determinat skont l-Artikolu 10b(5) tad-Direttiva 2003/87/KE.

(15)

L-Istati Membri jenħtieġ li jippreżentaw il-miżuri nazzjonali għall-implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-30 ta' Settembru 2019. Sabiex jiġi promoss it-trattament indaqs tal-installazzjonijiet u sabiex jiġi evitat it-tfixkil tal-kompetizzjoni, dawn il-preżentazzjonijiet jenħtieġ li jinkludu l-installazzjonijiet kollha li ser jiġu inklużi taħt l-Iskema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet tal-Unjoni Ewropea (EU ETS) skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/87/KE, b'mod partikolari fejn preċedentement seħħew l-allokazzjonijiet għal installazzjonijiet bħal dawn fir-rigward tas-sħana waqt il-perjodu bejn l-2013 u l-2020.

(16)

Sabiex tiġi evitata kull distorsjoni tal-kompetizzjoni u biex jiġi żgurat funzjonament ordnat tas-suq tal-karbonju, l-operaturi jenħtieġ li jiżguraw li meta tiġi ddeterminata l-allokazzjoni tal-installazzjonijiet individwali ma jkun hemm ebda għadd doppju ta' flussi materjali jew tal-enerġija u ma ssir ebda allokazzjoni doppja. F'dan il-kuntest, l-operaturi jenħtieġ li jagħtu attenzjoni partikolari lil dawk il-każijiet fejn prodott b'parametru referenzjarju jiġi prodott f'aktar minn installazzjoni waħda, fejn aktar minn prodott wieħed b'parametru referenzjarju jiġi prodott fl-istess installazzjoni u fejn prodotti intermedjarji jiġu skambjati bejn il-konfini ta' installazzjoni differenti. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jenħtieġ li jivverifikaw l-applikazzjonijiet.

(17)

L-Artikolu 10a(4) tad-Direttiva 2003/87/KE jipprevedi allokazzjoni bla ħlas għal tisħin distrettwali u koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja. Skont l-Artikolu 10b(4) ta' dik id-Direttiva, il-fattur tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju applikat għal subinstallazzjonijiet mhux tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju huwa sabiex b'mod lineari jsir tnaqqis minn 30 % fl-2026 għal 0 % fl-2030, ħlief għat-tisħin distrettwali, u suġġett għal reviżjoni skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva. Minħabba din id-distinzjoni introdotta bejn it-tisħin distrettwali u s-sħana l-oħra kollha eleġibbli taħt subinstallazzjonijiet b'parametru referenzjarju ta' sħana, jeħtieġ li tiġi introdotta subinstallazzjoni ta' sħana separata għal tisħin distrettwali sabiex jiġi pprovdut approċċ ċar f'termini ta' formuli u rekwiżiti tal-mudell tad-data fil-linja bażi. It-tisħin distrettwali jenħtieġ li jinkludi s-sħana li titkejjel li tintuża għall-għan ta' tisħin tal-post u tkessiħ ta' bini jew siti li mhumiex koperti mill-EU ETS jew għall-produzzjoni ta' ilma sħun domestiku.

(18)

Huwa wkoll xieraq li l-parametri referenzjarji ta' prodott iqisu l-irkupru effiċjenti tal-enerġija mill-gassijiet ta' skart u l-emissjonijiet relatati mal-użu tagħhom. Għal dan il-għan, għad-determinazzjoni tal-valuri tal-parametri referenzjarji għal prodotti li l-produzzjoni tagħhom tiġġenera l-gassijiet ta' skart, jenħtieġ li jitqies sew il-kontenut tal-karbonju ta' dawn il-gassijiet ta' skart. Meta l-gassijiet ta' skart jiġu esportati mill-proċess tal-produzzjoni lil hinn mill-konfini tas-sistema tal-parametru referenzjarju tal-prodott rilevanti u jinħarqu għall-produzzjoni tas-sħana 'l barra mill-konfini tas-sistema ta' proċess b'parametru referenzjarju definit, jenħtieġ li jitqiesu l-emissjonijiet relatati permezz tal-allokazzjoni ta' kwoti tal-emissjonijiet addizzjonali abbażi tal-parametru referenzjarju tas-sħana jew tal-fjuwil. Minħabba l-prinċipju ġenerali li jgħid li jenħtieġ li l-ebda kwota tal-emissjonijiet ma tiġi allokata bla ħlas fir-rigward ta' kwalunkwe produzzjoni tal-elettriku, biex tiġi evitata kull distorsjoni mhux xierqa tal-kompetizzjoni fis-swieq tal-elettriku fornut lill-installazzjonijiet industrijali u billi jitqies il-prezz tal-karbonju inerenti fl-elettriku, huwa xieraq li, meta l-gassijiet ta' skart jiġu esportati mill-proċess tal-produzzjoni lil hinn mill-konfini tas-sistema tal-parametru referenzjarju ta' prodott rilevanti u jinħarqu għall-produzzjoni tal-elettriku, l-ebda kwota addizzjonali ma tiġi allokata lil hinn mis-sehem tal-kontenut tal-karbonju tal-gass ta' skart meqjus fil-parametru referenzjarju ta' prodott rilevanti.

(19)

Sabiex jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u sabiex jiġi inċentivat l-użu tal-gassijiet ta' skart, fin-nuqqas ta' informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-flussi tal-gass rilevanti, l-emissjonijiet tas-CO2 li jseħħu lil hinn mill-konfini tas-sistema tas-subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott li jirriżultaw mir-riduzzjoni tal-ossidi tal-metall jew proċessi simili jenħtieġ li jiġu assenjati parzjalment biss lil subinstallazzjonijiet ta' emissjonijiet minn proċess jekk dawn ma jiġux rilaxxati b'riżultat tal-użu tal-enerġija ta' gassijiet ta' skart.

(20)

Emissjonijiet indiretti relatati mal-produzzjoni tal-elettriku tqiesu għad-determinazzjoni ta' ċerti valuri ta' parametru referenzjarju fid-Deċiżjoni 2011/278/UE, fuq il-bażi li emissjonijiet diretti u emissjonijiet indiretti mill-produzzjoni tal-elettriku kienu sa ċertu punt interskambjabbli. Meta japplikaw dawn il-parametri referenzjarji, l-emissjonijiet indiretti ta' installazzjoni jenħtieġ li jkomplu jiġu mnaqqsa billi jiġi applikat il-fattur tal-emissjonijiet standard li jintuża wkoll għall-valutazzjoni tal-esponiment tas-setturi għal rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju potenzjali kif determinat skont l-Artikolu 10b(5) tad-Direttiva 2003/87/KE. Id-dispożizzjonijiet rilevanti jenħtieġ li jibqgħu jiġu ssorveljati, inter alia bl-għan li jitjieb it-trattament indaqs ta' attivitajiet li jipproduċu l-istess prodott u għall-aġġornament tas-sena ta' referenza tal-2015 għal allokazzjonijiet bla ħlas tranżizzjonali bejn l-2026 u l-2030.

(21)

Meta sħana li titkejjel tiġi skambjata bejn żewġ installazzjonijiet jew aktar, l-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet jenħtieġ li tiġi bbażata fuq il-konsum tas-sħana ta' installazzjoni u għandha tqis ir-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, kif xieraq. Għaldaqstant, sabiex jiġi żgurat li n-numru ta' kwoti tal-emissjonijiet bla ħlas li ser jiġu allokati jkun indipendenti mill-istruttura tal-forniment tas-sħana, il-kwoti tal-emissjonijiet jenħtieġ li jiġu allokati lill-konsumatur tas-sħana.

(22)

L-ammont tal-kwoti li ser jiġu allokati bla ħlas lill-installazzjonijiet eżistenti jenħtieġ li jiġi bbażat fuq data tal-attività storika. Il-livelli ta' attività storika jenħtieġ li jiġu bbażati fuq l-attività medja aritmetika waqt il-perjodi tal-linja bażi. Il-perjodi tal-linja bażi huma twal biżżejjed biex jiġi żgurat li dawn jistgħu jitqiesu bħala rappreżentattivi għall-perjodi ta' allokazzjoni li jkopru wkoll ħames snin kalendarji. Għal min jidħol ġdid, kif definit fl-Artikolu 3(h) tad-Direttiva 2003/87/KE, id-determinazzjoni tal-livelli ta' attività jenħtieġ li tkun ibażata fuq il-livell ta' attività tal-ewwel sena kalendarja ta' operazzjoni, wara s-sena tal-bidu ta' operazzjoni normali, peress li l-livell ta' attività rrappurtat għal sena sħiħa jitqies aktar rappreżentattiv minn valur għal-ewwel sena ta' operazzjoni li jista' jkopri biss perjodu qasir. Meta mqabbel mal-perjodu ta' allokazzjoni 2013 – 2020, minħabba l-introduzzjoni ta' aġġustamenti fl-allokazzjoni skont l-Artikolu 10a(20) tad-Direttiva 2003/87/KE, m'hemm l-ebda ħtieġa li jinżamm il-kunċett tal-bidla sinifikanti fil-kapaċità.

(23)

Sabiex jiġi żgurat li l-EU ETS twassal għat-tnaqqis maż-żmien, id-Direttiva 2003/87/KE tipprevedi li l-kwantità ta' kwoti madwar l-Unjoni kollha tonqos b'mod lineari. Fir-rigward tal-ġeneraturi tal-elettriku, skont l-Artikolu 10a(4) ta' dik id-Direttiva, jiġi applikat fattur ta' tnaqqis lineari, u s-sena 2013 tintuża bħala referenza, sakemm ma jkunx applikabbli l-fattur ta' korrezzjoni transettorjali uniformi. Il-valur tal-fattur ta' tnaqqis lineari jiżdied għal 2,2 % fis-sena mill-2021.

(24)

Għal min jidħol ġdid, il-fattur ta' tnaqqis lineari jiġi applikat bl-ewwel sena tal-perjodu ta' allokazzjoni rilevanti bħala referenza.

(25)

Il-fattur ta' korrezzjoni transettorjali uniformi li huwa applikabbli f'kull sena tal-perjodu mill-2021 sal-2025 u mill-2026 sal-2030 għal installazzjonijiet li mhumiex identifikati bħala ġeneraturi tal-elettriku, u li mhumiex installazzjonijiet li daħlu ġodda, skont l-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE, jenħtieġ li jiġi determinat fuq il-bażi tal-ammont annwali preliminari ta' kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas matul kull perjodu ta' allokazzjoni, ikkalkulat għal dawn l-installazzjonijiet skont dan ir-Regolament, u li jeskludi l-installazzjonijiet li huma esklużi mill-Istati Membri mill-EU ETS f'konformità l-Artikolu 27 jew 27a ta' dik id-Direttiva. L-ammont li jirriżulta ta' kwoti ta' emissjonijiet bla ħlas allokati f'kull sena taż-żewġ perjodi jenħtieġ li jitqabbel mal-ammont annwali ta' kwoti li jiġi kkalkulat skont l-Artikolu 10a(5) u 10a(5a) tad-Direttiva 2003/87/KE għall-installazzjonijiet billi jiġi kkunsidrat is-sehem rilevanti tal-kwantità totali annwali madwar l-Unjoni kollha, kif iddeterminat skont l-Artikolu 9 ta' dik id-Direttiva, u l-ammont rilevanti tal-emissjonijiet li huma inklużi biss fl-EU ETS mill-2021 sal-2025 jew mill-2026 sal-2030, kif xieraq.

(26)

Meta l-operaturi japplikaw għal allokazzjoni bla ħlas, dawn jenħtieġ li jkunu liberi li jirrinunzjaw l-allokazzjoni tagħhom, totalment jew parzjalment, billi jippreżentaw l-applikazzjoni lill-awtorità kompetenti rilevanti fi kwalunkwe żmien waqt il-perjodu ta' allokazzjoni rilevanti. Sabiex tinżamm iċ-ċertezza u l-prevedibbiltà, l-operaturi jenħtieġ li ma jkollhomx id-dritt li jirtiraw applikazzjoni bħal din għall-istess perjodu ta' allokazzjoni. L-operaturi li jkunu rrinunzjaw l-allokazzjoni tagħhom jenħtieġ li ikomplu jimmonitorjaw u jirrappurtaw id-data meħtieġa sabiex ikunu jistgħu japplikaw għal allokazzjoni bla ħlas fil-perjodu ta' allokazzjoni li jmiss. Dawn jenħtieġ li wkoll ikomplu jimmonitorjaw u jirrappurtaw l-emissjonijiet kull sena u jċedu l-ammont rilevanti ta' kwoti.

(27)

Sabiex jiġi żgurat trattament indaqs tal-installazzjonijiet, huwa xieraq li jiġu stipulati regoli dwar il-fużjonijiet u l-qsim tal-installazzjonijiet.

(28)

Sabiex jiġi ffaċilitat il-ġbir tad-data mingħand l-operaturi u l-kalkolu tal-kwoti tal-emissjonijiet li sejrin jiġu allokati mill-Istati Membri dwar min jidħol ġdid, huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli għall-applikazzjoni għal installazzjonijiet bħal dawn.

(29)

Sabiex jiġi żgurat li ma tiġi allokata l-ebda kwota tal-emmissjonijiet bla ħlas lil installazzjoni li waqqfet l-operazzjonijiet tagħha, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-kondizzjonijiet li fihom installazzjoni titqies li waqqfet l-operazzjonijiet.

(30)

L-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jirrikjedi li l-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas u, abbażi ta' dan, id-Direttiva 2003/87/KE tipprevedi tranżizzjoni lejn irkantar sħiħ maż-żmien. L-evitar tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju jiġġustifika l-posponiment temporanju ta' rkant sħiħ, u l-allokazzjoni bla ħlas immirata tal-kwoti lill-industrija hija ġġustifikata sabiex jiġu indirizzati r-riskji ġenwini ta' żidiet fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra f'pajjiżi terzi fejn l-industrija mhijiex soġġetta għal restrizzjonijiet tal-karbonju komparabbli, sakemm ma jitwettqux miżuri ta' politika klimatika komparabbli minn ekonomiji ewlenin oħra. Barra minn hekk, ir-regoli tal-allokazzjoni bla ħlas jenħtieġ li jinċentivaw tnaqqis fl-emissjonijiet f'konformità mal-impenn tal-Unjoni li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra globali b'tal-inqas 40 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030. Jenħtieġ li jiżdiedu l-inċentivi għal tnaqqis fl-emissjonijiet għal attivitajiet li jipproduċu l-istess prodott.

(31)

F'konformità mal-prattika tal-Kummissjoni ta' konsulenza mal-esperti fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Grupp Espert tal-Kummissjoni dwar il-Politika dwar it-Tibdil fil-Klima, li jikkonsisti minn esperti mill-Istati Membri, l-industrija u organizzazzjonijiet rilevanti oħra, inkluż is-soċjetà ċivili, ġie kkonsultat dwar id-dokumenti u pprovda kummenti u suġġerimenti dwar diversi elementi tal-proposta, u ltaqa' tliet darbiet bejn Mejju u Lulju 2018.

(32)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta' urġenza peress li l-operaturi huma meħtieġa li jikkonformaw mar-regoli tiegħu dwar rappurtar tad-data fil-linja bażi minn April jew Mejju 2019 kif meħtieġ mill-Artikolu 10a(1) tad-Direttiva 2003/87/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

IL-KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Kamp ta' Applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet taħt il-Kapitolu III (Installazzjonijiet stazzjonarji) tad-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-perjodi ta' allokazzjoni mill-2021, bl-eċċezzjoni tal-allokazzjoni tranżizzjonali bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-immodernizzar tal-ġenerazzjoni tal-elettriku skont l-Artikolu 10c tad-Direttiva 2003/87/KE.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“installazzjoni eżistenti” tfisser kwalunkwe installazzjoni li twettaq waħda jew aktar mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE jew xi attività inkluża fl-Iskema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet tal-Unjoni Ewropea (EU ETS) għall-ewwel darba skont l-Artikolu 24 ta' dik id-Direttiva, li kisbet permess għal emissjonijiet tal-gassijiet serra qabel jew:

(a)

fit-30 ta' Ġunju 2019 għall-perjodu 2021-2025,

(b)

fit-30 ta' Ġunju 2024 għall-perjodu 2026-2030;

(2)

“subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott” tfisser id-dħul, il-prodotti u l-emissjonijiet korrispondenti relatati mal-produzzjoni ta' prodott li għalih ġie stabbilit parametru referenzjarju fl-Anness I;

(3)

“subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju tas-sħana” tfisser id-dħul, il-prodotti u l-emissjonijiet korrispondenti li mhumiex koperti minn subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott relatata mal-produzzjoni minbarra dik prodotta mill-elettriku, l-importazzjoni minn installazzjoni koperta mill-EU ETS, jew mit-tnejn li huma, ta' sħana li titkejjel li:

(a)

tiġi kkunsmata fil-konfini tal-installazzjoni għall-produzzjoni ta' prodotti, għall-produzzjoni tal-enerġija mekkanika minbarra dik li tintuża għall-produzzjoni tal-elettriku, għat-tisħin jew għat-tkessiħ bl-eċċezzjoni tal-konsum għall-produzzjoni tal-elettriku, jew

(b)

tiġi esportata lejn installazzjoni jew entità oħra li mhijiex koperta mill-EU ETS minbarra tisħin distrettwali bl-eċċezzjoni tal-esportazzjoni għall-produzzjoni tal-elettriku;

(4)

“tisħin distrettwali” tfisser id-distribuzzjoni ta' sħana li titkejjel għall-fini tat-tisħin jew tkessiħ ta' spazju jew tal-produzzjoni ta' misħun domestiku, permezz ta' netwerk, għal bini jew siti li mhumiex koperti mill-EU ETS bl-eċċezzjoni ta' sħana li titkejjel li tintuża għall-produzzjoni ta' prodotti u attivitajiet relatati jew il-produzzjoni tal-elettriku;

(5)

“subinstallazzjoni ta' tisħin distrettwali” tfisser id-dħul, il-prodotti u l-emissjonijiet korrispondenti li mhumiex koperti minn subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott relatata mal-produzzjoni, l-importazzjoni minn installazzjoni li mhijiex koperta mill-EU ETS, jew mit-tnejn li huma, ta' sħana li titkejjel li tiġi esportata għall-fini ta' tisħin distrettwali;

(6)

“subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju tal-fjuwil” tfisser id-dħul, il-prodotti u l-emissjonijiet korrispondenti li mhumiex koperti minn subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott relatata mal-produzzjoni ta' sħana li ma titkejjilx permezz ta' kombustjoni tal-fjuwil li tiġi kkunsmata għall-produzzjoni ta' prodotti, għall-produzzjoni tal-enerġija mekkanika minbarra dik li tintuża għall-produzzjoni tal-elettriku, għat-tisħin jew għat-tkessiħ bl-eċċezzjoni tal-konsum għall-produzzjoni tal-elettriku, inkluż l-ivvampjar għas-sikurezza;

(7)

“sħana li titkejjel” tfisser fluss ta' sħana netta ttrasportata permezz ta' pajpijiet jew tubi identifikabbli li jużaw mezz ta' trasferiment tas-sħana, bħal, kienu b'mod partikolari, il-fwar, l-arja sħuna, l-ilma, iż-żejt, il-metalli likwidi u l-imluħ, li għalih hemm jew jista' jiġi installat miter tas-sħana;

(8)

“miter tas-sħana” tfisser miter tal-enerġija termali (MI-004) fi ħdan it-tifsira tal-Anness VI tad-Direttiva 2014/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jew kwalunkwe apparat ieħor li jkejjel u jirreġistra l-ammont ta' enerġija termali prodotta fuq bażi tal-volumi u t-temperaturi tal-flussi;

(9)

“sħana li ma titkejjilx” tfisser is-sħana l-oħra kollha għajr is-sħana li titkejjel;

(10)

“subinstallazzjoni ta' emissjonijiet minn proċess” tfisser l-emissjonijiet tal-gassijiet serra elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE għajr id-diossidu tal-karbonju, li jseħħu 'l barra mill-konfini tas-sistema ta' parametru referenzjarju ta' prodott elenkat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, jew l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju, li jseħħu 'l barra mill-konfini tas-sistema ta' parametru referenzjarju ta' prodott elenkat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, bħala riżultat ta' xi wieħed mill-proċessi li ġejjin u l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-kombustjoni ta' gassijiet ta' skart għall-iskop tal-produzzjoni ta' sħana li titkejjel, sħana li ma titkejjilx jew l-elettriku, sakemm jiġu mnaqqsa l-emissjonijiet li kieku kienu jirriżultaw mill-kombustjoni ta' ammont ta' gass naturali, ekwivalenti għall-kontenut tal-enerġija li tista' teknikament tintuża tal-karbonju maħruq mhux ossidizzat kompletament:

(a)

ir-riduzzjoni kimika, elettrolitika jew pirometallurġika tal-komposti tal-metali f'minerali, konċentrati u materjali sekondarji għal skop primarju għajr il-ġenerazzjoni tas-sħana;

(b)

it-tneħħija tal-impuritajiet minn metalli u komposti tal-metalli għal skop primarju li mhuwiex dak tal-ġenerazzjoni tas-sħana;

(c)

id-dekompożizzjoni tal-karbonati, minbarra dawk għal tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija għal skop primarju li mhuwiex dak tal-ġenerazzjoni tas-sħana;

(d)

is-sinteżi kimika tal-prodotti u tal-prodotti intermedji fejn il-materjal bil-karbonju jipparteċipa fir-reazzjoni, għal skop primarju li mhuwiex il-ġenerazzjoni tas-sħana;

(e)

l-użu ta' karbonju li fih additivi jew materja prima għal skop primarju li mhuwiex dak tal-ġenerazzjoni tas-sħana;

(f)

ir-riduzzjoni kimika jew elettrolitika ta' ossidi metallojdi jew ossidi mhux tal-metalli bħal ossidi tas-siliċju u fosfati tas-siliċju għal skop primarju li mhuwiex dak tal-ġenerazzjoni tas-sħana;

(11)

“gass ta' skart” tfisser gass li fih karbonju mhux ossidizzat kompletament fi stat gassuż f'kondizzjonijiet standard li huwa riżultat ta' xi wieħed mill-proċessi elenkati fil-punt (10), fejn “kondizzjonijiet standard” tfisser temperatura ta' 273,15 K u kondizzjonijiet tal-pressjoni ta' 101 325 Pa li jiddefinixxu metri kubiċi normali (Nm3) skont l-Artikolu 3(50) tar-Regolament (UE) Nru 601/2012;

(12)

“stat ta' operazzjoni normali” tfisser l-ewwel jum tal-operazzjonijiet;

(13)

“ivvampjar għas-sikurezza” tfisser il-kombustjoni ta' fjuwils pilota u ta' ammonti li jvarjaw ħafna ta' gassijiet tal-proċess jew gassijiet residwi f'unità miftuħa għal disturbi atmosferiċi, espliċitament meħtieġa għal raġunijiet ta' sikurezza permezz ta' permessi rilevanti għall-installazzjoni;

(14)

“perjodu tal-linja bażi” tfisser il-ħames snin kalendarji li jippreċedu l-limitu ta' żmien għall-preżentazzjoni tad-data lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2003/87/KE;

(15)

“perjodu ta' allokazzjoni” tfisser il-perjodu ta' ħames snin li jibda mill-1 ta' Jannar 2021 u kull perjodu sussegwenti ta' ħames snin;

(16)

“inċertezza” tfisser parametru, assoċjat mar-riżultat tad-determinazzjoni ta' kwantità, li jikkaratterizza d-dispersjoni tal-valuri li jkunu jistgħu jiġu attribwiti b'mod raġonevoli lill-kwantità partikolari, inklużi l-effetti ta' fatturi sistematiċi kif ukoll ta' fatturi aleatorji, espressi f'perċentwal, u jiddeskrivi intervall ta' kunfidenza madwar il-valur medju li fih hemm inklużi 95 % tal-valuri dedotti b'kunsiderazzjoni ta' kwalunkwe asimmetrija tad-distribuzzjoni tal-valuri;

(17)

“fużjoni” tfisser fużjoni ta' żewġ installazzjonijiet jew aktar li diġà għandhom permessi tal-gassijiet serra diment li dawn jiġu konnessi teknikament, joperaw fuq l-istess sit u l-installazzjoni li tirriżulta tkun koperta minn permess wieħed tal-gassijiet serra;

(18)

“qsim” tfisser diviżjoni ta' installazzjoni f'żewġ installazzjonijiet jew aktar li huma koperti minn permessi tal-gassijiet serra separati u li jitmexxew minn operaturi differenti.

Artikolu 3

Arranġamenti amministrattivi nazzjonali

Minbarra l-ħatra ta' awtorità jew awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2003/87/KE, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-arranġamenti amministrattivi nazzjonali għall-implimentazzjoni tar-regoli ta' dan ir-Regolament.

IL-KAPITOLU II

Regoli dwar l-Applikazzjoni, ir-Rappurtar tad-Data u l-Monitoraġġ

Artikolu 4

Applikazzjoni għal allokazzjoni bla ħlas minn operaturi ta' installazzjonijiet eżistenti

1.   L-operatur ta' installazzjoni eliġibbli għal allokazzjoni bla ħlas skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE jista' jippreżenta lill-awtorità kompetenti applikazzjoni għal allokazzjoni bla ħlas għal perjodu ta' allokazzjoni. Din l-applikazzjoni għandha titressaq qabel it-30 ta' Mejju 2019 fir-rigward tal-ewwel perjodu ta' allokazzjoni u kull ħames snin wara dan.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limitu ta' żmien alternattiv għall-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet bħal dawn, li, madankollu, ma jistax ikun aktar tard jew qabel xahar meta mqabbel mal-limitu ta' żmien previst fl-ewwel subparagrafu.

2.   L-applikazzjoni għall-allokazzjoni bla ħlas ippreżentata skont il-paragrafu 1 għandha tiġi akkumpanjata mill-partikolaritajiet li ġejjin:

(a)

rapport tad-data fil-linja bażi vverifikat bħala sodisfaċenti skont il-miżuri adottati skont l-Artikou 15 tad-Direttiva 2003/87/KE li jkun fih data għall-installazzjoni, u s-subinstallazzjonijiet tiegħu kif speċifikat fl-Artikolu 10 u fl-Annessi I u II ta' dan ir-Regolament, meta jitqies, għall-kalkolu ta' livelli ta' attività storika għal parametri referenzjarji ta' prodott speċifiċi, l-Anness III ta' dan ir-Regolament, li jkun fih kull parametru elenkat fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament u li jkopri l-perjodu tal-linja bażi relatat mal-perjodu ta' allokazzjoni li tirrelata miegħu l-applikazzjoni;

(b)

il-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ li fforma l-bażi għar-rapport tad-data fil-linja bażi u r-rapport ta' verifika, skont l-Anness VI;

(c)

rapport ta' verifika maħruġ f'konformità mal-miżuri adottati skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2003/87/KE dwar ir-rapport tad-data fil-linja bażi, u sakemm dan ma jkunx ġie approvat diġà mill-awtorità kompetenti, dwar il-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ.

Artikolu 5

Applikazzjoni għal allokazzjoni bla ħlas minn min jidħol ġdid

1.   Ma' applikazzjoni minn min jidħol ġdid, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiddetermina abbażi ta' dan ir-Regolament l-ammont ta' kwoti li għandhom jiġu allokati bla ħlas lil dik l-installazzjoni tal-operatur ladarba tkun bdiet operazzjoni normali.

2.   L-operatur għandu jaqsam l-installazzjoni kkonċernata f'subinstallazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 10. L-operatur għandu jippreżenta lill-awtorità kompetenti, f'appoġġ tal-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-informazzjoni rilevanti kollha u rapport ta' data ta' min jidħol ġdid li jkun fih kull parametru elenkat fit-taqsimiet 1 u 2 tal-Anness IV għal kull subinstallazzjoni separatament, għall-ewwel sena kalendarja wara l-bidu ta' operazzjoni normali, flimkien mal-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ kif imsemmi fl-Artikolu 8 u r-rapport ta' verifika maħruġ skont il-miżuri adottati skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2003/87/KE, u għandu jispeċifika lill-awtorità kompetenti d-data tal-bidu tal-operazzjoni normali.

3.   Meta applikazzjoni minn min jidħol ġdid tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha stipulati fil-paragrafu 2, u ssegwi r-regoli għall-allokazzjoni stipulati fl-Artikoli 17 sa 22, l-awtorità kompetenti għandha tapprovaha, kif ukoll id-data tal-bidu speċifikata tal-operazzjoni normali.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaċċettaw biss data ppreżentata skont dan l-Artikolu li tkun ġiet ivverifikata bħala sodisfaċenti minn verifikatur, f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-miżuri adottati skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2003/87/KE.

Artikolu 6

Obbligu ġenerali ta' monitoraġġ

L-operatur ta' installazzjoni, li japplika għal jew jirċievi allokazzjoni bla ħlas skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE għandu jimmonitorja d-data li għandha tiġi ppreżentata kif elenkat fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament, abbażi ta' pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti sal-31 ta' Diċembru 2020.

Artikolu 7

Prinċipji ta' monitoraġġ

1.   L-operaturi għandhom jiddeterminaw data kompleta u konsistenti u jiżguraw li ma jkunx hemm trikkib bejn is-subinstallazzjonijiet u ma jkun hemm ebda għadd doppju. L-operaturi għandhom japplikaw il-metodi ta' determinazzjoni stipulati fl-Anness VII, jeżerċitaw diliġenza dovuta u jużaw sorsi tad-data li jirrappreżentaw l-ogħla preċiżjoni li tista' tinkiseb skont it-taqsima 4 tal-Anness VII.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-operatur jista' juża sorsi tad-data oħra f'konformità mat-taqsimiet 4.4 sa 4.6 tal-Anness VII, jekk tiġi ssodisfata xi waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-użu tal-aktar sorsi tad-data preċiżi skont it-taqsima 4 tal-Anness VII teknikament mhuwiex affidabbli;

(b)

l-użu tal-aktar sorsi tad-data preċiżi skont it-taqsima 4 tal-Anness VII iġarrab spejjeż mhux raġonevoli;

(c)

ibbażat fuq valutazzjoni ta' inċertezza simplifikata li tidentifika s-sorsi ewlenin ta' inċertezza u tistma l-livelli assoċjati tagħhom ta' inċertezza, l-operatura juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-livell assoċjat ta' preċiżjoni tas-sors tad-data propost mill-operatur huwa ekwivalenti għal jew aħjar mil-livell ta' preċiżjoni tal-aktar sorsi tad-data preċiżi skont it-taqsima 4 tal-Anness VII.

3.   L-operaturi għandhom iżommu reġistri kompleti u trasparenti tad-data kollha elenkata fl-Anness IV, u dokumenti ta' sostenn, għal tal-inqas 10 snin mid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal allokazzjoni bla ħlas. Fuq talba, l-operatur għandu jagħmel din id-data u dawn id-dokumenti disponibbli għall-awtorità kompetenti u għall-verifikatur.

Artikolu 8

Kontenut u preżentazzjoni tal-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ

1.   L-operatur ta' installazzjoni li japplika għal allokazzjoni bla ħlas skont l-Artikoli 4(2)b u 5(2) għandu jfassal pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ li, b'mod partikolari, ikun fih deskrizzjoni tal-installazzjoni u s-subinstallazzjonijiet tagħha, il-proċessi ta' produzzjoni u deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġiji tal-monitoraġġ u s-sorsi tad-data. Il-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ għandu jinkludi dokumentazzjoni dettaljata, kompleta u trasparenti tal-passi ta' ġbir tad-data rilevanti kollha, u għandu jkun fih tal-inqas l-elementi stipulati fl-Anness VI.

2.   Għal kull parametru elenkat fl-Anness IV, l-operatur għandu jagħżel metodu tal-monitoraġġ ibbażat fuq il-prinċipji stipulati fl-Artikolu 7 u fuq ir-rekwiżiti metodoloġiċi stipulati fl-Anness VII. Abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju f'konformità mal-Artikolu 11(1) u l-proċeduri ta' kontroll imsemmija fl-Artikolu 11(2), meta jintgħażlu l-metodi tal-monitoraġġ, l-operatur għandu jagħti preferenza lil metodi tal-monitoraġġ li jagħtu l-aktar riżultati affidabbli, li jnaqqsu r-riskju ta' lakuni fid-data, u jkunu l-inqas suxxettibbli għal riskji inerenti, inkluż riskji ta' kontroll. Il-metodu magħżul għandu jiġi ddokumentat fil-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ.

3.   Meta l-Anness VI jagħmel referenza għal proċedura, u għall-fini tal-Artikolu 12(3) tar-Regolament (UE) Nru 601/2012, l-operatur għandu jistabbilixxi, jiddokumenta, jimplimenta u jżomm proċedura bħal din separatament mill-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ. L-operatur għandu jagħmel kwalunkwe dokumentazzjoni bil-miktub tal-proċeduri disponibbli lill-awtorità kompetenti fuq talba.

4.   L-operatur għandu jippreżenta l-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni sad-data stabbilita fl-Artikolu 4(1). L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limitu ta' żmien aktar kmieni għall-preżentazzjoni tal-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ u jistgħu jirrikjedu li l-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ jiġi approvat mill-awtorità kompetenti qabel il-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għal allokazzjoni bla ħlas.

5.   Meta operatur japplika għal allokazzjoni bla ħlas iżda jkun irrinunzjaha għal perjodu ta' allokazzjoni preċedenti, l-operatur għandu jippreżenta l-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ għall-approvazzjoni mhux aktar tard minn sitt xhur qabel il-limitu ta' żmien għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 4(1).

Artikolu 9

Tibdil fil-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ

1.   L-operatur għandu jivverifika regolarment jekk il-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ jirriflettix in-natura u l-funzjonament tal-installazzjoni u jekk jistax jitjieb. Għal dan il-għan, l-operatur għandu jikkunsidra kwalunkwe rakkomandazzjoni għal titjib inkluża fir-rapport ta' verifika rilevanti.

2.   L-operatur għandu jivverifika l-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

livelli ġodda ta' emissjonijiet jew ta' attività jseħħu minħabba l-attivitajiet il-ġodda li jsiru jew minħabba l-użu ta' fjuwils jew materjali ġodda li għadhom mhux inklużi fil-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ;

(b)

l-użu ta' tipi ta' strumenti tal-kejl ġodda, metodi ta' kampjunar jew ta' analiżi ġodda jew sorsi tad-data ġodda, jew fatturi oħra, li jwasslu għal preċiżjoni ogħla fid-determinazzjoni tad-data rrappurtata;

(c)

ikun instab li d-data li tirriżulta minn metodoloġija tal-monitoraġġ applikata preċedentement mhijiex korretta;

(d)

il-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ mhuwiex, jew m'għadux, f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament;

(e)

huwa meħtieġ li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet għal titjib tal-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ li jinsabu f'rapport ta' verifika.

3.   L-operatur għandu jinnotifika kwalunkwe modifika maħsuba tal-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien mhux dovut. Madankollu, Stat Membru jista' jippermetti lill-operatur li jinnotifika, sal-31 ta' Diċembru tal-istess sena jew sa data oħra stabbilita mill-Istat Membri, modifiki maħsuba tal-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ li mhumiex sinifikanti kif mifhum fil-paragrafu 5.

4.   Kwalunkwe modifika sinifikanti tal-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ kif mifhum fil-paragrafu 5 għandha tiġi soġġetta għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti. Meta awtorità kompetenti tqis li modifika li ġiet innotifikata mill-operatur bħala sinifikanti ma tkunx sinifikanti, din għandha tinfurma lill-operatur dwar dan.

5.   Il-modifiki li ġejjin tal-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ ta' installazzjoni għandhom jitqiesu bħala sinifikanti:

(a)

modifiki li jirriżultaw minn tibdil lill-installazzjoni, b'mod partikolari subinstallazzjonijiet ġodda, tibdil fil-konfini ta' subinstallazzjonijiet eżistenti jew għeluq ta' subinstallazzjonijiet;

(b)

qlib minn metodoloġija tal-monitoraġġ stipulata fit-taqsimiet 4.4 sa 4.6 tal-Anness VII għal metodoloġija oħra stipulata f'dawk it-taqsimiet;

(c)

il-bidla ta' valur prestabbilit jew ta' metodu ta' stima stipulat fil-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ;

(d)

tibdil mitlub mill-awtorità kompetenti sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

6.   L-operatur għandu jżomm rekords tal-modifiki kollha tal-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ. F'kull rekord, għandu jiġi speċifikat dan li ġej:

(a)

deskrizzjoni trasparenti tal-modifika;

(b)

ġustifikazzjoni għall-modifika;

(c)

id-data tan-notifika tal-modifika maħsuba lill-awtorità kompetenti;

(d)

id-data tar-rikonoxximent, mill-awtorità kompetenti, tal-wasla tan-notifika msemmija fil-paragrafu 3, fejn disponibbli, u d-data tal-approvazzjoni jew tal-għoti ta' informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4;

(e)

id-data tal-bidu tal-implimentazzjoni tal-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ modifikat.

Artikolu 10

Diviżjoni f'subinstallazzjonijiet

1.   Għall-fini ta' rappurtar tad-data u tal-monitoraġġ, l-operatur għandu jaqsam kull installazzjoni eliġibbli għall-allokazzjoni bla ħlas ta' kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE f'subinstallazzjonijiet. Għal dan il-għan, id-dħul, il-prodotti u l-emissjonijiet tal-installazzjoni għandhom jiġu assenjati lil subinstallazzjoni waħda jew aktar, billi jiġi stabbilit, meta rilevanti, metodu għall-kwantifikazzjoni tal-frazzjonijiet speċifiċi tad-dħul, tal-prodotti u tal-emissjonijiet rilevanti li għandu jiġi assenjat għal subinstallazzjonijiet individwali.

2.   Għall-attribwizzjoni tad-dħul, tal-prodotti u tal-emissjonijiet ta' installazzjoni lil subinstallazzjonijiet, l-operatur għandu jagħmel il-passi li ġejjin f'ordni dixxendenti:

(a)

jekk kwalunkwe wieħed mill-prodotti kif speċifikat għall-parametri referenzjarji ta' prodott elenkati fl-Anness I jiġi prodott fl-installazzjoni, l-operatur għandu jattribwixxi d-dħul, il-prodotti u l-emissjonijiet relatati lis-subinstallazzjonijiet ta' parametru referenzjarju ta' prodott, kif applikabbli, billi jiġu applikati r-regoli stabbiliti fl-Anness VII;

(b)

jekk id-dħul, il-prodotti u l-emissjonijiet li jikkwalifikaw għall-parametru referenzarju ta' sħana jew subinstallazzjonijiet ta' tisħin distrettwali jkunu rilevanti fl-installazzjoni, u ma jikkwalifikaw għal ebda waħda mis-subinstallazzjonijiet imsemmija fil-punt (a), l-operatur għandu jattribwixxihom għal subinstallazzjonijiet ta' parametru referenzjarju ta' sħana jew għal subinstallazzjoni ta' tisħin distrettwali, skont kif applikabbli, billi jiġu applikati r-regoli stabbiliti fl-Anness VII;

(c)

jekk id-dħul, il-prodotti u l-emissjonijiet li jikkwalifikaw għal subinstallazzjonijiet ta' parametru referenzjarju tal-fjuwil ikunu rilevanti fl-installazzjoni, u ma jikkwalifikaw għal ebda waħda mis-subinstallazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b), l-operatur għandu jattribwixxihom għal subinstallazzjonijiet ta' parametru referenzjarju tal-fjuwil, kif applikabbli, billi jiġu applikati r-regoli stabbiliti fl-Anness VII;

(d)

jekk id-dħul, il-prodotti u l-emissjonijiet li jikkwalifikaw għal subinstallazzjonijiet ta' emissjonijiet minn proċess ikunu rilevanti fl-installazzjoni, u ma jikkwalifikaw għal ebda waħda mis-subinstallazzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) jew (c), l-operatur għandu jattribwixxihom għal subinstallazzjonijiet ta' emissjonijiet minn proċess, kif applikabbli, billi jiġu applikati r-regoli stabbiliti fl-Anness VII.

3.   Għas-subinstallazzjonijiet ta' parametru referenzjarju tas-sħana, is-subinstallazzjonijiet ta' parametru referenzjarju tal-fjuwil u s-subinstallazzjonijiet ta' emissjonijiet minn proċess, l-operatur għandu jiddistingwi b'mod ċar fuq il-bażi tal-kodiċijiet NACE u PRODCOM bejn jekk il-proċess rilevanti jservix, jew le, settur jew subsettur meqjus espost għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju kif determinat skont l-Artikolu 10b(5) tad-Direttiva 2003/87/KE. Barra minn hekk, l-operatur għandu jiddistingwi l-ammont ta' sħana li titkejjel li tiġi esportata għall-fini ta' tisħin distrettwali mis-sħana li titkejjel li ma sservix settur jew subsettur meqjus espost għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju kif determinat skont l-Artikolu 10b(5) tad-Direttiva 2003/87/KE.

Meta tal-inqas 95 % tal-livell ta' attività tas-subinstallazzjonijiet ta' parametru referenzjarju tas-sħana, tas-subinstallazzjonijiet ta' parametru referenzjarju tal-fjuwil jew tas-subinstallazzjonijiet ta' emissjonijiet minn proċess, iservu setturi jew subsetturi meqjusa bħala esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju kif determinat skont l-Artikolu 10b(5) tad-Direttiva 2003/87/KE jew meta tal-inqas 95 % tad-dħul, il-prodotti u l-emissjonijiet korrispondenti tas-subinstallazzjonijiet tal-parametru referenzjarju tas-sħana, tas-subinstallazzjonijiet tal-parametru referenzjarju tal-fjuwil jew tas-subinstallazzjonijiet tal-emissjonijiet minn proċess iservu setturi jew subsetturi li mhumiex meqjusa bħala esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, l-operatur jiġi eżentat milli jipprovdi data li tippermentti d-distinzjoni f'termini ta' esponiment ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.

Meta tal-inqas 95 % tal-livell ta' attività tas-subinstallazzjonijiet ta' parametru referenzjarju tat-tisħin distrettwali jew tas-subinstallazzjonijiet ta' parametru referenzjarju tas-sħana jistgħu jiġu attribwiti għal waħda minn dawn is-subinstallazzjonijiet, l-operatur jista' jattribwixxi l-livell ta' attività totali ta' dawn l-installazzjonijiet lil dik bl-ogħla livell ta' attività.

4.   Meta installazzjoni inkluża fl-EU ETS tkun ipproduċiet u esportat sħana li tista' titkejjel lejn installazzjoni jew entità oħra mhux inkluża fl-EU ETS, l-operatur għandu jikkunsidra li l-proċess rilevanti tas-subinstallazzjoni tal-parametru referenzjarju tas-sħana għal din is-sħana ma jservix settur jew subsettur li jitqies li huwa espost għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju kif determinat skont l-Artikolu 10b(5) tad-Direttiva 2003/87/KE, sakemm l-operatur ma jipprovdix evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-konsumatur tas-sħana li tista' titkejjel jappartjeni għal settur jew subsettur li jitqies li huwa espost għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju kif determinat skont l-Artikolu 10b(5) tad-Direttiva 2003/87/KE.

Għad-distinzjoni ta' sħana li tista' titkejjel li tiġi attribwita għas-subinstallazzjoni tat-tisħin distrettwali, l-operatur għandu jipprovdi evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li s-sħana li titkejjel tiġi esportata għal tisħin distrettwali.

5.   Billi ssir id-diviżjoni skont il-paragrafi 1 u 2, l-operatur għandu jiżgura dan li ġej kollu:

(a)

kull wieħed mill-prodotti fiżiċi tal-installazzjoni jiġi attribwit għal subinstallazzjoni waħda mingħajr ebda tneħħija jew għadd doppju;

(b)

100 % tal-kwantità tal-flussi tas-sors u l-emissjonijiet tal-installazzjoni kollha kif elenkat fil-pjan tal-monitoraġġ tal-installazzjoni approvat f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 601/2012 jiġu attribwiti għal subinstallazzjonijiet mingħajr ebda tneħħija jew għadd doppju, sakemm dawn ma jkunux jirrelataw għal xi proċess mhux eleġibbli għall-allokazzjoni bla ħlas bħall-produzzjoni tal-elettriku fl-installazzjoni, ivvampjar minbarra vvampjar għas-sikurezza li mhuwiex kopert minn subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott, jew il-produzzjoni ta' sħana li titkejjel esportata lejn installazzjonijiet oħra tal-EU ETS;

(c)

100 % tal-kwantità tas-sħana netta li titkejjel eliġibbli għal allokazzjoni bla ħlas prodotta fl-installazzjoni, jew importata jew esportata mill-installazzjoni, kif ukoll il-kwantitajiet trasferiti bejn is-subinstallazzjonijiet, jiġu attribwiti għas-subinstallazzjonijiet mingħajr ebda tneħħija jew għadd doppju;

(d)

għas-sħana kollha li titkejjel li tiġi prodotta, importata jew esportata mis-subinstallazzjonijiet, jiġi ddokumentat jekk is-sħana li titkejjel ġietx prodotta fi proċess tal-kombustjoni f'installazzjoni tal-EU ETs, importata minn proċessi oħra tal-produzzjoni tas-sħana jew importata minn entitajiet mhux tal-EU ETS;

(e)

meta l-elettriku jiġi prodott fl-installazzjoni, il-kwantitajiet prodotti fis-subinstallazzjonijiet ta' parametru referenzjarju ta' prodott jiġu attribwiti għal dawn is-subinstallazzjonijiet mingħajr ebda tneħħija jew għadd doppju;

(f)

għal kull subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott fejn il-kapaċità ta' skambju tal-fjuwil u l-elettriku tkun rilevanti f'konformità mat-taqsima 2 tal-Anness I, l-ammont rilevanti ta' elettriku kkunsmat jiġi identifikat u attribwit separatament;

(g)

meta subinstallazzjoni jkollha prodotti ta' materjali li fihom il-karbonju fil-forma ta' fjuwils esportati, prodotti, prodotti sekondarji, alimentazzjoni għal subinstallazzjonijiet jew installazzjonijiet oħra, jew gassijiet ta' skart, dawn il-prodotti jiġu attribwiti għal subinstallazzjonijiet mingħajr ebda tneħħija jew għadd doppju, jekk ma jkunux koperti mill-punt (b);

(h)

L-emissjonijiet tas-CO2 li jseħħu lil hinn mill-konfini tas-sistema tas-subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott li jirriżultaw mill-proċessi elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 2(10) jiġu assenjati għal subinstallazzjoni ta' emissjonijiet minn proċess sal-punt li jista' jintwera għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti, li dawn l-emissjonijiet huma riżultati diretti u immedjati ta' kwalunkwe wieħed mill-proċessi elenkati fl-Artikolu 2(10) u li dawn ma jirriżultawx mill-ossidazzjoni sussegwenti ta' karbonju mhux ossidizzat kompletament fi stat gassuż f'kondizzjonijiet standard;

(i)

meta l-emissjonijiet tas-CO2 mill-ħruq tal-gass ta' skart li ma jservix l-għan tal-produzzjoni ta' sħana li titkejjel, tas-sħana li ma titkejjilx jew tal-elettriku, iseħħu lil hinn mill-konfini tas-sistema tas-subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott bħala riżultat tal-proċessi elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 2(10), 75 % tal-kwantità tal-kontenut tal-karbonju tal-gass ta' skart għandu jitqies bħala konvertit għal CO2, u assenjat għal subinstallazzjoni ta' emissjonijiet minn proċess;

(j)

sabiex jiġi evitat kwalunkwe għadd doppju, prodotti ta' proċess ta' produzzjoni li jiġu rritornati fl-istess proċess ta' produzzjoni jitnaqqsu mil-livelli ta' attività annwali, kif xieraq f'konformità mad-definizzjonijiet tal-prodott stipulati fl-Anness I;

(k)

meta sħana li titkejjel tiġi rkuprata minn proċessi koperti minn subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju tal-fjuwil, sabiex jiġi evitat għadd doppju, l-ammont rilevanti ta' sħana li titkejjel netta diviż b'effiċjenza ta' referenza ta' 90 % jitnaqqas mid-dħul tal-fjuwil. L-irkupru ta' sħana minn proċessi koperti minn subinstallazzjoni ta' emissjonijiet minn proċess jiġi ttrattat bl-istess mod.

Artikolu 11

Sistema ta' kontroll

1.   L-operatur għandu jidentifika s-sorsi ta' riskji ta' żbalji fil-fluss tad-data mid-data primarja sad-data finali fir-rapport tad-data fil-linja bażi u għandu jistabbilixxi, jiddokumenta, jimplimenta u jżomm sistema ta' kontroll effettiva sabiex jiżgura li r-rapporti li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-fluss tad-data ma jkunx fihom dikjarazzjonijiet skorretti u li jkunu f'konformità mal-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ u f'konformità ma' dan ir-Regolament.

L-operatur għandu jagħmel il-valutazzjoni tar-riskju skont l-ewwel subparagrafu disponibbli għall-awtorità kompetenti fuq talba. L-operatur għandu jagħmilha wkoll disponibbli għall-finijiet tal-verifika.

2.   Għall-iskop tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-operatur għandu jistabbilixxi, jiddokumenta, jimplimenta u jżomm proċeduri bil-miktub għall-attivitajiet tal-fluss tad-data kif ukoll għall-attivitajiet ta' kontroll, u jinkludi referenzi għal dawn il-proċeduri fil-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ f'konformità mal-Artikolu 8(3).

3.   Meta jkun applikabbli, l-attivitajiet ta' kontroll imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jinkludu:

(a)

il-garanzija tal-kwalità tat-tagħmir tal-kejl rilevanti;

(b)

il-garanzija tal-kwalità ta' sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni li tiżgura li s-sistemi rilevanti huma mfassla, iddokumentati, ittestjati, implimentati, ikkontrollati u miżmuma b'mod li jiżgura l-ipproċessar affidabbli, preċiż u f'waqtu tad-data skont ir-riskji identifikati skont il-paragrafu 1;

(c)

is-segregazzjoni tad-dmirijiet fl-attivitajiet ta' fluss tad-data u l-attivitajiet ta' kontroll, kif ukoll l-immaniġġjar tal-kompetenzi meħtieġa;

(d)

reviżjonijiet interni u validazzjoni tad-data;

(e)

korrezzjonijiet u azzjoni korrettiva;

(f)

il-kontroll tal-proċessi esternalizzati;

(g)

iż-żamma ta' rekords u dokumentazzjoni inkluż l-immaniġġjar ta' verżjonijiet ta' dokumenti.

4.   Għall-fini tal-paragrafu 3(a), l-operatur għandu jiżgura li t-tagħmir tal-kejl kollu rilevanti jiġi kkalibrat, aġġustat u kkontrollat f'intervalli regolari inkluż qabel ma jintuża, u jiġi kkontrollat skont standards ta' kejl traċċabbli għall-istandards ta' kejl internazzjonali, meta jkunu disponibbli, u proporzjonati skont ir-riskji li ġew identifikati.

Meta l-komponenti tas-sistemi tal-kejl ma jkunux jistgħu jiġu kkalibrati, l-operatur għandu jidentifikahom fil-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ u għandu jipproponi attivitajiet alternattivi ta' kontroll.

Meta t-tagħmir jinstab li ma jikkonformax mal-prestazzjoni meħtieġa, l-operatur għandu jieħu l-azzjoni korrettiva meħtieġa minnufih.

5.   Għall-fini tal-paragrafu 3(d), l-operatur għandu jirrevedi u jivvalida data li tirriżulta mill-attivitajiet tal-fluss tad-data msemmija fil-paragrafu 2.

Reviżjoni u validazzjoni tad-data bħal dawn għandhom jinkludu:

(a)

verifika dwar jekk id-data hijiex kompluta;

(b)

tqabbil tad-data li l-operatur iddetermina matul il-perjodu tal-linja bażi preċedenti u, b'mod partikolari, kontrolli tal-konsistenza bbażati fuq serje ta' żmien ta' effiċjenza tal-gassijiet serra ta' kull subinstallazzjoni;

(c)

tqabbil tad-data u tal-valuri li jirriżultaw minn sistemi tal-ġbir tad-data operattiva differenti, b'mod partikolari għal protokolli tal-produzzjoni, ċifri tal-bejgħ u ċifri tal-istokkijiet ta' prodotti li jirrelataw magħhom il-parametri referenzjarji ta' prodott;

(d)

tqabbil u kontrolli tal-kompletezza tad-data fil-livell tal-installazzjoni u tas-subinstallazzjoni sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 10(5) jiġu ssodisfati.

6.   Għall-fini tal-paragrafu 3(e), l-operatur għandu jiżgura li, meta l-attivitajiet tal-fluss tad-data jew l-attivitajiet ta' kontroll ma jinstabux li jiffunzjonaw b'mod effettiv, jew li ma jirrispettawx ir-regoli stabbiliti fid-dokumentazzjoni tal-proċeduri għal dawn l-attivitajiet, tittieħed azzjoni korrettiva u d-data affettwata tiġi kkoreġuta mingħajr dewmien żejjed.

7.   Għall-fini tal-paragrafu 3(f), meta l-operatur jesternalizza attività waħda jew aktar tal-fluss tad-data jew l-attivitajiet ta' kontroll imsemmija fil-paragrafu 1, l-operatur għandu jipproċedi għal dan kollu li ġej:

(a)

jivverifika l-kwalità tal-attivitajiet tal-fluss tad-data esternalizzati u l-attivitajiet ta' kontroll skont dan ir-Regolament;

(b)

jiddefinixxi rekwiżiti xierqa għall-prodotti tal-proċessi esternalizzati kif ukoll il-metodi użati f'dawn il-proċessi;

(c)

jivverifika l-kwalità tal-prodotti u l-metodi msemmija fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu;

(d)

jiżgura li l-attivitajiet esternalizzati jitwettqu b'mod li dawk jirrispondu għar-riskji inerenti u r-riskji ta' kontroll identifikati fil-valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1.

8.   L-operatur għandu jimmonitorja l-effettività tas-sistema ta' kontroll, inkluż billi jwettaq reviżjonijiet interni u jikkunsidra s-sejbiet tal-verifikatur waqt il-verifika ta' rapporti għall-fini tal-Artikolu 4(2).

Meta l-operatur isib li s-sistema ta' kontroll ma tkunx effettiva jew ma tkunx proporzjonata mar-riskji identifikati, dan għandu jipprova jtejjeb is-sistema ta' kontroll u jaġġorna l-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ jew il-proċeduri bil-miktub sottostanti għall-attivitajiet tal-fluss tad-data, il-valutazzjonijiet tar-riskju u l-attivitajiet ta' kontroll, skont kif ikun xieraq.

Artikolu 12

Lakuni fid-data

1.   Meta għal raġunijiet tekniċi ma jkunx temporanjament fattibbli li jiġi applikat il-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ kif approvat mill-awtorità kompetenti, l-operatur għandu japplika metodu bbażat fuq sorsi tad-data alternattivi elenkati fil-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ sabiex jitwettqu l-kontrolli korroborattivi skont l-Artikolu 10(5), jew, jekk tali alternattiva ma tkunx fil-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ, metodu alternattiv li jipprovdi l-ogħla preċiżjoni li tista' tinkiseb skont is-sorsi tad-data ġeneriċi u l-ġerarkija tagħhom stipulata fit-taqsima 4 tal-Anness VII, jew approċċ ta' stima konservattiva, sakemm ikunu ġew irrestawrati l-kondizjonijiet għall-applikazzjoni tal-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ approvat.

L-operatur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jikseb applikazzjoni immedjata tal-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ approvat.

2.   Meta data rilevanti għar-rapport tad-data fil-linja bażi tkun nieqsa, li għaliha l-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ ma jelenkax metodi ta' monitoraġġ alternattivi jew sorsi tad-data alternattivi għall-korroborazzjoni tad-data jew biex tingħalaq il-lakuna fid-data, l-operatur għandu juża metodu ta' stima xieraq biex tiġi ddeterminata data ta' sostituzzjoni konservattiva għall-perjodu ta' żmien rispettiv u l-parametru nieqes, b'mod partikolari, abbażi tal-aħjar prattika tal-industrija, għarfien xjentifiku u tekniku riċenti, u għandu jipprovdi ġustifikazzjoni f'waqtha għal-lakuna fid-data u l-użu ta' dawn il-metodi f'anness mar-rapport tad-data fil-linja bażi.

3.   Meta sseħħ devjazzjoni temporanja mill-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ approvat skont il-paragrafu 1, jew meta data rilevanti għar-rapport imsemmi fl-Artikolu 4(2)(a) jew fl-Artikolu 5(2) tinstab li hija nieqsa, l-operatur, mingħajr dewmien żejjed, għandu jiżviluppa proċedura bil-miktub biex jevita dan it-tip ta' lakuna fid-data fil-futur u jimmodifika l-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ skont l-Artikolu 9(3). Barra minn hekk, l-operatur għandu jivvaluta jekk u kif l-attivitajiet ta' kontroll imsemmija fl-Artikolu 11(3) jeħtieġ li jiġu aġġornati u għandu jimmodifika dawn l-attivitajiet ta' kontroll u l-proċeduri bil-miktub rilevanti, kif xieraq.

Artikolu 13

L-użu ta' mudelli elettroniċi

L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-operaturi u l-verifikaturi jużaw mudelli elettroniċi jew formats ta' fajl speċifiċi għall-preżentazzjoni tar-rapporti tad-data fil-linja bażi, il-pjanijiet tal-metodoloġija tal-monitoraġġ u r-rapporti ta' verifika kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) u tar-rapporti ta' data, tal-pjanijiet tal-metodoloġija tal-monitoraġġ u tar-rapporti ta' verifika ta' min jidħol ġdid kif imsemmi fl-Artikolu 5(2).

IL-KAPITOLU III

Regoli għall-Allokazzjoni

Artikolu 14

Miżuri nazzjonali għall-implimentazzjoni

1.   Il-lista f'konformità mal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2003/87/KE għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni billi jintuża mudell elettroniku pprovdut mill-Kummissjoni u għandha tidentifika l-ġeneraturi tal-elettriku kollha, l-installazzjonijiet żgħar li jistgħu jiġu esklużi mill-EU ETS skont l-Artikoli 27 u 27a tad-Direttiva 2003/87/KE u l-installazzjonijiet li ser jiġu inklużi taħt l-EU ETS skont l-Artikolu 24 ta' dik id-Direttiva.

2.   Il-lista msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja għal kull installazzjoni eżistenti li tapplika għal allokazzjoni bla ħlas:

(a)

identifikazzjoni tal-installazzjoni u l-konfini tagħha permezz tal-kodiċi ta' identifikazzjoni tal-installazzjoni fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (EUTL);

(b)

informazzjoni tal-attività u informazzjoni dwar l-eleġibbiltà għal allokazzjoni bla ħlas;

(c)

identifikazzjoni ta' kull subinstallazzjoni ta' installazzjoni;

(d)

għal kull subinstallazzjoni, il-livell ta' attività annwali u l-emissjonijiet annwali f'kull sena tal-perjodu tal-linja bażi rilevanti;

(e)

għal kull subinstallazzjoni, informazzjoni dwar jekk tappartjenix għal settur jew subsettur meqjus espost għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju kif determinat skont l-Artikolu 10b(5) tad-Direttiva 2003/87/KE, inkluż il-kodiċi PRODCOM tal-prodotti li jiġu mmanifatturati, meta jkun applikabbli;

(f)

għal kull subinstallazzjoni, id-data rrappurtata skont l-Anness IV.

3.   Mal-wasla tal-lista msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-inklużjoni ta' kull installazzjoni fil-lista u d-data relatata ppreżentata f'konformità mal-paragrafu 2.

4.   Meta l-Kummissjoni ma tirrifjutax inklużjoni ta' installazzjoni f'dik il-lista, id-data għandha tintuża biex jiġu kkalkulati l-valuri tal-parametru referenzjarju revedut kif imsemmi fl-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE.

5.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw u jinnotifikaw l-ammonti annwali preliminari għal kull installazzjoni tal-allokazzjonijiet bla ħlas, billi jintużaw il-valuri tal-parametru referenzjarju reveduti għall-perjodu ta' allokazzjoni rilevanti, kif stabbilit skont l-Artikolu 16(2) sa (7) u l-Artikoli 19 sa 22.

6.   Ladarba l-ammonti annwali preliminari ta' allokazzjonijiet bla ħlas għall-perjodu ta' allokazzjoni rilevanti jiġu nnotifikati, il-Kummissjoni għandha tiddetermina kwalunkwe fattur stabbilit skont l-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE billi tqabbel is-somma tal-ammonti annwali preliminari ta' allokazzjonijiet bla ħlas f'kull sena matul il-perjodu ta' allokazzjoni rilevanti mal-applikazzjoni tal-fatturi kif stabbilit fl-Anness V ta' dan ir-Regolament mal-ammont annwali ta' allokazzjonijiet li jiġi kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 10a(5) u (5a) tad-Direttiva 2003/87/KE għall-installazzjonijiet, billi jiġi kkunsidrat is-sehem rilevanti tal-kwantità totali madwar l-Unjoni kollha annwali, kif stabbilit skont l-Artikoli 10(1) u 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE. Id-determinazzjoni għandha tikkunsidra l-inklużjonijiet skont l-Artikolu 24 u l-esklużjonijiet skont l-Artikoli 27 u 27a tad-Direttiva 2003/87/KE, kif xieraq.

7.   Ladarba jiġi ddeterminat il-fattur stabbilit skont l-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw u jippreżentaw lill-Kumissjoni l-ammont annwali finali ta' kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għal kull sena matul il-perjodu ta' allokazzjoni rilevanti skont l-Artikolu 16(8).

8.   Fuq talba, kull Stat Membru għandu jagħmel ir-rapporti li jaslu abbażi tal-Artikolu 4(2) disponibbli għall-Kummissjoni.

Artikolu 15

Livell ta' attività storika għal installazzjonijiet eżistenti

1.   L-Istati Membri għandhom jivvalutaw ir-rapporti tad-data fil-linja bażi u r-rapporti ta' verifika ppreżentati skont l-Artikolu 4(2) sabiex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Meta jkun xieraq, l-awtorità kompetenti għandha titlob korrezzjonijiet mill-operaturi ta' kwalunkwe nuqqas ta' konformità jew ta' kwalunkwe żball, li jħallu impatt fuq id-determinazzjoni tal-livelli ta' attività storika. L-awtorità kompetenti tista' titlob lill-operaturi biex jippreżentaw aktar data minbarra l-informazzjoni u d-dokumenti li għandhom jiġu pprovduti skont l-Artikolu 4(2).

2.   Abbażi tar-rapporti tad-data fil-linja bażi u r-rapporti ta' verifika vvalutati, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-livelli ta' attività storika ta' kull subinstallazzjoni u installazzjoni għall-perjodu tal-linja bażi rilevanti. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jiddeterminaw il-livelli ta' attività storika biss meta data li tirrelata ma' installazzjoni tkun ġiet ivverifikata bħala sodisfaċenti jew jekk dawn ikunu sodisfatti li l-lakuni fid-data li jwasslu għall-opinjoni tal-verifikatur ikunu minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti li ma setgħux jiġu evitati anki li kieku ġiet eżerċitata l-attenzjoni dovuta kollha.

3.   Il-livell ta' attività storika relatat mal-prodott għandu, għal kull prodott li għalih ġie stabbilit parametru referenzjarju ta' prodott kif imsemmi fl-Anness I, jirreferi għall-medja aritmetika tal-produzzjoni storika annwali ta' dak il-prodott fl-installazzjoni kkonċernata matul il-perjodu tal-linja bażi.

4.   Il-livell ta' attività storika relatata mas-sħana għandu jirreferi għall-medja aritmetika ta' importazzjoni storika annwali minn installazzjoni koperta mill-EU ETS, il-produzzjoni, jew it-tnejn li huma, waqt il-perjodu tal-linja bażi, ta' sħana li titkejjel netta li tiġi kkunsmata fil-konfini tal-installazzjoni għall-produzzjoni ta' prodotti, għall-produzzjoni tal-enerġija mekkanika li ma tintużax għall-produzzjoni tal-elettriku, għat-tisħin jew it-tkessiħ bl-eċċezzjoni tal-konsum għall-produzzjoni tal-elettriku, jew esportata għal installazzjoni jew entità oħra li ma tkunx koperta mill-EU ETS, bl-eċċezzjoni tal-esportazzjoni għall-produzzjoni tal-elettriku espressa f'terajoule kull sena.

Il-livell ta' attività storika relatata mat-tisħin distrettwali għandu jirreferi għall-medja aritmetika ta' importazzjoni storika annwali minn installazzjoni koperta mill-EU ETS, il-produzzjoni, jew it-tnejn li huma, waqt il-perjodu tal-linja bażi, ta' sħana li titkejjel li tiġi esportata għall-fini tat-tisħin distrettwali espressa f'terajoule kull sena.

5.   Il-livell ta' attività storika relatata mal-fjuwil għandu jirreferi għall-medja aritmetika ta' konsum storiku annwali ta' fjuwils li jintużaw għall-produzzjoni ta' sħana li ma titkejjilx li tiġi kkunsmata għall-produzzjoni tal-prodotti, għall-produzzjoni tal-enerġija mekkanika li ma tintużax għall-produzzjoni tal-elettriku, għat-tisħin jew it-tkessiħ bl-eċċezzjoni tal-konsum għall-produzzjoni tal-elettriku, inkluż l-ivvampjar għas-sikurezza, matul il-perjodu tal-linja bażi espressa f'terajoule kull sena.

6.   Għal emissjonijiet minn proċessi, li seħħew fir-rigward tal-produzzjoni ta' prodotti fl-installazzjoni kkonċernata matul il-perjodu tal-linja bażi, il-livell ta' attività storika relatata mal-proċess għandu jirreferi għall-medja aritmetika ta' emissjonijiet minn proċessi storiċi annwali espressa f'ekwivalenti ta' diossidu tal-karbonju.

7.   Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valuri medji aritmetiċi msemmija fil-paragrafi 3 sa 6, għandhom jitqiesu biss is-snin kalendarji li matulhom l-installazzjoni kienet qiegħda topera għal mill-inqas jum.

Jekk subinstallazzjoni tkun ilha topera inqas minn sentejn kalendarji matul il-perjodu tal-linja bażi rilevanti, il-livelli ta' attività storika għandhom ikunu l-livelli tal-attività tal-ewwel sena kalendarja ta' operazzjoni wara l-bidu tal-operazzjoni normali ta' din is-subinstallazzjoni.

Jekk subinstallazzjoni m'ilhiex topera għal sena kalendarja wara l-bidu ta' operazzjoni normali matul il-perjodu tal-linja bażi, il-livell ta' attività storika għandu jiġi ddeterminat meta jiġi ppreżentat ir-rapport tal-livell ta' attività wara l-ewwel sena kalendarja ta' operazzjoni.

8.   B'deroga mill-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-livell ta' attività storika relatata mal-prodott għall-prodotti li għalihom japplikaw il-parametri referenzjarji ta' prodott imsemmijin fl-Anness III fuq il-bażi tal-medja aritmetika tal-produzzjoni storika annwali skont il-formoli stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 16

Allokazzjoni fil-livell tal-installazzjoni għall-installazzjonijiet eżistenti

1.   Meta l-operatur ta' installazzjoni eżistenti jkun ippreżenta applikazzjoni valida għal allokazzjoni bla ħlas skont l-Artikolu 4, l-Istat Membru kkonċernat, abbażi tad-data miġbura skont l-Artikolu 14, għandu jikkalkula, għal kull sena, in-numru ta' kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas mill-2021 'il quddiem lil dik l-installazzjoni.

2.   Għall-fini tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom l-ewwel jiddeterminaw in-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas lil kull subinstallazzjoni separatament, kif ġej:

(a)

għal subinstallazzjonijiet ta' parametru referenzjarju ta' prodott, in-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għal sena partikolari għandu jikkorrispondi għall-valur ta' dak il-parametru referenzjarju ta' prodott għall-perjodu ta' allokazzjoni rilevanti, adottat skont l-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE, immultiplikat bil-livell ta' attività storika relatata mal-prodott rilevanti;

(b)

għal subinstallazzjonijiet ta' parametru referenzjarju tas-sħana, in-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għal sena partikolari għandu jikkorrispondi għall-valur ta' dan il-parametru referenzjarju ta' sħana li titkejjel għall-perjodu ta' allokazzjoni rilevanti, adottat skont l-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE, immultiplikat bil-livell ta' attività storika relatata mas-sħana għall-konsum jew l-esportazzjoni lil installazzjonijiet mhux tal-ETS jew entitajiet oħra ta' sħana li titkejjel minbarra tisħin distrettwali;

(c)

għal subinstallazzjonijiet ta' tisħin distrettwali, in-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għal sena partikolari għandu jikkorrispondi għall-valur tal-parametru referenzjarju ta' sħana li titkejjel għall-perjodu ta' allokazzjoni rilevanti, adottat skont l-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE, immultiplikat bil-livell ta' attività storika relatata mat-tisħin distrettwali;

(d)

għal subinstallazzjonijiet ta' parametru referenzjarju tal-fjuwil, in-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għal sena partikolari għandu jikkorrispondi għall-valur tal-parametru referenzjarju tal-fjuwil għall-perjodu rilevanti ta' ħames snin, adottat skont l-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE, immultiplikat bil-livell ta' attività storika relatata mal-fjuwil ikkonsumat;

(e)

għal subinstallazzjonijiet ta' emissjonijiet minn proċess, in-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas għal sena partikolari għandu jikkorrispondi għal-livell ta' attività storika relatata mal-proċess, immultiplikat b'0,97.

Jekk subinstallazzjoni ilha topera għal inqas minn sena kalendarja wara l-bidu ta' operazzjoni normali matul il-perjodu tal-linja bażi, l-allokazzjoni preliminari għall-perjodu ta' allokazzjoni rilevanti għandu jiġi ddeterminat wara li jkun ġie rrappurtat il-livell ta' attività storika.

3.   Għall-fini tal-Artikolu 10b(4) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-fatturi msemmija fl-Anness V ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu applikati għan-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas stabbiliti għal kull subinstallazzjoni skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għas-sena kkonċernata meta l-proċessi f'dawk is-subinstallazzjonijiet iservu setturi jew subsetturi meqjusa bħala mhux esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju kif determinat skont l-Artikolu 10b(5) tad-Direttiva 2003/87/KE.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, għal subinstallazzjonijiet ta' tisħin distrettwali, il-fattur li għandu jiġi applikat għandu jkun 0,3.

4.   Meta l-proċessi fis-subinstallazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 iservu setturi jew subsetturi meqjusa bħala esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju kif determinat skont l-Artikolu 10b(5) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-fattur li għandu jiġi applikat għandu jkun 1.

5.   In-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għal subinstallazzjonijiet li rċivew sħana li titkejjel minn subinstallazzjonijiet li jipproduċu prodotti koperti mill-parametru referenzjarju tal-aċidu nitriku għandu jitnaqqas bil-konsum storiku annwali ta' dik is-sħana matul il-perjodi tal-linja bażi rilevanti, u mmultiplikat bil-valur tal-parametru referenzjarju ta' sħana għal din is-sħana li titkejjel għall-perjodu ta' allokazzjoni rilevanti, adottat skont l-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE.

Mill-2026, in-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għal subinstallazzjonijiet tal-parametru referenzjarju ta' prodott għall-perjodu ta' allokazzjoni rilevanti għandu jitnaqqas bl-emissjonijiet storiċi annwali li jirriżultaw minn gassijiet ta' skart ivvampjati, bl-eċċezzjoni ta' vvampjar għas-sikurezza, u li ma jintużawx għall-iskop tal-produzzjoni ta' sħana li titkejjel, ta' sħana li ma titkejjilx jew tal-elettriku.

6.   L-ammont annwali preliminari rivedut ta' kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil kull installazzjoni għandu jkun is-somma tan-numri annwali preliminari ta' kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas ikkalkolati skont il-paragrafi 2 sa 5 tas-subinstallazzjonijiet kollha.

Meta installazzjoni tħaddan subinstallazzjonijiet li jipproduċu l-polpa (polpa tal-kraft b'fibra qasira, polpa tal-kraft b'fibra twila, polpa termomekkanika u polpa mekkanika, polpa tas-sulfit jew polpa oħra mhux koperta minn parametru referenzjarju ta' prodott) li jesportaw sħana li titkejjel lejn subinstallazzjonijiet oħra teknikament konnessi, l-ammont preliminari ta' kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għandu, mingħajr preġudizzju lejn in-numri annwali preliminari ta' kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għal subinstallazzjonijiet oħra tal-installazzjoni kkonċernata, iqis biss in-numru preliminari annwali tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas, sal-punt li l-prodotti tal-polpa prodotti minn din is-subinstallazzjoni jitqiegħdu fis-suq u mhux ipproċessati f'karta fl-istess installazzjoni jew f'installazzjonijiet oħra konnessi teknikament.

7.   Meta jiddeterminaw l-ammont annwali preliminari ta' kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas lil kull installazzjoni, l-Istati Membri u l-operaturi għandhom jiżguraw li l-emissjonijiet jew il-livelli ta' attività ma jingħaddux darbtejn u li l-allokazzjoni ma tkunx negattiva. B'mod partikolari, meta prodott intermedju li huwa kopert minn parametru referenzjarju ta' prodott skont id-definizzjoni tal-konfini tas-sistema rispettivi stabbiliti fl-Anness I jiġi importat minn installazzjoni, l-emissjonijiet ma għandhomx jingħaddu darbtejn meta jiġi stabbilit l-ammont annwali preliminari ta' kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas liż-żewġ installazzjonijiet ikkonċernati.

8.   L-ammont annwali finali ta' kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas lil kull installazzjoni eżistenti, għajr l-installazzjonijiet koperti mill-Artikolu 10a(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, għandu jkun l-ammont annwali preliminari ta' kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas lil kull installazzjoni stabbilita skont il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, immultiplikat bil-fattur kif stabbilit skont l-Artikolu 14(6) ta' dan ir-Regolament.

Għal installazzjonijiet koperti mill-Artikolu 10a(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, u eliġibbli għall-allokazzjoni ta' kwoti tal-emissjonijiet bla ħlas, l-ammont annwali finali ta' kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għandu jikkorrispondi għall-ammont annwali preliminari ta' kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas lil kull installazzjoni iddeterminat skont il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu u aġġustat kull sena bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/87/KE, bl-użu tal-ammont annwali preliminari ta' kwoti ta' emissjonijiet allokati bla ħlas għall-installazzjoni kkonċernata għall-2013 bħala referenza, għajr għal kwlaunkwe sena li fiha dawn l-allokazzjonijiet jiġu aġġustati b'mod uniformi skont l-Artikolu 10(5) tad-Direttiva 2003/87/KE.

B'deroga mit-tieni subparagrafu, għal kwalunkwe sena li l-fattur determinat tagħha skont l-Artikolu 14(6) ikun inqas minn 100 %, għal installazzjonijiet koperti mill-Artikolu 10a(3) tad-Direttiva 2003/87/KE u eliġibbli għall-allokazzjoni ta' kwoti tal-emissjonijiet bla ħlas, l-ammont annwali finali ta' kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għandu jikkorrispondi għall-ammont annwali preliminari ta' kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas lil kull installazzjoni iddeterminat skont il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, aġġustat kull sena bil-fattur kif stabbilit skont l-Artikolu 14(6) ta' dan ir-Regolament.

9.   Għall-fini tal-kalkoli msemmija fil-paragrafi 1 sa 8, in-numru ta' kwoti għas-subinstallazzjonijiet u għall-installazzjonijiet għandu jiġi espress bħala l-eqreb numru sħiħ.

Artikolu 17

Livell ta' attività storika għal min jidħol ġdid

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-livelli ta' attività storika ta' kull min jidħol ġdid u s-subinstallazzjonijiet tiegħu kif ġej:

(a)

il-livell ta' attività storika relatata mal-prodott għandu jkun, għall kull prodott li għalih hemm stabbilit parametru referenzjarju ta' prodott kif imsemmi fl-Anness I ta' dan ir-Regolament jew skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/87/KE, il-livell ta' attività tal-ewwel sena kalendarja wara l-bidu ta' operazzjoni normali għall-produzzjoni ta' dan il-prodott tas-subinstallazzjoni kkonċernata;

(b)

il-livell ta' attività storika relatata mas-sħana għandu jkun il-livell ta' attività tal-ewwel sena kalendarja wara l-bidu ta' operazzjoni normali għall-importazzjoni minn installazzjoni koperta mill-EU ETS, il-produzzjoni, jew it-tnejn li huma, tas-sħana li titkejjel ikkunsmata fil-konfini tal-installazzjoni għall-produzzjoni ta' prodotti, għall-produzzjoni tal-enerġija mekkanika li ma tkunx użata għall-produzzjoni tal-elettriku, għat-tisħin jew it-tkessiħ bl-eċċezzjoni tal-konsum għall-produzzjoni tal-elettriku, jew esportata lejn installazzjoni jew entità oħra mhux koperta mill-EU ETS bl-eċċezzjoni tal-esportazzjoni għall-produzzjoni tal-elettriku;

(c)

il-livell ta' attività storika relatata mat-tisħin distrettwali għandu jkun il-livell ta' attività tal-ewwel sena kalendarja wara l-bidu ta' operazzjoni normali għall-importazzjoni minn installazzjoni koperta mill-EU ETS, il-produzzjoni, jew it-tnejn li huma, tas-sħana li titkejjel li tiġi esportata għall-fini ta' tisħin distrettwali;

(d)

il-livell ta' attività storika relatata mal-fjuwil għandu jkun il-livell ta' attività tal-ewwel sena kalendarja wara l-bidu ta' operazzjoni normali għall-konsum ta' fjuwils li jintużaw għall-produzzjoni ta' sħana li ma titkejjilx li tiġi kkunsmata għall-produzzjoni ta' prodotti, għall-produzzjoni tal-enerġija mekkanika li ma tkunx użata għall-produzzjoni tal-elettriku, għat-tisħin jew it-tkessiħ bl-eċċezzjoni tal-konsum għall-produzzjoni tal-elettriku, inkluż ivvampjar għas-sikurezza, tal-installazzjoni kkonċernata;

(e)

il-livell ta' attività relatata ma' emissjonijiet minn proċessi għandu jkun il-livell ta' attività tal-ewwel sena kalendarja wara l-bidu ta' operazzjoni normali għall-produzzjoni ta' emissjonijiet minn proċessi tal-unità tal-proċess;

(f)

B'deroga mill-punt (a), il-livell ta' attività storika relatata mal-prodott għall-prodotti li għalihom japplikaw il-parametri referenzjarji ta' prodott imsemmijin fl-Anness III għandu jkun il-livell ta' attività tal-ewwel sena kalendarja wara l-bidu ta' operazzjoni normali għall-produzzjoni ta' dan il-prodott tas-subinstallazzjoni kkonċernata, determinat skont il-formoli stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 18

Allokazzjoni għal min jidħol ġdid

1.   Għall-finijiet tal-allokazzjoni tal-kwoti tal-emissjonijiet bla ħlas lil min jidħol ġdid, l-Istati Membri għandhom jikkalkulaw in-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas mill-bidu tal-attività normali tal-installazzjoni għal kull subinstallazzjoni separatament, kif ġej:

(a)

għal kull subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott, subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju tas-sħana u subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju tal-fjuwil, in-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għal sena partikolari għandu jikkorrispondi għall-valur ta' dak il-parametru referenzjarju għall-perjodu rilevanti mmultiplikat bil-livell ta' attività storika rilevanti;

(b)

għal kull subinstallazzjoni ta' emissjonijiet minn proċess, in-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għal sena partikolari għandu jikkorrispondi għal-livell ta' attività storika relatata mal-proċess, immultiplikat b'0,97.

L-Artikolu 16(3), (4), (5) u (7) għandu japplika mutatis mutandis għall-kalkolu tan-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas lil min jidħol ġdid.

2.   In-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għas-sena kalendarja meta jseħħ il-bidu ta' operazzjoni normali għandu jikkorrispondi għall-valur tal-valur ta' parametru referenzjarju applikabbli għal kull subinstallazzjoni, immultiplikat bil-livell ta' attività ta' dik is-sena.

3.   L-ammont annwali preliminari rivedut ta' kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil kull installazzjoni għandu jkun is-somma tan-numri annwali preliminari ta' kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas ikkalkolati skont il-paragrafi 1 sa 2 għas-subinstallazzjonijiet kollha. Għandu japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(6).

4.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien l-ammont annwali ta' kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għal kull installazzjoni lil min jidħol ġdid.

L-allokazzjonijiet tal-emissjonijiet mir-riżerva għal min jidħol ġdid maħluqa skont l-Artikolu 10a(7) tad-Direttiva 2003/87/KE għandhom jiġu allokati mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel, mill-irċevuta ta' dik in-notifika.

Il-Kummissjoni tista' tirrifjuta l-ammont preliminari annwali tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas lil installazzjoni speċifika.

5.   L-ammont annwali finali ta' kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għandu jikkorrispondi għall-ammont annwali preliminari ta' kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas lil kull installazzjoni, iddeterminat skont il-paragrafi 1 u 4, u aġġustat kull sena bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/87/KE, billi jintuża l-ammont annwali preliminari ta' kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għall-installazzjoni kkonċernata għall-ewwel sena tal-perjodu ta' allokazzjoni rilevanti bħala referenza.

6.   Għall-fini tal-kalkoli msemmija fil-paragrafi 1 sa 5, in-numru ta' kwoti għas-subinstallazzjonijiet u għall-installazzjonijiet għandu jiġi espress bħala l-eqreb numru sħiħ.

Artikolu 19

Allokazzjoni fir-rigward tal-ikkrekkjar bil-fwar

B'deroga mill-Artikolu 16(2)(a) u l-Artikolu 18(1)(a), in-numru annwali preliminari ta' kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għal subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott relatata mal-produzzjoni ta' kimiċi ta' valur għoli (“HVC”) għandu jikkorrispondi għall-valur tal-parametru referenzjarju tal-ikkrekkjar bil-fwar għall-perjodu ta' allokazzjoni rilevanti mmultiplikat bil-livell ta' attività storika iddeterminat skont l-Anness III u mmultiplikat bil-kwozjent tal-emissjonijiet diretti totali, inkluż l-emissjonijiet minn sħana importata netta matul il-perjodu tal-linja bażi msemmi fl-Artikolu 15(2), jew tal-ewwel sena kalendarja wara l-bidu ta' operazzjoni normali msemmija fl-Artikolu 17(a), kif xieraq, ikkalkulat skont l-Artikolu 22(2) u espress bħal tunnellati ta' ekwivalenti tad-diossidu tal-karbonju u s-somma ta' dawn l-emissjonijiet diretti totali u tal-emissjonijiet indiretti rilevanti matul il-perjodu tal-linja bażi msemmi fl-Artikolu 15(2) jew tal-ewwel sena kalendarja wara l-bidu ta' operazzjoni normali msemmija fl-Artikolu 17(a), kif xieraq, ikkalkulat skont l-Artikolu 22(3). Għar-riżultat ta' dan il-kalkolu, għandhom jiżdiedu 1,78 tunnellati ta' diossidu tal-karbonju għal kull tunnellata ta' idroġenu mmultiplikati bil-produzzjoni storika medja ta' idroġenu minn alimentazzjoni supplimentali espressa f'tunnellati ta' idroġenu, 0,24 tunnellati ta' diossidu tal-karbonju għal kull tunnellata ta' etilen immultiplikat bil-produzzjoni storika medja ta' etilen minn alimentazzjoni supplimentali espressa f'tunnellati ta' etilen, u 0,16 tunnellati ta' diossidu tal-karbonju għal kull tunnellata ta' HVC immultiplikati bil-produzzjoni storika medja ta' kimiċi oħra ta' valur għoli minbarra l-idroġenu u l-etilen minn alimentazzjoni supplimentalli espressa f'tunnellati ta' HVC.

Artikolu 20

Allokazzjoni fir-rigward tal-monomer tal-klorur tal-vinil

B'deroga mill-Artikolu 16(2)(a) u l-Artikolu 18(1)(a), in-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għal subinstallazzjoni fir-rigward tal-produzzjoni tal-monomer tal-klorur tal-vinil (“VCM”) għandu jikkorrispondi għall-valur tal-parametru referenzjarju ta' VCM għall-perjodu ta' allokazzjoni rilevanti mmultiplikat bil-livell ta' attività storika għall-produzzjoni tal-VCM espress bħala tunnellati u mmultiplikat bil-kwozjent tal-emissjonijiet diretti għall-produzzjoni tal-VCM inklużi emissjonijiet minn sħana netta importata fuq il-perjodu tal-linja bażi msemmi fl-Artikolu 15(2) jew tal-ewwel sena kalendarja wara l-bidu ta' operazzjoni normali msemmija fl-Artikolu 17(a), kif xieraq, ikkalkulat skont l-Artikolu 22(2), espress bħala tunnellati ta' ekwivalenti tad-diossidu tal-karbonju u s-somma ta' dawn l-emissjonijiet diretti u tal-emissjonijiet relatati mal-idroġenu għall-produzzjoni ta' VCM matul il-perjodu tal-linja bażi msemmi fl-Artikolu 15(2) jew tal-ewwel sena kalendarja wara l-bidu ta' operazzjoni normali msemmija fl-Artikolu 17(a), kif xieraq, espress bħala tunnellati ta' ekwivalenti tad-diossidu tal-karbonju kkalkulat fuq il-bażi ta' konsum tas-sħana storika li jirriżulta mill-kombustjoni tal-idroġenu espress bħala terajoules immultiplikat bil-valur tal-parametru referenzjarju tas-sħana għall-perjodu ta' allokazzjoni rilevanti.

Artikolu 21

Flussi tas-sħana bejn l-installazzjonijiet

Meta subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott tinkludi sħana li titkejjel importata minn installazzjoni jew entità oħra mhux inkluża fl-EU ETS, in-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għas-subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju tal-prodott ikkonċernata, iddeterminat skont l-Artikolu 16(2)(a) jew l-Artikolu 18(1)(a), kif xieraq, għandu jkun imnaqqas bl-ammont tas-sħana storikament importata minn installazzjoni jew entità oħra mhux inkluża fl-EU ETS fis-sena kkonċernata immultiplikat bil-valur tal-parametru referenzjarju tas-sħana għas-sħana li titkejjel għal-perjodu ta' allokazzjoni rilevanti.

Artikolu 22

Il-kapaċità ta' skambju tal-fjuwil u l-elettriku

1.   Għal kull subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott li tikkorrispondi għal parametru referenzjarju ta' prodott definit fit-taqsima 2 tal-Anness I b'kunsiderazzjoni tal-possibbiltà ta' skambju tal-fjuwil u l-elettriku, in-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għandu jikkorrispondi għall-valur tal-parametru referenzjarju ta' prodott rilevanti għall-perjodu ta' allokazzjoni rilevanti mmultiplikat bil-livell ta' attività storika relatata mal-prodott u mmultiplikat bil-kwozjent tat-total tal-emissjonijiet diretti inklużi l-emissjonijiet mis-sħana importata netta matul il-perjodu tal-linja bażi msemmi fl-Artikolu 15(2) jew tal-ewwel sena kalendarja wara l-bidu ta' operazzjoni normali msemmija fl-Artikolu 17(a), kif xieraq, ikkalkulat skont il-paragrafu 2, espress bħala tunnellati ekwivalenti ta' diossidu tal-karbonju u s-somma ta' dawn l-emissjonijiet diretti totali u l-emissjonijiet indiretti rilevanti matul il-perjodu tal-linja bażi msemmi fl-Artikolu 15(2) jew tal-ewwel sena kalendarja wara l-bidu ta' operazzjoni normali msemmija fl-Artikolu 17(a), kif xieraq, ikkalkulat skont il-paragrafu 3.

2.   Għall-fini tal-kalkolu tal-emissjonijiet minn sħana importata netta, l-ammont ta' sħana li titkejjel għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat importat minn installazzjonijiet koperti mill-EU ETS matul il-perjodu tal-linja bażi msemmi fl-Artikolu 15(2) jew tal-ewwel sena kalendarja wara l-bidu tal-operazzjoni normali msemmija fl-Artikolu 17(a), kif xieraq, għandu jiġi mmultiplikat bil-valur tal-parametru referenzjarju tas-sħana għall-perjodu ta' allokazzjoni rilevanti.

3.   Għall-fini tal-kalkolu tal-emissjonijiet indiretti, l-emissjonijiet indiretti rilevanti jirreferu għall-konsum tal-elettriku rilevanti kif speċifikat fid-definizzjoni tal-proċessi u tal-emissjonijiet koperti fl-Anness I matul il-perjodu tal-linja bażi msemmi fl-Artikolu 15(2) jew tal-ewwel sena kalendarja wara l-bidu tal-operazzjoni normali msemmija fl-Artikolu 17(a), kif xieraq, espress f'megawatts fis-siegħa għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat immultiplikat b'0,376 tunnellati ta' diossidu tal-karbonju għal kull megawatt-siegħa u espress f'tunnellati ta' diossidu tal-karbonju.

Artikolu 23

Tibdil fl-allokazzjoni ta' installazzjoni

1.   L-operaturi għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti rilevanti dwar kwalunkwe tibdil relatat mal-operazzjoni ta' installazzjoni li jkollu impatt fuq l-allokazzjoni tal-installazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limitu ta' żmien għal din in-notifika u jistgħu jeħtieġu l-użu ta' mudelli elettroniċi jew formats ta' fajl speċifiċi.

2.   Wara li tivvaluta l-informazzjoni rilevanti, l-awtorità kompetenti għandha tippreżenta lill-Kummissjoni l-informazzjoni rilevanti kollha, inkluż l-ammont annwali finali revedut ta' kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għall-installazzjoni kkonċernata.

L-awtorità kompetenti għandha tippreżenta l-informazzjoni rilevanti skont l-ewwel subparagrafu billi tuża sistema elettronika operata mill-Kummissjoni.

3.   Il-Kummissjoni tista' tirrifjuta l-ammont annwali finali rivedut tal-kwoti ta' emissjonijiet allokati bla ħlas għall-installazzjoni kkonċernata.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta Deċiżjoni abbażi tan-notifika li tirċievi, għandha tinforma lill-awtorità kompetenti rilevanti u għandha tintroduċi t-tibdil, fejn xieraq, fir-Reġistru tal-Unjoni stabbilit skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/87/KE u l-EUTL, imsemmi fl-Artikolu 20 ta' dik id-Direttiva.

Artikolu 24

Rinunzja ta' allokazzjoni tal-kwoti bla ħlas

1.   Operatur li jkun ingħata allokazzjoni tal-kwoti bla ħlas jista' jirrinunzjaha fir-rigward tas-subinstallazzjonijiet kollha jew uħud minnhom fi kwalunkwe żmien matul il-perjodu ta' allokazzjoni rilevanti billi jippreżenta applikazzjoni lill-awtorità kompetenti.

2.   Wara li tivvaluta l-informazzjoni rilevanti, l-awtorità kompetenti għandha tippreżenta lill-Kummissjoni l-ammont annwali finali rivedut ta' kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għall-installazzjoni kkonċernata kif deskritt fl-Artikolu 23(2).

L-allokazzjoni reveduta għandha tikkonċerna s-snin kalendarji wara s-sena tal-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta Deċiżjoni fir-rigward tar-rinunzja u għandha ssegwi l-proċedura msemmija fl-Artikolu 23(4).

4.   L-operatur m'għandu jkollu l-ebda dritt li jirtira l-applikazzjoni tiegħu msemmija fil-paragrafu 1 fl-istess perjodu ta' allokazzjoni.

Artikolu 25

Fużjonijiet u qsim

1.   L-operaturi ta' installazzjonijiet ġodda li jirriżultaw minn fużjoni jew qsim għandhom jipprovdu d-dokumentazzjoni li ġejja lill-awtorità kompetenti, kif xieraq:

(a)

ismijiet, indirizzi u data tal-kuntatt tal-operaturi tal-installazzjonijiet li preċedentement kienu jew separati jew kienu installazzjoni waħdanija;

(b)

ismijiet, indirizzi u data tal-kuntatt tal-operaturi tal-installazzjoni li ġiet iffurmata;

(c)

deskrizzjoni dettaljata tal-konfini tal-partijiet tal-installazzjoni kkonċernati jekk applikabbli;

(d)

l-identifikatur tal-permess u l-kodiċi ta' identifikazzjoni tal-installazzjoni(jiet) iffurmata/iffurmati fir-Reġistru tal-Unjoni.

2.   L-installazzjonijiet li jirriżultaw minn fużjonijiet jew qsim għandhom jippreżentaw lill-awtorità kompetenti r-rapporti msemmija fl-Artikolu 4(2). Jekk l-installazzjonijiet qabel il-fużjoni jew il-qsim kienu installazzjonijiet li daħlu ġodda, l-operaturi għandhom jirrappurtaw lill-awtorità kompetenti d-data mill-bidu tal-operazzjoni normali.

3.   Il-fużjonijiet jew il-qsim tal-installazzjonijiet, inkluż qsim fl-istess grupp korporattiv, għandhom jiġu vvalutati mill-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar it-tibdil fl-operaturi.

Abbażi tad-data li tasal skont il-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha tiddetermina l-livelli ta' attività storika fil-perjodu tal-linja bażi għal kull subinstallazzjoni ta' kull installazzjoni ġdida ffurmata wara l-fużjoni jew il-qsim. Fil-każ li subinstallazzjoni tinqasam f'żewġ subinstallazzjonijiet jew aktar, il-livell ta' attività storika u l-allokazzjoni għas-subinstallazzjonijiet wara l-qsim għandhom jiġu bbażati fuq il-livelli ta' attività storika fil-perjodu tal-linja bażi tal-unitajiet tekniċi rispettivi tal-installazzjoni qabel il-qsim.

4.   Abbażi tal-livelli ta' attività storika wara l-fużjonijiet jew il-qsim, l-allokazzjoni ta' kwoti tal-emissjonijiet bla ħlas wara l-fużjonijiet jew il-qsim għandha tikkorrispondi għall-ammont finali ta' allokazzjoni bla ħlas, qabel il-fużjonijiet jew il-qsim.

5.   Il-Kummissjoni għandha tirrevedi kull allokazzjoni ta' kwoti tal-installazzjonijiet wara l-fużjonijiet jew il-qsim u tikkomunika r-riżultati ta' din il-valutazzjoni lill-awtorità kompetenti.

Artikolu 26

Waqfien tal-operazzjonijiet ta' installazzjoni

1.   Installazzjoni titqies li waqqfet l-operazzjonijiet tagħha meta tkun issodisfata kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra rilevanti ġie rtirat, inkluż jekk l-installazzjoni m'għadhiex tissodisfa l-limiti tal-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE;

(b)

l-installazzjoni m'għadhiex topera u huwa teknikament impossibbli li terġa' tibda topera.

2.   Meta installazzjoni tkun waqfet topera, l-Istat Membru kkonċernat ma għandux joħroġilha kwoti tal-emissjonijiet mis-sena li ssegwi s-sena li fiha l-installazzjoni tkun waqqfet l-operazzjonijiet tagħha.

3.   L-Istati Membri jistgħu jissospendu l-ħruġ tal-kwoti tal-emissjonijiet lil installazzjonijiet li jkunu ssospendew l-operazzjonijiet tagħhom sakemm ma jkunx stabbilit li l-installazzjoni tkun se terġa' tibda l-operazzjonijiet.

IL-KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 27

Tħassir tad-Deċiżjoni 2011/278/UE

Id-Deċiżjoni 2011/278/UE titħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2021. Madankollu, għandha tkompli tapplika għall-allokazzjonijiet relatati mal-perjodu qabel l-1 ta' Jannar 2021.

Artikolu 28

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta' April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, 17.5.2011, p. 1).

(3)  Id-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2018 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jiżdied it-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u l-investimenti għal emissjonijiet baxxi ta' karbonju, u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 (ĠU L 76, 19.3.2018, p. 3).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 tal-21 ta' Ġunju 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 181, 12.7.2012, p. 30).

(5)  Id-Direttiva 2014/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta' strumenti tal-kejl (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 149).


ANNESS I

Parametri referenzjarji

1.   Id-definizzjoni ta' parametri referenzjarji ta' prodott u l-konfini tas-sistema mingħajr kunsiderazzjoni tal-possibbiltà ta' skambju tal-fjuwil u l-elettriku

Parametru referenzjarju ta' prodott

Definizzjoni tal-prodotti koperti

Definizzjoni tal-proċessi u l-emissjonijiet koperti (konfini tas-sistema)

Punt tat-tluq għad-determinazzjoni tar-rata ta' tnaqqis annwali għall-aġġornament tal-valur tal-parametru referenzjarju

(kwoti/t)

Kokk

Kokk mill-ifran tal-kokk (miksub mill-karbonizzazzjoni tal-faħam li minnu jsir il-faħam kokk, f'temperaturi għoljin) jew kokk tal-impjanti tal-manifattura tal-gass (prodott sekondarju tal-impjanti tal-manifattura tal-gass) imfissra bħala tunnellati ta' kokk niexef, determinat fil-punt ta'skariku mill-ifran tal-kokk jew mill-impjanti tal-manifattura tal-gass. Il-kokk tal-linjite mhuwiex kopert minn dan il-parametru referenzjarju. Ikkokkjar fir-raffineriji mhuwiex inkluż iżda kopert bil-metodoloġija tas-CWT għar-raffineriji.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-ifran tal-kokk tal-unitajiet ta' proċess, l-inċinerazzjoni tal-H2S/NH3, mat-tisħin minn qabel tal-faħam (it-tneħħija tal-friża), mat-tagħmir għall-estrazzjoni tal-gass tal-kokk, mal-unità għad-desulfurizzazzjoni, mal-unità tad-distillazzjoni, mal-unità għall-ġenerazzjoni tal-istim, mal-kontroll tal-pressjoni fil-batteriji, mat-trattament bijoloġiku tal-ilma, mat-tisħin mixxellanju ta' prodotti sekondarji u mas-separatur tal-idroġenu huma inklużi. It-tindif tal-gass tal-ifran tal-kokk inkluż.

0,286

Minerali sinterizzati

Prodott agglomerat b'kontenut ta' ħadid li fih il-minerali tal-ħadid fini u flussi tal-minerali tal-ħadid u materjali tar-riċiklaġġ li fihom il-ħadid bil-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bħal-livell tal-bażiċità, is-saħħa mekkanika u l-permeabbiltà meħtieġa biex jitwassal il-ħadid u l-materjali tal-flussi meħtieġa fil-proċessi tat-tnaqqis tal-minerali tal-ħadid. Imfissra bħala tunnellati ta' minerali sinterizzati li jkunu qed iħallu l-impjant ta' sinterizzazzjoni.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-fibra f'forma ta' trab tal-unitajiet tal-proċess, l-ignixin, l-unitajiet tat-tħejjija tal-alimentazzjoni, l-unità tal-iskrining sħun, l-unità tat-tkessieħ tas-sinter, l-unità tal-iskrining kiesaħ u l-unità tal-ġenerazzjoni tal-istim huma inklużi.

0,171

Metall jaħraq

Ħadid likwidu saturat bil-karbonju għal aktar ipproċessar, meqjus prodott tal-kalkara ta' funderija, u mfisser bħala tunnellati ta' ħadid likwidu fil-punt ta' ħruġ mill-kalkara ta' funderija. Prodotti simili bħall-ligi tal-ħadid mhumiex koperti minn dan il-parametru referenzjarju ta' prodott. Materjal residwu u materjal sekondarju m'għandhomx jitqiesu bħala parti mill-prodott.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-kalkara ta' funderija tal-unitajiet ta' proċess, unitajiet tat-trattament tal-metall sħun, blowers tal-kalkara ta' funderija, fuklari sħan tal-kalkara ta' funderija, forn tal-ossiġnu bażiku, unitajiet metallurġiċi sekondarji, il-kuċċaruni tal-vakwu, l-unitajiet tal-ikkastjar (inkluż il-qtugħ), l-unità tat-trattament tal-gagazza, it-tħejjija tal-piż, l-unità tat-trattament bil-gass tal-BF, l-unitajiet għat-tneħħija tat-trab (dedusting), it-tisħin minn qabel tal-iskrepp, it-tnixxif tal-faħam għall-PCI, l-istands għat-tisħin minn qabel tal-kontenituri, l-istands għat-tisħin minn qabel tal-ingotti tal-ikkastjar, il-produzzjoni tal-arja kkompressata, l-unità għat-trattament tat-trab (briquetting), l-unità għat-trattament tal-ħama (briquetting), l-injezzjoni tal-fwar f'unità ta' BF, l-impjant għall-ġenerazzjoni tal-fwar, it-tkessiħ bil-gass BOF ta' konvertitur u mixxellanji huma inklużi.

1,328

Anodu ta' qabel il-ħami

Anodi għall-użu fl-elettroliżi tal-aluminju li jikkonsistu f'kokk tal-petrol, qatran u anodi normalment irriċiklati, li huma ffurmati b'forma partikolari intenzjonati għal apparat li jdewweb (smelter) partikolari u moħmijin fi fran anodizzanti sa temperatura ta' madwar 1 150 °C. Anodi Söderberg mhumiex koperti minn dan il-parametru referenzjarju ta' prodott.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-anodi ta' qabel il-ħami huma inklużi.

0,324

Aluminju

Aluminju likwidu mhux maħdum, mhux illigat, miksub mill-elettroliżi. Imfisser bħala tunnellati mkejla bejn is-sezzjoni tal-proċess ta' elettroliżi u l-forn ta' stennija tal-funderija, qabel il-ligi u l-aluminju sekondarju jiġu miżjuda.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-istadju tal-produzzjoni msejjaħ elettroliżi huma inklużi. Emissjonijiet li jirriżultaw mill-fran ta' stennija u l-ikkastjar, u emissjonijiet relatati mal-produzzjonijiet tal-anodu huma esklużi.

1,514

Gagazza ta' siment griż

Gagazza ta' siment griż bħala t-total tal-gagazza prodott

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-gagazza tas-siment abjad huma inklużi.

0,766

Gagazza ta' siment abjad

Gagazza ta' siment abjad biex tintuża bħala l-komponent ewlieni tat-twaħħil fil-formulazzjoni ta' materjali bħal filers tal-ġonot, il-kolla tal-madum taċ-ċeramika, l-iżolazzjoni, u t-taħlita għat-tikħil tal-ankraġġ, it-taħlita għat-tikħil ta' art industrijali, il-ġibs għall-kisi imħallat lest, it-taħlita għat-tikħil tat-tiswija, u l-kisi li minnu ma jgħaddix l-ilma b'kontenut medju massimu ta' 0,4 massa-% Fe2O3, 0,003 massa-% Cr2O3 u 0,03 massa-% Mn2O3. Imfisser bħala tunnellati ta' gagazza ta' siment abjad (bħala 100 % gagazza)

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-gagazza tas-siment abjad huma inklużi.

0,987

Ġir

Ġir verġni: ossidu tal-kalċju (CaO) prodott mit-tneħħija tal-karbonju tal-ġebla tal-franka (CaCO3). Imfisser f'tunnellati ta' “standard pur” definit bħala ġir b'kontenut ta' CaO liberu ta' 94,5 %. Ġir prodott u kkunsmat fl-istess installazzjoni għal proċessi ta' purifikazzjoni mhuwiex kopert minn dan il-parametru referenzjarju ta' prodott. Il-produzzjoni interna tal-ġir tas-settur tal-polpa hija diġà koperta bil-parametri referenzjarji tal-polpa u għalhekk mhix eliġibbli għal allokazzjoni addizzjonali bbażata fuq il-parametru referenzjarju tal-ġir.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-ġir huma inklużi.

0,954

Ġir dolomitiku

Il-ġir dolomitiku jew il-ġir dolomitiku kkalċinat bħala taħlita ta' ossidi tal-kalċju u tal-manjeżju prodotti mit-tneħħija tal-karbonju tad-dolomit (CaCO3 · MgCO3) b'CO2 residwu li jaqbeż iż-0,25 %, kontenut b'MgO liberu ta' bejn il-25 % u l-40 % u d-densità tal-massa tal-prodott kummerċjali ta' inqas minn 3,05 g/cm3.

Il-ġir dolomitiku għandu jkun imfisser bħala ta' kwalità ta' “dolomit pur standard” b'kontenut ta' CaO liberu ta' 57,4 % u b'kontenut ta' MgO liberu ta' 38,0 %.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-ġir dolomitiku huma inklużi, b'mod partikolari l-preparazzjoni ta' fjuwil, il-kalċinazzjoni/it-tagћqid permezz tas-sћana u t-trattament tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija.

1,072

Ġir dolomitiku sinterizzat

Taħlita ta' ossidi tal-kalċju u tal-manjeżju użata biss għall-produzzjoni ta' brikks refrattarji u prodotti refrattarji oħra b'densità tal-massa minima ta' 3,05 g/cm3. Imfisser f'tunnellati ta' ġir dolomitiku sinterizzat li jista' jinbiegħ.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-ġir dolomitiku sinterizzat huma inklużi.

1,449

Ħġieġ float

Ħġieġ float/żmeriljat/illustrat (bħala tunnellati ta' ħġieġ ħiereġ mil-lehr).

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-istadji tal-produzzjoni msejħa tat-tidwib, tal-irfinar, ta' tmiem ix-xogħol, tal-ħasil u tal-lehr huma inklużi. Il-workshops tal-irfinar li jistgħu jiġu fiżikament separati mill-proċess anterjuri, bħal kisi minn barra offlajn, laminar u twebbis, huma esklużi.

0,453

Fliexken u vażetti ta' ħġieġ bla kulur

Fliexken tal-ħġieġ bla kulur b'kapaċità nominali ta' < 2,5 litri, prodotti f'forn fejn m'hemmx żieda deliberata ta' kulur għal xorb u oġġetti tal-ikel (esklużi l-fliexken koperti bil-ġilda jew bil-ġilda rikostitwita; il-fliexken għat-tisqija tat-trabi) minbarra prodotti taż-żniet bojod ħafna b'kontenut ta' ossidu tal-ħadid imfisser bħala Fe2O3 perċentwal bil-piż ta' inqas minn 0,03 % u koordinati tal-kulur ta' L fil-firxa minn 100 sa 87, ta' a fil-medda minn 0 sa – 5 u ta' b fil-medda minn 0 sa 3 (permezz tas-CIELAB irrakkomandat mill-Commission Internationale d'éclairage) imfissra f'tunnellati ta' prodott ippakkjat.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-istadji tal-produzzjoni msejħa t-trattament tal-materjali, tat-tidwib, tal-iffurmar, tal-ipproċessar posterjuri, l-imballaġġ u proċessi anċillari huma inklużi.

0,382

Fliexken u vażetti ta' ħġieġ bil-kulur

Fliexken tal-ħġieġ ikkulurit b'kapaċità nominali ta' < 2,5 litri, għal xorb u oġġetti tal-ikel (bl-esklużjoni ta' fliexken koperti bil-ġild jew ġild rikostitwit; il-fliexken għat-tisqija tat-trabi), li ma jissodisfawx id-definizzjoni ta' parametri referenzjarji ta' prodott għal fliexken u vażetti ta' ħġieġ bla kulur, imfissra bħala tunnellati ta' prodott ippakkjat.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-istadji tal-produzzjoni msejħa t-trattament tal-materjali, tat-tidwib, tal-iffurmar, tal-ipproċessar posterjuri, l-imballaġġ u proċessi anċillari huma inklużi.

0,306

Prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu

Ħġieġ imdewweb għal produzzjoni ta' prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu jiġifieri swiegel imqattgħa, ħjut mibrum, ħjut u fiba tal-ħġieġ mhux kontinwa u twapet, imfissra f'tunnellati ta' ħġieġ imdewweb li joħroġ mill-fuklar ta' quddiem ikkalkulat mill-kwantità ta' input ta' materja prima fil-forn wara t-tnaqqis tal-emissjonijiet gassużi volatili.

Prodotti ta' suf minerali għall-iżolazzjoni termika, akustika u tan-nar mhumiex koperti min dan il-parametru referenzjarju.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-proċessi ta' produzzjoni, it-tidwib tal-ħġieġ fil-fran u r-raffinar tal-ħġieġ fil-fuklar ta' quddiem huma inklużi, b'mod partikolari l-emissjonijiet diretti ta' CO2 assoċjati ma' dawn il-proċessi ta' emissjonijiet ta' CO2 li jirriżultaw mit-tneħħija tal-karbonju tal-materja prima minerali tal-ħġieġ matul il-proċess ta' tidwib. Proċessi posterjuri biex il-fibri jiġu konvertiti fi prodotti li jistgħu jinbiegħu mhumiex inklużi f'dan il-parametru referenzjarju ta' prodott. Proċessi ta' appoġġ bħall-immaniġġjar tal-materjal huma meqjusa bħala utilitajiet u jitqiesu barra mil-limiti tas-sistema.

0,406

Brikks tal-faċċata

Briks tal-faċċata b'densità > 1 000 kg/m3 użati għal xogħol tal-ġebel ibbażat fuq EN 771-1, bl-esklużjoni tal-briks għall-ippavimentar, briks tal-gagazza u briks tal-faċċata bbrejżjati blu.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-proċessi tal-produzzjoni msejħa t-tħejjija tal-materja prima, it-taħlit tal-komponenti, l-iffurmar tal-oġġetti, it-tnixxif tal-oġġetti, il-ħruq tal-oġġetti, l-irfinar tal-prodotti u t-tindif tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija huma inklużi.

0,139

Briks għall-ippavimentar

Briks tat-tafal ta' kull kulur użati għall-ippavimentar skont EN 1344. Imfisser f'tunnellati ta' briks għall-ippavimentar ta' prodott nett li jista' jinbiegħ.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-proċessi tal-produzzjoni msejħa t-tħejjija tal-materja prima, it-taħlit tal-komponenti, l-iffurmar tal-oġġetti, it-tnixxif tal-oġġetti, il-ħruq tal-oġġetti, l-irfinar tal-prodotti u t-tindif tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija huma inklużi.

0,192

Madum tal-bejt

Madum tal-bejt tat-tafal kif iddefinit f'EN 1304:2005 bl-esklużjoni tal-madum tal-bejt ibbrejżjati blu u l-aċċessorji. Imfisser f'tunnellati ta' madum tal-bejt li jista' jinbiegħ.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-proċessi tal-produzzjoni msejħa t-tħejjija tal-materja prima, it-taħlit tal-komponenti, l-iffurmar tal-oġġetti, it-tnixxif tal-oġġetti, il-ħruq tal-oġġetti, l-irfinar tal-prodotti u t-tindif tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija huma inklużi.

0,144

Trab atomizzat

Trab atomizzat għall-produzzjoni ta' madum tal-ħajt u tal-art ippressati niexfa. Imfisser f'tunnellati ta' trab prodott.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tat-trab atomizzat huma inklużi.

0,076

Ġibs

Kisjiet bil-ġibs li jikkonsistu f'ġibs ikkalċinat jew sulfat ikkalċinat (inkluż għal użu fil-bini, għal użu fit-tiswija ta' drapp minsuġ jew karta tal-uċuħ, għal użu fid-dentistrija, għal użu fir-rimedjazzjoni tal-art), f'tunnellati metriċi ta' stukko (produzzjoni li tista' tinbiegħ).

Ġibs alfa, ġibs li jiġi pproċessat ulterjorment f'folji tal-ġibs u l-produzzjoni tal-ġipsum sekondarju mnixxef tal-prodott intermedju, mhumiex koperti minn dan il-parametru referenzjarju ta' prodott.

Il-proċessi kollha marbuta direttament jew indirettament mal-produzzjoni: it-tħin, it-tnixxif u l-ikkalċinar, huma inklużi.

0,048

Ġipsum sekondarju mnixxef

Ġipsum sekondarju mnixxef (ġibs sintetiku prodott bħala prodott sekondarju rriċiklat tal-industrija tal-enerġija jew materjal irriċiklat mill-iskart tas-settur tal-kostruzzjoni u t-twaqqigħ tal-bini) imfisser f'tunnellati ta' prodott.

Il-proċessi kollha marbuta direttament jew indirettament mat-tnixxif tal-ġibs sekondarju huma inklużi.

0,017

Polpa kraft ta' fibra qasira

Polpa kraft ta' fibra qasira hija polpa tal-injam prodotta mill-proċess kimiku tas-sulfat bl-użu tal-likur tat-tisjir, ikkaratterizzata mit-tul tal-fibri ta' 1 – 1,5 mm, li hija użata prinċipalment għal prodotti li jirrikjedu wiċċ lixx speċifiku u massa, bħall-karta assorbenti u tal-istampar, imfissra bħala produzzjoni netta li tista' tinbiegħ f'tunnellati mnixxfa bl-arja, imkejla fi tmiem il-proċess tal-produzzjoni, tunnellata metrika mnixxfa bl-arja tal-polpa li jfisser kontenut solidu niexef ta' 90 %.

Il-proċessi kollha li huma parti mill-proċess tal-produzzjoni tal-polpa (b'mod partikolari l-mitħna tal-polpa, il-bojler tal-irkupru, is-sezzjoni tat-tnixxif tal-polpa u l-forn tal-ġir u l-unitajiet tal-konverżjoni tal-enerġija relatati (bojler/CHP)) huma inklużi. Attivitajiet oħra fuq il-post li mhumiex parti minn dan il-proċess bħall-attivitajiet tal-impjant tal-isserrar tal-injam, l-attivitajiet ta' xogħol tal-injam, il-produzzjoni ta' kimiċi għall-bejgħ, it-trattament tal-iskart (it-trattament tal-iskart fuq il-post minflok barra mill-post (it-tnixxif, il-pelitizzar, il-ħruq, ir-rimi f'miżbla), il-produzzjoni PCC (karbonat tal-kalċju ppreċipitat), it-trattament ta' gassijiet li jintnu, it-tisħin urban mhumiex inklużi.

0,12

Polpa kraft ta' fibra twila

Polpa kraft ta' fibra twila hija polpa tal-injam prodotta mill-proċess kimiku tas-sulfat bl-użu tal-likur tat-tisjir, ikkaratterizzata mit-tul tal-fibri ta' 3 – 3,5 mm, inkluż polpa bbliċjata u mhux ibbliċjata, imfissra bħala produzzjoni netta li tista' tinbiegħ f'tunnellati mnixxfa bl-arja, imkejla fi tmiem il-proċess tal-produzzjoni. Tunnellata metrika mnixxfa bl-arja tal-polpa li jfisser kontenut solidu niexef ta' 90 %.

Il-proċessi kollha li huma parti mill-proċess tal-produzzjoni tal-polpa (b'mod partikolari l-mitħna tal-polpa, il-bojler tal-irkupru, is-sezzjoni tat-tnixxif tal-polpa u l-forn tal-ġir u l-unitajiet tal-konverżjoni tal-enerġija relatati (bojler/CHP)) huma inklużi. Attivitajiet oħra fuq il-post li mhumiex parti minn dan il-proċess bħall-attivitajiet tal-impjant tal-isserrar tal-injam, l-attivitajiet ta' xogħol tal-injam, il-produzzjoni ta' kimiċi għall-bejgħ, it-trattament tal-iskart (it-trattament tal-iskart fuq il-post minflok barra mill-post (it-tnixxif, il-pelitizzar, il-ħruq, ir-rimi f'miżbla), il-produzzjoni PCC (karbonat tal-kalċju ppreċipitat), it-trattament ta' gassijiet li jintnu, it-tisħin urban mhumiex inklużi.

0,06

Polpa tas-sulfit, polpa termomekkanika u mekkanika

Polpa tas-sulfit prodotta bi proċess speċifiku ta' produzzjoni tal-polpa, pereżempju l-polpa prodotta minn biċċiet tal-injam għat-tisjir f'kontenitur tal-pressjoni fil-preżenza ta' likur tal-bisulfit imfissra bħala produzzjoni netta li tista' tinbiegħ f'tunnellati metriċi mnixxfa bl-arja tal-polpa, imkejla fi tmiem il-proċess tal-produzzjoni. Tunnellata metrika mnixxfa bl-arja tal-polpa li jfisser kontenut solidu niexef ta' 90 %. Polpa tas-sulfit tista' tkun ibbliċjata jew mhux ibbliċjata.

Gradi tal-polpa mekkanika: TMP (polpa termomekkanika) u polpa ta' njam mitħun imfissra bħala produzzjoni netta li tista' tinbiegħ f'tunnellati metriċi mnixxfa bl-arja fi tmiem il-proċess tal-produzzjoni. Tunnellata metrika mnixxfa bl-arja tal-polpa li jfisser kontenut solidu niexef ta' 90 %. Il-polpa mekkanika tista' tkun ibbliċjata jew mhux ibbliċjata.

Is-sottogruppi iżgħar ta' polpa semikimika CTMP – polpa kimikatermomekkanika u polpa li tinħall mhumiex koperti minn dan il-grupp.

Il-proċessi kollha li huma parti mill-proċess tal-produzzjoni tal-polpa (b'mod partikolari l-mitħna tal-polpa, il-bojler tal-irkupru, is-sezzjoni tat-tnixxif tal-polpa u l-forn tal-ġir u l-unitajiet tal-konverżjoni tal-enerġija relatati (bojler/CHP)) huma inklużi. Attivitajiet oħra fuq il-post li mhumiex parti minn dan il-proċess bħall-attivitajiet tal-impjant tal-isserrar tal-injam, l-attivitajiet ta' xogħol tal-injam, il-produzzjoni ta' kimiċi għall-bejgħ, it-trattament tal-iskart (it-trattament tal-iskart fuq il-post minflok barra mill-post (it-tnixxif, il-pelitizzar, il-ħruq, ir-rimi f'miżbla), il-produzzjoni PCC (karbonat tal-kalċju ppreċipitat), it-trattament ta' gassijiet li jintnu, it-tisħin urban mhumiex inklużi.

0,02

Polpa tal-karta rkuprata

Polpi ta' fibri derivati minn karta jew kartonċin irkuprati (skart u fdalijiet) jew minn materjal ċellulożiku fibruż ieħor imfissra f'tunnellati ta' produzzjoni li tista' tinbiegħ f'tunnellati metriċi mnixxfa bl-arja mkejla fi tmiem il-proċess tal-produzzjoni. Tunnellata metrika mnixxfa bl-arja tal-polpa li jfisser kontenut solidu niexef ta' 90 %.

Fil-każ tal-produzzjoni tal-polpa, il-produzzjoni hija definita bħala l-polpa totali prodotta inkluż il-polpa għal konsenja lokali għal impjant tal-karta u l-polpa tas-suq.

Il-proċessi kollha li huma parti mill-produzzjoni tal-polpa minn karta rkuprata u relatati (bojler/CHP)) huma inklużi. Attivitajiet oħra fuq il-post li mhumiex parti minn dan il-proċess bħall-attivitajiet tal-impjant tal-isserrar tal-injam, l-attivitajiet ta' xogħol tal-injam, il-produzzjoni ta' kimiċi għall-bejgħ, it-trattament tal-iskart (it-trattament tal-iskart fuq il-post minflok barra mill-post (it-tnixxif, il-pelitizzar, il-ħruq, ir-rimi f'miżbla), il-produzzjoni PCC (karbonat tal-kalċju ppreċipitat), it-trattament ta' gassijiet li jintnu, it-tisħin urban mhumiex inklużi.

0,039

Karta tal-gazzetti

Grad speċifiku tal-karta (f'rombli jew f'folji) imfisser bħala produzzjoni netta li tista' tinbiegħ f'tunnellati mnixxfin bl-arja, definit bħala karta b'kontenut ta' umdità ta' 6 %.

Il-proċessi kollha li huma parti mill-proċess ta' produzzjoni tal-karta (b'mod partikolari l-magni tal-karta jew tal-kartun u l-unitajiet tal-konverżjoni tal-enerġija konnessi (bojler/CHP)) huma inklużi. Attivitajiet oħra fuq il-post li mhumiex parti minn dan il-proċess bħall-attivitajiet tal-impjant tal-isserrar tal-injam, l-attivitajiet ta' xogħol tal-injam, il-produzzjoni ta' kimiċi għall-bejgħ, it-trattament tal-iskart (it-trattament tal-iskart fuq il-post minflok barra mill-post (it-tnixxif, il-pelitizzar, il-ħruq, ir-rimi f'miżbla), il-produzzjoni PCC (karbonat tal-kalċju ppreċipitat), it-trattament ta' gassijiet li jintnu, it-tisħin urban mhumiex inklużi.

0,298

Karta fina mhux miksija

Karta fina mhux miksija, li tkopri kemm karta mekkanika mhux miksija kif ukoll karta ħielsa mill-injam mhux miksija mfissra bħala produzzjoni netta li tista' tinbiegħ, definita bħala karta b'kontenut ta' umdità ta' 6 %.

1.

Karta ħielsa mill-injam mhux miksija għall-istampar jew finijiet grafiċi oħra magħmula minn varjetà ta' rfinituri tal-fibra verġni, b'livelli differenti ta' fillers minerali u firxa ta' proċessi tal-irfinar.

2.

Karta mekkanika mhux miksija tkopri l-gradi speċifiċi tal-karta magħmula minn polpa mekkanika, użata għall-imballaġġ jew finijiet grafiċi/rivisti.

Il-proċessi kollha li huma parti mill-proċess ta' produzzjoni tal-karta (b'mod partikolari l-magni tal-karta jew tal-kartun u l-unitajiet tal-konverżjoni tal-enerġija konnessi (bojler/CHP)) huma inklużi. Attivitajiet oħra fuq il-post li mhumiex parti minn dan il-proċess bħall-attivitajiet tal-impjant tal-isserrar tal-injam, l-attivitajiet ta' xogħol tal-injam, il-produzzjoni ta' kimiċi għall-bejgħ, it-trattament tal-iskart (it-trattament tal-iskart fuq il-post minflok barra mill-post (it-tnixxif, il-pelitizzar, il-ħruq, ir-rimi f'miżbla), il-produzzjoni PCC (karbonat tal-kalċju ppreċipitat), it-trattament ta' gassijiet li jintnu, it-tisħin urban mhumiex inklużi.

0,318

Karta fina miksija

Karta fina miksija li tkopri kemm karta mekkanika miksija kif ukoll karta ħielsa mill-injam miksija mfissra bħala produzzjoni netta li tista' tinbiegħ f'tunnellati mnixxfa bl-arja, definita bħala karta b'kontenut ta' umdità ta' 6 %.

Il-proċessi kollha li huma parti mill-proċess ta' produzzjoni tal-karta (b'mod partikolari l-magni tal-karta jew tal-kartun u l-unitajiet tal-konverżjoni tal-enerġija konnessi (bojler/CHP)) huma inklużi. Attivitajiet oħra fuq il-post li mhumiex parti minn dan il-proċess bħall-attivitajiet tal-impjant tal-isserrar tal-injam, l-attivitajiet ta' xogħol tal-injam, il-produzzjoni ta' kimiċi għall-bejgħ, it-trattament tal-iskart (it-trattament tal-iskart fuq il-post minflok barra mill-post (it-tnixxif, il-pelitizzar, il-ħruq, ir-rimi f'miżbla), il-produzzjoni PCC (karbonat tal-kalċju ppreċipitat), it-trattament ta' gassijiet li jintnu, it-tisħin urban mhumiex inklużi.

0,318

Tixju

Karti tixju, jkopru firxa wiesgħa ta' tixju u karti iġeniċi oħra għall-użu fid-dar jew bini kummerċjali u industrijali bħall-karta iġenika u tixjus tal-wiċċ, karti assorbenti tal-kċina, karti assorbenti tal-idejn u wajps industrijali, il-manifattura ta' ħrieqi tat-trabi, assorbenti sanitarji, eċċ. TAD – Tixju Mnixxfa bl-Arja mhux parti minn dan il-grupp. Espressi bħala tunnellati ta' produzzjoni netta li tista' tinbiegħ ta' roll parenti f'tunnellati metriċi mnixxfa, definiti bħala karti b'kontenut ta' umdità ta' 6 %.

Il-proċessi kollha li huma parti mill-proċess ta' produzzjoni tal-karta (b'mod partikolari l-magni tal-karta jew tal-kartun u l-unitajiet tal-konverżjoni tal-enerġija konnessi (bojler/CHP)) huma inklużi. Attivitajiet oħra fuq il-post li mhumiex parti minn dan il-proċess bħall-attivitajiet tal-impjant tal-isserrar tal-injam, l-attivitajiet ta' xogħol tal-injam, il-produzzjoni ta' kimiċi għall-bejgħ, it-trattament tal-iskart (it-trattament tal-iskart fuq il-post minflok barra mill-post (it-tnixxif, il-pelitizzar, il-ħruq, ir-rimi f'miżbla), il-produzzjoni PCC (karbonat tal-kalċju ppreċipitat), it-trattament ta' gassijiet li jintnu, it-tisħin urban mhumiex inklużi. Il-konverżjoni tal-piż ta' roll parenti għal prodotti lesti mhijiex parti minn dan il-parametru referenzjarju ta' prodott.

0,334

Testliner u fluting

Testliner u fluting imfissra bħala produzzjoni netta li tista' tinbiegħ f'tunnellati mnixxfin bl-arja definiti bħala karta b'kontenut ta' umdità ta' 6 %.

1.

It-testliner ikopri tipi ta' kartonċin li jissodisfaw testijiet speċifiċi adottati mill-industrija tal-imballaġġ biex jikkwalifika għall-użu bħala s-saff tal-wiċċ ta' barra għall-kartun ikkorrugat, li minnu jsiru l-kontenituri għat-trasport bil-baħar.

2.

Il-fluting jirreferi għas-segment tan-nofs tal-kontenituri kkorugati għat-trasport bil-baħar, li jkollu wiċċ ta' linerboard (testliner/kraftliner) fuq iż-żewġ naħat. Il-fluting ikopri prinċipalment il-karti magħmula minn fibra rriċiklata iżda dan il-grupp fih ukoll il-kartonċin li huwa magħmul minn polpa kimika jew semikimika. Il-kraftliner mhux inkluż f'dan il-parametru referenzjarju ta' prodott.

Il-proċessi kollha li huma parti mill-proċess ta' produzzjoni tal-karta (b'mod partikolari l-magni tal-karta jew tal-kartun u l-unitajiet tal-konverżjoni tal-enerġija konnessi (bojler/CHP)) huma inklużi. Attivitajiet oħra fuq il-post li mhumiex parti minn dan il-proċess bħall-attivitajiet tal-impjant tal-isserrar tal-injam, l-attivitajiet ta' xogħol tal-injam, il-produzzjoni ta' kimiċi għall-bejgħ, it-trattament tal-iskart (it-trattament tal-iskart fuq il-post minflok barra mill-post (it-tnixxif, il-pelitizzar, il-ħruq, ir-rimi f'miżbla), il-produzzjoni PCC (karbonat tal-kalċju ppreċipitat), it-trattament ta' gassijiet li jintnu, it-tisħin urban mhumiex inklużi.

0,248

Kartun mhux miksi

Diversi prodotti mhux miksija (riflessi bħala produzzjoni netta li tinbiegħ f'tunnellati mnixxfin bl-arja, definiti bħala karta b'kontenut ta' umdità ta' 6 %) li tista' tkun waħda jew iktar minn waħda. Il-kartun mhux miksi jintuża prinċipalment għal applikazzjonijiet ta' imballaġġ fejn il-karatteristika ewlenija meħtieġa hija s-saħħa u l-ebusija, u fejn l-aspetti kummerċjali bħala trasportatur tal-informazzjoni huma ta' importanza sekondarja. Il-kartun huwa magħmul minn fibri verġni u/jew irkuprati, għandu kwalitajiet tajbin ta' liwi, ebusija u abbiltà li jimmarka (scoring). Dan jintuża prinċipalment f'kaxxi tal-kartun għal prodotti tal-konsumatur bħal ikel iffriżat, kożmetiċi u għal kontenituri tal-likwidi; magħruf ukoll bħala kartun omoġeniku, kartun tal-kaxxi li jintlewa, kartun tal-kaxxi jew kartun tal-ġarr jew core board.

Il-proċessi kollha li huma parti mill-proċess ta' produzzjoni tal-karta (b'mod partikolari l-magni tal-karta jew tal-kartun u l-unitajiet tal-konverżjoni tal-enerġija konnessi (bojler/CHP)) huma inklużi. Attivitajiet oħra fuq il-post li mhumiex parti minn dan il-proċess bħall-attivitajiet tal-impjant tal-isserrar tal-injam, l-attivitajiet ta' xogħol tal-injam, il-produzzjoni ta' kimiċi għall-bejgħ, it-trattament tal-iskart (it-trattament tal-iskart fuq il-post minflok barra mill-post (it-tnixxif, il-pelitizzar, il-ħruq, ir-rimi f'miżbla), il-produzzjoni PCC (karbonat tal-kalċju ppreċipitat), it-trattament ta' gassijiet li jintnu, it-tisħin urban mhumiex inklużi.

0,237

Kartun miksi

Dan il-parametru referenzjarju ikopri firxa wiesgħa ta' prodotti miksija (imfissra bħala produzzjoni netta li tista' tinbiegħ f'tunnellati mnixxfa bl-arja, definita bħala karti b'6 % kontenut ta' umdità) li jistgħu jkunu waħdanin jew multipli. Kartun miksi jintuża prinċipalment għal applikazzjonijiet kummerċjali li jeħtieġ li jġibu l-informazzjoni kummerċjali stampata fuq l-imballaġġ sal-ixkaffa fil-maħżen f'applikazzjonijiet bħall-ikel, il-farmaċewtiċi, il-kożmetiċi u oħrajn. Il-kartun huwa magħmul minn fibri verġni u/jew irkuprati, għandu kwalitajiet tajbin ta' liwi, ebusija u abbiltà li jimmarka (scoring). Dan jintuża prinċipalment f'kaxxi tal-kartun għal prodotti tal-konsumatur bħal ikel iffriżat, kożmetiċi u għal kontenituri tal-likwidi; magħruf ukoll bħala kartun omoġeniku, kartun tal-kaxxi li jintlewa, kartun tal-kaxxi jew kartun tal-ġarr jew core board.

Il-proċessi kollha li huma parti mill-proċess ta' produzzjoni tal-karta (b'mod partikolari l-magni tal-karta jew tal-kartun u l-unitajiet tal-konverżjoni tal-enerġija konnessi (bojler/CHP)) huma inklużi. Attivitajiet oħra fuq il-post li mhumiex parti minn dan il-proċess bħall-attivitajiet tal-impjant tal-isserrar tal-injam, l-attivitajiet ta' xogħol tal-injam, il-produzzjoni ta' kimiċi għall-bejgħ, it-trattament tal-iskart (it-trattament tal-iskart fuq il-post minflok barra mill-post (it-tnixxif, il-pelitizzar, il-ħruq, ir-rimi f'miżbla), il-produzzjoni PCC (karbonat tal-kalċju ppreċipitat), it-trattament ta' gassijiet li jintnu, it-tisħin urban mhumiex inklużi.

0,273

Aċidu nitriku

Aċidu nitriku (HNO3), li għandu jiġi rreġistrat f'tunnellati ta' HNO3 (purità ta' 100 %).

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-prodott b'parametru referenzjarju kif ukoll il-proċess distruttiv tal-N2O huma inklużi minbarra l-produzzjoni tal-ammonja.

0,302

Aċidu adipiku

L-aċidu adipiku li għandu jiġi rreġistrat f'tunnellati ta' aċidu adipiku ppurifikat niexef maħżun f'sajlos jew ipakkjat f'boroż (kbar). L-Imluħ u l-esteri tal-aċidu adipiku mhumiex koperti minn dan il-parametru referenzjarju ta' prodott.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-prodott b'parametru referenzjarju kif ukoll il-proċess distruttiv tal-N2O huma inklużi.

2,79

Monomer tal-klorur tal-vinil (VCM)

Klorur tal-vinil (kloroetilen) Imfissra f'tunnellati fi klorur tal-vinil (prodott li jista' jinbiegħ, purità ta' 100 %).

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-istadji tal-produzzjoni msejħa l-klorinazzjoni diretta, l-ossiklorinazzjoni u l-ikkrekkjar EDC għal VCM huma inklużi.

Il-klorinazzjoni diretta tirreferi għal klorinazzjoni tal-etilen. L-ossiklorinazzjoni tirreferi għal klorinazzjoni tal-etilen bil-klorur tal-idroġenu (HCl)u l-ossiġnu.

L-inċinerazzjoni ta' idrokarburi klorinati li jinsabu fil-gassijiet ta' ventilazzjoni tal-produzzjoni EDC/VCM hija inkluża fil-parametru referenzjarju. Il-produzzjoni ta' ossiġenu u arja kkompressata użati bħala materja prima fil-manifattura VCM huma esklużi mill-parametru referenzjarju.

0,204

Fenol/aċeton

It-total tal-fenol, l-aċeton u l-prodott sekondarju stiren tal-alfa-metil bħala produzzjoni totali, rifless f'tunnellati ta' prodott li jista' jinbiegħ b'purità ta' 100 %.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-fenol u l-aċeton huma inklużi, b'mod partikolari l-kompressjoni tal-arja, l-idroperossidazzjoni, l-irkupru tal-kumen mill-arja spenta, il-konċentrazzjoni u l-qsim (cleavage), il-frazzjonazzjoni u l-purifikazzjoni tal-produzzjoni, l-ikkrekkjar tal-qatran, l-irkupru u l-purifikazzjoni tal-aċetofenon, l-irkupru tal-AMS għall-esportazzjoni, l-idroġenazzjoni tal-AMS għar-riċiklar tal-ISB, il-purifikazzjoni inizjali tal-ilma mormi (l-ewwel purifikazzjoni tal-ilma mormi), il-ġenerazzjoni tal-ilma għat-tkessieħ (pereżempju it-torrijiet għat-tkessieħ), l-utilizzazzjoni tal-ilma għat-tkessieħ (il-pompi taċ-ċirkolazzjoni), il-flares u l-inċineraturi (saħansitra jekk fiżikament illokalizzati 'il barra mil-limiti tas-sistema) kif ukoll kwalunkwe konsum ta' fjuwil ta' appoġġ.

0,266

S-PVC

Klorur tal-polivinil; mhux imħallat ma' sustanzi oħra li jikkonsisti f'partiċelli tal-PVC b'daqs medju bejn 50 u 200 μm. Imfisser f'tunnellati f'S-PVC (prodott li jista' jinbiegħ, purità ta' 100 %).

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni ta' S-PVC huma inklużi minbarra l-produzzjoni tal-VCM.

0,085

E-PVC

Klorur tal-polivinil; mhux imħallat ma' sustanzi oħra li jikkonsisti f'partiċelli tal-PVC b'daqs medju bejn 0,1 u 3 μm. Imfisser f'tunnellati f'E-PVC (prodott li jista' jinbiegħ, purità ta' 100 %).

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni ta' E-PVC huma inklużi minbarra l-produzzjoni tal-VCM.

0,238

Irmied tas-soda

Karbonat tad-disodju, rifless f'tunnellati ta' irmie tas-soda bħala produzzjoni grossa totali ħlief irmied dens tas-soda miksub bħala prodott sekondarju f'netwerk ta' produzzjoni tal-kaprolattam.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-unitajiet tal-proċessi msejħa purifikazzjoni tas-salmura, kalċinazzjoni tal-ġir u l-produzzjoni tal-ħalib tal-ġir, l-assorbiment tal-ammonja, il-preċipitazzjoni tal-NaHCO3, il-filtrazzjoni jew is-separazzjoni tal-kristalli tal-NaHCO3 mil-likur prinċipali, id-dekompożizzjoni tal-NaHCO3 għall-Na2CO3, l-irkupru tal-ammonja u d-densifikazzjoni jew il-produzzjoni tal-irmied dens tas-soda huma inklużi.

0,843

Jekk ma tingħata l-ebda referenza oħra, il-parametri referenzjarji ta' prodott kollha jirreferu għal tunnellata ta' prodott li kien prodott imfisser bħala produzzjoni (netta) li tista' tinbiegħ u għal purità ta' 100 % tas-sustanza kkonċernata.

Id-definizzjonijiet kollha tal-proċessi u l-emissjonijiet koperti (konfini tas-sistema) jinkludu flares meta dawn isseħħu.

2.   Id-definizzjoni ta' parametri referenzjarji ta' prodott u l-konfini tas-sistema b'kunsiderazzjoni rigward il-possibbiltà ta' skambju tal-fjuwil u l-elettriku

Parametru referenzjarju ta' prodott

Definizzjoni tal-prodotti koperti

Definizzjoni tal-proċessi u l-emissjonijiet koperti (konfini tas-sistema)

Punt tat-tluq għad-determinazzjoni tar-rata ta' tnaqqis annwali għall-aġġornament tal-valur tal-parametru referenzjarju

(kwoti/t)

Prodotti tar-raffinerija

Taħlita ta' prodotti tar-raffineriji b'aktar minn 40 % prodotti ħfief (fjuwil tal-magna (gażolina) inkluż il-fjuwil tal-avjazzjoni, it-tip tal-fjuwil (it-tip ta' gażolina) fjuwil tal-ġettijiet, żjut tal-petroleum ħfief oħra/preparazzjonijiet ħfief, pitrolju inkluż il-fjuwil tal-ġettijiet tat-tip tal-pitrolju, iż-żjut tal-gass) imfissra bħala tunnellata ponderata ta' CO2 (CWT). Raffineriji b'taħlitiet ta' prodotti oħra mhumiex koperti minn dan il-parametru referenzjarju ta' prodott.

Il-proċessi kollha ta' raffinerija li jissodisfaw id-definizzjoni ta' waħda mill-unitajiet ta' proċess CWT kif ukoll il-faċilitajiet mhux ta' proċessi ancillari li joperaw fi ħdan il-konfini tar-raffinerija bħalma huma l-użu tat-tankijiet, it-taħlit, it-trattament tal-ħmieġ likwidu, eċċ. huma inklużi. Żjut lubrifikanti u unitajiet tal-ipproċċessar tal-bitumen li jinsabu fir-raffineriji dominanti huma wkoll inklużi fis-CWT tar-raffineriji u l-pakkett tal-emissjonijiet.

Unitajiet ta' proċess li jappartjenu għal setturi oħra, bħal petrokimiċi, xi drabi huma fiżikament integrati mar-raffinerija. Dawn l-unitajiet ta' proċess u l-emissjonijiet tagħhom huma esklużi mill-approċċ CWT.

Għad-determinazzjoni ta' emissjonijiet indiretti, il-konsum totali tal-elettriku fil-limiti tas-sistema għandu jiġi kkunsidrat.

0,0295

Azzar tal-karbonju manifatturat b'forn tal-ark elettriku

Azzar li fih inqas minn 8 % ta' elementi metalliċi li jilligaw u elementi mhux regolari għal livelli tali li jillimitaw l-użu għal dawk l-applikazzjonijiet fejn l-ebda kwalità u proċessabbiltà għolja tas-superfiċje mhi meħtieġa u jekk l-ebda wieħed mill-kriterji għall-kontenut tal-elementi metalliċi li jilligaw u l-kwalità tal-azzar għall-azzar illigat ħafna jintlaħqu. Imfisser f'tunnellati ta' azzar sekondarju mhux raffinat ex-caster.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-unitajiet ta' proċess imsejħa kalkara b'ark tal-elettriku, il-metallurġija sekondarja, l-ikkastjar u l-qtugħ, l-unità ta' wara l-kombustjoni, l-unità għat-tneħħija tat-trab, l-istands għat-tisħin tal-kontenituri, l-istands għat-tisħin minn qabel tal-ingotti tal-ikkastjar, it-tnixxif tal-iskrepp u t-tisħin minn qabel tal-iskrepp huma inklużi.

Proċessi posterjuri tal-ikkastjar mhux inklużi.

Għad-determinazzjoni ta' emissjonijiet indiretti, il-konsum totali tal-elettriku fil-limiti tas-sistema għandu jiġi kkunsidrat.

0,283

Azzar illigat ħafna manifatturat b'forn tal-ark elettriku

Azzar li fih 8 % jew aktar ta' elementi metalliċi li jilligaw jew fejn ikunu meħtieġa kwalità u proċessabbiltà għolja tas-superfiċje. Imfisser f'tunnellati ta' azzar sekondarju mhux raffinat ex-caster.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-unitajiet ta' proċess imsejħa kalkara b'ark tal-elettriku, il-metallurġija sekondarja, l-ikkastjar u l-qtugħ, l-unità ta' wara l-kombustjoni, l-unità għat-tneħħija tat-trab, l-istands għat-tisħin tal-kontenituri, l-istands għat-tisħin minn qabel tal-ingotti tal-ikkastjar, il-pitt għat-tkessieħ bil-mod, it-tnixxif tal-iskrepp u t-tisħin minn qabel tal-iskrepp huma inklużi. L-unitajiet ta' proċess tal-konvertitur FeCr u l-ħżin krijoġeniku tal-gassijiet industrijali mhumiex inklużi.

Proċessi posterjuri tal-ikkastjar mhux inklużi.

Għad-determinazzjoni ta' emissjonijiet indiretti, il-konsum totali tal-elettriku fil-limiti tas-sistema għandu jiġi kkunsidrat.

0,352

Ħadid fondut

Ħadid fondut imfisser f'tunnellati ta' ħadid likwidu diġà illigat, mingħajr gagazza u lest għall-ikkastjar.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-istadji ta' proċess imsejħa l-ħanut tat-tidwib, il-ħanut tal-ikkastjar, il-ħanut tal-forom u l-irfinar huma inklużi.

Il-pass tal-proċess “irfinar” jirreferi għal operazzjonijiet bħal meta jinxtorob iżda mhux tqabbil ġenerali, trattament bi sħana jew żebgħa li mhumiex koperti mill-konfini tas-sistema ta' dan il-parametru referenzjarju ta' prodott.

Għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet indiretti, għandu jitqies biss il-konsum tal-elettriku tal-proċessi ta' tidwib fi ħdan il-konfini tas-sistema.

0,325

Suf minerali

Prodotti ta' insulazzjoni ta' suf minerali għal applikazzjonijiet termali, akustiċi u tan-nar, immanifatturati bl-użu ta' ħġieġ, blat jew suf tal-gagazza. Imfisser f'tunnellati ta' suf minerali (prodott li jista' jinbiegħ).

Il-proċessi kollha, marbuta b'mod dirett jew indirett mal-passi ta' produzzjoni tat-tidwib, is-sfibratura u l-injezzjoni ta' aġent li jgħaqqad u t-twebbis u t-tnixxif u l-iffurmar huma inklużi.

Għad-determinazzjoni ta' emissjonijiet indiretti, il-konsum totali tal-elettriku fil-limiti tas-sistema għandu jiġi kkunsidrat.

0,682

Bord tal-ġibs

Il-parametru referenzjarju jkopri bords, folji, pannelli, madum, oġġetti simili tal-kisi bil-ġibs/kompożizzjonijiet ibbażati fuq il-kisi bil-ġibs, (mhux) b'wiċċ/imsaħħa bil-karti/kartonċin biss, bl-esklużjoni ta' oġġetti magħquda bil-kisi bil-ġibs, imżejna (f'tunnellati metriċi ta' stukko, prodott li jista' jinbiegħ).

Twavel tal-fajber li huma tal-ġibs (“gypsum fibreboards”) ta' densità għolja mhumiex koperti minn dan il-parametru referenzjarju ta' prodott.

Il-proċessi kollha marbuta direttament jew indirettament mal-istadji tal-produzzjoni msejħa t-tħin, it-tnixxif, l-ikkalċinar u t-tnixxif tal-bords huma inklużi.

Għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet indiretti, għandu jitqies biss il-konsum tal-elettriku tal-pompi tas-sħana applikati fl-istadju tat-tnixxif.

Il-produzzjoni tal-prodott intermedju ġipsum sekondarju mnixxef mhix koperta mill-parametru referenzjarju.

0,131

Iswed tal-karbonju

L-iswed tal-karbonju tal-fran, rifless f'tunnellati ta' iswed tal-karbonju tal-fran, prodott li jista' jinbiegħ, purità ta' iktar minn 96 %. Prodotti suwed għall-gass u l-lampi mhumiex koperti minn dan il-parametru referenzjarju.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-iswed tal-karbonju tal-fran kif ukoll mal-irfinar, mal-imballaġġ u mal-ivvampjar huma inklużi.

Għad-determinazzjoni ta' emissjonijiet indiretti, il-konsum totali tal-elettriku fil-limiti tas-sistema għandu jiġi kkunsidrat.

Il-fattur ta' skambjabbiltà għandu jiġi kkalkulat billi jitqiesu apparati li jitħaddmu bl-elettriku bħal pompi u kompressuri b' qawwa nominali ta' 2 MW jew aktar.

1,954

Ammonijaka

Ammonijaka (NH3), riflessi f'tunnellati prodotti, purità ta' 100 %.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-ammonja u l-prodott intermedju l-idroġenu huma inklużi.

Il-produzzjoni tal-ammonijaka minn prodotti intermedjarji oħra mhix koperta.

Għad-determinazzjoni ta' emissjonijiet indiretti, il-konsum totali tal-elettriku fil-limiti tas-sistema għandu jiġi kkunsidrat.

1,619

Krekkjar bil-fwar

Taħlita ta' kimiċi ta' valur għoli (HVC) espressa f'tunnellati bħala massa totali ta' aċetilen, etilen, propilen, butadin, benżen u idroġenu esportat barra mill-parametru li jaqsam eskluż HVC minn alimentari supplimentari (idroġenu, etilen, HVC ieħor) b'kontenut ta' etilen fit-taħlita tal-prodott totali ta' mill-inqas 30 fil-mija tal-massa u b'kontenut ta' HVC, il-gass tal-fjuwil, il-butin u l-idrokarburi likwidi li flimkien jagħmlu mill-inqas 50 fil-mija tal-massa tat-taħlita totali tal-prodott.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni ta' prodotti kimiċi ta' valur għoli bħala prodotti ppurifikati jew prodotti intermedjarji, b'kontenut ikkonċentrat tal-HVC rispettivi fl-aktar forma baxxa li tista' tiġi kummerċjalizzata (inklużi idrokarburi C4 greġġi, gażolina ta' piroliżi mhux idroġenata), minbarra l-estrazzjoni ta' idrokarburi C4 (impjant tal-butadien), l-idroġenizzazzjoni ta' idrokarburi C4, l-idrotrattament tal-gażolina piroliżi u l-estrazzjoni tal-aromatiċi kif ukoll il-loġistika/ħażna għall-operat ta' kuljum. Għad-determinazzjoni ta' emissjonijiet indiretti, il-konsum totali tal-elettriku fil-limiti tas-sistema għandu jiġi kkunsidrat.

0,702

Aromatiċi

Taħlita ta' aromatiċi riflessi bħala tunnellata ponderata ta' CO2 (CWT).

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-idrotrattatur tal-pygas tas-subunitajiet tal-aromatiċi, estrazzjoni ta' benżen/toluwen/ksilen (BTX), TDP, HDA, isomerizzazzjoni ta' ksilen, unitajiet ta' P-ksilen, iproduzzjoni ta' kumen u produzzjoni ta' ċiklo-eżan huma inklużi.

Għad-determinazzjoni ta' emissjonijiet indiretti, il-konsum totali tal-elettriku fil-limiti tas-sistema għandu jiġi kkunsidrat.

0,0295

Stiren

Il-monomer ta' stiren (vinil benżen, in-numru CAS: 100-42-5) Imfisser f'tunnellati ta' stiren (prodott li jista' jinbiegħ).

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni ta' stiren kif ukoll tal-prodott intermedju etilbenżen (bl-ammont użat bħala alimentazzjoni għall-produzzjoni ta' stiren) huma inklużi.

Għal installazzjonijiet li jipproduċu kemm l-ossidu tal-propilen kif ukoll il-monomeru tal-istiren, il-faċilitajiet iddedikati esklussivament għall-operazzjonijiet ta' unità ta' propilen u ossidu tal-propilen huma esklużi minn dan il-parametru referenzjarju, u l-faċilitajiet kondiviżi huma koperti fi proporzjon mal-produzzjoni f'tunnellati tal-produzzjoni tal-monomeru tal-istiren.

Għad-determinazzjoni ta' emissjonijiet indiretti, il-konsum totali tal-elettriku fil-limiti tas-sistema għandu jiġi kkunsidrat.

0,527

Idroġenu

Idroġenu pur u taħlitiet ta' idroġenu u monossidu tal-karbonju b'kontenut ta' idroġenu >=60 % tal-volum tal-frazzjoni tat-total ta' idroġenu fil-kontenut flimkien ma' monossidu tal-karbonju fuq il-bażi tal-aggregazzjoni tal-prodotti kollha li fihom l-idroġenu u l-monossidu tal-karbonju esportati mis-subinstallazzjoni kkonċernata rifless bħala tunnellati ta'idroġenu 100 % pur, prodott nett li jista' jinbiegħ.

L-elementi ta' proċess rilevanti kollha, marbuta direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-idroġenu u s-separazzjoni tal-idroġenu u l-monossidu tal-karbonju huma inklużi. Dawn l-elementi jinsabu bejn:

(a)

il-punt(i) ta' dħul tal-alimentazzjoni permezz ta' idrokarburi u, jekk separat, ta' fjuwil(s);

(b)

il-punti ta' ħruġ tal-prodotti kollha li fihom l-idroġenu u/jew il-monossidu tal-karbonju;

(c)

il-punt(i) ta' dħul jew ħruġ tal-importazzjoni jew l-esportazzjoni tas-sħana.

Għad-determinazzjoni ta' emissjonijiet indiretti, il-konsum totali tal-elettriku fil-limiti tas-sistema għandu jiġi kkunsidrat.

8,85

Gass sintetiku (syngas)

Taħlitiet ta' idroġenu u monossidu tal-karbonju b'kontenut ta' idroġenu < 60 % frazzjoni volum tat-total ta' idroġenu fil-kontenut flimkien ma' monossidu tal-karbonju fuq il-bażi tal-aggregazzjoni tal-prodotti kollha li fihom l-idroġenu u l-monossidu tal-karbonju esportati mis-subinstallazzjoni kkonċernata. Riflessi f'tunnellati ta' gass sintetiku referut għal idroġenu b'volum ta' 47 fil-mija, bħala prodott nett li jista' jinbiegħ.

L-elementi ta' proċess rilevanti kollha direttament jew indirettament marbuta mal-produzzjoni ta' syngas u s-separazzjoni tal-idroġenu u l-monossidu tal-karbonju huma inklużi. Dawn l-elementi jinsabu bejn:

(a)

il-punt(i) ta' dħul tal-alimentazzjoni permezz ta' idrokarburi u, jekk separat, ta' fjuwil(s)

(b)

il-punti ta' ħruġ tal-prodotti kollha li fihom l-idroġenu u/jew il-monossidu tal-karbonju

(c)

il-punt(i) ta' dħul jew ħruġ tal-importazzjoni jew l-esportazzjoni tas-sħana

Għad-determinazzjoni ta' emissjonijiet indiretti, il-konsum totali tal-elettriku fil-limiti tas-sistema għandu jiġi kkunsidrat.

0,242

Ossidu tal-etilen/glikoli tal-etilen

Il-parametru referenzjarju tal-ossidu tal-etilen/glikol tal-etilen ikopri l-prodotti ossidu tal-etilen (EO, purità għolja), glikol tal-monoetilen (MEG, grad standard + grad tal-fibra (purità għolja)), glikol tad-dietilen (DEG), glikol tat-trietilen (TEG).

L-ammont totali ta' prodotti huwa mfisser f'termini ta' tunnellati ekwivalenti tal-EO (EOE), li huma ddefiniti bħala l-ammont ta' EO (f'massa) li huwa inkorporat f'unità ta' massa waħda tal-glikol speċifiku.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-unitajet tal-proċess: il-produzzjoni tal-EO, il-purifikazzjoni tal-EO, u s-sezzjoni tal-produzzjoni tal-glikol huma inklużi.

Il-konsum totali tal-elettriku (u l-emissjonijiet indiretti relatati) fi ħdan il-konfini tas-sistema huwa kopert minn dan il-parametru referenzjarju.

0,512

Jekk ma tingħata l-ebda referenza oħra, il-parametri referenzjarji ta' prodott kollha jirreferu għal tunnellata ta' prodott li kien prodott imfisser bħala produzzjoni (netta) li tista' tinbiegħ u għal purità ta' 100 % tas-sustanza kkonċernata.

Id-definizzjonijiet kollha tal-proċessi u l-emissjonijiet koperti (konfini tas-sistema) jinkludu flares meta dawn isseħħu.

3.   Parametri referenzjarji tas-sħana u l-fjuwil

Parametru referenzjarju

Punt tat-tluq għad-determinazzjoni tar-rata ta' tnaqqis annwali għall-aġġornament tal-valur tal-parametru referenzjarju

(kwoti/TJ)

Parametru referenzjarju tas-sħana

62,3

Parametru referenzjarju tal-fjuwil

56,1


ANNESS II

Parametri referenzjarji ta' prodotti speċifiċi

1.   Parametru referenzjarju tar-raffineriji: Funzjonijiet ta' tunnellata ponderata ta' CO2 (CWT)

Funzjoni CWT

Deskrizzjoni

Bażi (kt/a) (*1)

Fattur tas-CWT

Distillazzjoni Atmosferika Mhux Irraffinata

Impjant għal Distillazzjoni Atmosferika Moderata miż-Żejt, Impjant għal Distillazzjoni Atmosferika Standard miż-Żejt

F

1,00

Distillazzjoni bil-Vakwu

Frazzjonazzjoni bil-Vakwu Moderata, Kolonna tal-Vakwu Standard, Kolonna tal-Frazzjonazzjoni bil-Vakwu

Il-fattur tad-distillazzjoni bil-vakwu jinkludi wkoll l-enerġija u emissjonijiet medji għal unità ta' Vakwu ta' Alimenti Tqal (HFV) (Heavy Feed Vacuum). Minħabba li din hija dejjem f'serje mal-Unità ta' Vakwu ta' Moderat (MVU) (Mild Vacuum Unit), il-kapaċità HFV ma tingħaddx separatament.

F

0,85

Deasfaltar b'Solvent

Solvent Konvenzjonali, Solvent Superkritiku

F

2,45

Tnaqqis tal-viskosità

Residwu Atmosferiku (mingħajr Soaker Drum), Residwu Atmosferiku (b'Soaker Drum), Alimentazzjoni mill-Qigħan bil-Vakwu (mingħajr Soaker Drum), Alimentazzjoni mill-Qigħan bil-Vakwu (b'Soaker Drum)

Il-fattur tat-tnaqqis tal-viskosità jinkludi wkoll l-enerġija u emissjonijiet medji għal Flasher Column għall-Vakwu (VAC VFL) imma l-kapaċità ma tingħaddx separatament.

F

1,40

Krekkjar Termali

Il-fattur tal-ikkrekkjar termali jinkludi wkoll l-enerġija u emissjonijiet medji għal Flasher Column għall-Vakwu (VAC VFL) imma l-kapaċità ma tingħaddx separatament.

F

2,70

Ikkokkjar Imdewwem

Ikkokkjar Imdewwem

F

2,20

Ikkokkjar Fluwidu

Ikkokkjar Fluwidu

F

7,60

Flessikokkjar

Flessikokkjar

F

16,60

Ikkalċinar tal-Kokk

Ċmieni b'Assi Vertikali, Forn Rotatorju b'Assi Orizzontali

P

12,75

Krekkjar Katalitiku Fluwidu

Krekkjar Katalitiku Fluwidu, Krekkjar Katalitiku Residwu Moderat, Krekkjar Katalitiku Residwu

F

5,50

Krekkjar Katalitiku Ieħor

Krekkjar Katalitiku Houdry, Krekkjar Katalitiku Thermofor

F

4,10

Idrokrekkjar ta' Distillat/Żejt tal-Gass

Idrokrekkjar Moderat, Idrokrekkjar Sever, Idrokrekkjar tan-Nafta

F

2,85

Idrokrekkjar Residwu

H-Oil, LC-Fining™ u Hycon

F

3,75

Idrotrattament ta' Nafta/Gażolina

Saturazzjoni tal-Benżen, Desulfurizzazzjoni Tneħħija tal-Kubrit ta' Alimentazzjoni C4–C6, Nafta Konvenzjonali H/T, Saturizzazzjoni ta' Diolefin għal Olefin, Saturizzazzjoni ta' Diolefin għal Olefin ta' Tidħil tal-Alkilazzjoni, Idrotrattament ta' Gażolina FCC b'telf minimu ta' oktan, Alkilazzjoni Olefinika ta' Thio S, il-Proċess S-Zorb™, H/T Selettiv ta' Pygas/Nafta, Desulfurizzazzjoni ta' Pygas/Nafta, H/T Selettiv ta' Pygas/Nafta

Il-fattur tal-idrotrattament tan-nafta jinkludi l-enerġija u l-emissjonijiet għal Reattur għal H/T Selettiv (NHYT/RXST) imma l-kapaċità ma tingħaddx separatament.

F

1,10

Idrotrattament ta' Pitrolju/Diżil

Saturazzjoni Aromatika, H/T Konvenzjonali, Idroġenerazzjoni ta' Aromatiċi Solventi, H/T ta' Distillat Konvenzjonali, H/T ta' Distillat ta' Severità Għolja, H/T ta' Severità Għolja Ħafna, Tneħħija tax-Xama' minn Distillat Medju, il-Proċess S-Zorb™, Idrotrattament Selettiv ta' Distillati

F

0,90

Idrotrattament Residwu

Tnaqqis tas-sulfurizzazzjoni ta' Residwu Atmosferiku, Tnaqqis tas-sulfurizzazzjoni tar-Residwu tal-Vakwu

F

1,55

Idrotrattament ta' VGO

Idrodesulfurizzazzjoni/denitrifikazzjoni, Idrodesulfurizzazzjoni

F

0,90

Produzzjoni tal-Idroġenu

Riforma tal-Metanu bl-Istim, Riforma tan-Nafta bl-Istim, Unitajiet ta' Ossidazzjoni Parzjali ta' Alimentazzjoni Ħafifa

Il-fattur għall-produzzjoni tal-idroġenu jinkludi l-enerġija u l-emissjonijiet għall-purifikazzjoni (H2PURE), imma l-kapaċità ma tingħaddx separatament.

P (relatat ma' 100 % idroġenu)

300,00

Riforma Katalitika

Riġenerazzjoni Kontinwa, Ċiklika, Semiriġenerattiva, AROMAX

F

4,95

Alkilazzjoni

Alkilazzjoni bl-Aċidu HF, Alkilazzjoni bl-Aċidu Sulfuriku, Polimerizzazzjoni ta' Alimentazzjoni ta' C3 Olefin, Polimerizzazzjoni ta' Alimentazzjoni ta' C3/C4, Dimersol

Il-fattur għall-alkilazzjoni/polimerizzazzjoni jinkludi l-enerġija u l-emissjonijiet għar-riġenerazzjoni tal-aċidu (ACID), imma l-kapaċità ma tingħaddx separatament.

P

7,25

Isomerizzazzjoni C4

Isomerizzazzjoni C4

Il-fattur jinkludi wkoll l-enerġija u l-emissjonijiet relatati mal-frazzjonazzjoni speċjali (DIB) tal-medja tal-UE27 ikkorrelatata mal-isomerizzazzjoni C4.

R

3,25

Isomerizzazzjoni C5/C6

Isomerizzazzjoni C5/C6

Il-fattur jinkludi wkoll l-enerġija u l-emissjonijiet relatati mal-frazzjonazzjoni speċjali (DIH) tal-medja tal-UE27 ikkorrelatata mal-isomerizzazzjoni C5.

R

2,85

Produzzjoni ta' Ossiġenat

Unitajiet ta' Distillazzjoni MBTE, Unitajiet ta' Estrazzjoni MTBE, ETBE, TAME, Produzzjoni ta' Isootten

P

5,60

Produzzjoni ta' Propilen

Grad Kimiku, Grad Polimer

F

3,45

Manifattura tal-Asfalt

Manifattura tal-Asfalt u l-Bitum

Iċ-ċifra tal-produzzjoni għandha tinkludi l-Asfalt Immodifikat bil-Polimer. Il-fattur CWT jinkludi l-infieħ

P

2,10

Taħlit ta' Asfalt Immodifikat bil-Polimer

Taħlit ta' Asfalt Immodifikat bil-Polimer

P

0,55

Irkupru ta' Kubrit

Irkupru ta' Kubrit

Il-fattur għall-irkupru tal-kubrit jinkludi l-enerġija u l-emissjonijiet għall-irkupru tal-gass residwu (TRU) u l-Unità Springer tal-H2S (U32) (H2S Springer Unit), imma l-kapaċità ma tingħaddx separatament.

P

18,60

Estrazzjoni ta' Solvent Aromatiku

ASE: Distillar permezz ta' estrazzjoni, ASE: Likwidu/Estrazzjoni tal-Likwidu, ASE: Lik/Lik b'Estrazzjoni Distillazzjoni

Il-fattur CWT ikopri l-alimentazzjoni kollha inkluż il-Pygas wara l-idrotrattament. L-idrotrattament tal-Pygas għandu jitqies taħt l-idrotrattament tan-nafta.

F

5,25

Idrodealkilazzjoni

Idrodealkilazzjoni

F

2,45

TDP/TDA

Disproporzjonazzjoni/Dealkilazzjoni tat-Toluwen

F

1,85

Produzzjoni ta' Ċikloeksan

Produzzjoni ta' Ċikloeksan

P

3,00

Isomerizzazzjoni tal-Ksilen

Isomerizzazzjoni tal-Ksilen

F

1,85

Produzzjoni ta' Paraksilen

Assorbiment tal-Paraksilen, il-Kristallizzazzjoni tal-Paraksilen

Il-fattur jinkludi wkoll l-enerġija u l-emissjonijiet għal Frazzjonatur tal-Ksilen u Kolonna ta' distillazzjoni mill-ġdid tal-ortossilen (Orthoxylene Rerun Column).

P

6,40

Produzzjoni ta' Metaksilen

Produzzjoni ta' Metaksilen

P

11,10

Produzzjoni ta' anidride ftalika

Produzzjoni ta' anidride ftalika

P

14,40

Produzzjoni ta' Anidride Malejka

Produzzjoni ta' Anidride Malejka

P

20,80

Produzzjoni ta' Etilbenżen

Produzzjoni ta' Etilbenżen

Il-fattur jinkludi wkoll l-enerġija u l-emissjonijiet għad-distillazzjoni tal-Etilbenżen

P

1,55

Produzzjoni tal-Kumen

Produzzjoni tal-Kumen

P

5,00

Produzzjoni tal-Fenol

Produzzjoni tal-Fenol

P

1,15

Estrazzjoni ta' solvent tal-lubrifikanti

Estrazzjoni ta' solvent tal-lubrifikanti: Is-Solvent huwa l-Furfural, is-Solvent huwa l-NMP, is-Solvent huwa l-Fenol, is-Solvent huwa l-SO2

F

2,10

Tneħħija tax-xama' mis-solvent tal-lubrifikanti

Tneħħija tax-xama' mis-solvent tal-lubrifikanti: Is-Solvent huwa l-Klorokarbonju, is-Solvent huwa l-MEK/Toluwen, is-Solvent huwa l-MEK/MIBK, is-Solvent huwa l-Propan

F

4,55

Isomerizzazzjoni tax-Xama' Katalitika

L-Isomerizzazzjoni tax-Xama' Katalitika u t-Tneħħija tax-Xama', l-Ikkrekkjar Selettiv tax-Xama'

F

1,60

Idrokrakkjatur tal-Lubrifikanti (Lube Hydrocracker)

Idrokrakkjatur tal-Lubrifikanti b'Distillazzjoni Multifrazzjoni, Idrokrakkjatur tal-Lubrifikazzjoni b'Vacuum Stripper

F

2,50

Separazzjoni taż-Żejt u x-Xama'

Separazzjoni taż-Żejt u x-Xama': Is-Solvent huwa l-Klorokarbonju, is-Solvent huwa l-MEK/Toluwen, is-Solvent huwa l-MEK/MIBK, is-Solvent huwa l-Propan

P

12,00

Idrotrattament ta' Lubrifikant/Xama'

Lube H/F b'Vacuum Stripper, Lube H/T b'Distillazzjoni Multifrazzjoni, Lube H/T b'Vacuum Stripper, Xama' H/F b'Vacuum Stripper, Xama' H/T b'Distillazzjoni Multifrazzjoni, Xama' H/T b'Vacuum Stripper

F

1,15

Idrotrattament ta' Solventi

Idrotrattament ta' Solventi

F

1,25

Frazzjonazzjoni ta' Solventi

Frazzjonazzjoni ta' Solventi

F

0,90

Għarbiel molekulari għal paraffin C10+

Għarbiel molekulari għal paraffin C10+

P

1,85

Ossidazzjoni Parzjali ta' Alimentazzjoni Residwa (POX) għall-Fjuwil

POX Syngas għall-Fjuwil

SG (referut għal 47 % idroġenu)

8,20

Ossidazzjoni Parzjali ta' Tidħil Residwu (POX) għall-Idroġenu jew il-Metanol

POX Syngas għall-Idroġenu jew il-Metanol, POX Syngas għall-Metanol

Il-fattur jinkludi l-enerġija u l-emissjonijiet għal CO Shift u Purifikazzjoni H2 (U71) imma l-kapaċità ma tingħaddx separatament.

SG (relatat ma' 47 % idroġenu)

44,00

Metanol minn syngas

Metanol

P

– 36,20

Separazzjoni bl-Arja

Separazzjoni bl-Arja

P (MNm3 O2)

8,80

Frazzjonazzjoni ta' NGL mixtri

Frazzjonazzjoni ta' NGL mixtri

F

1,00

Trattament ta' gass mit-tromba taċ-ċumnija

DeSOx u deNOx

F (MNm3)

0,10

Trattament u Kompressjoni ta' Gass tal-Fjuwil għall-Bejgħ ta' Prodotti

Trattament u Kompressjoni ta' Gass tal-Fjuwil għall-Bejgħ ta' Prodotti

kW

0,15

Desalinazzjoni tal-Ilma Baħar

Desalinazzjoni tal-Ilma Baħar

P

1,15

2.   Parametru refenzjarju tal-aromatiċi Funzjonijiet CWT

Funzjoni CWT

Deskrizzjoni

Bażi (kt/a) (*2)

Fattur tas-CWT

Idrotrattament ta' Nafta/gażolina

Saturazzjoni tal-Benżen, Tneħħija tal-Kubrit ta' Alimentazzjoni C4–C6, Nafta Konvenzjonali H/T, Saturizzazzjoni ta' Diolefin għal Olefin, Saturizzazzjoni ta' Diolefin għal Olefin ta' Tidħil tal-Alkilazzjoni, Idrotrattament ta' Gażolina FCC b'telf minimu ta' oktan, Alkilazzjoni Olefinika ta' Thio S, il-Proċess S-Zorb™, H/T Selettiv ta' Pygas/Nafta, Desulfurizzazzjoni ta' Pygas/Nafta, H/T Selettiv ta' Pygas/Nafta.

Il-fattur tal-idrotrattament tan-nafta jinkludi l-enerġija u l-emissjonijiet għal Reattur għal H/T Selettiv (NHYT/RXST) imma l-kapaċità ma tingħaddx separatament.

F

1,10

Estrazzjoni ta' Solvent Aromatiku

ASE: Distillar permezz ta' estrazzjoni, ASE: Likwidu/Estrazzjoni tal-Likwidu, ASE: Lik/Lik b'Estrazzjoni Distillazzjoni

Il-fattur CWT ikopri l-alimentazzjoni kollha inkluż il-Pygas wara l-idrotrattament. L-idrotrattament tal-Pygas għandu jitqies taħt l-idrotrattament tan-nafta.

F

5,25

TDP/TDA

Disproporzjonazzjoni/Dealkilazzjoni tat-Toluwen

F

1,85

Idrodealkilazzjoni

Idrodealkilazzjoni

F

2,45

Isomerizzazzjoni tal-Ksilen

Isomerizzazzjoni tal-Ksilen

F

1,85

Produzzjoni ta' Paraksilen

Assorbiment tal-Paraksilen, il-Kristallizzazzjoni tal-Paraksilen

Il-fattur jinkludi wkoll l-enerġija u l-emissjonijiet għal Frazzjonatur tal-Ksilen u Kolonna ta' distillazzjoni mill-ġdid tal-ortossilen (Orthoxylene Rerun Column).

P

6,40

Produzzjoni ta' Ċikloeksan

Produzzjoni ta' Ċikloeksan

P

3,00

Produzzjoni tal-Kumen

Produzzjoni tal-Kumen

P

5,00


(*1)  Alimentazzjoni ġdida netta (F), Alimentazzjoni tar-Reattur (R, tinkludi r-riċiklar), Alimentazzjoni tal-Prodott (P), Produzzjoni ta' gass ta' sinteżi għall-unitajiet POX (SG)

(*2)  Alimentazzjoni ġdida netta (F), Alimentazzjoni tal-Prodott (P)


ANNESS III

Il-Livell storiku ta' attività għal parametri referenzjarji speċifiċi msemmija fl-Artikoli 15(8) u 17(f)

1.

Il-livell storiku ta' attività relatat ma' prodott għall-perjodu ta' referenza għal prodotti li għalihom il-parametru referenzjarju tar-raffinerija kif imsemmi fl-Anness I japplika fuq il-bażi tal-funzjonijiet CWT differenti, id-definizzjonijiet tagħhom, il-bażi għall-produzzjoni kif ukoll il-fatturi CWT kif elenkati fl-Anness II, għandu jkun determinat skont il-formula li ġejja:

Formula

fejn:

HALCWT

:

il-livell storiku ta' attività mfisser bħala CWT

TPi,k

:

il-produzzjoni tal-funzjoni i tas-CWT fis-sena k tal-perjodu ta' referenza

CWTi

:

il-fattur CWT tal-funzjoni i tas-CWT

TPAD,k

:

il-produzzjoni tal-funzjoni CWT “Distillazzjoni Mhux Raffinata Atmosferika” fis-sena k tal-perjodu ta' referenza

2.

Il-livell storiku ta' attività relatat ma' prodott għal perjodu ta' referenza għall-prodotti li għalihom il-parametru referenzjarju tal-ġir kif imsemmi fl-Anness I għandu jkun determinat skont il-formula li ġejja:

Formula

fejn:

HALlime,standard

:

il-livell storiku ta' attività għall-produzzjoni tal-ġir imfisser f'tunnellati ta' ġir pur standard

mCaO,k

:

il-kontenut ta' CaO liberu fil-ġir prodott fis-sena k tal-perjodu ta' referenza mfisser bħala massa-%

Fil-każ li ma tkun disponibbli ebda data dwar il-kontenut tal-CaO ħieles, għandha tiġi applikata stima konservattiva ta' mhux iktar minn 85 %.

mMgO,k

:

il-kontenut ta' MgO liberu fil-ġir prodott fis-sena k tal-perjodu ta' referenza mfisser bħala massa-%

Fil-każ li ma tkun disponibbli ebda data dwar il-kontenut tal-MgO ħieles, għandha tiġi applikata stima konservattiva ta' mhux iktar minn 0,5 %.

HALlime,uncorrected,k

:

il-livell storiku ta' attività mhux ikkoreġut għal produzzjoni tal-ġir fis-sena k tal-perjodu ta' referenza mfisser f'tunnellati ta' ġir

3.

Il-livell storiku ta' attività relatat ma' prodott għal perjodu ta' referenza għall-prodotti li għalihom il-parametru referenzjarju tal-ġir dolomitiku kif imsemmi fl-Anness I għandu jkun determinat skont il-formula li ġejja:

Formula

fejn:

HALdolime,standard

:

il-livell storiku tal-attività għal produzzjoni tal-ġir dolomitiku imfisser f'tunnellati ta' ġir dolomitiku pur standard

mCaO,k

:

il-kontenut ta' CaO liberu fil-ġir dolomitiku prodott fis-sena k tal-perjodu ta' referenza mfisser bħala massa-%

Fil-każ li ma tkun disponibbli ebda data dwar il-kontenut tal-CaO ħieles, għandha tiġi applikata stima konservattiva ta' mhux iktar minn 52 %.

mMgO,k

:

il-kontenut ta' MgO liberu fil-ġir dolomitiku prodott fis-sena k tal-perjodu ta' referenza mfisser bħala massa-%

Fil-każ li ma tkun disponibbli ebda data dwar il-kontenut tal-MgO ħieles, għandha tiġi applikata stima konservattiva ta' mhux iktar minn 33 %.

HALdolime,uncorrected,k

:

il-livell storiku ta' attività mhux ikkoreġut għal produzzjoni tal-ġir dolomitiku fis-sena k tal-perjodu ta' referenza mfisser f'tunnellati ta' ġir

4.

Il-livell storiku ta' attività relatat ma' prodott għal perjodu ta' referenza għall-prodotti li għalihom il-parametru referenzjarju ta' prodott tal-ikkrekkjar bl-istim kif imsemmi fl-Anness I għandu jkun determinat skont il-formula li ġejja:

Formula

fejn:

HALHVC,net

:

il-livell storiku ta' attività għal kimiċi ta' valur għoli netti minn kimiċi ta' valur għoli prodotti minn alimentazzjoni supplimentari mfisser bħala tunnellati ta' HVC

HALHVC,total,k

:

il-livell storiku ta' attività għall-produzzjoni totali ta' kimiċi ta' valur għoli fis-sena k tal-perjodu ta' referenza mfisser bħala tunnellati ta' HVC

HSFH,k

:

alimentazzjoni supplimentari storika ta' idroġenu fis-sena k tal-perjodu ta' referenza mfisser bħala tunnellati ta' idroġenu

HSFE,k

:

alimentazzjoni supplimentari storika ta' etilen fis-sena k tal-perjodu ta' referenza mfisser bħala tunnellati ta' etilen

HSFO,k

:

alimentazzjoni supplimentari storika ta' kimiċi ta' valur għoli għajr l-idroġenu u l-etilen fis-sena k tal-perjodu ta' referenza mfisser bħala tunnellati ta' HVC

5.

Il-livell storiku ta' attività relatat ma' prodott għall-perjodu ta' referenza għal prodotti li għalihom il-parametru referenzjarju ta' prodott għall-aromatiċi kif imsemmi fl-Anness I japplika fuq il-bażi tal-funzjonijiet CWT differenti, id-definizzjonijiet tagħhom, il-bażi għall-produzzjoni kif ukoll il-fatturi CWT kif elenkati fl-Anness II għandu jkun determinat skont il-formula li ġejja:

Formula

fejn:

HALCWT

:

il-livell storiku ta' attività mfisser bħala CWT

TPi,k

:

il-produzzjoni tal-funzjoni i tas-CWT fis-sena k tal-perjodu ta' referenza

CWTi

:

il-fattur CWT tal-funzjoni i tas-CWT

6.

Il-livell storiku ta' attività relatat ma' prodott għal perjodu ta' referenza għall-prodotti li għalihom il-parametru referenzjarju ta' prodott tal-idroġenu kif imsemmi fl-Anness I għandu jkun determinat skont il-formula li ġejja:

Formula

fejn:

HALH2

:

il-livell storiku ta' attività għall-produzzjoni tal-idroġenu imsemmi bħala 100 % idroġenu

VFH2,k

:

il-frazzjoni tal-volum ta' produzzjoni storika ta' idroġenu pur f'volum totali ta' idroġenu u monossidu tal-karbonju fis-sena k tal-perjodu ta' referenza

HALH2+CO,k

:

il-livell storiku ta' attività għall-produzzjoni tal-idroġenu relatata mal-kontenut storiku tal-idroġenu mfisser bħala metri kubi normali kull sena relatati ma' 0 °C u 101,325 kPa fis-sena k tal-perjodu ta' referenza

7.

Il-livell storiku ta' attività relatat ma' prodott għal perjodu ta' referenza għall-prodotti li għalihom il-parametru referenzjarju ta' prodott għal gass ta' sinteżi (syngas) kif imsemmi fl-Anness I għandu jkun determinat skont il-formula li ġejja:

Formula

fejn:

HALsyngas

:

il-livell storiku ta' attività għall-produzzjoni ta' gass ta' sinteżi relatat ma' 47 % idroġenu

VFH2,k

:

il-frazzjoni tal-volum ta' produzzjoni storika ta' idroġenu pur f'volum totali ta' idroġenu u monossidu tal-karbonju fis-sena k tal-perjodu ta' referenza

HALH2+CO,k

:

il-livell storiku ta' attività għall-produzzjoni ta' gass ta' sinteżi relatata mal-kontenut storiku tal-idroġenu mfisser bħala metri kubi normali kull sena relatati ma' 0 °C u 101,325 kPa fis-sena k tal-perjodu ta' referenza

8.

Il-livell storiku ta' attività relatat mal-prodott għall-perjodu ta' referenza għall-prodotti li għalihom japplika l-parametru referenzjarju tal-prodott ossidu tal-etilen/glikoli tal-etilen kif imsemmi fl-Anness I għandu jkun determinat skont il-formula li ġejja:

Formula

fejn:

HALEO/EG:

il-livell storiku ta' attività għall-produzzjoni tal-ossidu tal-etilen/glikol tal-etilen riflessa f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' ossidu tal-etilen

HALi,k:

il-livell storiku ta' attività għall-produzzjoni tal-ossidu tal-etilen jew glikol i fis-sena k tal-perjodu ta' referenza rifless f'tunnellati

CFEOE,i

fattur ta' konverżjoni għall-ossidu tal-etilen jew glikol i relattiv għall ossidu tal-etilen

Għandhom jiġu applikati l-fatturi ta' konverżjoni li ġejjin:

 

Ossidu tal-etilen: 1,000

 

Glikol tal-monoetilen 0,710

 

Glikol tad-dietilen: 0,830

 

Glikol ta' trietilen: 0,880


ANNESS IV

Il-parametri għall-ġbir tad-data bażi

Mingħajr preġudizzju għas-setgħa tal-awtorità kompetenti li titlob dettalji addizzjonali skont l-Artikolu 15(1), l-operaturi għandhom jissottomettu għall-finijiet tar-rapport ta' bażi ta' data, id-data li ġejja fil-livell ta' installazzjoni u subinstallazzjoni għas-snin kalendarji kollha tal-perjodu ta' referenza rilevanti. Għal dawk li jidħlu ġodda, ir-rapport ta' data għandu jkopri d-data elenkata fit-taqsimiet 1 u 2 fil-livell ta' installazzjoni u subinstallazzjoni.

1.   DATA ĠENERALI DWAR L-INSTALLAZZJONI

1.1.   Identifikazzjoni tal-installazzjoni u l-operatur

Din il-partita fiha mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja:

(a)

L-isem u l-indirizz tal-installazzjoni;

(b)

L-identifikatur tal-installazzjoni użat fir-Reġistru tal-Unjoni;

(c)

L-identifikatur tal-permess u data tal-ħruġ tal-ewwel permess ta' emissjonijiet ta' gass serra (GHG) li rċeviet l-installazzjoni skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/87/KE;

(d)

L-identifikatur tal-permess u d-data tal-permess GHG l-aktar riċenti, jekk applikabbli;

(e)

Isem u indirizz tal-operatur, informazzjoni tal-kuntatt ta' rappreżentant awtorizzat u ta' persuna prinċipali għall-finijiet ta' kuntatt, jekk differenti.

1.2.   Informazzjoni tal-verifikatur

Din il-partita fiha mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja:

(a)

Isem u indirizz tal-verifikatur, informazzjoni tal-kuntatt ta' rappreżentant awtorizzat u ta' persuna prinċipali għall-finijiet ta' kuntatt, jekk differenti.

(b)

Isem tal-korp nazzjonali ta' akkreditament li akkredita l-verifikatur;

(c)

Numru ta' reġistrazzjoni maħruġ mill-korp nazzjonali ta' akkreditament.

1.3.   Informazzjoni dwar l-attività

Din il-partita fiha mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja:

(a)

Lista ta' attivitajiet skont l-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE mwettqa fl-istallazzjoni;

(b)

Il-kodiċi NACE (reviżjoni 2) tal-installazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1);

(c)

Jekk l-installazzjoni taqax taħt waħda jew aktar mill-kategoriji li jistgħu jiġu esklużi mill-EU ETS skont l-Artikolu 27 jew l-Artikolu 27a tad-Direttiva 2003/87/KE:

Emissjonijiet ta' inqas minn 25 000 t CO2(e) kull sena u, fejn applikabbli, rata ta' input termali inqas minn 35 MW;

Sptar;

Emissjonijiet ta' inqas minn 2 500 t CO2(e) kull sena;

Opera inqas minn 300 siegħa fis-sena.

1.4.   Eliġibbiltà għal allokazzjoni mingħajr ħlas

Din il-partita fiha mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja:

(a)

Jekk l-installazzjoni hijiex ġeneratur tal-elettriku skont l-Artikolu 3(u) tad-Direttiva 2003/87/UE;

(b)

Jekk l-istallazzjoni tintużax għall-qbid tas-CO2, pajp għat-trasport tas-CO2 jew hija sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2);

(c)

Jekk l-installazzjoni tipproduċix sħana li mhix użata għall-produzzjoni tal-elettriku.

1.5.   Lista ta' subinstallazzjonijiet:

Din il-partita fiha lista tas-subinstallazzjonijiet kollha fl-installazzjoni.

1.6.   Lista ta' konnessjonijiet ma' installazzjonijiet oħra tal-EU ETS jew entitajiet mhux ETS għat-trasferiment ta' sħana li tista' titkejjel, prodotti intermedji, gassijiet ta' skart jew CO2 għall-użu f'dik l-istallazzjoni jew ħażna ġeoloġika permanenti

Din il-partita fiha mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja għal kull installazzjoni jew entità konnessa:

(a)

Isem tal-installazzjoni jew entità konnessa;

(b)

Tip ta' konnessjoni (importazzjoni jew esportazzjoni: sħana li titkejjel, gassijiet ta' skart, CO2);

(c)

L-istallazzjoni jew l-entità nnifisha taqa' taħt l-ambitu tal-EU ETS?

Jekk iva, niżżel l-identifikazzjoni tar-Reġistru u l-identifikazzjoni tal-Permess, u l-persuna ta' kuntatt;

Jekk le, l-isem u l-indirizz tal-entità, il-persuna ta' kuntatt.

2.   DATA ANNWALI DETTALJATA GĦAL KULL SENA FIL-PERJODU TA' REFERENZA

2.1.    Data annwali dettaljata dwar l-emissjonijiet verifikati fil-livell ta' installazzjoni

Din il-partita fiha mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja:

(a)

Għal kull fluss minn sors: Data dwar l-attività, fatturi ta' kalkolu użati, emissjonijiet fossili, emissjonijiet mill-bijomassa, f'każ ta' fjuwils (inkluż jekk jintuża bħala input fi proċess) l-input tal-enerġija kkalkulat mill-Valur Kalorifiku Nett (NCV);

(b)

Għal kull sors ta' emissjoni li għalih ġew użati sistemi kontinwi ta' monitoraġġ tal-emissjonijiet: emissjonijiet mill-fossili, emissjonijiet mill-bijomassa, il-medja annwali fis-siegħa tal-konċentrazzjoni tal-GHG u l-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija; fil-każ ta' CO2: data proxy għall-input tal-enerġija assoċjat mal-emissjonijiet;

(c)

Fejn jintuża approċċ ta' rimedju skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 601/2012, l-emissjonijiet tal-fossili u tal-bijomassa ddeterminati, data proxy għal input tal-enerġija assoċjat mal-emissjonijiet, jekk applikabbli;

(d)

L-ammont ta' CO2 ttrasferit importat u/jew esportat.

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jippermettu lill-operaturi jirrappurtaw biss iċ-ċifri tal-emissjonijiet aggregati.

2.2.   Emissjonijiet annwali għal kull subinstallazzjoni

Din il-partita fiha bilanċ komplut ta' emissjonijiet, li tidentifika l-kwantità ta' emissjonijiet attribwibbli għal kull subinstallazzjoni.

2.3.   Bilanċ annwali madwar l-installazzjoni kollha tal-importazzjoni, il-produzzjoni, il-konsum u l-esportazzjoni tas-sħana

Din il-partita fiha mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja:

(a)

L-ammont totali ta' input ta' enerġija użat fl-installazzjoni li jkun hemm fil-fjuwils;

(b)

Jekk applikabbli, il-kontenut tal-enerġija ta' gassijiet ta' skart importati;

(c)

Jekk applikabbli, l-ammont ta' enerġija fil-fjuwils esportati lejn installazzjonijiet oħra EU ETS li huma direttament konnessi b'mod tekniku jew entitajiet mhux tal-ETS;

(d)

Jekk applikabbli, il-kontenut tal-enerġija tal-gassijiet ta' skart esportati lejn stallazzjonijiet oħra EU ETS jew entitajiet mhux ETS;

(e)

L-ammont ta' input tal-enerġija mill-fjuwils użati għall-produzzjoni tal-elettriku;

(f)

L-ammont ta' input tal-enerġija mill-fjuwils attribwit lil subinstallazzjonijiet ta' parametru referenzjarju ta' fjuwil (irrappurtat separatament għal subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' fjuwil għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet mhux mill-karbonju);

(g)

L-ammont ta' input tal-fjuwil użat għall-produzzjoni ta' sħana li tista' titkejjel;

(h)

Ammont totali ta' sħana li tista' titkejjel prodotta fl-installazzjoni;

(i)

Ammont nett ta' sħana li tista' titkejjel importata minn installazzjonijiet koperti mill-EU ETS;

(j)

Ammont nett ta' sħana li tista' titkejjel importata minn installazzjonijiet u entitajiet mhux koperti mill-EU ETS;

(k)

Ammont nett ta' sħana li tista' titkejjel ikkonsmata għall-produzzjoni tal-elettriku fl-installazzjoni;

(l)

Ammont nett ta' sħana li tista' titkejjel ikkonsmata għal substallazzjonijiet ta' parametru referenzjarju ta'prodott fl-installazzjoni;

(m)

Ammont nett ta' sħana li tista' titkejjel esportata lejn istallazzjonijiet EU ETS;

(n)

Ammont nett ta' sħana li tista' titkejjel esportata lejn installazzjonijiet jew entitajiet mhux koperti mill-EU ETS;

(o)

Ammont nett ta' sħana li tista' titkejjel esportata għall-iskop ta' tisħin distrettwali;

(p)

Ammont nett ta' sħana li tista' titkejjel attribwibbli lil subinstallazzjonijiet ta' parametru referenzjarju ta' sħana (irrappurtat separatament għal subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' fjuwil għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' sħana u għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet mhux mill-karbonju);

(q)

L-ammont ta' telf ta' sħana, jekk mhux diġà inkluż fid-data msemmija fil-punti (a) sa (p).

2.4.   L-attribuzzjoni annwali tal-enerġija lis-subinstallazzjonijiet

Dan il-partita fiha mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja:

(a)

Ammont ta' input ta' enerġija minn fjuwils, inkluż il-fattur tal-emissjonijiet rispettiv tagħhom, għal:

kull subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott;

kull subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' sħana u ta' tisħin distrettwali;

kull sub-installazzjoni ta' parametru referenzjarju tal-fjuwil;

(b)

Ammont ta' sħana li tista' titkejjel importata:

minn kull subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott;

minn subinstallazzjonijiet ta' parametru referenzjarju ta' prodott tal-aċidu nitriku;

minn subinstallazzjonijiet li jipproduċu l-polpa;

(c)

Ammont ta' sħana li tista' titkejjel esportata minn:

kull subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott;

2.5.   Bilanċ annwali madwar l-installazzjoni kollha tal-importazzjoni, il-produzzjoni, il-konsum u l-esportazzjoni tal-elettriku

Din il-partita fiha mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja:

(a)

Ammont totali ta' elettriku prodott mill-fjuwils;

(b)

Ammont totali ta' elettriku ieħor prodott;

(c)

Ammont totali ta' elettriku importat mill-grilja jew minn installazzjonijiet oħra;

(d)

Ammont totali ta' elettriku esportat lejn il-grilja jew installazzjonijiet oħrajn;

(e)

Ammont totali ta' elettriku kkonsmat fl-installazzjoni;

(f)

Għall-konsum tal-elettriku fis-subinstallazzjonijiet ta' parametru referenzjarju ta' prodott, li huma elenkati fil-parti 2 tal-Anness I, l-ammont ta' elettriku kkonsmat li jikkwalifika bħala skambjabbli.

Il-punti (a) sa (e) għandhom jiġu rrappurtati biss minn installazzjonijiet li jipproduċu l-elettriku.

2.6.   Aktar data annwali għal subinstallazzjonijiet

Din il-partita fiha mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja:

(a)

L-ammont ta' sħana li tista' titkejjel attribwita lil subinstallazzjoni importata minn entitajiet jew proċessi li mhux EU ETS;

(b)

Jekk applikabbli, għal kull subinstallazzjoni, lista ta' prodotti prodotti fil-konfini tas-subinstallazzjoni, inkluż il-kodiċi tagħhom skont il-lista PRODCOM imsemmija fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 (3), bbażat fuq il-kodiċijiet NACE-4 msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (NACE rev. 2) u l-ammont tal-produzzjoni. PRODCOM għandu jkun diżaggregat għallinqas daqs is-subsettur identifikat relatat fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 10b(5) tad-Direttiva 2003/87/KE;

(c)

B'deroga mill-punt (b), għal subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' sħana rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, f'każ ta' esportazzjoni ta' sħana li tista' titkejjel għal stallazzjonijiet jew entitajiet mhux koperti mill-EU ETS, il-kodiċi NACE-4 (NACE rev. 2) ta' dawk l-istallazzjonijiet jew entitajiet;

(d)

Jekk applikabbli u disponibbli għall-operatur, għal kull subinstallazzjoni, il-fattur ta' emissjoni tat-taħlita tal-fjuwil relata mas-sħana li tista' titkejjel importata jew esportata;

(e)

Jekk applikabbli, għal kull subinstallazzjoni, il-kwantità u l-fattur ta' emissjoni ta' gassijiet ta' skart importati u esportati;

(f)

Jekk applikabbli, għal kull subinstallazzjoni, il-kontenut tal-enerġija (il-valur kalorifiku nett) tal-gassijiet ta' skart importati u esportati.

2.7.    Data ta 'attività annwali għal subinstallazzjoniet ta' parametru referenzjarju ta' prodott

Din il-partita fiha mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja:

(a)

Data ta' produzzjoni annwali tal-prodott kif speċifikat fl-Anness I, fl-unità elenkata f'dak l-Anness;

(b)

lista ta' prodotti prodotti fil-konfini tas-subinstallazzjoni, inkluż il-kodiċijiet PRODCOM tagħhom (ibbażati fuq NACE rev. 2). PRODCOM għandu jkun diżaggregat għallinqas daqs is-subsettur identifikat relatat fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 10b(5) tad-Direttiva 2003/87/KE;

(c)

Ammont ta' CO2 ittrasferit impurtat minn jew esportat lejn subinstallazzjonijiet oħra, installazzjonijiet jew entitajiet oħra;

(d)

Ammont ta' esportazzjoni jew importazzjoni ta' prodotti intermedji koperti minn subinstallazzjonijiet ta' parametru referenzjarju ta' prodott;

(e)

Jekk applikabbli, għal subinstallazzjonijiet ta' parametru referenzjarju ta' prodott ta' raffinerija jew aromatiċi, il-fluss annwali għal kull funzjoni tas-CWT kif speċifikat fl-Anness II;

(f)

Jekk applikabbli, għal subinstallazzjonijiet ta' parametru referenzjarju ta' prodott ta' ġir jew ġir dolomitiku, il-kwantità ta' produzzjoni annwali mhux ikkoreġuta u l-valuri medji annwali għal mCaO u mMgO skont l-Anness III;

(g)

Jekk applikabbli, għal subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott ta' ikkrekkjar bl-istim, il-produzzjoni HVC totali annwali u l-kwantità ta' għalf supplimentari riflessi bħala ammonti ta' idroġenu, etilen u HVC oħra;

(h)

Jekk applikabbli, għal subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott ta' gass idroġenu jew ta' gass ta' sinteżi, l-ammont annwali ta' produzzjoni ta' idroġenu jew ta' sinteżi jirreferi għal kontenut ta' idroġenu rifless bħala metri kubi normali kull sena li jirreferu għal 0 °C u 101,325 kPa u l-frazzjoni f'volum ta' produzzjoni annwali ta' idroġenu pur fit-taħlita ta' idroġenu/monossidu tal-karbonju;

(i)

Jekk applikabbli, għal subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott ta' ossidu tal-etilen/glikol tal-etilen, il-livelli ta' produzzjoni annwali ta' ossidu tal-etilen, glikol tal-monoetilen, glikol tad-dietilen u glikol tat-trietilen;

(j)

Jekk applikabbli, għal subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott ta' monomeru tal-vinil klorur, is-sħana kkonsmata li ġejja mill-konsum tal-idroġenu;

(k)

Jekk applikabbli, għal subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott ta' polpa kraft ta' fibra qasira, polpa kraft ta' fibra twila, polpa termomekkanika u polpa mekkanika, u polpa tas-sulfit jew polpa oħra mkux koperta minn subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott, il-livell ta' produzzjoni annwali tal-polpa rispettiva u l-ammont annwali ta' polpa mqiegħda fis-suq u mhux ipproċessata f'karta f'installazzjonijiet l-istess jew oħrajn konnessi b'mod tekniku;

(l)

Jekk applikabbli, l-ammont, il-kontenut ta' enerġija u l-fattur ta' emissjoni ta' gassijiet ta' skart prodotti fi ħdan il-konfini tas-sistema ta' subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott rispettiv u vvampjar fi ħdan jew barra l-konfini tas-sistema ta' dik is-subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott, bl-eċċezzjoni ta' vvampjar ta' sigurtà, u mhux użati għall-iskop ta' produzzjoni ta' sħana li tista' titkejjel, sħana li ma titkejjilx jew elettriku.

3.   DATA GĦAL AĠĠORNAMENT TA' PARAMETRU REFERENZJARJU

3.1.    Data annwali għal subinstallazzjonijiet ta' parametru referenzjarju ta' prodott

Din il-partita fiha mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja għal kull sena tal-perjodu ta' referenza:

(a)

Lista ta' prodotti prodotti fil-konfini tas-subinstallazzjoni, inkluż l-kodiċijiet PRODCOM tagħhom (NACE rev. 2);

(b)

Il-livell ta' attività;

(c)

Emissjonijiet attribwiti bl-eċċezzjoni ta' emissjonijiet marbuta mal-importazzjoni ta' sħana li tista' titkejjel minn subinstallazzjonijiet, installazzjonijiet jew entitajiet oħra;

(d)

Ammont ta' sħana li tista' titkejjel importata minn subinstallazzjonijiet, installazzjonijiet jew entitajiet oħra inkluż il-fattur ta' emissjoni, jekk magħruf;

(e)

Ammont ta' sħana li tista' titkejjel esportata lil subinstallazzjonijiet, installazzjonijiet jew entitajiet oħrajn;

(f)

Ammont, kontenut ta' enerġija u fattur ta' emissjoni ta' gassijiet ta' skart importati minn subinstallazzjonijiet, installazzjonijiet jew entitajiet oħra;

(g)

Ammont, kontenut ta' enerġija u fattur ta' emissjoni ta' gassijiet ta' skart prodotti;

(h)

Ammont, kontenut ta' enerġija u fattur ta' emissjoni ta' gassijiet ta' skart esportati lejn subinstallazzjonijiet, installazzjonijiet jew entitajiet oħra;

(i)

Kwantità ta' elettriku kkonsmat li jikkwalifika bħala skambjabbli, fil-każ ta' parametri referenzjarji li huma elenkati fil-parti 2 tal-Anness I;

(j)

Il-kwantità ta' elettriku prodott;

(k)

L-ammont ta' CO2 ttrasferit importat minn subinstallazzjonijiet, installazzjonijiet jew entitajiet oħra;

(l)

L-ammont ta' CO2 ttrasferit esportat lejn subinstallazzjonijiet, installazzjonijiet jew entitajiet oħrajn;

(m)

Esportazzjoni jew importazzjoni ta' prodotti intermedji koperti minn parametru referenzjarju ta'prodott (iva/le) u deskrizzjoni tat-tip ta' prodott intermedju, jekk applikabbli;

(n)

Kwantità ta' għalf supplimentari rifless bħala ammonti ta' idroġenu, etilen u HVC oħra, fil-każ ta' parametru referenzjarju ta'prodott ta' kkrekkjar bl-istim;

(o)

Is-sħana kkunsmata li ġejja mill-konsum tal-idroġenu, fil-każ ta' parametru referenzjarju ta'prodott ta' monomeru tal-vinil klorur.

3.2.    Data annwali għal subinstallazzjonijiet ta' parametru referenzjarju ta' sħana u subinstallazzjonijiet ta' tisħin distrettwali

Din il-partita fiha mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja għal kull sena tal-perjodu ta' referenza:

(a)

Kwantità ta' sħana netta li tista' titkejjel prodotta f'kull subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' sħana jew subinstallazzjoni ta' tisħin distrettwali;

(b)

Emissjonijiet attribwiti għall-produzzjoni ta' sħana li tista' titkejjel;

(c)

Livell ta' attività tas-subinstallazzjoni;

(d)

Kwantità ta' sħana li tista' titkejjel prodotta, importata minn u esportata lejn subinstallazzjonijiet, installazzjonijiet jew entitajiet oħra;

(e)

Il-kwantità ta' elettriku prodott.

3.3.    Data annwali għal subinstallazzjonijiet ta' parametru referenzjarju ta' fjuwil

Din il-partita fiha mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja għal kull sena tal-perjodu ta' referenza:

(a)

Il-livelli ta' attività;

(b)

Emissjonijiet attribwiti.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(2)  Id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, id-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91, tad-19 ta' Diċembru 1991, dwar il-ħolqien ta' kwestjonarju tal-Komunità dwar il-produzzjoni industrijali (ĠU L 374, 31.12.1991, p. 1).

(4)  ir-Regolament Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).


ANNESS V

Fatturi applikabbli għat-tnaqqis tal-allokazzjoni mingħajr ħlas skont l-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2003/87/KE

Sena

Valur tal-fattur

2021

0,300

2022

0,300

2023

0,300

2024

0,300

2025

0,300

2026

0,300

2027

0,225

2028

0,150

2029

0,075

2030

0,000


ANNESS VI

Kontenut minimu tal-pjan tal-metodoloġija ta' monitoraġġ

Il-pjan tal-metodoloġija ta' monitoraġġ għandu jinkludi tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

1.

informazzjoni ġenerali dwar l-installazzjoni:

(a)

Informazzjoni biex tiġi identifikata l-installazzjoni u l-operatur, inkluż l-identifikatur tal-installazzjoni wżat fir-Reġistru tal-Unjoni;

(b)

Informazzjoni li tidentifika l-verżjoni tal-pjan tal-metodoloġija ta' monitoraġġ, id-data tal-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti u d-data minn meta hija applikabbli;

(c)

Deskrizzjoni tal-installazzjoni, inkluż b'mod partikolari deskrizzjoni tal-proċessi prinċipali mwettqa, lista ta' sorsi ta' emissjonijiet, dijagramma ta' fluss u pjan ta' installazzjoni li jippermettu fehim tal-fluss tal-materjal prinċipali u tal-enerġija;

(d)

Dijagramma li għandu jkun fih tal-inqas din l-informazzjoni li ġejja:

L-elementi tekniċi tal-installazzjoni, li jidentifikaw is-sorsi tal-emissjonijiet kif ukoll l-unitajiet li jipproduċu u jikkonsmaw is-sħana;

Il-flussi kollha ta' enerġija u materjal, b'mod partikolari flussi minn sorsi, sħana li tista' titkejjel u li ma titkejjilx, elettriku fejn rilevanti, u gassijiet ta' skart;

Il-punti ta' kejl u tagħmir ta' kejl;

Il-konfini tas-subinstallazzjonijiet, inkluż l-qasma bejn subinstallazzjonijiet li jservu għal setturi meqjusa bħala esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u subinstallazzjonijiet li jservu għal setturi oħra, ibbażati fuq NACE rev. 2 jew PRODCOM;

(e)

Lista u deskrizzjoni ta' konnessjonijiet ma' installazzjonijiet oħra EU ETS jew entitajiet mhux EU ETS għat-trasferiment ta' sħana li tista' titkejjel, prodotti intermedji, gassijiet ta' skart jew CO2 għal użu f'dik l-installazzjoni jew ħażna ġeoloġika permanenti, inkluż l-isem u l-indirizz u persuna ta' kuntatt tal-installazzjoni jew l-entità konnessa, u l-identifikatur uniku tagħha fir-Reġistru tal-Unjoni, jekk applikabbli;

(f)

Referenza għall-proċedura għall-ġestjoni tal-assenjazzjoni tar-responsabbiltajiet għall-monitoraġġ u r-rappurtar fi ħdan l-istallazzjoni, u għall-immaniġġjar tal-kompetenzi tal-persunal responsabbli;

(g)

Referenza għall-proċedura għall-evalwazzjoni regolari tal-adegwatezza tal-pjan tal-metodoloġija ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 9(1); din il-proċedura għandha b'mod partikolari tiżgura li l-metodi ta' monitoraġġ huma stabbiliti għall-oġġetti kollha tad data elenkati fl-Anness IV li huma rilevanti fl-istallazzjoni, u li jintużaw is-sorsi tad-data l-aktar preċiżi skont it-taqsima 4 tal-Anness VII;

(h)

Referenza għall-proċeduri bil-miktub tal-attivitajiet ta' fluss ta' data u tal-attivitajiet ta' kontroll skont l-Artikolu 11(2), inkluż id-dijagrammi fejn xieraq għal kjarifika.

2.

Informazzjoni dwar subinstallazzjonijiet:

(a)

Għal kull subinstallazzjoni, referenza għall-proċedura biex jinżamm rekord tal-prodotti prodotti u l-kodiċi PRODCOM tagħhom;

(b)

Il-konfini tas-sistema ta' kull subinstallazzjoni, li jiddeskrivu b'mod ċar liema unitajiet tekniċi huma inklużi, deskrizzjoni tal-proċessi mwettqa u liema materjali u fjuwils ta' input, liema prodotti u outputs huma attribwiti lil liema subinstallazzjoni; fil-każ ta' subinstallazzjonijiet kumplessi, għandha tiġi inkluża dijagramma ta' fluss dettaljata separata għal dawk is-subinstallazzjonijiet;

(c)

Deskrizzjoni ta' partijiet ta' installazzjonijiet li jservu aktar minn subinstallazzjoni waħda, inklużi sistemi ta' provvista ta' sħana, bojlers u unitajiet CHP użati b'mod konġunt;

(d)

Għal kull subinstallazzjoni, fejn rilevanti, id-deskrizzjoni tal-metodi biex jiġu assenjati partijiet ta' installazzjonijiet li jservu aktar minn subinstallazzjoni waħda u l-emissjonijiet tagħhom għas-subinstallazzjonijiet rispettivi.

3.

Metodi ta' monitoraġġ fil-livell ta' installazzjoni:

(a)

Deskrizzjoni tal-metodi użati biex jiġi kkwantifikat il-bilanċ madwar l-installazzjoni kollha tal-importazzjoni, il-produzzjoni, il-konsum u l-esportazzjoni ta' sħana;

(b)

Il-metodu użat biex jiżgura li l-lakuni fid-data u l-għadd doppju jiġu evitati.

4.

Metodi ta' monitoraġġ fil-livell ta' subinstallazzjoni:

(a)

Deskrizzjoni tal-metodi użati biex jikkwantifikaw l-emissjonijiet diretti tagħha, inkluż, fejn applikabbli, il-metodu għall-kwantifikazzjoni tal-ammont assolut jew persentaġġ ta' flussi minn sors jew emissjonijiet immonitorjati b'metodoloġiji bbażati fuq kejl skont ir-Regolament (UE) Nru 601/2012 attribwit lill- subinstallazzjoni, fejn applikabbli;

(b)

Deskrizzjoni tal-metodi użati biex jiġu attribwiti u kkwantifikati l-ammonti u l-fatturi ta' emissjonijiet tal-input tal-enerġija mill-fjuwils, tal-esportazzjoni tal-enerġija li tinsab fil-fjuwils, fejn applikabbli;

(c)

Deskrizzjoni tal-metodi użati biex jiġu attribwiti u kkwantifikati l-ammonti u, jekk disponibbli, fatturi ta' emissjoni ta' importazzjoni, esportazzjoni, konsum u produzzjoni ta' sħana li tista' titkejjel, fejn applikabbli;

(d)

Deskrizzjoni tal-metodi użati biex jikkwantifikaw l-ammonti ta' konsum u l-produzzjoni tal-elettriku, u l-parti tal-konsum skambjabbli, fejn applikabbli;

(e)

Deskrizzjoni tal-metodi użati biex jiġu attribwiti u kkwantifikati l-ammonti, kontenuti ta' enerġija u fatturi ta' emissjoni ta' importazzjoni, esportazzjoni, konsum u produzzjoni ta' gass ta' skart, fejn applikabbli;

(f)

Deskrizzjoni tal-metodi użati biex jiġu attribwiti u kkwantifikati l-ammonti ta' CO2 ittrasferit importati jew esportati, fejn applikabbli;

(g)

Għal kull subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott, deskrizzjoni tal-metodi użati biex tkun ikkwantifikata l-produzzjoni annwali tal-prodott kif speċifikat fl-Anness I inkluż, jekk applikabbli, parametri addizzjonali meħtieġa kif provdut fl-Artikoli 19 u 20 u l-Annessi II u III;

Id-deskrizzjonijiet tal-metodi wżati biex jikkwantifikaw il-parametri li għandhom jiġu mmonitorjati u rrappurtati għandhom jinkludu, fejn rilevanti, stadji għall-kalkolu, sorsi ta' data, formuli ta' kalkolu, fatturi rilevanti ta' kalkolu inkluż unità ta' kejl, kontrolli orizzontali u vertikali għal data korroboranti, proċeduri li jirfdu l-pjanijiet tat-teħid ta' kampjuni, tagħmir ta' kejl użat b'referenza għad-dijagramma rilevanti u deskrizzjoni kif jiġu installati u miżmuma u lista ta' laboratorji involuti fit-twettiq tal-proċeduri analitiċi rilevanti. Fejn rilevanti, id-deskrizzjoni għandha tinkludi r-riżultat tal-valutazzjoni ssimplifikata ta' inċertezza msemmija fl-Artikolu 7 (2) (c). Għal kull formula ta' kalkolu rilevanti, il-pjan għandu jkun fih eżempju wieħed bl-użu ta' data reali.


ANNESS VII

Metodi ta' monitoraġġ tad-data

1.   KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Dan l-Anness jistabbilixxi metodi biex tkun stabbilita d-data meħtieġa għar-rappurtar tad-data elenkata fl-Anness IV fil-livell ta' installazzjoni, kif ukoll regoli għall-attribuzzjoni ta' dawn id-data għal subinstallazzjonijiet, bl-eċċezzjoni ta' data mmonitorjata skont pjan ta' monitoraġġ approvat mill- awtorità kompetenti skont ir-Regolament (UE) Nru 601/2012. Data ddeterminata skont ir-Regolament (UE) Nru 601/2012 għandha tintuża skont dan ir-Regolament fejn rilevanti.

2.   DEFINIZZJONIJIET

“Sett ta' data” għall-finijiet ta' dan l-Anness tfisser tip wieħed ta' data, jew fil-livell ta' installazzjoni jew fil-livell ta' subinstallazzjoni kif rilevanti fiċ-ċirkostanzi, bħal kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a)

l-ammont ta' fjuwils jew materjali kkunsmati jew prodotti minn proċess skont kif ikun rilevanti għall-metodoloġija ta' monitoraġġ ibbażata fuq kalkolu, rifless f'terajoules, il-massa f'tunnellati, jew għall-gassijiet bħala volum f'metri kubiċi normali, inkluż il-gassijiet ta' skart;

(b)

fattur ta' kalkolu kif użat mir-Regolament (UE) Nru 601/2012 (jiġifieri kompożizzjoni ta' materjal jew fjuwil jew gass ta' skart);

(c)

kwantità netta ta' sħana li tista' titkejjel, u l-parametri rilevanti meħtieġa biex ikun stabbilita din il-kwantità, b'mod partikolari:

fluss tal-massa ta' mezz ta' trasferiment ta' sħana, u

entalpija ta' mezz ta' trasferiment ta' sħana trażmess u mibgħut lura, kif speċifikat mill-kompożizzjoni, temperatura, pressjoni u saturazzjoni;

(d)

kwantitajiet ta' sħana li ma tistax titkejjel, speċifikata mill-kwantitajiet rilevanti ta' fjuwils użati għall-produzzjoni ta' sħana, u l-valur kalorifiku nett (NCV) ta' taħlita ta' fjuwil;

(e)

kwantitajiet ta' elettriku;

(f)

kwantitajiet ta' CO2 ttrasferiti bejn installazzjonijiet.

“Metodoloġija ta' determinazzjoni” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

metodoloġija li tidentifika, tiġbor u tipproċessa data diġà disponibbli fl-installazzjoni għal settijiet ta' data ta' data storika jew;

(b)

metodoloġija ta' monitoraġġ għal sett ta' data speċifiku bbażat fuq pjan ta' metodoloġija ta' monitoraġġ approvat.

Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta' “fluss minn sors”, “sors ta' emissjoni”, “riskju inerenti”, “riskju ta' kontroll” u “fattur ta' emissjoni” kif stabbilit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 601/2012.

3.   METODI ĠENERALI

3.1.   Metodi applikabbli

L-operatur għandu jiddetermina data għall-iskop li jikkompila rapport ta' bażi ta' data skont il-punt (a) tal-Artikolu 4(2) billi juża metodi li jinsabu f'dan l-Anness. Fejn dan l-Anness ma jiddeskrivix metodi applikabbli biex ikun stabbilit sett speċifiku ta' data, l-operatur għandu japplika metodu xieraq, suġġett għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-pjan ta' metodoloġija ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 6. Metodu għandu jitqies xieraq fejn l-operatur jiżgura li kwalunkwe kejl, analiżi, teħid ta' kampjuni, kalibrazzjonijiet u validazzjonijiet għad-determinazzjoni tas-sett ta' data speċifiku jitwettqu bl-applikazzjoni ta' metodi bbażati fuq standards EN korrispondenti. Fejn standards bħal dawn ma jkunux disponibbli, il-metodi għandhom ikunu bbażati fuq standards ISO adattati jew standards nazzjonali. Fejn ma jeżistu l-ebda standards applikabbli ppubblikati, għandhom jintużaw abbozzi ta' standards adatti, linji gwida dwar l-aqwa prattiki tal-industrija jew metodoloġiji oħra ppruvati xjentifikament, u għandu jiġi limitat il-preġudizzju fil-kampjunar u l-kejl.

3.2.   Approċċ għall-attribuzzjoni ta' data lil subinstallazzjonijiet

1.

Fejn data għal sett ta' data speċifiku ma tkunx disponibbli għal kull subinstallazzjoni, l-operatur għandu jipproponi metodu xieraq biex tiġi ddeterminata d-data meħtieġa għal kull subinstallazzjoni individwali, ħlief għal każijiet imsemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 10 3). Għal dan il-għan, wieħed mill-prinċipji li ġejjin għandu jiġi applikat skont liema minn dawn il-prinċipji jagħti riżultati aktar preċiżi:

(a)

meta prodotti differenti jkunu mmanifatturati wieħed wara l-ieħor fl-istess linja ta' produzzjoni, id-dħul, il-prodotti u l-emissjonijiet korrispondenti għandhom jiġu attribwiti b'mod sekwenzjali fuq il-ħin tal-użu kull sena għal kull subinstallazzjoni;

(b)

inputs, outputs u emissjonijiet korrispondenti għandhom ikunu attribwiti fuq il-bażi tal-massa jew il-volum tal-prodotti individwali prodotti jew stimi fuq il-bażi tal-proporzjon tal-entalpiji liberi ta' reazzjoni ta' dawk ir-reazzjonijiet kimiċi involuti jew fuq bażi ta' formola adattata ta' distribuzzjoni li hija korraborata minn metodoloġija xjentifika soda.

2.

Fejn bosta strumenti ta' kejl ta' kwalità differenti jikkontribwixxu għal riżultati ta' kejl, għandu jintuża wieħed minn dawn il-metodi biex tinqasam id-data fil-livell ta' installazzjoni fuq kwantitajiet ta' materjali, fjuwils, sħana li tista' titkejjel jew elettriku għal subinstallazzjonijiet:

(a)

Determinazzjoni tal-qasma bbażata fuq metodu ta' determinazzjoni, bħal subkejl, stima, korrelazzjoni, użati ugwalment għal kull subinstallazzjoni. Fejn is-somma tad-data tas-subinstallazzjoni hija differenti mid-data ddeterminata separatament għall-installazzjoni, għandu jiġi applikat “fattur ta' rikonċiljazzjoni” uniformi għal korrezzjoni uniformi biex tintlaħaq il-figura totali tal-installazzjoni kif ġej:

RecF = DInst DSI

(Ekwazzjoni 1)

fejn RecF huwa l-fattur ta' rikonċiljazzjoni, DInst huwa l-valur tad-data ddeterminat għall-installazzjoni kollha kemm hi, u DSI huma l-valuri tad-data għas-subinstallazzjonijiet differenti. Id-data għal kull subinstallazzjoni hija mbagħad ikkoreġuta kif ġej:

DSI,corr = DSI × RecF

(Ekwazzjoni 2)

(b)

Jekk id-data ta' subinstallazzjoni waħda biss mhix magħrufa jew ta' kwalità inferjuri mid-data ta' subinstallazzjonijiet oħra, data magħrufa ta' subinstallazzjoni tista' tiġi mnaqqsa mid-data totali ta' installazzjoni. Dan il-metodu huwa preferut biss għal subinstallazzjonijiet li jikkontribwixxu kwantitajiet iżgħar għall-allokazzjoni tal-installazzjoni.

3.3.   Strumenti jew proċeduri ta' kejl li mhumiex taħt il-kontroll tal-operatur

L-operatur jista' juża sistemi ta' kejl jew proċeduri analitiċi barra l-kontroll tal-operatur stess:

(a)

fejn l-operatur m'għandux l-istrument tal-kejl jew il-proċedura analitika tiegħu disponibbli għad-determinazzjoni ta' sett ta' data speċifiku;

(b)

fejn id-determinazzjoni ta' sett ta' data stabbilita mill-istrumenti ta' kejl tal-operatur stess jew mill-proċeduri analitiċi mhix teknikament fattibbli jew tista' twassal għal kostijiet mhux raġonevoli;

(c)

fejn l-operatur jista' juri b'sodisfazzjoni għall-awtorità kompetenti li s-sistema ta' kejl jew il-proċedura analitika barra l-kontroll tal-operatur tagħti riżultati aktar affidabbli u hija inqas suxxettibbli li tikkontrolla r-riskji.

Għal dak il-għan, l-operatur jista' jirrikorri għal wieħed mis-sorsi ta' dejta li ġejjin:

(a)

ammonti minn fatturi maħruġa minn sieħeb fin-negozju, bil-kundizzjoni li sseħħ tranżazzjoni kummerċjali bejn żewġ sħab indipendenti fin-negozju;

(b)

qari dirett mis-sistemi ta' kejl.

(c)

l-użu ta' korrelazzjonijiet empiriċi pprovduti minn korp kompetenti u indipendenti, bħal fornituri tat-tagħmir, fornituri ta' inġinerija jew laboratorji akkreditati.

3.4.   Metodi ta' determinazzjoni indiretti

Fejn ma jkun hemm l-ebda metodu ta' kejl jew approċċ ta' analiżi dirett għal sett ta' data meħtieġ, b'mod partikolari għal każijiet fejn sħana netta li tista' titkejjel tidħol fi proċessi ta' produzzjoni differenti, l-operatur għandu jipproponi l-użu ta' metodu ta' determinazzjoni indirett bħal:

(a)

kalkolu bbażat fuq proċess kimiku jew fiżiku magħruf, bl-użu ta' valuri ta' letteratura aċċettati xierqa għall-proprjetajiet kimiċi u fiżiċi ta' sustanzi involuti, fatturi stojkjometriċi xierqa u proprjetajiet termodinamiċi bħal entalpiji ta' reazzjoni, kif xieraq;

(b)

kalkolu bbażat fuq id-data tad-disinn tal-installazzjoni bħall-effiċjenzi tal-enerġija tal-unitajiet tekniċi jew il-konsum tal-enerġija ikkalkulat għal kull unità ta' prodott;

(c)

korrelazzjonijiet ibbażati fuq testijiet empiriċi biex ikunu stabbiliti l-valuri ta' stima għas-sett ta' data meħtieġa minn tagħmir mhux ikkalibrat jew minn data dokumentata fil-protokolli ta' produzzjoni. Għal dan il-għan l-operatur għandu jiżgura li l-korrelazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti tal-prattiki tajba tal-inġinerija u li tiġi applikata biss biex ikunu determinati valuri li jaqgħu fil-firxa li għaliha tkun ġiet stabbilita. L-operatur għandu jevalwa l-validità ta' dawn il-korrelazzjonijiet mill-inqas darba fis-sena.

4.   GĦAŻLA TA' METODOLOĠIJI TA' DETERMINAZZJONI U SORSI TA' DATA LI JIRRAPPREŻENTAW L-OGĦLA PREĊIŻJONI LI TISTA' TINTLAĦAQ

4.1.   Vijabbiltà teknika

Fejn operatur jiddikjara li l-applikazzjoni ta' metodoloġija ta' determinazzjoni speċifika mhix teknikament fattibbli, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-fattibilità teknika billi tikkunsidra l-ġustifikazzjoni tal-operatur. Dik il-ġustifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-fatt li l-operatur ikollu r-riżorsi tekniċi li jkunu kapaċi jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' sistema jew rekwiżit proposti li jkunu jistgħu jiġu implimentati fil-ħin meħtieġ għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Dawk ir-riżorsi tekniċi għandhom jinkludu d-disponibbiltà tat-tekniki u t-teknoloġija meħtieġa.

4.2.   Kostijiet irraġonevoli

Fejn operatur isostni li l-applikazzjoni ta' metodoloġija ta' determinazzjoni speċifika timplika kostijiet irraġonevoli, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta n-natura irraġonevoli tal-kostijiet, billi tikkunsidra l-ġustifikazzjoni tal-operatur.

L-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra spejjeż mhux raġonevoli meta l-istima tal-ispiża tal-operatur teċċedi l-benefiċċju ta' metodoloġija ta' determinazzjoni speċifika. Għal dak il-għan, il-benefiċċju għandu jiġi kkalkulat permezz tal-multiplikazzjoni ta' fattur ta' titjib bi prezz ta' referenza ta' EUR 20 għal kull kwota u l-kostijiet għandhom jinkludu perjodu ta' deprezzament xieraq ibbażat fuq it-tul tal-ħajja ekonomika tat-tagħmir, fejn applikabbli.

Il-fattur ta' titjib għandu jkun 1 % tal-allokazzjoni annwali tas-subinstallazzjoni determinata l-aktar reċentament mingħajr ħlas. B'deroga minn dan il-metodu ta' kalkolu, l-awtorità kompetenti tista' tippermetti lill-operaturi jiddeterminaw il-fattur ta' titjib bħala 1 % tal-ekwivalenti affettwat ta' CO2. L-ekwivalenti affettwat ta' CO2 għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin, skont il-parametru li għalih it-titjib tal-metodoloġija huwa kkunsidrat:

(a)

Fil-każ ta' fjuwil jew materjal li jkun fih karbonju, inkluż gassijiet ta' skart, l-emissjonijiet li jirriżultaw jekk il-karbonju li jinsab fil-kwantità annwali tal-fjuwil jew materjal kien ikkonvertit f'CO2;

(b)

Fil-każ ta' emissjonijiet immonitorjati permezz ta' metodoloġija bbażata fuq il-kejl, l-emissjonijiet annwali tas-sors ta'emissjoni rispettiv;

(c)

Fil-każ ta' sħana li tista' titkejjel, l-ammont annwali rispettiv ta' sħana li tista' titkejjel immultiplikat bil-parametru referenzjarju ta' sħana;

(d)

Fil-każ ta' sħana li ma tistax titkejjel, l-ammont annwali rispettiv ta' sħana li ma tistax titkejjel immultiplikat bil-parametru referenzjarju ta' fjuwil;

(e)

Fil-każ tal-elettriku, l-ammont annwali rispettiv tal-elettriku multiplikat bil-fattur speċifikat fl-Artikolu 22(3);

(f)

Fil-każ tal-kwantità ta' prodott li għalih japplika parametru referenzjarju ta' prodott, in-numru annwali preliminari ta' kwoti ta' emissjonijiet allokati mingħajr ħlas tas-subinstallazzjoni ddeterminat skont l-Artikolu 16(2) għall-ewwel sena tal-perjodu ta' allokazzjoni rispettiv. Fejn il-parametru referenzjarju ta' rilevanza għadu ma ġiex determinat skont l-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE, għandu jintuża l-parametru referenzjarju ta' rilevanza kif speċifikat fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Miżuri relatati mat-titjib tal-metodoloġija ta' monitoraġġ ta' installazzjoni m'għandhomx jitqiesu li jinvolvu kostijiet mhux raġonevoli sa ammont akkumulat ta' EUR 2 000 fis-sena. Għal installazzjonijiet b'emissjonijiet baxxi skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 601/2012 dak il-limitu għandu jkun ta' EUR 500 fis-sena.

4.3.   Proċess

Sabiex jiddetermina s-sorsi ta' data disponibbli l-aktar preċiżi, l-operatur għandu jagħżel is-sorsi ta' data l-aktar preċiżi li huma teknikament fattibbli u li ma jġorrux kostijiet mhux raġonevoli u li jiżguraw fluss ta' data ċar bl-inqas riskju inerenti u riskju ta' kontroll (minn hawn 'il quddiem imsejħa “sorsi ta' data primarji”). L-operatur għandu juża s-sorsi ta' data primarja għall-iskop ta' kompilazzjoni tar-rapport ta' bażi ta' data.

Sa fejn huwa fattibbli mingħajr ma jidħol f'kostijiet mhux raġonevoli, għall-iskop tas-sistema ta' kontroll skont l-Artikolu 11, l-operatur għandu jagħmel ħiltu biex jidentifika u juża sorsi jew metodi ta' data addizzjonali biex tiġi stabbilita data li tippermetti l-korroborazzjoni tas-sorsi ta' data primarji (minn hawn 'il quddiem imsejħa “sorsi ta' data korroboranti”). Is-sorsi ta' data korroboranti magħżula, jekk ikun hemm, għandhom jiġu dokumentati permezz tal-proċeduri bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 11(2) u fil-pjan ta' metodoloġija ta' monitoraġġ.

Għall-għażla tas-sorsi primarji ta' data, l-operatur għandu jqabbel is-sorsi ta' data kollha disponibbli għall-istess sett ta' data billi juża s-sorsi ta' data ġeneriċi elenkati f'sezzjonijiet 4.4 sa 4.6 u juża wieħed mis-sorsi ta' data kklassifikati l-aktar għolja li huma kkunsidrati bħala sorsi ta' data l-aktar preċiżi. F'każ biss li xi waħda mid-derogi skont l-Artikolu 7(2) tapplika, jistgħu jintużaw sorsi oħra ta' data. F'każ bħal dan, is-sors ta' data kklassifikat l-aktar għoli li jmiss għandu jiġi applikat sakemm ma jkunx teknikament fattibbli, iġarrab kostijiet mhux raġonevoli jew sors ta' data ieħor ikollu livell ekwivalenti jew inqas ta' inċertezza assoċjata. Fejn meħtieġ, jistgħu jiġu kkunsidrati aktar sorsi ta' data.

Għall-għażla tas-sorsi ta' data korroboranti, l-operatur għandu jqabbel is-sorsi ta' data kollha disponibbli għall-istess sett ta' data bl-użu ta' sorsi ta' data ġeneriċi elenkati f'taqsimiet 4.4 sa 4.6 u juża sors ta' data disponibbli għajr is-sors ta' data l-aktar preċiż disponibbli.

Għall-għażla ta' sorsi ta' data sabiex tiġi ddeterminata d-data kollha meħtieġa skont l-Anness IV, l-operatur għandu jagħżel it-tipi ewlenin ta' settijiet ta' data li ġejjin kif ġej:

(a)

Għad-determinazzjoni tal-kwantitajiet ta' prodotti, fjuwils u materjali oħra l-operatur għandu jqis is-sorsi ta' data ġeneriċi u l-ġerarkija tagħhom kif stabbilit fis-sezzjoni 4.4 ta' dan l-Anness;

(b)

Għad-determinazzjoni tal-kwantitajiet ta' flussi ta' enerġija (sħana li tista' titkejjel jew li ma tistax titkejjel, l-elettriku) l-operatur għandu jqis is-sorsi ta' data ġeneriċi u l-ġerarkija tagħhom kif stabbilit fit-taqsima 4.5 ta' dan l-Anness;

(c)

Għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet ta' prodotti, fjuwils u materjali oħrajn, l-operatur għandu jqis is-sorsi ta' data ġeneriċi u l-ġerarkija tagħhom kif stabbilit fit-taqsima 4.6 ta' dan l-Anness.

Għall-iskop li jitjieb il-pjan ta' metodoloġija ta' monitoraġġ, l-operatur għandu jivverifika regolarment u mill-inqas darba fis-sena, jekk sorsi tad-data ġodda sarux disponibbli. Fil-każ li sorsi ta' data ġodda bħal dawn jitqiesu aktar preċiżi skont il-klassifikazzjoni deskritta f'sezzjonijiet 4.4 sa 4.6, għandhom jiġu applikati u l-pjan ta' metodoloġija ta' monitoraġġ għandu jinbidel skont l-Artikolu 9.

4.4.   Għażla ta' sorsi ta' data għall-kwantifikazzjoni ta' materjali u fjuwils

Għandhom jintużaw s-sorsi ta' data ġeneriċi li ġejjin li għandhom jagħżlu l-aktar sorsi preċiżi ta' data disponibbli biex jiġu kkwantifikati l-ammonti (riflessi bħala tunnellati jew Nm3) ta' materjali, fjuwils, gassijiet ta' skart jew prodotti li jidħlu jew joħorġu mill-installazzjoni, jew kwalunkwe subinstallazzjoni:

(a)

Metodi skont il-pjan ta' monitoraġġ approvat skont ir-Regolament (UE) Nru 601/2012;

(b)

Qari ta' strumenti tal-kejl soġġetti għal kontroll metroloġiku legali nazzjonali jew strumenti ta' kejl konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2014/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jew Direttiva 2014/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għal determinazzjoni diretta ta' sett ta' data;

(c)

Qari ta' strumenti tal-kejl taħt il-kontroll tal-operatur għal determinazzjoni diretta ta' sett ta' data li ma jaqax taħt il-punt (b);

(d)

Qari ta' strumenti tal-kejl mhux taħt il-kontroll tal-operatur għad-determinazzjoni diretta ta' sett ta' data li ma jaqax taħt il-punt (b);

(e)

Qari ta' strumenti tal-kejl għal determinazzjoni indiretta ta' sett ta' data, sakemm korrelazzjoni xierqa bejn il-kejl u s-sett ta' data in kwistjoni hija stabbilita f'konformità mat-taqsima 3.4;

(f)

Metodi oħra, b'mod partikolari għal data storika jew fejn l-ebda sors ta' data ieħor ma jista' jiġi identifikat mill-operatur bħala disponibbli.

Għall-għażla ta' sorsi ta' data għall-fini tal-Artikolu 7(1), is-sorsi ta' data elenkati fil-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu biss jitqiesu li jirrappreżentaw sorsi ta' data l-aktar preċiżi filwaqt li s-sors ta' data li għalih jagħmel referenza il-punt (a) ta' dak il-paragrafu għandu jintuża sal-punt li jkopri s-sett ta' data rispettiv. Is-sorsi ta' data msemmija fil-punti (c) sa (f) tal-ewwel paragrafu huma kkunsidrati inqas preċiżi fl-ordni ġerarkiku minn fuq għal isfel minn punt (c) sa punt (f).

4.5.   Għażla ta' sorsi ta' data għall-kwantifikazzjoni tal-flussi ta' enerġija

Is-sorsi ta' data ġeneriċi li ġejjin għandhom jintużaw biex jintgħażlu s-sorsi tad-data l-aktar preċiżi disponibbli li jikkwantifikaw ammonti, riflessi bħala TJ jew GWh, ta' sħana li tista' titkejjel jew elettriku li jidħol jew joħroġ mill-istallazzjoni, jew kwalunkwe subinstallazzjoni:

(a)

Qari ta' strumenti tal-kejl soġġetti għal kontroll metroloġiku legali nazzjonali jew strumenti tal-kejl konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2014/31/UE jew id-Direttiva 2014/32/UE għal determinazzjoni diretta ta' sett ta' data;

(b)

Qari ta' strumenti tal-kejl taħt il-kontroll tal-operatur għal determinazzjoni diretta ta' sett ta' data li ma jaqax taħt il-punt a;

(c)

Qari ta' strumenti tal-kejl mhux taħt il-kontroll tal-operatur għad-determinazzjoni diretta ta' sett ta' data li ma jaqax taħt il-punt a;

(d)

Qari ta' strumenti tal-kejl għal determinazzjoni indiretta ta' sett ta' data, sakemm korrelazzjoni xierqa bejn il-kejl u s-sett ta' data in kwistjoni tkun stabbilita f'konformità mat-taqsima 3.4 ta' dan l-Anness;

(e)

Kalkolu ta' proxy għall-ammonti netti determinanti ta' sħana li tista' titkejjel skont il-metodu 3 tas-sezzjoni 7.2;

(f)

Metodi oħra, b'mod partikolari għal data storika jew fejn l-ebda sors ta' data ieħor ma jista' jiġi identifikat mill-operatur bħala disponibbli.

Għall-għażla ta' sorsi ta' data għall-fini tal-Artikolu 7(1), is-sors ta' data msemmi fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu biss huwa kkunsidrat li jirrappreżenta sorsi ta' data l-aktar preċiżi. Is-sorsi ta' data msemmija fil-punti (b) sa (f) tal-ewwel paragrafu huma kkunsidrati inqas preċiżi fl-ordni ġerarkika li tinżel mill-punt (b) sa punt (f).

Għal sitwazzjonijiet fejn ma hemm l-ebda informazzjoni disponibbli għal xi parametri (bħat-temperatura u l-ammont ta' kondensat irritornat) meħtieġa biex jiġu determinati flussi netti ta' sħana li tista' titkejjel, id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 7 għandhom jiġu applikati. Skont is-sezzjoni 7, bosta parametri jeħtieġu li jiġu ddeterminati sabiex jirriżultaw f'ammonti netti annwali ta' sħana li tista' titkejjel. Għalhekk ir-riżultat globali għall-ammont nett annwali ta' sħana għandu jitqies bħala l-għan tal-valutazzjoni ssimplifikata ta' inċertezza skont il-punt (c) tal-Artikolu 7(2) għall-għażla tal-metodi msemmija f'punti (b) sa (f) tal-ewwel paragrafu meta hemm devjazzjoni mill-għażla ta' sorsi ta' data li jirrappreżentaw sorsi tad-data l-aktar preċiżi.

4.6.   Għażla ta' sorsi ta' data għall-proprjetajiet tal-materjali

Is-sorsi ta' data ġeneriċi li ġejjin għandhom jiġu magħżula permezz ta' għażla ta' sorsi ta' data disponibbli l-aktar preċiżi sabiex jiġu ddeterminati proprjetajiet bħal umdità jew purità ta' sustanza, kontenut ta' karbonju, valur kalorifiku nett, kontenut ta' bijomassa, eċċ. ta' prodotti, materjali, fjuwils jew gassijiet ta' skart bħala inputs jew outputs tal-installazzjoni jew subinstallazzjoni:

(a)

Metodi biex ikunu stabbiliti fatturi ta' kalkolu skont il-pjan ta' monitoraġġ approvat skont ir-Regolament (UE) Nru 601/2012;

(b)

Analiżi tal-laboratorju skont is-sezzjoni 6.1 ta' dan l-Anness;

(c)

Analiżi tal-laboratorju ssimplifikati skont is-sezzjoni 6.2 ta' dan l-Anness.

(d)

Valuri kostanti bbażati fuq wieħed mis-sorsi ta' data li ġejjin:

fatturi standard użati mill-Istat Membru għas-sottomissjoni tal-inventarju nazzjonali tiegħu lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima;

valuri tal-letteratura miftiehma mal-awtorità kompetenti, inkluż fatturi standard ippubblikati mill-awtorità kompetenti, li jkunu kompatibbli ma' fatturi msemmija skont is-subpunt preċedenti, iżda huma rappreżentattivi ta' flussi minn sorsi ta' fjuwils iżjed diżaggregati;

valuri speċifikati u ggarantiti mill-fornitur ta' fjuwil jew materjal fejn l-operatur jista' juri b'sodisfazzjoni għall-awtorità kompetenti li l-kontenut tal-karbonju juri intervall ta' kunfidenza ta' 95 % ta' mhux iżjed minn 1 %;

(e)

Valuri kostanti bbażati fuq wieħed mis-sorsi ta' data li ġejjin:

fatturi standard u fatturi stojkjometriċi elenkati fl-Anness VI għar-Regolament (UE) Nru 601/2012 jew elenkati fil-linji gwida tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC);

valuri bbażati fuq analiżijiet imwettqa fl-imgħoddi, fejn l-operatur jista' juri b'sodisfazzjon għall-awtorità kompetenti li dawk il-valuri huma rappreżentattivi għal lottijiet tal-ġejjieni tal-istess fjuwil jew materjal.

Valuri oħra bbażati fuq evidenza xjentifika.

Għall-għażla ta' sorsi ta' data għall-fini tal-Artikolu 7(1), is-sorsi ta' data msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu biss huma kkunsidrati li jirrappreżentaw sorsi ta' data l-aktar preċiżi filwaqt li s-sors ta' data li għalih jagħmel referenza il-punt (a) ta' dak il-paragrafu għandu jintuża sal-punt li jkopri s-sett ta' data rispettiv. Is-sorsi ta' data msemmija fil-punti (c) sa (f) tal-ewwel paragrafu huma kkunsidrati inqas preċiżi fl-ordni ġerarkika li tinżel mill-punt (c) sa punt (e).

5.   METODI BIEX IKUN STABBILITI L-KWANTITAJIET ANNWALI TA' MATERJALI U FJUWILS

Fejn l-operatur għandu jiddetermina kwantitajiet annwali ta' fjuwils jew materjali, inkluż prodotti relatati mas-subinstallazzjoni ta' parametru ta' referenza ta' prodott, l-operatur għandu jiddetermina kwantitajiet bħal dawn fil-livell tal-installazzjoni jew għal kull subinstallazzjoni rilevanti, kif meħtieġ, permezz ta' wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)

abbażi ta' kejl kontinwu fil-proċess fejn il-materjal jiġi kkonsmat jew prodott;

(b)

abbażi tal-aggregazzjoni ta' kejl ta' kwantitajiet imwassla jew prodotti b'mod separat b'kunsiderazzjoni tat-tibdil rilevanti tal-ħażniet.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel paragrafu, il-kwantità ta' fjuwil jew materjal ikkonsmati matul is-sena kalendarja fl-installazzjoni jew subinstallazzjoni għandha tiġi kkalkulata bħala l-kwantità ta' fjuwil jew materjal importat matul is-sena kalendarja, li minnha jitnaqqas il-fjuwil jew materjal esportat, flimkien mal-kwantità ta' fjuwil jew materjal fl-istokk fil-bidu tas-sena kalendarja, li minnha titnaqqas il-kwantità ta' fjuwil jew materjal fl-istokk fi tmiem is-sena kalendarja.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel paragrafu, il-kwantità ta' fjuwil jew materjal esportat matul is-sena kalendarja għandha tiġi kkalkulata bħala l-kwantità ta' prodott jew materjal esportat matul il-perjodu ta' rapportar, li minnha titnaqqas il-kwantità importata jew riċiklata fil-proċess, li minnha titnaqqas il-kwantità ta' prodott jew materjal fl-istokk fil-bidu tas-sena kalendarja, miżjuda ibl-kwantità ta' prodott jew materjal fl-istokk fi tmiem is-sena kalendarja.

Fejn teknikament ma jkunx vijabbli jew jista' jimplika kostijiet irraġonevoli għad-determinazzjoni tal-kwantitajiet li jkun hemm fil-ħażna permezz ta' kejl dirett, l-operatur jista' jagħmel stima ta' dawk il-kwantitajiet fuq bażi ta' waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

data mis-snin ta' qabel u korrelatata ma' livelli ta' attività xierqa għall-perjodu ta' rappurtar;

(b)

proċeduri ddokumentati u d-dejta rispettiva f'dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati għall-perjodu ta' rapportar.

Fejn id-determinazzjoni tal-kwantitajiet ta' prodotti, materjali jew fjuwils għas-sena kalendarja sħiħa ma tkunx teknikament vijabbli jew tista' timplika kostijiet irraġonevoli, l-operatur jista' jagħżel il-jum l-iżjed xieraq li jkun imiss sabiex jissepara sena ta' rapportar mis-sena ta' wara, u jirrikonċilja skont kif ikun xieraq mas-sena kalendarja meħtieġa. Id-devjazzjonijiet involuti għal prodott, materjal jew fjuwil wieħed jew aktar għandhom jiġu rreġistrati b'mod ċar, jifformaw il-bażi ta' valur rappreżentattiv għas-sena kalendarja, u jiġu kkunsidrati b'mod konsistenti b'rabta mas-sena li jkun imiss.

6.   REKWIŻITI GĦAL ANALIŻI FIL-LABORATORJU U TEĦID TA' KAMPJUNI RELATAT

6.1.   Rekwiżiti għal analiżi fil-laboratorju

Fejn l-operatur irid iwettaq analiżi tal-laboratorju biex jiddetermina l-proprjetajiet (inkluż umdità, purità, konċentrazzjoni, kontenut ta' karbonju, frazzjoni tal-bijomassa, valur kalorifiku nett, densità) ta' prodotti, materjali, fjuwils jew gassijiet ta' skart, jew biex jistabbilixxu korrelazzjonijiet bejn parametri għall-skop ta' determinazzjoni indiretta tad-data meħtieġa, l-analiżi għandha titwettaq skont l-Artikoli 32 sa 35 tar-Regolament (UE) Nru 601/2012, billi jintuża pjan approvat ta' kampjunar biex jiżgura li l-kampjuni huma rappreżentattivi għal-lott li magħhom huma relatati. Fejn l-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 601/2012 ma jipprovdix frekwenza minima xierqa ta' analiżi għal prodott partikolari, materjal jew fjuwil, l-operatur għandu jipproponi frekwenza ta' analiżi xierqa għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti bbażata fuq informazzjoni dwar l-eteroġeneità tal-prodott, materjal jew fjuwil.

6.2.   Rekwiżiti simplifikati għal ċerti analiżi tal-laboratorju

Fejn l-operatur jipprovdi evidenza b'sodisfazzjon għall-awtorità kompetenti li l-analiżijiet skont is-sezzjoni 6.1 mhumiex teknikament fattibbli jew se jirriżultaw f'kostijiet mhux raġonevoli, l-operatur għandu jwettaq l-analiżi meħtieġa bbażata fuq l-aħjar prattika tal-industrija, jew juża proxies stabbiliti, b'korrelazzjoni empirika ma' parametru aċċessibbli eħfef, iddeterminat mill-inqas darba fis-sena skont it-taqsima 6.1.

7.   REGOLI BIEX TKUN STABBILITA S-SĦANA NETTA LI TISTA' TITKEJJEL

7.1.   Prinċipji

L-ammonti kollha speċifikati ta' sħana li tista' titkejjel għandhom dejjem jirreferu għal ammont nett ta' sħana li tista' titkejjel, iddeterminata bħala l-kontenut ta' sħana (entalpija) tal-fluss ta' sħana trażmess lill-proċess li jikkonsma s-sħana jew utent estern nieqes il-kontenut ta' sħana tal-fluss ta' ritorn.

Il-proċessi li jikkunsmaw is-sħana meħtieġa għat-tħaddim tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni tas-sħana, bħal deaerators, it-trattament tal-ilma u blow offs regolari, għandhom jitqiesu fl-effiċjenza tas-sistema ta' sħana u għalhekk ma jistgħux jitqiesu bħala proċessi li jikkunsmaw is-sħana eliġibbli għal allokazzjoni.

Fejn l-istess mezz ta' sħana jintuża minn diversi proċessi konsekuttivi u s-sħana tiegħu tiġi kkonsmata billi tibda minn livelli differenti ta' temperatura, il-kwantità ta' sħana kkonsmata minn kull proċess li jikkonsma s-sħana għandha tiġi determinata separatament, sakemm il-proċessi ma jaqgħux taħt l-istess subinstallazzjoni. It-tisħin mill-ġdid tal-mezz ta' trasferiment bejn proċessi konsekuttivi li jikkonsmaw is-sħana għandu jiġi ttrattat bħala produzzjoni ta' sħana addizzjonali.

Fejn sħana tintuża biex tipprovdi tkessiħ permezz ta' proċess ta' tkessiħ ta' assorbiment, dak il-proċess ta' tkessiħ għandu jitqies bħala l-proċess li jikkonsma sħana.

7.2.   Metodoloġiji biex ikunu stabbiliti l- ammonti netti ta' sħana li tista' titkejjel

Għall-iskop ta' għażla ta' sorsi ta' data għall-kwantifikazzjoni ta' flussi ta' enerġija skont it-taqsima 4.5, għandhom jiġu kkunsidrati l-metodoloġiji li ġejjin biex ikunu determinati l-ammonti netti ta' sħana li tista' titkejjel:

Metodu 1: Użu ta' kejl

Skont dan il-metodu, l-operatur ikejjel il-parametri rilevanti kollha, b'mod partikolari t-temperatura, il-pressjoni, l-istat tat-trażmissjoni kif ukoll il-mezz ta' ritorn ta' sħana. L-istat tal-mezz f'każ ta' stim għandu jirreferi għas-saturazzjoni jew il-grad ta' sħana eċċessiva (superheating) tiegħu. Barra minn hekk, l-operatur ikejjel ir-rata tal-fluss (volumetriku) tal-mezz ta' trasferiment ta' sħana. Ibbażat fuq il-valuri mkejla, l-operatur jiddetermina l-entalpija u l-volum speċifiku tal-mezz ta' trasferiment ta' sħana billi juża tabella tal-istim jew softwer tal-inġinerija adattati.

Ir-rata tal-fluss tal-massa tal-mezz hija kkalkulata hekk

Image 1

(Ekwazzjoni 3)

Fejn ṁ hija r-rata tal-fluss tal-massa f'kg/s, V hija r-rata tal-fluss volumetriku f'm3/s u υ hija l-volum speċifiku f'm3/kg.

Peress li r-rata tal-fluss tal-massa hija kkunsidrata l-istess għal mezz ta' trażmissjoni u ta' ritorn, ir-rata tal-fluss ta' sħana tiġi kkalkulata bl-użu tad-differenza f'entalpija bejn il-fluss trażmess u r-ritorn, kif ġej:

Image 2

= (hflow hreturn ) ·

(Ekwazzjoni 4)

Fejn Q hija r-rata ta' fluss ta' sħana f'kJ/s, hflow hija entalpija tal-fluss trażmess f'kJ/kg, hreturn hija l-entalpija tal-fluss tar-ritorn f'kJ/kg, u ṁ hija r-rata tal-fluss tal-massa f'kg/s.

Fil-każ ta' stim jew ilma sħun użat bħala mezz ta' trasferiment ta' sħana, fejn il-kondensat ma jiġix irritornat, jew fejn mhuwiex fattibbli li tiġi stmata l-entalpija tal-kondensat ritornat, l-operatur għandu jiddetermina l-hreturn ibbażat fuq temperat ta' 90 °C.

Jekk ir-rati tal-fluss tal-massa huma magħrufa li mhumiex identiċi, għandu japplika dan li ġej:

Fejn l-operatur jipprovdi evidenza b'sodisfazzjoni għall-awtorità kompetenti li l-kondensat jibqa' fil-prodott (eż. fi proċessi ta' “injezzjonijiet ħajjin tal-istim” (“life steam injection”)), l-ammont rispettiv ta' entalpija tal-kondensat ma jitnaqqasx;

Fejn il-mezz ta' trasferiment ta' sħana hu magħruf li jintilef (eż. minħabba tnixxijiet jew drenaġġ), stima għall-fluss tal-massa rispettiv għandha titnaqqas mill-fluss tal-massa tal-mezz għat-trasferiment ta' sħana trażmessa.

Biex ikun stabbilit il-fluss nett annwali ta' sħana mid-data ta' hawn fuq, l-operatur għandu – soġġett għat-tagħmir tal-kejl u l-ipproċessar ta' data disponibbli, juża wieħed mill-metodi li ġejjin:

Jiddetermina l-valuri medji annwali għall-parametri li jiddeterminaw l-entalpija medja annwali tal-mezz ta' sħana trażmessa u ta' ritorn, u jimmoltiplika bil-fluss totali tal-massa annwali, bl-użu ta' ekwazzjoni 4;

Jiddetermina l-valuri ta' kull siegħa tal-fluss ta' sħana u jżid dawk il-valuri matul il-ħin operattiv totali annwali tas-sistema ta' sħana. Soġġett għas-sistema tal-ipproċessar ta' data, il-valuri ta' kull siegħa jistgħu jiġu sostitwiti b'intervalli ta' żmien oħra kif xieraq.

Metodu 2: Użu ta' dokumentazzjoni

L-operatur jistabbilixxi ammonti netti ta' sħana li tista' titkejjel ibbażata fuq dokumenti skont is-sezzjoni 4.6 ta' dan l-Anness, sakemm il-kwantitajiet ta' sħana pprovduti f'dawn id-dokumenti huma bbażati fuq kejl, jew fuq metodi raġonevoli ta' stima skont it-taqsima 3.4 ta' dan l-Anness.

Metodu 3: Kalkolu ta' proxy ibbażat fuq l-effiċjenza mkejla

L-operatur jistabbilixxi ammonti ta' sħana netta li tista' titkejjel ibbażata fuq l-input tal-fjuwil u l-effiċjenza mkejla relatata mal-produzzjoni ta' sħana:

Q = ηΗ · EIN

(Ekwazzjoni 5)

EIN = Σ ADi · NCVi

(Ekwazzjoni 6)

Fejn Q hija l-ammont ta' sħana rifless f'TJ, ηΗ hija l-effiċjenza mkejla tal-produzzjoni ta' sħana, EIN hija l-input tal-enerġija mill-fjuwils, ADi huma d-data ta' attività annwali (jiġifieri kwantitajiet ikkonsmati) ta' fjuwils i, u NCVi il-valuri kalorifiċi netti tal-fjuwils i.

Il-valur ta' ηΗ huwa mkejjel mill-operatur fuq perjodu raġonevolment twil, li jqis biżżejjed l-istati tat-tagħbija differenti tal-installazzjoni jew meħuda mid-dokumentazzjoni tal-manifattur. F'dan ir-rigward il-kurva tat-tagħbija parzjali speċifika għandha titqies permezz tal-użu ta' fattur ta' tagħbija annwali:

LF = EIN /EMax

(Ekwazzjoni 7)

Fejn LF huwa l-fattur tat-tagħbija, EIN l-input tal-enerġija kif determinat bl-Ekwazzjoni 6 matul is-sena kalendarja, u EMax l-input massimu tal-fjuwil jekk l-unità li tipproduċi s-sħana kienet qed taħdem b'tagħbija nominali ta'100 % għas-sena kalendarja sħiħa.

L-effiċjenza għandha tkun ibbażata fuq sitwazzjoni li fiha l-kondensat kollu jiġi rritornat. Għandha tiġi preżunta temperatura ta' 90 °C għall-kondensat irritornat.

Metodu 4: Kalkolu ta' proxy ibbażat fuq l-effiċjenza ta' referenza

Dan il-metodu huwa identiku għall-metodu 3, iżda bl-użu ta' effiċjenza ta' referenza ta' 70 % (ηRef,H  = 0,7) fl-Ekwazzjoni 5.

7.3.   Distinzjoni bejn tisħin distrettwali, sħana EU ETS u sħana mhux EU ETS

Fejn installazzjoni timporta s-sħana li tista' titkejjel, l-operatur għandu jiddetermina b'mod separat il-kwantità ta' sħana li ġejja minn installazzjonijiet koperti minn EU ETS, u s-sħana importata minn entitajiet mhux EU ETS. Fejn installazzjoni tikkonsma sħana li tista' titkejjel esportata minn subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott ta' aċidu nitriku, l-operatur għandu jiddetermina dak l-ammont ta' sħana kkonsmata separatament minn sħana oħra li tista' titkejjel.

Fejn installazzjoni tesporta s-sħana li tista' titkejjel, l-operatur għandu jiddetermina b'mod separat il-kwantità ta' sħana esportata lejn installazzjonijiet koperti minn EU ETS, u s-sħana esportata lejn entitajiet mhux EU ETS. Barra minn hekk, l-operatur għandu jiddetermina b'mod separat kwantitajiet ta' sħana li jikkwalifikaw bħala tisħin distrettwali.

8.   REGOLI GĦALL-ASSENJAZZJONI TA' FJUWILS U EMISSJONIJIET TA' PRODUZZJONI KKOMBINATA TA' SĦANA U ENERĠIJA (CHP) BIL-GĦAN LI JIĠU AĠĠORNATI L-VALURI TA' PARAMETRU REFENZJARJU.

Din is-sezzjoni tapplika għal sitwazzjonijiet fejn operatur, bil-għan li jaġġorna l-valuri ta' parametru refenzjarju, għandu jattribwixxi inputs, outputs u emissjonijiet ta' unitajiet ta' koġenerazzjoni għal subinstallazzjonijiet.

Għall-finijiet ta' din it-taqsima, “koġenerazzjoni” tintuża kif definit fil-punt (30) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

L-emissjonijiet ta' unità ta' koġenerazzjoni huma stabbiliti kif ġej

EmCHP = Σ ADi · NCVi · EFi + EmFGC

(Ekwazzjoni 8)

Fejn EmCHP huma l-emissjonijiet annwali tal-unità ta' koġenerazzjoni riflessi bħala t CO2, Adii huma d-data tal-attività annwali (jiġifieri l-kwantitajiet ikkonsmati) tal-fjuwils i użati għall-unità CHP riflessi f'tunnellati jew Nm3, NCVi il-valuri kalorifiċi netti tal-fjuwils i riflessi f'TJ/t jew TJ/Nm3, u EFi il-fatturi ta' emissjoni tal-fjuwils i riflessi f't CO2/TJ. EmFGC huma emissjonijiet tal-proċess mit-tindif tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija rifless f't CO2.

L-input tal-enerġija għall-unità CHP huwa kkalkulat skont l-Ekwazzjoni 6. L-effiċjenzi medji annwali rispettivi tal-produzzjoni ta' sħana u tal-elettriku (jew enerġija mekkanika, jekk applikabbli) huma kkalkulati kif ġej:

ηheat = Qnet /EIN

(Ekwazzjoni 9)

ηel = Eel /EIN

(Ekwazzjoni 10)

Fejn ηheat (mingħajr dimensjoni) huwa l-effiċjenza medja annwali tal-produzzjoni ta' sħana, Qnet huwa l-ammont nett annwali ta' sħana prodotta mill-unità ta' koġenerazzjoni riflessa bħala TJ kif determinat skont it-taqsima 7.2, EIN l- input tal-enerġija kif determinat bl-ekwazzjoni 6 riflessa bħala TJ, ηel (mingħajr dimensjoni) hija l-effiċjenza medja annwali tal-produzzjoni tal-elettriku, u Eel il-produzzjoni annwali netta tal-elettriku tal-unità ta' koġenerazzjoni, riflessa bħala TJ.

Fejn l-operatur jipprovdi evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li d-determinazzjoni tal-effiċjenzi ηheat u ηel mhix teknikament vijabbli jew tista' ġġarrab kostijiet mhux raġonevoli, għandhom jintużaw valuri bbażati fuq dokumentazzjoni teknika (valuri tad-disinn) tal-installazzjoni. Jekk dawn il-valuri mhumiex disponibbli, għandhom jintużaw valuri konservattivi awtomatiċi ta' ηheat  = 0,55 u ηel  = 0,25.

Il-fatturi ta' attribuzzjoni għas-sħana u l-elettriku mis-CHP huma kkalkulati kif ġej

Formula

(Ekwazzjoni 11)

Formula

(Ekwazzjoni 12)

Fejn FCHP,Heat huwa l-fattur ta' attribuzzjoni għas-sħana u FCHP,El huwa l-fattur ta' attribuzzjoni għall-elettriku (jew enerġija mekkanika, jekk applikabbli), it-tnejn riflessi mingħajr dimensjoni ηref, heat , hija l-effiċjenza ta' referenza għall-produzzjoni ta' sħana f'bojler stand-alone, u ηref,el l-effiċjenza ta' referenza tal-produzzjoni tal-elettriku mingħajr koġenerazzjoni. Għall-effiċjenzi ta' referenza l-operatur għandu japplika l-valuri speċifiċi tal-fjuwil xierqa skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2402 (4) mingħajr l-applikazzjoni tal-fatturi ta' korrezzjoni għal telf mill-grilja evitat fl-Anness IV għal dak ir-Regolament.

Għall-attribuzzjoni tal-input ta' enerġija jew emissjonijiet tal-unità ta' koġenerazzjoni għall-produzzjoni ta' sħana u elettriku (jew enerġija mekkanika, jekk applikabbli), l-operatur għandu jimmultiplika l-input totali tal-enerġija jew emissjonijiet bil-fattur ta' attribuzzjoni rispettiv għas-sħana jew l-elettriku.

Il-fattur ta' emissjoni speċifiku ta' sħana li tista' titkejjel relatata mas-CHP li għandu jintuża għall-attribuzzjoni ta' emissjonijiet relatati mas-sħana lil subinstallazzjonijiet skont is-sezzjoni 10.1.2 huwa kkalkulat kif ġej

EF(CHP,Heat) = EmCHP · F(CHP,Heat)/Qnet

(Ekwazzjoni 13)

Fejn l-EFCHP, heat , huwa l-fattur ta' emissjoni għall-produzzjoni ta' sħana li tista'titkejjel fl-unità ta' koġenerazzjoni riflessa bħala t CO2/TJ.

9.   PROĊEDURA GĦALL-ITTREKKJAR TAL-KODIĊIJIET TA' PRODOTTI PRODCOM

Għall-iskop ta' attribuzzjoni korretta ta' data lil subinstallazzjonijiet, l-operatur għandu jżomm lista tal-prodotti kollha prodotti fl-installazzjoni u l-kodiċijiet applikabbli tagħhom PRODCOM, ibbażati fuq NACE rev. 2. Ibbażat fuq din il-lista, l-operatur għandu:

Prodotti ta' attribut u ċ-ċifri tal-produzzjoni annwali tagħhom għal subinstallazzjonijiet ta' parametru referenzjarju ta' prodott skont id-definizzjonijiet tal-prodotti pprovduti fl-Anness I fejn xieraq;

Jieħu din l-informazzjoni in kunsiderazzjoni għall-attribuzzjoni ta' inputs, outputs u emissjonijiet b'mod separat lil subinstallazzjonijiet relatati ma' setturi esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju jew li mhumiex esposti għal dan ir-riskju, skont l-Artikolu 10.

Għal dan il-għan, l-operatur għandu jistabbilixxi, jiddokumenta, jimplimenta u jżomm proċedura għall-verifika regolari jekk il-prodotti prodotti fl-installazzjoni humiex konformi mal-kodiċijiet PRODCOM applikati meta jiġi stabbilit il-pjan ta' metodoloġija ta' monitoraġġ. Barra minn hekk, din il-proċedura għandha tinkludi dispożizzjonijiet biex tidentifika jekk l-installazzjoni ipproduċitx prodott ġdid għall-ewwel darba, u biex tiżgura li l-operatur jiddetermina l-kodiċi applikabbli PRODCOM għall-prodott il-ġdid, iżidu mal-lista ta' prodotti u jattribwixxi inputs, outputs u emissjonijiet relatati għas-subinstallazzjoni xierqa.

10.   REGOLI BIEX JIĠU DDETERMINATI L-EMISSJONIJIET FIL-LIVELL TAS-SUB-INSTALLAZZJONI BIL-GĦAN LI JIĠU AĠĠORNATI L-VALURI TA' PARAMETRU REFENZJARJU

10.1.   Emissjonijiet fil-livell ta' subinstallazzjoni

Għall-fini tal-Artikolu 10, l-operatur għandu jattribwixxi l-emissjonijiet totali tal-istallazzjoni lil subinstallazzjonijiet li japplikaw, fejn applikabbli, id-dispożizzjonijiet tat-taqsimiet 3.2 u 10.1.1 sa 10.1.5 ta' dan l-Anness.

10.1.1.   Attribuzzjoni diretta ta' flussi minn sorsi jew sorsi ta' emissjoni

1.

L-emissjonijiet ta' flussi minn sorsi jew is-sorsi ta' emissjoni li jservu biss subinstallazzjoni waħda huma attribwiti għal dik is-subinstallazzjoni b'mod sħiħ. Fejn l-operatur juża bilanċ tal-massa, il-flussi minn sorsi ħerġin għandhom jitnaqqsu skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 601/2012. Sabiex jiġi evitat l-għadd doppju, flussi minn sorsi li huma kkonvertiti f'gassijiet ta' skart, bl-eċċezzjoni ta' gassijiet ta' skart prodotti u kkonsmati għal kollox fl-istess subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott, m'għandhomx jiġu attribwiti bl-użu ta' dan l-approċċ.

2.

Huwa biss fejn il-flussi minn sorsi jew is-sorsi ta' emissjoni jservu aktar minn subinstallazzjoni waħda, li japplikaw l-approċċi li ġejjin għall-attribuzzjoni tal-emissjonijiet:

L-emissjonijiet minn flussi minn sorsi jew sorsi ta' emissjoni użati għall-produzzjoni ta' sħana li tista' titkejjel għandhom jiġu attribwiti għal subinstallazzjonijiet skont is-sezzjoni 10.1.2;

Fejn il-gassijiet ta' skart ma jintużawx fis-subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott li fiha jiġi prodott, l-emissjonijiet li jirriżultaw minn gassijiet ta' skart għandhom jiġu attribwiti skont it-taqsima 10.1.5;

Fejn l-ammonti ta' flussi minn sorsi attribwibbli għal subinstallazzjonijiet jiġu ddeterminati permezz ta' kejl qabel l-użu fis-subinstallazzjoni, l-operatur għandu japplika l-metodoloġija xierqa skont it-taqsima 3.2.

Fejn l-emissjonijiet minn flussi minn sorsi jew sorsi ta' emissjoni ma jistgħux jiġu attribwiti skont approċċi oħra, għandhom jiġu attribwiti bl-użu ta' parametri korrelatati, li diġà ġew attribwiti għal subinstallazzjonijiet skont it-taqsima 3.2. Għal dak il-għan, l-operatur għandu jattribwixxi l-ammonti tal-fluss minn sorsi u l-emissjonijiet rispettivi tagħhom proporzjonalment mal-proporzjon li fih dawk il-parametri huma attribwiti lil subinstallazzjonijiet. Parametri xierqa jinkludu l-massa ta' prodotti prodotti, massa jew volum ta' fjuwil jew materjal ikkonsmat, ammont ta' sħana prodotta li ma tistax titkejjel, sigħat operattivi, jew effiċjenzi ta' tagħmir magħrufa.

10.1.2.   Emissjonijiet attribwibbli għal sħana li tista' titkejjel

Fejn is-subinstallazzjoni tikkonsma sħana li tista' titkejjel prodotta fl-installazzjoni, l-operatur għandu jiddetermina, fejn applikabbli, l-emissjonijiet relatati mas-sħana billi juża wieħed mill-metodi li ġejjin.

1.

Għal sħana li tista' titkejjel prodotta mill-kombustjoni ta' fjuwils fl-installazzjoni minbarra sħana prodotta b'koġenerazzjoni, l-operatur jiddetermina l-fattur ta' emissjoni tat-taħlita tal-fjuwil rilevanti u jikkalkula l-emissjonijiet attribwibbli għas-subinstallazzjoni kif ġej

EmQ,sub-inst = EFmix · Qconsumed,sub-inst /η

(Ekwazzjoni 14)

Fejn EmQ,sub-inst hija l-emissjonijiet relatati ma' sħana tas-subinstallazzjoni f't CO2, EFmix huwa l-fattur ta' emissjoni tat-taħlita tal-fjuwil rispettiva riflessaa bħala t CO2/TJ inkluż emissjonijiet mit-tindif tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija, fejn applikabbli, Qconsumed,sub-inst huwa l-ammont ta' sħana li tista' titkejjel fis-subinstallazzjoni riflessa f'TJ, u η hija l-effiċjenza tal-proċess tal-produzzjoni ta' sħana.

EFmix ikkalkulat kif ġej

EFmix = (Σ ADi · NCVi · EFi + EmFGC )/(Σ ADi · NCVi )

(Ekwazzjoni 15)

Fejn ADi huma d-data tal-attività annwali (jiġifieri l-kwantitajiet ikkonsmati) tal-fjuwils i użati għall-produzzjoni ta' sħana li tista' titkejjel f'tunnellati jew Nm3, NCVi il-valuri kalorifiċi netti tal-fjuwils i riflessi f'TJ/t jew TJ/Nm3, u EFi il-fatturi ta' emissjoni tal-fjuwils i riflessi f't CO2/TJ. EmFGC huma emissjonijiet tal-proċess mit-tindif tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija rifless f't CO2.

Fejn gass ta' skart huwa parti mit-taħlita tal-fjuwil użata, il-fattur ta' emissjoni ta' dik il-gass ta' skart jiġi aġġustat qabel il-kalkolu tal-EFmix skont il-punt (b) tat-taqsima 10.1.5 ta' dan l-Anness.

2.

Għal sħana li tista' titkejjel prodotta f'unitajiet ta' koġenerazzjoni fejn il-fjuwils jinħarqu fl-installazzjoni, l-operatur jiddetermina l-fattur ta' emissjoni tat-taħlita tal-fjuwil rilevanti u jikkalkula l-emissjonijiet attribwibbli għas-subinstallazzjoni kif ġej

EmQ,CHP,sub-inst = EFCHP,Heat · Qcons,CHP,sub-inst

(Ekwazzjoni 16)

Fejn EmQ,CHP,sub-inst huwa l-emissjonijiet relatati ma' sħana CHP tas-subinstallazzjoni f't CO2, EF CHP,Heat huwa l-fattur ta' emissjoni tal-parti ta' sħana tal-unità ta' koġenerazzjoni kif determinat skont it-taqsima 8 rifless bħala t CO2/TJ inkluż emissjonijiet mit-tindif tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija, fejn applikabbli, u Qcons,CHP,sub-inst huwa l-ammont ta' sħana li tista' titkejjel prodotta b'koġenerazzjoni fi ħdan l-installazzjoni u kkonsmata fis-subinstallazzjoni espressa f'TJ.

Fejn gass ta' skart huwa parti mit-taħlita tal-fjuwil użata fl-unità ta' koġenerazzjoni, il-fattur ta' emissjoni ta' dik il-gass ta' skart jiġi aġġustat qabel il-kalkolu ta' EFCHP,Heat skont il-punt (b) tat-taqsima 10.1.5.

3.

Fejn is-sħana li tista' titkejjel tiġi rkuprata minn proċessi koperti minn subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott, subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' fjuwil jew subinstallazzjoni ta' emissjoni ta' proċess, l-operatur għandu jirrapporta dawk l-ammonti ta' sħana bħala trasferiti bejn is-subinstallazzjonijiet rilevanti fir-rapport ta' bażi ta' data skont il-punt (a) tal-Artikolu 4(2).

4.

Fejn sħana li tista' titkejjel tkun importata minn installazzjonijiet oħra koperti minn EU ETS jew minn installazzjonijiet jew entitajiet mhux koperti minn EU ETS, il-fattur ta' emissjoni relatat mal-produzzjoni ta' dik is-sħana għandu jiġi rrappurtat, jekk disponibbli.

5.

L-operatur għandu jattribwixxi li ma kienx hemm emissjonijiet għal sħana li tista' titkejjel prodotta mill-elettriku, iżda jirrapporta l-ammonti relatati ta' sħana li tista' titkejjel fir-rapport ta' bażi ta' data skont il-punt (a) tal-Artikolu 4(2).

10.1.3.   Attribuzzjoni ta' emissjonijiet relatati mat-telf ta' sħana

Fejn telf ta' sħana li tista' titkejjel huwa ddeterminat b' mod separat mill-ammonti użati fi subinstallazzjonijiet, sabiex jissodisfa l-kriterju skont il-punt (c) tal-Artikolu 10(5), l-operatur għandu jżid emissjonijiet relattivi għal kwantità proporzjonata ta' telf ta' sħana għall-emissjonijiet tas-subinstallazzjonijiet kollha li fihom jiġi użat is-sħana li titkejjel prodotta fl-installazzjoni, bl-użu ta' fatturi ta' emissjoni ddeterminati skont it-taqsima 10.1.2 ta' dan l-Anness.

10.1.4.   Attribuzzjoni ta' emissjonijiet relatati ma' sħana li ma titkejjilx

Sabiex jiġu attribwiti emissjonijiet relatati mal-użu ta' sħana li ma tistax titkejjel li mhix inkluża f'subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott, l-operatur għandu jattribwixxi il-flussi minns sorsi rilevanti jew sorsi ta' emissjoni għal subinstallazzjonijiet skont is-sezzjoni 10.1.1, billi juża l-fatturi ta' emissjoni rilevanti. L-operatur għandu jattribwixxi biss fjuwils u flussi minn sorsi relatati mal-emissjonijiet ta' proċess mit-tindif tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija għal użi ta' sħana li ma tistax titkejjel.

Fejn gass ta' skart huwa parti mit-taħlita tal-fjuwil użata, il-fattur ta' emissjoni ta' dik il-gass ta' skart jiġi aġġustat qabel ma jiġu attribwiti l-emissjonijiet tiegħu għal użu ta' sħana li ma tistax titkejjel, skont il-punt (b) tat-taqsima 10.1.5.

10.1.5.   Attribuzzjoni ta' emissjoni għall-produzzjoni u l-użu ta' gassijiet ta' skart

L-emissjonijiet mill-gassijiet ta' skart huma maqsuma f'żewġ partijiet, ħlief fejn jintużaw fl-istess subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott fejn huma prodotti, kif ġej:

(a)

Ammont ta' emissjonijiet assenjat għall-produzzjoni tal-gass ta' skart huwa attribwit taħt is-subinstallazzjoni ta' parametru ta' referenza ta' prodott fejn jiġi prodott l-gass ta 'skart.

Dan l-ammont hu kkalkulat kif ġej:

EmWG = VWG · NCVWG · (EFWG EFNG · Corrn )

(Ekwazzjoni 17)

Fejn EmWG huwa l-ammont ta' emissjonijiet assenjati għall-produzzjoni tal-gass ta' skart, VWG huwa l-volum ta' gass ta' skart prodott rifless bħala Nm3 jew t, NCVWG huwa l-valur kalorifiku nett tal-gass ta' skart rifless bħala TJ/Nm3 jew TJ/t, EFWG huwa l-fattur ta' emissjoni tal-gass ta' skart rifless bħala t CO2/TJ, EFNG huwa l-fattur ta' emissjoni ta' gass naturali (56,1 t CO2/TJ), u Corrη huwa fattur li jirrappreżenta d-differenza fl-effiċjenzi bejn il- gass ta' skart u l-użu tal-gass naturali ta' fjuwil ta' referenza. Il-valur awtomatiku ta' dan il-fattur huwa ugwali għal 0,667.

(b)

Ammont ta' emissjonijiet assenjat għall-konsum tal-gass ta' skart huwa attribwit lis-subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott, subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' sħana, subinstallazzjoni ta' tisħin distrettwali jew subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' fjuwil. Dan l-ammont huwa ddeterminat billi l-ammont u l-valur kalorifiku tal-gass ta' skart huma mmultiplikati bil-valur tal-valur tal-parametru referenzjarju ta' sħana jew ta' fjuwil, kif applikabbli.

10.2.   Emissjonijiet attribwiti għal subinstallazjonijiet

L-operatur għandu jiddetermina l-emissjonijiet attribwiti ta' kull subinstallazzjoni bħala somma tal-:

(a)

emissjonijiet relatati mal-flussi minn sorsi rilevanti għas-subinstallazzjoni determinati skont it-taqsima 10.1.1, kif applikabbli;

(b)

emissjonijiet attribwibbli għas-sħana li tista' titkejjel ikkonsmata fis-subinstallazzjoni stabbilita skont it-taqsimiet 10.1.2 u 10.1.3, kif applikabbli;

(c)

emissjonijiet attribwibbli għal sħana li ma tistax titkejjel ikkonsmata fis-subinstallazzjoni stabbilita skont it-taqsima 10.1.4, kif applikabbli;

(d)

emissjonijiet attribwiti għall-produzzjoni jew l-użu ta' gassijiet ta' skart fis-subinstallazzjoni determinati skont it-taqsima 10.1.5, kif applikabbli.

F'din il-kalkolazzjoni, l-operatur għandu jiżgura li ma jkunx hemm la omissjonijiet u lanqas għadd doppju ta' flussi minn sorsi.

L-operatur għandu jiddetermina wkoll id-differenza bejn l-emissjonijiet totali tal-installazzjoni u s-somma tal-emissjonijiet attribwiti tas-subinstallazzjonijiet kollha rilevanti fl-installazzjoni. Jekk applikabbli, l-operatur għandu jidentifika l-proċessi kollha li jikkontribwixxu għal din id-differenza u jikkorrobora l-plawżibbiltà tal-attribuzzjoni billi jistima l-emissjonijiet assoċjati ma' dawn il-proċessi, b'mod partikolari ma' flussi minn sorsi użati għall-produzzjoni tal-elettriku u għal ivvampjar minbarra vvampjar ta' sigurtà.


(1)  Id-Direttiva 2014/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta' strumenti tal-użin mhux awtomatiċi (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 107).

(2)  Id-Direttiva 2014/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta' strumenti tal-kejl (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 149).

(3)  Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2402 tat-12 ta' Ottubru 2015 li jirrevedi l-valuri ta' referenza armonizzati tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tal-elettriku u s-sħana bl-applikazzjoni tad-Direttiva 2012/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/877/UE (ĠU L 333, 19.12.2015, p. 54).


Top