EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0249

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/249 tat-12 ta' Frar 2019 li jissospendi l-preferenzi tariffarji għal ċerti pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP fir-rigward ta' ċerti taqsimiet tal-SĠP skont ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu 2020-2022

C/2019/878

OJ L 42, 13.2.2019, p. 6–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2022

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/249/oj

13.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 42/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/249

tat-12 ta' Frar 2019

li jissospendi l-preferenzi tariffarji għal ċerti pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP fir-rigward ta' ċerti taqsimiet tal-SĠP skont ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu 2020-2022

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 732/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat tal-Preferenzi Ġeneralizzati, skont it-tifsira tal-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 978/2012,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, il-preferenzi tariffarji tal-arranġament ġenerali tal-iskema ġeneralizzata ta' preferenzi (SĠP) għandhom jiġu sospiżi fir-rigward ta' prodotti ta' taqsima tal-SĠP li joriġinaw f'pajjiż benefiċjarju tal-SĠP meta l-valur medju tal-importazzjonijiet mill-Unjoni ta' dawn il-prodotti fuq tliet snin konsekuttivi minn dak il-pajjiż benefiċjarju tal-SĠP jaqbeż il-limiti elenkati fl-Anness VI ta' dak ir-Regolament.

(2)

Skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 u abbażi ta' statistika dwar il-kummerċ fir-rigward tas-snin kalendarji 2012-2014, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/330 (2) stabbilixxa l-lista tat-taqsimiet tal-prodotti li għalihom il-preferenzi tariffarji ġew sospiżi mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2019.

(3)

F'konformità mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, kull tliet snin il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dik il-lista u tadotta att ta' implimentazzjoni li jissospendi jew jistabbilixxi mill-ġdid il-preferenzi tariffarji.

(4)

Il-lista riveduta jenħtieġ li tapplika għal tliet snin mill-1 ta' Jannar 2020. Il-lista hija bbażata fuq statistika dwar il-kummerċ fir-rigward tas-snin kalendarji 2015-2017 kif disponibbli fl-1 ta' Settembru 2018 u tqis l-importazzjonijiet mill-pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 kif applikabbli f'dik id-data. Madankollu, ma tqiesx il-valur tal-importazzjoni minn benefiċjarji tal-SĠP li mill-1 ta' Jannar 2020 mhumiex se jibqgħu jibbenefikaw mill-preferenzi tariffarji skont il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preferenzi tariffarji msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 huma sospiżi fir-rigward tal-pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP kkonċernati, fir-rigward tal-lista ta' prodotti tat-taqsimiet tal-SĠP stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2020 sal-31 ta' Diċembru 2022.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/330 tat-8 ta' Marzu 2016 li jissospendi l-preferenzi tariffarji għal ċerti pajjiżi benefiċjarji tal-SPĠ fir-rigward ta' ċerti sezzjonijiet tal-SPĠ skont ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati (ĠU L 62, 9.3.2016, p. 9).


ANNESS

Il-lista tat-taqsimiet tas-SĠP li fir-rigward tagħhom ġew sospiżi l-preferenzi tariffarji msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 fir-rigward ta' pajjiż benefiċjarju kkonċernat tas-SĠP

 

Kolonna A: isem il-pajjiż

 

Kolonna B: Taqsima tas-SĠP (l-Artikolu 2(j) tar-Regolament tas-SĠP)

 

Kolonna C: deskrizzjoni

A

B

C

L-Indja

S-6a

Sustanzi kimiċi organiċi u inorganiċi

S-11a

Tessuti

S-14

Perli u metalli prezzjużi

S-15a

Ħadid, azzar u oġġetti tal-ħadid u tal-azzar

S-15b

Metalli komuni (eskluż il-ħadid u l-azzar), oġġetti ta' metalli komuni (esklużi l-oġġetti tal-ħadid u tal-azzar)

S-17 a

Lokomotivi tal-ferrovija jew tat-tramm, vetturi ferrovjarji

S-17b

Vetturi bil-mutur, roti, inġenji tal-ajru u inġenji spazjali, vapuri u dgħajjes

L-Indoneżja

S-1a

Annimali ħajjin u prodotti tal-annimali, eskluż il-ħut

S-3

Żjut tal-annimali jew żjut veġetali, xaħmijiet u xama'

S-5

Prodotti minerali

S-9a

Injam u oġġetti tal-injam; faħam tal-injam

Il-Kenja

S-2a

Pjanti ħajjin u prodotti mill-florikultura


Top