Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0283

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/283 tat-18 ta' Frar 2019 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

C/2019/1490

OJ L 47, 19.2.2019, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/283/oj

19.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/36


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/283

tat-18 ta' Frar 2019

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 tad-19 ta' Frar 2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK (2) tidentifika l-persuni fiżiċi u ġuridiċi li għalihom għandhom japplikaw ir-restrizzjonijiet kif previst fl-Artikolu 5 ta' dik id-Deċiżjoni.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 314/2004 jġib fis-seħħ dik id-Deċiżjoni sa fejn hi meħtieġa azzjoni fil-livell tal-Unjoni. B'mod partikolari, l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 jelenka l-persuni u l-entitatjiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(3)

Fit-18 ta' Frar 2019, il-Kunsill iddeċieda li jemenda l-entrata għal persuna waħda u li jneħħi l-isem ta' żewġ persuni fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK li għalihom għandhom japplikaw ir-restrizzjonijiet.

(4)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 huwa sostitwit bl-Anness f'dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Frar 2019.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 55, 24.2.2004, p. 1

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6).


ANNESS

“ANNESS III

Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 6

I.   Persuni

Isem (u kull psewdonimi)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għad-deżinjazzjoni

(1)

Mugabe, Robert Gabriel

Imwieled fil-21.2.1924

Passaport AD001095

Kap tal-Gvern u responsabbli għal attivitajiet li jimminaw serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

(2)

Mugabe, Grace

Imwielda fit-23.7.1965

Passaport AD001159

ID 63-646650Q70

Eks Segretarja ta' ZANU-PF (Zimbabwe African National Union — Patriotic Front) Lega tan-nisa, involuta f'attivitajiet li jimminaw serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt. Ħadet taħt idejha l-Iron Mask Estate fl-2002; allegatament biex tikseb illegalment profitti kbar mit-tħaffir għad-djamanti.

(5)

Chiwenga, Constantine

Kmandant tal-Forzi ta' Difiża taż-Żimbabwe, Ġeneral (ex-Kmandant tal-Armata, Logutenent Ġeneral), imwieled fil-25.8.1956

Passaport AD000263

ID 63-327568M80

Membru tal-Kmand Operattiv Konġunt u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika ripressiva tal-istat. Uża l-armata għall-akkwisti ta' azjendi agrikoli. Matul l-elezzjonijiet tal-2008 kien moħħ prinċipali tal-vjolenza assoċjata mal-proċess tal-ballottaġġ Presidenzjali.

(6)

Shiri, Perence (magħruf ukoll bħala Bigboy) Samson Chikerema

Marixxall tal-Ajru (Forza tal-Ajru), imwieled fl-1.11.1955. ID 29-098876M18

Uffiċjal militari anzjan u membru tal-Kmand Operattiv Konġunt taż-ZANU-PF u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika oppressiva tal-istat. Involut fi vjolenza politika, inkluż waqt l-elezzjonijiet tal-2008 f'Mashonaland West f'Chiadzwa.

(7)

Sibanda, Phillip Valerio (magħruf ukoll bħala Valentine)

Kmandant tal-Armata Nazzjonali taż-Żimbabwe, Logutenent Ġeneral, imwieled fil-25.8.1956 jew l-24.12.1954

ID 63-357671H26

Figura anzjana tal-armata b'rabtiet mal-Gvern u kompliċi fit-tiswir jew l-attwazzjoni ta' politika statali ripressiva.

II.   Entitajiet

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għad-deżinjazzjoni

Zimbabwe Defence Industries

10th floor, Trustee House, 55 Samora Machel Avenue, PO Box 6597, Harare, Zimbabwe

Assoċjata mal-Ministeru tad-Difiża u mal-fazzjoni ZANU-PF tal-Gvern.


Top