EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0254

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/254 tad-9 ta' Novembru 2018 dwar l-adattament tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2018/7375

OJ L 43, 14.2.2019, p. 1–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/254/oj

14.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/254

tad-9 ta' Novembru 2018

dwar l-adattament tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 49(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 jipprevedi l-possibilità li jiġu adattati l-mapep indikattivi tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T) li ġie estiż għall-pajjiżi ġirien speċifiċi abbażi ta' ftehimiet ta' livell għoli dwar netwerks tal-infrastruttura tat-trasport bejn l-Unjoni u l-pajjiżi ġirien ikkonċernati.

(2)

Il-ftehimiet ta' livell għoli dwar l-adattament tal-estensjoni indikattiva tal-mapep komprensivi tat-TEN-T u dwar l-identifikazzjoni tal-konnessjonijiet tan-netwerk ewlieni fuq il-mapep komprensivi tan-netwerk ġew iffirmati bejn l-Unjoni u l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant (ir-Repubblika tal-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarussja, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ukrajna) fl-24 ta' Novembru 2017. Il-ftehim ta' livell għoli bejn l-Unjoni u l-Georgia ġie ffirmat fit-18 ta' Lulju 2018. Il-ftehimiet jikkonċernaw l-linji tan-netwerks ferrovjarji u tat-toroq, kif ukoll il-portijiet u l-ajruporti. L-adattament tal-mapep komprensivi u indikattivi tan-netwerk u, b'mod partikolari, l-identifikazzjoni ta' netwerk ewlieni indikattiv, għandu jippermetti lill-Unjoni timmira aħjar il-kooperazzjoni tagħha mal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant ikkonċernati.

(3)

Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1


ANNESS

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(1)

Fis-Sezzjoni 15 (ir-Repubblika tal-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Georgia) jiżdiedu l-mapep li ġejjin (15.3 u 15.4 dwar ir-Repubblika tal-Armenja):

Image 1

Image 2

(2)

Fis-Sezzjoni 15 (ir-Repubblika tal-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Georgia) jiżdiedu l-mapep li ġejjin (15.5 u 15.6 dwar l-Ażerbajġan):

Image 3

Image 4

(3)

Fis-Sezzjoni 15 (ir-Repubblika tal-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Georgia) jiżdiedu l-mapep li ġejjin (15.7 u 15.8 dwar il-Georgia):

Image 5

Image 6

(4)

Fis-Sezzjoni 16 (il-Belarussja, ir-Repubblika tal-Moldova, l-Ukrajna) jiżdiedu l-mapep li ġejjin (16.3 u 16.4 dwar il-Belarussja):

Image 7

Image 8

(5)

Fis-Sezzjoni 16 (il-Belarussja, ir-Repubblika tal-Moldova, l-Ukrajna) jiżdiedu l-mapep li ġejjin (16.5 u 16.6 dwar ir-Repubblika tal-Moldova):

Image 9

Image 10

(6)

Fis-Sezzjoni 16 (il-Belarussja, ir-Repubblika tal-Moldova, l-Ukrajna) jiżdiedu l-mapep li ġejjin (16.7 u 16.8 dwar l-Ukrajna):

Image 11

Image 12


Top