Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0282

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/282 tal-15 ta' Frar 2019 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 f'dak li għandu x'jaqsam mal-perjodi għat-tressiq tal-offerti

C/2019/1454

OJ L 47, 19.2.2019, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/282/oj

19.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/34


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/282

tal-15 ta' Frar 2019

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 f'dak li għandu x'jaqsam mal-perjodi għat-tressiq tal-offerti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 28 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 (3) fetaħ il-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti. Fil-bidu, dan kien jipprevedi żewġ sejħiet parzjali għall-offerti kull xahar, ħlief f'Awwissu u f'Diċembru.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/472 (4) emenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 billi naqqas l-għadd ta' perjodi li matulhom jistgħu jitressqu l-offerti għal wieħed fix-xahar u billi neħħa d-dispożizzjoni għal perjodu bħal dan fix-xahar ta' Awwissu.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/995 (5) emenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 billi żied l-għadd ta' perjodi li matulhom jistgħu jitressqu l-offerti għal tnejn fix-xahar u billi daħħal dispożizzjoni għal perjodu bħal dan fix-xahar ta' Awwissu.

(4)

Din iż-żieda fil-frekwenza ppermettiet li jinbiegħu kwantitajiet kbar ta' trab tal-ħalib xkumat mill-istokkijiet tal-intervent pubbliku u b'hekk il-kwantitajiet disponibbli naqsu għal ftit iktar minn 22 000 tunnellata.

(5)

Minħabba l-volum tal-kwantità disponibbli u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, huwa xieraq li l-għadd ta' perjodi li matulhom jistgħu jitressqu l-offerti jerġa' jitnaqqas għal wieħed fix-xahar.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 jiġi emendat kif xieraq.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 2(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-perjodi li fihom jistgħu jitressqu l-offerti bi tweġiba għas-sejħiet parzjali sussegwenti għandhom jibdew fl-ewwel jum tax-xogħol wara tmiem il-perjodu preċedenti. Dawn għandhom jintemmu fil-11.00 (ħin ta' Brussell) fit-tielet Tlieta tax-xahar. Madankollu, f'Awwissu l-perjodu għandu jintemm fil-11.00 (ħin ta' Brussell) fir-raba' Tlieta tax-xahar u f'Diċembru dan għandu jintemm fil-11.00 (ħin ta' Brussell) fit-tieni Tlieta tax-xahar. Jekk it-Tlieta jinzerta festa pubblika, il-limitu taż-żmien għandu jkun il-11.00 (ħin ta' Brussell) tal-ġurnata tax-xogħol ta' qabel.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Frar 2019.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 206, 30.7.2016, p. 71.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 tal-25 ta' Novembru 2016 dwar il-ftuħ tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti (ĠU L 321, 29.11.2016, p. 45).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/472 tal-15 ta' Marzu 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 fir-rigward tal-perjodi għat-tressiq tal-offerti (ĠU L 73, 18.3.2017, p. 5).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/995 tat-12 ta' Lulju 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 fir-rigward tal-perjodi għat-tressiq tal-offerti (ĠU L 178, 16.7.2018, p. 4).


Top